<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0120</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0015/2024 - Rapporteur: Petras Auštrevičius, Pedro Silva Pereira)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur (2023/2114(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 5(3), 48 u 49 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2006 u ta’ Marzu 2020 kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’Copenhagen fil-21-22 ta’ Ġunju 1993, magħrufa wkoll bħala l-Kriterji ta’ Copenhagen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar 30 sena tal-kriterji ta’ Copenhagen – aktar impetu lill-politika tat-tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0471.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Manifest ta’ Ventotene,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5-6 ta’ Lulju 2022 dwar il-Pakkett tat-Tkabbir 2022 tal-Kummissjoni, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Novembru 2023 dwar il-Pakkett tat-Tkabbir 2023 tal-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2022 dwar il-koeżjoni fl-Ewropa sal-2050,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ġunju 2022, u tad-29-30 ta’ Ġunju 2023, tas-26-27 ta’ Ottubru 2023, u tal-14-15 ta’ Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti analitiċi tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2023 dwar l-allinjament tal-Ukrajna (SWD(2023)0030), tal-Moldova (SWD(2023)0032) u tal-Georgia (SWD(2023)0031) mal-acquis tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2023 dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija (JOIN(2023)0050),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tad-29-30 ta’ April 1997 dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità bil-għan li tiġi żviluppata strateġija koerenti tal-UE għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjoni, b’mod partikolari dik tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-ftuħ ta’ negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u mal-Albanija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 202, 28.5.2021, p. 86.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2022 dwar il-Kosovo<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1066, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1066/oj</FIELD></FOOTNOTE>, is-Serbja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1065, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1065/oj</FIELD></FOOTNOTE>, l-Albanija<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0285.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Bożnija-Ħerzegovina<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0284.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Maċedonja ta’ Fuq<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 479, 16.12.2022, p. 33.</FIELD></FOOTNOTE> u l-Montenegro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 32, 27.1.2023, p. 63.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-Balkani tal-Punent, wara s-Summit 2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 362, 8.9.2021, p. 129.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 u l-Aġenda ta’ Tessalonika għall-Balkani tal-Punent,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni tal-UE mal-Albanija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 107, 28.4.2009, p. 166.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-Bożnija-Ħerzegovina<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-Georgia<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-Kosovo, mar-Repubblika tal-Moldova<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-Montenegro, mal-Maċedonja ta’ Fuq<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>, mas-Serbja, mat-Turkija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 361, 31. 12. 1977, p. 29.</FIELD></FOOTNOTE> u mal-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent (COM(2023)0692),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 intitolat “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057), u l-istrateġija tal-Kummissjoni għal “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent” ta’ Frar 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istatus ta’ kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2023 dwar ir-rendikont tal-progress tal-Moldova fit-triq lejn l-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0357.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 01/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-10 ta’ Jannar 2022 bit-titolu “L-appoġġ mogħti mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent: minkejja l-isforzi li saru, jippersistu problemi fundamentali”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pakkett tat-tkabbir għall-2022 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE għall-Pakkett tat-Tkabbir adottata mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Novembru 2023 (COM(2023)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar it-titjib fit-trasparenza u l-inklużività tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE<FOOTNOTE><FIELD> REX/401-EESC-2014- 1609.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta’ Liżbona<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.</FIELD></FOOTNOTE>, u tal-11 ta’ Lulju 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-klawżoli <STRING ITALIC="on">passarelle</STRING> fit-Trattati tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0269.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tad-9 ta’ Mejju 2022, u tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar is-segwitu għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 109.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022  dwar it-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 130.</FIELD></FOOTNOTE>, u tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tat-Trattati<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0427.</FIELD></FOOTNOTE>, u l-attivazzjoni tal-Artikolu 48 tat-TUE li titlob lill-Kunsill Ewropew jaqbel dwar it-talba għal Konvenzjoni għar-riforma tat-Trattati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0015/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi disgħa mill-għaxar pajjiżi li bħalissa qed jaspiraw li jissieħbu fl-UE għandhom status ta’ kandidat, u wħud minnhom minn ħafna snin ilu; billi dawk il-pajjiżi kandidati jinsabu f’diversi stadji tal-proċess ta’ adeżjoni u n-negozjati;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pakkett tat-tkabbir tal-2023, il-Kunsill Ewropew iddeċieda fl-14 ta’ Diċembru 2023 li jagħti status ta’ kandidat lill-Georgia u li jiftaħ negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna, u mar-Repubblika tal-Moldova kif ukoll mal-Bożnija-Ħerzegovina, ladarba jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ konformità mal-kriterji tas-sħubija;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna  u sfidi ġeopolitiċi oħra li għaddejjin bħalissa taw tifsira ġeostrateġika ġdida lit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea; billi l-istabbiltà, is-sigurtà u r-reżiljenza demokratika tal-Balkani tal-Punent u tal-Viċinat tal-Lvant huma marbuta b’mod inseparabbli ma’ dawk tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tkabbir huwa impenn morali u storiku, u prijorità ġeopolitika strateġika li tirrappreżenta investiment ġeostrateġiku fil-futur, li se jikkontribwixxi għall-paċi, l-istabbiltà, is-sigurtà, id-demokrazija, l-unità, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-iżgurar tal-prosperità u l-benesseri fil-kontinent Ewropew; billi s-sigurtà tal-UE tiddependi mill-kapaċità tagħha li tiddefendi, tippromwovi u żżomm il-paċi, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-valuri fundamentali; billi t-tkabbir jista’ jkun ta’ benefiċċju reċiproku kemm għall-Istati Membri eżistenti kif ukoll għal dawk futuri jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti sew;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tkabbir sar wieħed mill-aktar għodod ġeopolitiċi u politiċi b’saħħithom tal-UE; billi skont l-Ewrobarometru ta’ Ġunju 2023, il-maġġoranza tal-popolazzjoni tal-UE hija favur it-tkabbir futur tal-UE; billi huma meħtieġa b’mod urġenti impetu, impenji u viżjoni ġodda biex il-proċess tat-tkabbir jingħata spinta ġdida, u b'hekk jiġu żgurati l-kontinwità, il-konsistenza, u l-impatt tiegħu; billi dan in-nuqqas ta’ impenn fis-snin preċedenti ħoloq vojt, u b’hekk fetaħ spazju għar-Russja u għaċ-Ċina u atturi esterni oħra; billi l-prinċipju tal-kooperazzjoni reċiproka u sinċiera jridu dejjem jiġu rrispettati;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-adeżjoni mal-UE trid dejjem tkun proċedura bbażata fuq il-mertu fejn kull applikant jiġi vvalutat fuq il-mertu tiegħu stess fl-issodisfar tal-kriterji ta’ Copenhagen kollha, anki dawk li jiżguraw rispett sħiħ kontinwu għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tal-minoritanzi, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll il-valuri fundamentali l-oħra tal-UE; billi riżultati pożittivi għandhom ikunu mfittxija malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li jiġu evitati proċeduri rapidi jew skadenzi definiti minn qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-istaġnar jew ir-rigress irid ikollu konsegwenzi, peress li l-proċess kollu ta’ adeżjoni jeħtieġ li jkun ibbażat fuq kundizzjonalità ġusta u rigoruża;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-adeżjoni mal-UE tirrikjedi aġenda ta’ integrazzjoni ambizzjuża kemm min-naħa tal-UE u kif ukoll min-naħa tal-pajjiżi kandidati; billi r-riformi fundamentali fl-oqsma tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu huma meħtieġa għall-pajjiżi kandidati biex javvanzaw fi triqithom lejn l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi jkun ta’ vantaġġ li titlesta s-sħubija pendenti tal-Istati Membri eżistenti fiż-żona tal-Euro u tax-Schengen flimkien mat-tkabbir li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jeħtiġilhom jiffukaw ukoll fuq ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-kooperazzjoni reġjonali u r-rikonċiljazzjoni; billi ma hemm l-ebda post fl-UE jew fil-pajjiżi li jaspiraw li jsiru Stati Membri għal retorika xewwiexa, ċaħda ta’ ġenoċidju jew il-glorifikazzjoni ta’ kriminali tal-gwerra ta’ kwalunkwe naħa; billi l-aċċettazzjoni ta’ dak  li ġara fil-passat hija l-uniku mod biex tinkiseb rikonċiljazzjoni ġenwina, li hija kruċjali għal soċjetajiet prosperi u integrazzjoni b’suċċess;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-proċessi ta’ tkabbir u approfondiment tal-Unjoni jridu jimxu b’mod parallel peress li dawn għandhom il-kapaċità li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku, filwaqt li jimmultiplikaw l-impatt tagħhom u jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-objettivi ġenerali li għalihom inħolqot l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-isfida ta’ Unjoni Ewropea akbar titlob politika ta’ tkabbir imsaħħa, ibbażata fuq l-integrazzjoni gradwali fil-politiki komuni u b’benefiċċji ċari għaċ-ċittadini tul il-proċess kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, fil-kuntest tat-tkabbir, hemm bżonn li wieħed iħares b’mod olistiku lejn ir-rieżami tal-politiki attwali u futuri Ewropej, ir-riformi strutturali, il-bidliet istituzzjonali u l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2028-2034;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ilhom għal għexieren ta’ snin jiddikjaraw l-ambizzjoni tagħhom biex jissieħbu fl-UE; billi fit-23-24 ta’ Ġunju 2022 il-mexxejja tal-UE kkonfermaw mill-ġdid impenn sħiħ u inekwivoku għall-perspettiva tas-sħubija fl-UE tal-Balkani tal-Punent;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-pajjiżi kandidati jeħtiġilhom juru wkoll l-aderenza tagħhom mal-valuri fundamentali tal-UE,  billi jallinjaw ukoll  mal-politiki u mal-pożizzjonijiet tal-UE, inkluż fil-politika barranija u ta’ sigurtà komuni tagħha (PESK);
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>	billi diversi pajjiżi tal-Balkani tal-Punent laħqu livell għoli ħafna ta’ allinjament mal-PESK tal-UE fl-aħħar snin, inkluż is-sanzjonijiet kontra r-Russja b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna; billi f’Marzu 2023 il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Albanija, il-Kosovo, il-Montenegro u l-Maċedonja ta’ Fuq nedew il-pjattaforma “QUAD tal-Balkani tal-Punent – allinjament ta’ 100 % mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) tal-UE”;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-UE jeħtiġilha turi rieda politika ċara li tappoġġja l-pajjiżi kandidati u għandha żżid b’mod konsiderevoli l-appoġġ tekniku u finanzjarju kundizzjonali tagħha għar-riformi fundamentali, ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim bilaterali, il-konverġenza ekonomika u l-integrazzjoni ekonomika reġjonali fil-pajjiżi tal-adeżjoni; billi l-Pjan ġdid ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent għandu l-għan li jaċċellera r-riformi fundamentali, itejjeb l-integrazzjoni tal-pajjiżi fis-suq uniku tal-UE, kif ukoll jagħti spinta lill-integrazzjoni ekonomika tar-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-atturi barranin malizzjużi qed jużaw metodi ta’ interferenza ibridi biex iħallu impatt u jxekklu l-integrazzjoni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Parlament huwa bla dubju l-istituzzjoni tal-UE li l-aktar tappoġġja t-tkabbir; billi r-rwol tal-Parlament jibqa’ estremament limitat matul il-proċess kollu tat-tkabbir u għandu jissaħħaħ sabiex jiżdiedu l-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà, inkluż fl-evalwazzjoni tal-passi intermedji tal-adeżjoni, fost l-oħrajn permezz ta’ laqgħat regolari tal-kumitati u skrutinju parlamentari tal-finanzjament ta’ qabel l-adeżjoni, filwaqt li jsir użu mill-għodod u l-istrumenti eżistenti tiegħu, inklużi l-programmi ta’ appoġġ għad-demokrazija; billi l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti strutturalment fil-proċess tat-tkabbir u l-iskrutinju tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi inizjattivi ewlenin bħall-Komunità Politika Ewropea, li diġà organizzat tliet laqgħat uffiċjali, jippermettu kooperazzjoni politika u jikkontribwixxu għal djalogi reġjonali f’oqsma differenti bejn l-UE u pajjiżi oħra, iżda mhumiex alternattivi għas-sħubija fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi riformi sinifikanti ta’ qabel it-tkabbir huma meħtieġa biex jiggarantixxu l-funzjonament effiċjenti tal-UE mkabbra u l-kapaċità tagħha li tassorbi membri ġodda u li tippromwovi l-integrazzjoni b’suċċess tagħhom kif ukoll biex twieġeb b’mod xieraq għall-ħafna sfidi li qed tiffaċċja bħalissa; billi dan jista’ jimplika bidliet sinifikanti fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, kif ukoll għall-avvanz possibbli ta’ soluzzjonijiet ta’ integrazzjoni differenzjata jekk it-Trattati jippermettu dan; billi xi wħud minn dawk is-soluzzjonijiet diġà ġew diskussi għal xi żmien; billi sabiex tikseb dan, l-UE għandha wkoll tieħu vantaġġ sħiħ tal-flessibbiltà provduta fit-Trattat ta’ Liżbona qabel riforma aktar fil-fond fil-kuntest ta’ reviżjoni possibbli tat-trattati;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-UE qed tiffaċċja sfidi konsiderevoli bil-għan li jkollha ġestjoni effettiva ta’ kriżijiet u, b’mod partikolari, fil-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, billi l-kredibilità u l-abbiltà tal-UE li taġixxi fil-ħin u b’mod effettiv jiddependu fuq  teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiċi u effiċjenti, u dan huwa saħansitra aktar validu f’UE mkabbra ta’ 30 Stat Membru jew aktar; billi huwa ċar li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment fil-Kunsill,  ma humiex xierqa għal Unjoni b’għadd iktar ta’ Stati Membri; billi r-rieda politika u t-teħid effiċjenti ta’ deċiżjonijiet li jwasslu għal azzjoni interna u esterna f’waqtha u kkoordinata huma vitali għas-salvagwardja tal-interessi tal-UE u t-tmexxija ġeopolitika u l-kredibbiltà tagħha fuq livell dinji; billi d-diffikultajiet reċenti bid-deċiżjonijiet tal-UE dwar is-sanzjonijiet jikkonfermaw il-bżonn li wieħed jitbiegħed mill-unanimità; billi r-riforma profonda tal-qafas istituzzjonali u tal-istrutturi ta’ governanza tal-UE, bi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet simplifikati, aktar effettivi u demokratiċi trid tiġi implimentata fejn meħtieġ b’mod parallel man-negozjati ta’ adeżjoni li għaddejjin;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-klawżoli <STRING ITALIC="on">passerelle</STRING> jistgħu jintużaw immedjatament biex f’oqsma speċifiċi ta’ politika ssir bidla mir-rekwiżit tal-unanimità għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata; billi l-Parlament attiva l-proċedura ta’ reviżjoni tat-Trattat u ppreżenta proposti għall-emenda tat-Trattati lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 48(2) tat-TUE; billi l-President tal-Kummissjoni ħabbret waqt id-diskors tagħha fil-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Jannar 2024 il-preżentazzjoni li jmiss ta’ Komunikazzjoni dwar ir-Riforma tat-Trattat, li twitti t-triq għal diskussjoni fil-Kunsill Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jsegwu b’mod effettiv il-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa stiednet lill-UE taqbel dwar viżjoni b’saħħitha u strateġija komuni ħalli tikkonsolida l-unità tagħha u ttejjeb il-kapaċità tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur; billi ħafna minn dawn il-proposti jistgħu jiġu implimentati biss jekk ikun hemm bidliet fit-Trattati;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi r-rigress demokratiku huwa fost l-akbar theddidiet li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea, kemm internament kif ukoll esternament;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-mekkaniżmu biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-UE u l-<STRING ITALIC="on">acquis communautaire</STRING> iridu wkoll jissaħħu b’mod parallel mat-tkabbir li jmiss; billi l-implimentazzjoni tal-acquis għandha tiġi mmonitorjata bir-reqqa u b’mod oġġettiv għal kull stat kandidat;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi t-tkabbir huwa kemm sfida finanzjarja ewlenija għall-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-politiki ta’ koeżjoni u agrikoli, kif ukoll fir-rigward ta’ programmi u politiki oħra tal-UE u opportunità għar-riformi fl-UE; billi l-QFP attwali u futuri għandhom jiġu rieżaminati, prijoritizzati mill-ġdid, mibnija kif xieraq u msaħħa b’mod sinifikanti, u l-governanza tagħhom għandha tiġi riveduta biex tippermetti u tirfed tkabbir sostanzjali tal-UE mingħajr ma jiġi pperikolat l-appoġġ meħtieġ fl-Istati Membri attwali; billi din il-bażi finanzjarja trid tkun fis-seħħ qabel it-tkabbir;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi r-rikostruzzjoni u l-irkupru ta’ wara l-gwerra tal-Ukrajna huma sfida addizzjonali li għandha tiġi indirizzata fil-kuntest usa’ ta’ sforz internazzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dwar id-dimensjoni strateġika tat-tkabbir</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-aspirazzjoni ta’ bosta pajjiżi Ewropej u ċ-ċittadini tagħhom li jissieħbu fl-UE u jirrikonoxxi r-rieda politika tagħhom u l-isforzi serji li għamlu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti għas-sħubija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jemmen li t-tkabbir huwa ta’ importanza strateġika fundamentali għall-UE; jafferma mill-ġdid li politika ta’ tkabbir imsaħħa saret waħda mill-aktar għodod politiċi u ġeopolitiċi b’saħħithom tal-UE li jirrappreżentaw investiment ġeostrateġiku fil-paċi, fid-demokrazija, fl-istabbiltà, fis-sigurtà, fil-protezzjoni tal-klima u l-prosperità fit-tul fil-kontinent kollu u aktar u aktar fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u sfidi ġeopolitiċi komuni oħra, li jirrikjedu viżjoni politika fit-tul u deċiżjonijiet kuraġġużi; jenfasizza l-urġenza politika li jintwera l-impenn tal-UE għall-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jinsisti li, minħabba l-isfidi ewlenin tas-sigurtà li qed tiffaċċja l-Ewropa, it-tkabbir tal-UE u l-inklużjoni tal-Ukrajna fis-sistemi ta’ sigurtà u difiża kollettivi tal-Punent se jsaħħu s-sigurtà Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pakkett tat-tkabbir tal-2023 u jilqa’ wkoll id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew li jiftaħ negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna u mar-Repubblika tal-Moldova, li jagħti lill-Georgia status ta’ kandidat bil-kundizzjoni li jittieħdu l-passi rilevanti stabbiliti fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 u li jinfetħu negozjati ta’ adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina, ladarba jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ konformità mal-kriterji tas-sħubija; jistieden lill-Kunsill jagħti l-kompitu lill-Kummissjoni biex tippreżenta immedjatament proposti għall-oqfsa ta’ negozjar rilevanti u tadottahom ladarba jittieħdu l-passi rilevanti stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dwar il-proċeduri ta’ adeżjoni u r-rwol tal-Parlament Ewropew</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi l-opportunità u l-isfida storika li qed tiffaċċja l-UE li tissodisfa l-impenji tagħha lejn il-pajjiżi u lejn il-popli tal-Albanija, tal-Bożnija-Ħerzegovina, tal-Maċedonja ta’ Fuq, tal-Kosovo, tal-Montenegro u tas-Serbja, kif ukoll tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova, u tal-Georgia; jirrikonoxxi l-importanza tal-integrazzjoni Ewropea ta’ dawn is-sħab kruċjali; jirrikonoxxi wkoll l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fi ħdan ir-reġjuni rispettivi tas-Sħubija tal-Lvant, u l-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-fehma li l-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija mal-UE ma jistax jitkompla fiċ-ċirkostanzi attwali; iħeġġeġ bis-saħħa lill-Gvern Tork ineħħi l-imblokk attwali u jimxi ’l quddiem lejn sħubija aktar mill-qrib, aktar dinamika u strateġika billi jiżviluppa qafas parallel realistiku ta’ kooperazzjoni, bħal ftehim ta’ assoċjazzjoni modernizzat u jistieden lill-Kummissjoni tesplora formati possibbli għal qafas bħal dan; ifakkar li kwalunkwe titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija jrid ikun ibbażat fuq progress tanġibbli fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u relazzjonijiet rispettużi ta' viċinat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li l-adeżjoni mal-UE għandha dejjem tkun proċedura bbażata fuq il-mertu u li biha kull applikant jeħtieġlu jiġi vvalutat fuq il-mertu tiegħu stess fit-twettiq tal-kriterji ta’ Copenhagen fl-intier tagħhom; jenfasizza li ma jistgħux jinqatgħu kantunieri f’dak li għandu x’jaqsam mal-valuri u mal-prinċipji fundamentali tal-UE; jenfasizza li l-istat tad-dritt, ir-riforma demokratika, il-libertà tal-midja u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, għandhom jitqiegħdu fuq quddiem nett tal-proċess ta’ adeżjoni, u li l-indipendenza ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-għoti tas-setgħa lis-soċjetà ċivili jkunu prekundizzjonijiet kruċjali għall-progress fit-triq lejn is-sħubija fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jitlob li jissaħħu mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali u l-interessi finanzjarji sodi tal-Unjoni fil-kuntest tal-proċeduri ta’ adeżjoni; itenni f’dan ir-rigward is-sejħiet tiegħu biex jiġu inklużi l-pajjiżi kandidati fil-mekkaniżmu tal-UE għall-istat tad-dritt u l-eżerċizzju ta’ rappurtar annwali tiegħu, biex b'hekk jiġu attivati awtomatikament il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoniu ta’ verifika ta’ qabel l-adeżjoni ; jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi l-pajjiżi tal-adeżjoni fir-Rapporti dwar l-Istat tad-Dritt u jinsisti li dawn jikkontribwixxu għar-rapporti ta’ progress annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-pajjiżi tat-tkabbir ikomplu jimplimentaw b’mod sod ir-riformi meħtieġa u jagħmlu progress tanġibbli u irriversibbli, billi jibdew bl-elementi fundamentali tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ sforzi kontinwi fit-trawwim tal-pluraliżmu tal-media, fid-difiża tad-drittijiet tal-ġurnalisti, u fl-iżgurar tal-libertà tal-espressjoni fil-pajjiżi kandidati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>	Jirrimarka li l-allinjament mal-PESK tal-UE huwa wkoll mod importanti kif tintwera aderenza sħiħa mal-prinċipji fundamentali tal-UE u sħubija futura sostenibbli; iħeġġeġ bis-saħħa lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kollha jipprijoritizzaw allinjament rapidu u sħiħ mal-PESK u jtenni li l-adeżjoni ta’ pajjiż partikolari tista’ tipproċedi biss ladarba tallinja ruħha mal-miżuri restrittivi tal-UE, inklużi sanzjonijiet stabbiliti b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob li ssir evalwazzjoni bir-reqqa tal-istrateġija tat-tkabbir tal-UE kif ukoll tar-raġunijiet għalfejn sar progress limitat minn xi pajjiżi tat-tkabbir li jridu jiġu valutati, b’mod partikolari fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iqis il-metodoloġija riveduta tal-Kummissjoni, li għandha tiġi aġġornata biex tinkludi l-proċessi ta’ adeżjoni tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia, bħala qafas ta’ politika fit-tul, li jiggwida l-proċess ta’ tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li filwaqt li l-proċess għandu jsir aktar inkrementali u dinamiku u l-UE għandha tistabbilixxi miri ta’ riforma individwali konkreti, pjanijiet direzzjonali u skedi ta’ żmien intermedji għal kull pajjiż ta’ adeżjoni, ma jistax ikun hemm skadenzi rapidi jew definiti minn qabel għas-sħubija, peress li dawn jistgħu jaffettwaw l-integrità tal-proċess ta’ adeżjoni; jemmen, madankollu, li t-tkabbir tal-UE li jmiss għandu jseħħ hekk kif il-kundizzjonijiet kollha tal-adeżjoni jiġu ssodisfati fil-pajjiżi kandidati kkonċernati u b’mod parallel ir-riformi Ewropej meħtieġa jiġu miftiehma u implimentati; jistenna li l-ewwel pajjiżi kandidati jkunu lesti li jissieħbu fl-Unjoni sa tmiem dan id-deċennju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinsisti li t-tkabbir tal-UE huwa responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri attwali u dawk aspiranti; jistieden lill-Istati Membri juru impenn politiku ċar u inekwivoku lejn il-proċess ta’ tkabbir, ibbażat fuq kriterji oġġettivi u mhux użat ħażin biex isolvi tilwim bilaterali, li għandu jiġi solvut separatament mill-proċess ta’ adeżjoni; jisħaq li d-dewmien eċċessiv fit-triq lejn sħubija sħiħa tal-UE jista’ jkollu impatt negattiv kemm fuq l-opinjoni pubblika kif ukoll fuq l-impenn politiku tal-pajjiżi kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja li l-proċessi ta’ adeżjoni jistgħu jseħħu b’mod riversibbli, u li l-approċċ ibbażat fuq il-mertu jista’ jwassal ukoll għall-iffriżar tan-negozjati tal-adeżjoni f’każ ta’ rigress fil-valuri fundamentali, u jista’ jitkompla biss wara progress sinifikanti fir-riformi; jitlob monitoraġġ, rappurtar u valutazzjoni robusti u msaħħa tar-riformi u l-progress li sar mill-pajjiżi kandidati fil-kapitoli tan-negozjati kollha b’kundizzjonalità mmirata applikata strateġikament ibbażata fuq parametri referenzjarji ċari tal-progress, is-sanzjonar tar-rigressjoni fuq il-prinċipji fundamentali jew l-istaġnar persistenti fir-riformi u l-ippremjar tar-riformi u t-twettiq tal-parametri referenzjarji permezz ta’ skedi ta’ żmien ċari għan-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-konsistenza, l-effiċjenza u t-trasparenza tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, filwaqt li tirrifletti l-prijoritajiet b’mod ċar fl-oqsma fundamentali fl-allokazzjoni tal-finanzjament tal-IPA III; jitlob, b’mod partikolari, għall-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ rendikont aktar strett u aktar infurzabbli fir-rigward tal-infiq u għat-titjib taċ-ċiklu ġenerali tal-iżborż, l-implimentazzjoni u l-iskrutinju tal-finanzjament ta’ qabel l-adeżjoni, bl-applikazzjoni ta’ kundizzjonalità stretta, inkluż fl-implimentazzjoni tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment u l-Pjan ġdid ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent; jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami ta’ nofs it-terminu tar-Regolament IPA III u tipproponi l-elenkar tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia bħala l-benefiċjarji tagħha, jistieden lill-Kummissjoni timplimenta malajr ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali 01/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jitlob li jiġu esplorati possibilitajiet biex tissaħħaħ aktar il-protezzjoni tal-istat tad-dritt u l-valuri demokratiċi tal-UE kontra r-rigress, kemm għall-Istati Membri attwali kif ukoll għal dawk futuri fil-kuntest tar-riforma tat-Trattat, filwaqt li jiġi żgurat li t-tkabbir isaħħaħ l-UE u s-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>	Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-fondi tal-UE pprovduti lill-pajjiżi tat-tkabbir ikunu konformi mal-għanijiet u l-interessi strateġiċi proprji tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja finanzjarjament lil dawk il-pajjiżi tal-adeżjoni li jaħdmu biex jiksbu relazzjonijiet tajba mal-viċinat, kooperazzjoni reġjonali inklużiva u rikonċiljazzjoni sostenibbli, inkluż iżda mhux limitat għall-prosekuzzjoni tal-kriminali tal-gwerra u l-iżgurar tal-aċċess għall-verità, il-ġustizzja u r-riparazzjonijiet effettivi għall-vittmi ta’ reati tal-gwerra, reati kontra l-umanità u l-ġenoċidju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-pajjiżi tal-adeżjoni jsaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-UE f’materji kriminali skont l-arranġamenti ta’ ħidma mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) sabiex jiffaċilitaw l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tal-użu ħażin tal-fondi tal-UE, inkluż permezz tas-sekondar ta’ uffiċjali ta’ kollegament nazzjonali mal-UPPE, u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-amministrazzjonijiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa, formali, strutturata u sistematika bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa fl-appoġġ għall-pajjiżi tal-adeżjoni fil-qasam tar-riformi, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni ta’ Venezja fi triqithom lejn is-sħubija fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jemmen li l-isfida ta’ UE estiża teħtieġ politika ta’ tkabbir imsaħħa li tistabbilixxi direzzjoni inkrementali ċara lejn is-sħubija fl-UE, inkluż integrazzjoni gradwali f’politiki komuni bħas-suq uniku, għal dawk il-pajjiżi li jtemmu n-negozjati f’kapitolu ta’ politika partikolari jew li jagħmlu progress sostanzjali fil-qasam tar-riformi relatati mal-UE; jinnota li tali progress għandu jippermetti l-aċċess għall-fondi tal-UE fl-oqsma rispettivi sabiex iġib benefiċċji ċari għaċ-ċittadini matul il-proċess kollu; jinnota li din id-direzzjoni għandha tkun akkumpanjata minn aktar assistenza teknika u finanzjarja kundizzjonali b’enfasi speċjali fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet taħt ġbir ta’ negozjati fuq prinċipji fundamentali u relazzjonijiet esterni, b’mod speċjali l-kapitoli 23, 24, 30 u 31; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti dettaljati dwar il-metodoloġija ta’ adeżjoni inkrementali, inklużi klawżoli ċari ta’ “gradwazzjoni” u ta’ riversibbiltà ; jissottolinja li d-dħul gradwali tal-pajjiżi kandidati f’oqsma ta’ politika magħżula bi drittijiet u obbligi limitati m’għandu bl-ebda mod jissostitwixxi jew ikun ta’ alternattiva għal sħubija sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza ta’ inizjattivi bħall-Komunità Politika Ewropea, li jippermettu l-kooperazzjoni politika u jikkontribwixxu għal djalogi reġjonali u li jistgħu jiffaċilitaw l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi kandidati fl-Unjoni u fil-politiki tagħha, iżda dawn mhumiex alternattivi għas-sħubija fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li jista’ jkun utli li jkun hemm kariga separata ta’ Kummissarju għat-Tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissuġġerixxi li jiġi kkunsidrat li l-pajjiżi kandidati jingħataw status ta’ osservaturi f’korpi u istituzzjonijiet rilevanti, inkluż il-Parlament, inizjalment abbażi ta’ arranġamenti temporanji jekk in-negozjati jkunu avvanzati biżżejjed, b’mod partikolari dwar ġbir fuq prinċipji fundamentali u r-relazzjonijiet esterni, u l-kundizzjonijiet kollha jiġu ssodisfati u miftiehma, sakemm jiġu ffirmati t-trattati ta’ adeżjoni; jilqa’ f’dan ir-rigward id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jinkludi osservaturi minn pajjiżi kandidati mill-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iqis li hemm bżonn ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u sorveljanza aktar b’saħħithom, aktar effettivi u sinifikanti tal-Parlament Ewropew tal-politika tat-tkabbir tal-UE u l-finanzjament tagħha, sabiex jiżdiedu l-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà; jinsisti fuq it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament matul il-proċess kollu ta’ adeżjoni, inkluż il-passi intermedji li jkopru l-iskrutinju kollu tal-progress li jkun sar mill-pajjiżi kandidati fl-oqsma tal-politika kollha; jimpenja ruħu li jtejjeb id-djalogu u l-kooperazzjoni regolari u trasparenti mal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi kandidati bħala mudell għall-iskrutinju parlamentari tal-integrazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ għad-demokrazija permezz tal-mezzi u l-istrumenti eżistenti, bħad-Djalogu Jean Monnet, id-Djalogu bejn il-Partiti (IPD) u l-Proċess ta’ Djalogu Parlamentari (PDP);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom bis-sħiħ biex isaħħu aktar il-proċessi ta’ riforma fil-pajjiżi kandidati, b’mod partikolari l-kapaċitajiet amministrattivi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza, tingħata s-setgħa lill-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-involviment mill-qrib tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tkabbir u l-iskrutinju tiegħu, billi jiġi żgurat finanzjament sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja li l-proċess ta’ tkabbir ma għandux jipperpetwa jew jaggrava b’mod involontarju d-disparitajiet abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u tal-identità tal-ġeneru; iħeġġeġ bis-saħħa lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi kandidati jintegraw miżuri fil-proċess tat-tkabbir li jippromwovu u jiżguraw b’mod attiv id-drittijiet tal-individwi LGBTIQ, bħall-iżvilupp ta’ politiki li jeliminaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-LGBTIQ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u t-trawwim tal-inklużività fl-isferi politiċi, ekonomiċi, u soċjali permezz ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi kandidati jimmonitorjaw u jevalwaw kif xieraq l-istatus tad-drittijiet tal-LGBTIQ fil-pajjiżi kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iqis li l-proċess ta’ adeżjoni jrid jiżgura li l-pajjiżi kandidati jżidu l-isforzi tagħhom relatati mad-drittijiet ugwali għall-persuni b’diżabbiltà; jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-pressjoni fuq il-pajjiżi kandidati biex jimplimentaw ir-riformi ħalli tittejjeb is-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà u jżidu l-isforzi tagħhom f’termini ta’ deistituzzjonalizzazzjoni inkluża t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għall-familja u għal kura bbażata fil-komunità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dwar ir-riformi istituzzjonali u finanzjarji Ewropej</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iqis li l-proċessi ta’ tħejjija għat-tkabbir għandhom jipproċedu b’mod parallel fl-UE u fil-pajjiżi ta’ adeżjoni; jisħaq li riformi istituzzjonali u finanzjarji Ewropej huma meħtieġa biex jintlaqgħu l-isfidi attwali u tiġi żgurata l-kapaċità tal-UE li tassorbi membri ġodda u li tippromwovi l-integrazzjoni b’suċċess tagħhom; jitlob lill-Istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jwettqu r-riformi meħtieġa biex jiżguraw li l-assenza tagħhom ma ddewwimx l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda; jinnota li dawn ir-riformi huma meħtieġa biex jissaħħu l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha sabiex jiġu promossi l-leġittimità demokratika, il-governanza tajba, il-funzjonalità, ir-responsabbiltà, it-trasparenza u s-sostenibbiltà; Jisħaq, b’mod partikolari, fuq l-importanza li tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-politiki tal-UE billi jissaħħu d-drittijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tal-iskrutinju tal-Parlament; itenni, għalhekk, it-talbiet tiegħu li l-Parlament Ewropew jingħata dritt ġenerali u dirett ta’ inizjattiva leġiżlattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li r-riformi istituzzjonali Ewropej għandhom iżidu l-kapaċità tal-UE li taġixxi, u jinkludu proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet simplifikati u aktar effettivi, li jitbiegħdu mill-unanimità; itenni li l-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għandha tiġi implimentata f’oqsma bħall-protezzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, il-QFP, is-sanzjonijiet u deċiżjonijiet rilevanti oħra dwar il-politika barranija, bħall-bidu tan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE, il-ftuħ u l-għeluq ta’ ġbir ta’ negozjati individwali u s-sanzjonar ta’ rigress, iżda bl-eċċezzjoni ta’ deċiżjonijiet li jawtorizzaw missjonijiet jew operazzjonijiet militari b’mandat eżekuttiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jitlob li l-mekkaniżmu jipproteġi l-istat tad-dritt u l-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-UE, u li l-kapaċità ta’ monitoraġġ tiżgura l-konformità mal-kriterji ta’ Copenhagen, biex dawn jissaħħu qabel it-tkabbir li jmiss; jipproponi riforma tal-proċedura fl-Artikolu 7 tat-TUE billi tintemm l-unanimità fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill, tiddaħħal skeda ta’ żmien ċara, u l-Qorti tal-Ġustizzja ssir l-arbitru tal-ksur; jirrimarka li l-introduzzjoni ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata (VMK) f’dan ir-rigward tiffaċilita l-proċess ta’ tkabbir; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar riformi tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt li jkopri u jiggarantixxi l-valuri fundamentali kollha tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 2 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jemmen li fil-kuntest ta’ sħubija sħiħa l-integrazzjoni differenzjata hija parti mis-soluzzjoni għal UE mkabbra effiċjenti u approfondita; jissottolinja, madankollu, li r-rispett għall-valuri tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jistax jiġi negozjat, qatt ma għandu jkun suġġett għal xi derogi jew nonparteċipazzjoni u li s-sħubija tal-Unjoni għandha tirrikjedi impenn b’saħħtu biex jiġi rispettat id-dritt tal-UE; iqis ukoll li għandu dejjem jiġi żgurat qasam wiesa’ ta’ bażi komuni Ewropea, li jkopri oqsma bħall-Unjoni Doganali, is-suq uniku u l-erba’ libertajiet tiegħu, <STRING ITALIC="on">l-acquis</STRING> soċjali ċentrali, u l-politiki tal-agrikoltura, tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ; jinnota li lil hinn minn din il-bażi komuni, l-Istati Membri bir-rieda li jmexxu ’l quddiem l-integrazzjoni Ewropea f’firxa usa’ ta’ oqsma ta’ politika għandhom jitħallew jagħmlu dan; jenfasizza li taħt tali sistema ta’ integrazzjoni differenzjata, filwaqt li l-Istati Membri kollha jieħdu sehem f’deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet fil-qasam ta’ bażi komuni, huma l-Istati Membri biss bir-rieda li jipparteċipaw f’oqsma ta’ integrazzjoni aktar profonda jistgħu jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet ikkonċernati; jinnota li l-integrazzjoni differenzjata timplika wkoll arranġamenti finanzjarji differenzjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jitlob l-użu sħiħ tal-flessibbiltà provduta fit-Trattat ta’ Liżbona qabel riforma aktar fil-fond fil-kuntest ta’ reviżjoni possibbli tat-trattati; ifakkar li għadd ta’ strumenti ta’ flessibbiltà, bħal klawsoli <STRING ITALIC="on">passerelle</STRING>, kooperazzjoni msaħħa, astensjonijiet kostruttivi, Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u mekkaniżmi ta’ nonparteċipazzjoni huma diġà possibbli fil-kuntest tal-qafas legali attwali tal-UE, kif turi biċ-ċar l-esperjenza taż-żona Schengen, waħda mill-akbar kisbiet tal-Unjoni, kif ukoll dik taż-żona tal-Ewro; ifakkar li soluzzjonijiet ta’ introduzzjoni gradwali, derogi temporanji u perjodi ta’ tranżizzjoni jistgħu jiġu nnegozjati fil-kuntest tal-proċeduri ta’ adeżjoni; jirrimarka li l-użu ta’ dawn il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà m’għandux jipprevjeni diskussjonijiet kostruttivi dwar ir-reviżjoni tat-trattati, kif approvat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li riformi istituzzjonali ta’ qabel it-tkabbir iridu jindirizzaw ukoll l-implikazzjonijiet tat-tkabbir għall-kompożizzjoni tal-Parlament; ifakkar li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni eletta direttament li tirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE; jissottolinja li, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentanza demokratika xierqa, il-Parlament għandu jibqa’ f’daqs li jippermettilu jaħdem; jirrimarka, madankollu, li żieda raġonevoli fid-daqs tal-Parlament ma tistax tiġi eskluża sabiex tiġi żgurata rappreżentattività demokratika suffiċjenti f’UE mkabbra; jinsisti fuq sistema ġdida għall-allokazzjoni tas-siġġijiet ibbażata fuq formula matematika permanenti, li hija oġġettiva, ġusta, trasparenti u dejjiema; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-allokazzjoni tas-siġġijiet fil-parlament Ewropew għandha titqies flimkien mas-sistema ta’ votazzjoni fil-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir reviżjoni rapida tal-funzjonament u tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill fid-dawl tat-tkabbir; jipproponi li tiġi rieżaminata s-sistema ta’ rotazzjoni tal-presidenzi tal-Kunsill; jinnota li l-kalkolu tal-limiti tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għandu wkoll jiġi kkunsidrat mill-ġdid biex jittejjeb il-bilanċ bejn stati akbar u iżgħar u biex jiġu stabbiliti limiti ogħla għall-aktar deċiżjonijiet importanti; Jitlob l-akbar trasparenza u integrità fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill fil-kuntest tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni trid tqis it-tkabbir u f’dan ir-rigward ifakkar fil-flessibbiltà prevista fit-Trattat ta’ Liżbona; jissottolinja li kwalunkwe valutazzjoni mill-ġdid tal-prattika tal-ħatra ta’ Kummissarju wieħed għal kull Stat Membru trid tiżgura kompożizzjoni ġeografikament ibbilanċjata tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu għat-tisħiħ tal-istrumenti għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq li t-tkabbir huwa sfida finanzjarja ewlenija għall-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-politiki ta’ koeżjoni u agrikoli, kif ukoll opportunità għal riforma fl-UE; jirrimarka li din l-isfida teħtieġ QFP li jkun imfassal, ipprijoritizzat u ffinanzjat kif xieraq u li baġit tal-UE iktar effettiv jippermetti lill-Unjoni tieħu impenji ġodda filwaqt li tkompli timplimenta l-programmi u l-prijoritajiet politiċi eżistenti; ikompli jisħaq li huma meħtieġa wkoll riżorsi proprji addizzjonali u ġenwini suffiċjenti biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tkabbir; jinnota li t-tkabbir iżid ma’ domandi oħra dejjem jikbru fuq il-finanzjament tal-UE fl-oqsma tal-istabbiltà finanzjarja, l-awtonomija strateġika, is-saħħa, l-enerġija, id-dekarbonizzazzjoni, it-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa, il-protezzjoni tal-ambjent, id-diġitalizzazzjoni, ir-riċerka, id-difiża u s-sigurtà; jissottolinja li riformi finanzjarji bħal dawn iridu jitqiesu b’mod parallel man-negozjati ta’ adeżjoni li għaddejjin u adottati qabel iseħħ it-tkabbir; jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu li l-arkitettura attwali u futura tal-QFP għandha tiġi ristrutturata u msaħħa b’mod sinifikanti biex tiżdied ir-reżiljenza; jissottolinja l-ħtieġa li l-adeżjoni ta’ membri ġodda titqies matul it-tħejjija tal-QFP 2028–2034;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi kandidati jiggarantixxu r-rwol speċjali tal-SMEs bħala pilastru ewlieni biex jissaħħu l-politiki industrijali u titjieb il-kapaċità tal-pajjiżi li jiksbu tranżizzjoni ġusta u jadattaw għall-isfidi teknoloġiċi fil-mixja lejn tranżizzjoni diġitali inklużiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex itejbu l-komunikazzjoni strateġika u l-viżibilità kemm tal-benefiċċji soċjoekonomiċi reċiproċi kif ukoll tal-isfidi tat-tkabbir kemm fil-pajjiżi tal-adeżjoni kif ukoll fl-Istati Membri permezz ta’ strateġija effettiva ta’ kampanja ta’ informazzjoni matul il-proċess tat-tkabbir, li turi riżultati tanġibbli tal-proċess ta’ adeżjoni li għaddej bħalissa u ta’ kull ċiklu ta’ negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni (INGE), b’mod partikolari billi jiżdiedu l-isforzi biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u jiġi evitat l-indħil barrani malizzjuż u t-tentattivi biex tiġi mminata d-demokrazija u biex tixxekkel l-integrazzjoni tal-UE billi tiġi sabotata l-istabbiltà politika, ekonomika u soċjali fil-pajjiżi kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrimarka li r-rikostruzzjoni u l-irkupru ta’ wara l-gwerra tal-Ukrajna huma sfida multidimensjonali li għandha tiġi indirizzata fil-kuntest usa’ ta’ sforz internazzjonali; jisħaq li l-finanzjament għall-Ukrajna jrid jirriżulta minn diversi sorsi internazzjonali, inklużi assi Russi ffriżati; jissottolinja li dawn l-investimenti se jiġu b’riskji finanzjarji assoċjati u jinsisti li dan il-proċess irid jiġi mmonitorjat mill-qrib u inkorporat f’qafas leġiżlattiv imfassal tajjeb u apposta, li jkun reżistenti għall-korruzzjoni u għall-frodi; jitlob, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni rapida tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-politika ta’ qabel it-tkabbir u r-reviżjoni tal-finanzjament, u jitlob valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa tal-implikazzjonijiet tat-tkabbir; jappoġġja l-ħolqien ta’ mekkaniżmu effettiv ta’ riżoluzzjoni u ta’ medjazzjoni tal-kunflitti appoġġjat mill-UE barra mill-qafas tat-tkabbir, iddedikat għat-trawwim tar-rikonċiljazzjoni u għas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet bilaterali fil-pajjiżi tal-adeżjoni, li jgħin biex jinstabu u jiġu implimentati soluzzjonijiet vinkolanti definittivi għal tilwim reġjonali u bilaterali u l-legati tal-passat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jitlob li l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 jittieħdu bħala opportunità biex jiġu diskussi u ppreżentati l-ħtieġa u l-benefiċċji tal-proċess tal-approfondiment u t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea; u r-riformi politiċi, istituzzjonali u finanzjarji Ewropej meħtieġa;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi ta’ adeżjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>