<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0121</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0024/2024 - Rapporteur: Joachim Schuster)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) (2023/2065(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 204, 13.6.2018, p. 222.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar l-eżitu tar-rieżami tal-Kummissjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 15-il Punt dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 99.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tar-relazzjonijiet kummerċjali UE-Afrika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 32, 27.1.2023, p. 74.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar Strateġija ġdida UE-Afrika – sħubija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 80.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2021 bit-titolu “Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva” (COM(2021)0066),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Individual information sheets on implementation of EU Trade Agreements” (Fuljetti ta’ informazzjoni individwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE) (SWD(2022)0730),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt għas-Sostenibbiltà b’appoġġ għan-negozjati kummerċjali mal-Angola għall-adeżjoni fl-FSE bejn l-UE u l-SADC,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola (FFIS bejn l-UE u l-Angola),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, inkluż il-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) tad-19 ta’ Ottubru 2021 bit-titolu “Transforming Southern Africa: Harnessing Regional Value Chains and Industrial Policy for Development” (Trasformazzjoni tal-Afrika t’Isfel: L-isfruttar tal-Katini ta’ Valur Reġjonali u l-Politika Industrijali għall-Iżvilupp),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-26 Laqgħa Interparlamentari bejn l-UE u l-Afrika t’Isfel, li saret fil-31 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Novembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Viżjoni SADC 2050,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija u l-Pjan Direzzjonali għall-Industrijalizzazzjoni tal-SADC (2015-2063),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu “Il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġenerazzjoni li Jmiss – Rieżami tal-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 105, 4.3.2022, p. 40.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika UE-SADC – Rapport tal-Bidu tal-21 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-FSE bejn l-UE u l-SADC, b’mod partikolari s-sitt sad-disa’ laqgħa tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Globali tal-2021 dwar il-Kriżijiet tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali tal-Parlament Ewropew għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari tat-22 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “EU-Southern African Development Community Economic Partnership Agreement: A geo-economic perspective” (Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika: Perspettiva ġeoekonomika)<FOOTNOTE><FIELD> Studju – ‘EU-Southern African Development Community Economic Partnership Agreement: A geo-economic perspective” (Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika: Perspettiva ġeoekonomika), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, 22 ta’ Novembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tfassil ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0024/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-bidliet ġeopolitiċi, inklużi l-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, wasslu għar-ripożizzjonament tal-Afrika u biex il-pajjiżi tan-Nofsinhar Globali jkollhom rwol aktar awtodeterminat fix-xena dinjija, li javvanzaw l-interessi u l-kontributi tagħhom stess;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi importanti tan-Nofsinhar Globali fl-alleanza BRICS (il-Brażil, ir-Russja, l-Indja, iċ-Ċina u l-Afrika t’Isfel), li għandha tiġi estiża b’sitt pajjiżi oħra mill-2024 wara d-deċiżjoni tas-summit BRICS f’Awwissu 2023, tenfasizza l-importanza li tinżamm il-kooperazzjoni man-nazzjonijiet tan-Nofsinhar Globali fuq termini ugwali u ekwi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Afrika t’Isfel għandha rwol prominenti bħala pont bejn l-Unjoni Ewropea u l-kontinent Afrikan u bħala sieħba fl-indirizzar tal-isfidi globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ wara Cotonou se jsir il-qafas ġenerali l-ġdid għall-FSE kollha, inkluż l-FSE mal-SADC, kif ukoll referenza ewlenija għal rieżamijiet futuri ta’ dawn il-ftehimiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet ikkonċernati, jiġifieri s-soċjetà ċivili, ir-rappreżentanti tan-negozju u t-trade unions, fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-FSE bejn l-UE u l-SADC hija essenzjali għall-identifikazzjoni f’waqtha tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-prijoritajiet u għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet maqbula rispettivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Angola tinsab fil-proċess li tingħaqad mal-FSE bejn l-UE u l-SADC; billi l-UE u l-Angola kkonkludew negozjati dwar FFIS bejn l-UE u l-Angola;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-trattament speċjali u differenzjat huwa prinċipju fundatur tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp għandu jiggwida r-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-inugwaljanza bejn il-ġeneri tiswa lill-Afrika sub-Saħarjana medja ta’ 6 % tal-PDG annwali tar-reġjun, u dan jipperikola l-isforzi tal-kontinent għal żvilupp uman u tkabbir ekonomiku inklużivi; billi żieda ta’ wieħed fil-mija fl-inugwaljanza bejn il-ġeneri tnaqqas l-indiċi tal-iżvilupp tal-bniedem ta’ pajjiż b’0,75 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE qed jiffaċċjaw sfidi bħal inugwaljanzi profondi u dipendenza qawwija fuq l-esportazzjonijiet ta’ materja prima mhux ipproċessata u prodotti agrikoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi dawn l-inugwaljanzi wrew li huma ostakolu għall-isforzi ta’ industrijalizzazzjoni fuq bażi wiesgħa u xi drabi jwasslu għall-korruzzjoni, u jeħtieġu l-iżvilupp ta’ politiki differenzjati biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi ekonomiċi fi ħdan u bejn il-pajjiżi fir-reġjun tal-SADC;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Viżjoni SADC 2050 hija bbażata fuq tliet pilastri: l-iżvilupp industrijali u l-integrazzjoni tas-suq, l-iżvilupp tal-infrastruttura b’appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali, u l-iżvilupp tal-kapital soċjali u uman;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Istrateġija u l-Pjan Direzzjonali għall-Industrijalizzazzjoni tal-SADC 2015-2063 jidentifikaw tliet toroq ta’ tkabbir preferuti għall-industrijalizzazzjoni bbażata fuq ir-riżorsi fir-reġjun: l-ipproċessar tal-komoditajiet agrikoli, l-ipproċessar tal-minerali, u ktajjen ta’ valur industrijali u bbażati fuq is-servizzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiffaċċjaw diskrepanza ta’ USD 2,5 triljun f’finanzjament annwali biex jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) sal-2030; billi l-investiment dirett barrani (FDI) huwa strument għall-finanzjament tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-SDGs korrispondenti; billi tali kapital jista’ jappoġġja l-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib soċjali u ambjentali kif stabbilit fl-SDGs; billi l-għan li jiġi attirat l-investiment għandu jimxi id f’id mar-rikonoxximent, fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali ta’ investiment, li l-partijiet għal dawn il-ftehimiet għandhom ifittxu li jtejbu l-livelli tagħhom ta’ protezzjoni ambjentali jew tal-ħaddiema, u ma jdgħajfuhomx jew inaqqsuhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-objettiv tal-Istrateġija ta’ Industrijalizzazzjoni tal-SADC u l-Pjan Direzzjonali 2015–2063 huwa li jiġu żviluppati u jipparteċipaw fil-ktajjen tal-valur reġjonali u globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi t-trasport u l-infrastruttura diġitali huma meħtieġa biex jiġu żviluppati ktajjen ta’ valur reġjonali u biex l-Istati tal-SADC jiġu integrati dejjem aktar fil-ktajjen tal-valur globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-elementi kruċjali għal parteċipazzjoni b’suċċess fil-katina tal-valur huma l-finanzjament, il-ħiliet, it-teknoloġija, l-infrastruttura u l-loġistika;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 wessgħet b’mod sinifikanti d-diskrepanzi fl-investiment fl-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE u llimitat l-ispazju fiskali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-konsegwenzi tal-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID-19 affettwaw b’mod sinifikanti l-għajxien tal-popolazzjonijiet, b’mod partikolari fl-Istati tal-Eswatini u tal-Lesoto, li jiddependu mill-Qsim tal-Fruntieri u x-Xogħol fl-Afrika t’Isfel;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-volatilità tal-prezzijiet tal-komoditajiet matul il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat ħsara ekonomika severa lill-pajjiżi tal-SADC aderenti mal-FSE li jiddependu fuq id-dħul mit-taxxa mill-industriji estrattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-livell baxx ta’ produzzjoni lokali ta’ prodotti tas-saħħa jżomm ir-reġjun dipendenti fuq il-produzzjoni internazzjonali għall-akkwist ta’ prodotti tas-saħħa vitali, inklużi vaċċini essenzjali kontra l-COVID-19;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-proċess ta’ monitoraġġ u rieżami tal-FSE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel proċess ta’ rieżami mniedi f’Novembru 2021 wara li l-FSE kien ġie applikat proviżorjament mill-2016 u jistenna li jkun jista’ juri r-rabta bejn l-FSE u l-iżvilupp sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mas-sħab tal-SADC biex tavvanza kummerċ ġust, inklużiv u sostenibbli sabiex l-FSE, meta jiġi implimentat b’mod effettiv, ikun jista’ jiżgura u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun; iħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tal-FSE bejn l-UE u l-SADC biex tanalizza bir-reqqa l-impatt tal-FSE fuq l-SDGs, l-ekonomiji informali u lokali, l-integrazzjoni reġjonali u pan-Afrikana, id-diversifikazzjoni ekonomika, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, inkluż il-kontribut tal-industriji domestiċi għal dan l-isforz, u l-appoġġ effettiv tal-Global Gateway u l-programm tal-Għajnuna għall-Kummerċ tal-UE fil-kuntest tal-FSE bejn l-UE u l-SADC; ifakkar li dan il-ftehim jiffoka primarjament fuq il-kummerċ tal-merkanzija u ma jindirizzax il-kummerċ fis-servizzi, l-investiment, jew kwistjonijiet oħra bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku; jistieden lill-partijiet jikkunsidraw dawn il-kwistjonijiet fir-rieżamijiet futuri, peress li teżisti dispożizzjoni għan-negozjar dwar dawn il-kwistjonijiet fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar l-importanza tal-involviment tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-FSE; jiddispjaċih għall-fatt li ġie osservat involviment limitat tas-soċjetà ċivili matul l-implimentazzjoni tal-FSE; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi promossa b’mod attiv il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili; jinnota li l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-gruppi tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tal-istudenti, fil-proċess ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tista’ tipprovdi għarfien u feedback siewja dwar l-impatt tal-ftehim fuq in-nisa u ż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-tħejjija tar-rapport konġunt ta’ monitoraġġ dwar l-FSE qed tavvanza b’pass aktar bil-mod milli mistenni; jirrikonoxxi l-limitazzjonijiet tal-kapaċità ffaċċjati mill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE f’dan ir-rigward; ifakkar li, skont l-approċċ il-ġdid tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ir-rappreżentanti tan-negozju u t-trade unions, għandhom ikunu involuti f’dan l-eżerċizzju ta’ rendikont u mħeġġa jagħmlu proposti biex jimmassimizzaw l-effettività tal-FSE u li l-FSE għandu jiġi modernizzat biex jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv Domestiku, li sar prattika komuni f’FSE oħra; huwa favur parteċipazzjoni aktar strutturata tal-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-implimentazzjoni konkreta tal-aspetti kollha ta’ sostenibbiltà fl-FSE bejn l-UE u l-SADC; iħeġġeġ lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE biex jikkonformaw mal-impenji miftiehma skont l-FSE biex jinvolvu lill-atturi tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi li huma meħtieġa arranġamenti tranżitorji flessibbli biex l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fl-FSE u ma’ impenji internazzjonali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistenna li, skont l-eżitu tar-rieżami, l-FSE jiġi adattat jew possibbilment estiż fi ftehimiet komplementari sabiex tiġi kkonsolidata u approfondita s-sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Afrika b’reazzjoni għall-bidliet ġeopolitiċi u għall-isfidi tat-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-aspirazzjonijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Angola, pajjiż li kien jiddependi ħafna fuq l-industriji estrattivi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fil-qafas tal-FFIS bejn l-UE u l-Angola, qed jiġu previsti miżuri għall-bini tal-kapaċità fiskali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bilanċi kummerċjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE kibru b’mod sinifikanti, kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f’dak bilaterali, bl-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jkunu jistgħu jiksbu surplus kummerċjali; iqis li dan juri l-kontribut pożittiv tal-FSE għall-iżvilupp ekonomiku, filwaqt li l-effetti pożittivi mixtieqa fuq l-impjiegi, il-kooperazzjoni ekonomika reġjonali u d-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija għadhom ma laħqux il-potenzjal tagħhom u għandhom jiġu segwiti bħala prijorità; jinnota li l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jesportaw prinċipalment il-ħaġar prezzjuż, oġġetti tal-injam, it-trasport<FOOTNOTE><FIELD> Cipollina, M., “The Trade Growth under the EU-SADC Economic Partnership Agreement: An Empirical Assessment” (It-Tkabbir Kummerċjali fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-SADC: Valutazzjoni Empirikali). <STRING ITALIC="on">Economies</STRING> Vol. 10, Nru 12, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>, prodotti minerali u prodotti agrikoli, bħall-frott u l-ħaxix, lejn l-UE; jinnota, madankollu, li l-esportazzjonijiet tal-Afrika t’Isfel lejn l-UE huma aktar diversi u jinkludu prodotti b’valur miżjud ogħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li bl-eċċezzjoni tal-Afrika t’Isfel, l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE primarjament jagħmlu kummerċ fir-reġjun; jinnota li l-kummerċ mal-Afrika t’Isfel għadu jirrappreżenta 80 % tal-kummerċ tal-UE mal-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE u li l-kummerċ tal-Afrika t’Isfel fil-merkanzija ma’ pajjiżi Afrikani oħra jirrappreżenta biss 17 % tal-kummerċ barrani totali tagħha; jinnota li l-kummerċ intra-SADC jammonta għal 23 % tal-kummerċ totali tal-Istati tal-SADC; jirrikonoxxi li x-xejriet kummerċjali intra-SADC huma differenti mill-kummerċ bilaterali bejn l-UE u l-SADC; jirrimarka li b’mod ġenerali, ma kien hemm l-ebda titjib fid-diversifikazzjoni u s-sehem tal-manifattura fil-PDG għadu dgħajjef; jisħaq li ekonomiji diversifikati jagħmlu l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE aktar reżiljenti għal xokkijiet esterni; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-ktajjen tal-valur reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-FSE għandu jappoġġja dinamika kummerċjali ġdida bejn il-Partijiet permezz tal-liberalizzazzjoni asimetrika progressiva tal-kummerċ bejniethom; jisħaq ukoll li jista’ jsaħħaħ, iwessa’ u japprofondixxi l-kooperazzjoni fl-oqsma kollha rilevanti għall-kummerċ u għaldaqstant isaħħaħ ukoll is-sħubija bejn il-pajjiżi tal-SADC u l-UE; jisħaq fuq l-importanza tal-prinċipju tal-liberalizzazzjoni asimetrika tal-kummerċ bħala għodda biex jitrawmu t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi tal-SADC aderenti mal-FSE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja li filwaqt li l-FSE jistgħu jipprovdu vantaġġi sinifikanti għall-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), dawn għandhom ukoll għadd ta’ sfidi u żvantaġġi; jinsisti, għaldaqstant, li dawk li jfasslu l-politiki għandhom jikkunsidraw bir-reqqa dawn il-fatturi u jaħdmu biex jiżguraw li l-FSE jiġu implimentati b’mod li jimmassimizza l-benefiċċji għall-partijiet kollha involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li l-Partijiet kollha għandhom dejjem jaġixxu fuq il-bażi tal-prinċipji tas-solidarjetà u interess reċiproku sabiex itejbu l-kollaborazzjoni produttiva tagħhom, jissodisfaw l-impenji u l-obbligi tagħhom u jiffaċilitaw il-kapaċità tal-pajjiżi tal-SADC aderenti mal-FSE biex ikomplu jimplimentaw il-ftehim;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ostakoli tekniċi għall-kummerċ</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li l-FSE bejn l-UE u l-SADC għandu l-għan li jippromwovi l-integrazzjoni reġjonali u li l-ftehim għandu jkun element kostitwenti għaż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana mnedija fl-2021; jinnota li l-integrazzjoni reġjonali għandha l-isfidi abbażi ta’ ħinijiet twal ta’ stennija fil-qsim tal-fruntieri, spejjeż għoljin fil-fruntieri u konnettività transfruntiera inadegwata; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jżidu l-kooperazzjoni fl-infrastruttura, il-kummerċ diġitali u ċ-ċertifikazzjoni, inkluż fl-ambitu tal-Inizjattiva Global Gateway; jisħaq fuq l-importanza li tingħata prijorità lill-proġetti reġjonali tat-trasport u tal-infrastruttura fir-reġjun biex tiġi approfondita l-integrazzjoni reġjonali u jiżdiedu l-flussi intra-kummerċjali; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi promoss l-iżvilupp effiċjenti tal-infrastruttura transfruntiera, l-armonizzazzjoni tar-regolamenti u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE sabiex jinħoloq reġjun tal-SADC interkonness; jistieden lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jarmonizzaw ir-regolamenti u l-proċeduri relatati mad-dwana u t-trasport sabiex jissimplifikaw il-proċessi transfruntiera, inaqqsu d-dewmien u jippromwovu ambjent favorevoli għall-kummerċ u l-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu formalizzati l-arranġamenti tax-xogħol transfruntiera biex jiġi promoss ix-xogħol deċenti, jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema u jiġi żgurat l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fir-reġjun; jirrikonoxxi l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw in-nisa, b’mod partikolari fil-kuntest tax-xogħol transfruntier, inklużi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jestendu l-impenn tagħhom għall-ħolqien ta’ ambjent abilitanti li jappoġġja l-mobbiltà tax-xogħol legali u trasparenti, filwaqt li jissalvagwardjaw id-drittijiet u d-dinjità tal-ħaddiema;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Regoli tal-oriġini</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni dwar l-attivazzjoni tal-akkumulazzjoni reġjonali mal-pajjiżi tal-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika (SACU); ifakkar li l-introduzzjoni ta’ regoli tal-oriġini flessibbli hija essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi ta’ integrazzjoni reġjonali; jisħaq li r-regoli tal-oriġini jridu jippromwovu l-objettivi taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana (AfCFTA); ifakkar li l-FSE jeħtieġ li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri tal-AfCFTA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tilwim kummerċjali u kwistjonijiet ta’ aċċess għas-suq</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li seħħew ostakoli kummerċjali fir-rigward tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS), b’mod partikolari għat-tjur u l-frott taċ-ċitru; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jużaw il-fora u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni miftiehma fl-ambitu tal-FSE biex jindirizzaw il-bidliet fir-regolamenti tal-SPS fi stadju bikri u f’atmosfera ta’ kooperazzjoni sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni xierqa f’waqtha; ifakkar li l-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat bis-sħiħ fil-qafas tar-rieżami li jiżgura li l-miżuri SPS applikati mill-Afrika t’Isfel ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Unjoni u d-dispożizzjonijiet tal-FSE u ma jagħmlux ħsara lis-saħħa tal-pjanti tal-produzzjoni tal-Unjoni u tal-SADC; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni tat appoġġ tekniku u finanzjarju lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-miżuri SPS u jitlob monitoraġġ bir-reqqa tal-ħidma biex jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa; jirrakkomanda li jinstabu soluzzjonijiet għall-ostakoli kummerċjali kkawżati mir-rekwiżiti SPS permezz ta’ diskussjonijiet politiċi ta’ livell għoli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bini tal-kapaċitajiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-governanza u l-kapaċità fiskali u istituzzjonali jibqgħu l-akbar sfidi għall-implimentazzjoni effettiva tal-FSE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-assistenza teknika u finanzjarja bħala fatturi essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi fl-ambitu tal-FSE u għall-kooperazzjoni ta’ benefiċċju bejn il-Partijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-FSE tista’ tkun ta’ sfida għal pajjiżi tal-AKP iżgħar li m’għandhomx riżorsi u infrastruttura; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jassistu lill-pajjiżi sħab tagħhom li qegħdin jiżviluppaw sabiex ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet ippreżentati mill-FSE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom f’assistenza teknika; jistieden lill-Kummissjoni tespandi b’mod sinifikanti l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni tagħha mal-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE u tipprovdilhom u, fejn xieraq, lill-kumpaniji u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tagħhom, appoġġ f’waqtu fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-UE li ġejjin u fit-twettiq ta’ impenji internazzjonali oħra bħall-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, il-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali;</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jikkonkludi li l-FSE ma rnexxilux japprofondixxi l-ktajjen tal-valur reġjonali u dawk fl-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE u bejniethom b’xi mod sinifikanti, iżda għandu jsaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet u tal-ktajjen tal-valur miżjud reġjonali, kif ukoll joħloq ktajjen tal-provvista aktar reżiljenti li jistgħu jadattaw għal tfixkil futur tal-iżvilupp soċjoekonomiku tal-SADC; jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati ktajjen tal-valur reġjonali għar-reżiljenza ekonomika tar-reġjun; jistenna li l-FSE jikkontribwixxi aħjar għall-ġlieda kontra l-problemi dejjiema tas-sovranità tal-ikel u t-tnaqqis tal-faqar fl-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE; ifakkar li l-objettiv tal-FSE huwa li jinħolqu effetti pożittivi fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-integrazzjoni reġjonali; jisħaq li l-FSE għad għandu potenzjal kbir biex javvanza l-iżvilupp sostenibbli u li dan għandu jiġi segwit bħala prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja x-xewqa li jitħalla biżżejjed spazju ta’ politika għall-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE biex jinħoloq valur miżjud lokali; jemmen li l-UE għandha tappoġġja b’mod attiv lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE fl-isforzi tagħhom biex javvanzaw fil-katina tal-valur; jenfasizza li l-ġestjoni effettiva tal-ispeċjalizzazzjoni reġjonali hija essenzjali biex jiġi massimizzat il-potenzjal tal-ktajjen tal-valur reġjonali u teħtieġ strutturi u politiki ta’ governanza kooperattivi; jistieden lill-UE u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jaħdmu lejn l-iżvilupp ta’ infrastruttura diġitali ta’ kwalità għolja, inklużi networks tal-broadband u pjattaformi diġitali, biex itejbu l-konnettività, jippromwovu l-kummerċ elettroniku u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u servizzi bejn il-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja l-importanza kritika tal-katina tal-valur tas-servizz biex jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku, titrawwem l-innovazzjoni u tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali fir-reġjun tal-SADC; jenfasizza l-potenzjal fis-setturi tas-servizzi fir-reġjun tal-SADC, li jinkludu s-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u t-telekomunikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-impenn tal-UE għal kooperazzjoni multilaterali u biex jiġu żgurati l-interessi kummerċjali tal-Ewropa filwaqt li fl-istess ħin jiġu indirizzati wħud mill-interessi ewlenin tal-pajjiżi tal-AKP, b’mod partikolari fir-rigward tal-integrazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar fis-soluzzjoni b’żewġ pilastri biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni tal-ekonomija, kif intlaħaq qbil mill-membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u tal-G20 fi ħdan il-Qafas Inklużiv dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li r-rata tat-taxxa korporattiva minima globali maqbula ta’ 15 % għall-intrapriżi multinazzjonali tiġi applikata b’mod effettiv; jissottolinja li din ir-rata ta’ taxxa minima hija mistennija tiġġenera madwar USD 150 biljun kull sena fi dħul addizzjonali mit-taxxa globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta’ trattament speċjali u differenzjali tad-WTO, b’mod partikolari biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-komunikazzjoni tagħha tal-2009 dwar il-kummerċ ġust<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2009 bit-titolu “Kontribut għall-Iżvilupp Sostenibbli: Ir-rwol tal-kummerċ Fair Trade u l-iskemi mhux governattivi ta’ assigurazzjoni ta’ sostenibilità relatati mal-kummerċ’ (COM(2009)0215).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li hemm ħtieġa urġenti li jsiru sforzi konġunti estensivi lejn id-dekarbonizzazzjoni u li dan jiġi appoġġjat b’finanzjament sostanzjali, kif ukoll li jitwettqu trasferimenti estensivi tat-teknoloġija; jenfasizza s-sinifikat tal-kollaborazzjoni konġunta fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li jitrawwem it-tkabbir ekonomiku; jisħaq li l-istabbiliment ta’ sħubijiet tal-enerġija mal-pajjiżi tar-reġjun tal-SADC irid jiffoka mhux biss fuq l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku fl-Ewropa, iżda fl-istess ħin irid jimmira li jipprovdi lir-reġjun tal-SADC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Itenni li t-tranżizzjoni ekoloġika toffri l-potenzjal li tkun ġeneratur ta’ impjiegi ta’ kwalità u ekoloġiċi li jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-qerda tal-faqar u għall-inklużjoni soċjali, kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll fl-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jsir investiment fl-edukazzjoni u fl-iżvilupp tal-ħiliet imfassla għall-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi tat-tranżizzjoni ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iqis li l-proġetti għat-titjib tal-infrastruttura lokali fil-pajjiżi tal-SADC aderenti mal-FSE b’rabta mas-sħubijiet tal-bliet huma utli sabiex isostnu s-sħubijiet klimatiċi bejn l-UE u l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE individwali b’mod deċentralizzat, u biex japprofondixxu l-iskambji bejn il-muniċipalitajiet fin-Nofsinhar tal-Afrika u l-UE; huwa konvint li l-iskambji muniċipali jagħmluha possibbli għall-esperti Afrikani u Ewropej li jiżviluppaw soluzzjonijiet xierqa għall-problemi għall-iżvilupp tal-infrastruttura lokali; jilqa’ l-fatt li tali proġetti ta’ sħubija huma appoġġjati mill-programm “Local Authorities: Partnership for Sustainable Cities 2020” (Awtoritajiet Lokali: Sħubijiet għal bliet sostenibbli 2020); jistieden lill-Kummissjoni tkompli tassisti lill-pajjiżi tal-SADC aderenti mal-FSE biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-politika ambjentali tal-UE u żżomm dan il-programm ta’ finanzjament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lid-delegazzjonijiet tal-UE jiffaċilitaw id-djalogu bl-għan li jippromwovu fehim reċiproku dwar l-impatt tal-inizjattivi klimatiċi tal-UE, bħall-introduzzjoni tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) u r-Regolament dwar id-Deforestazzjoni, u l-leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni dwar id-diliġenza dovuta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq li l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE huma partikolarment affettwati mill-impatti tat-tibdil fil-klima; ifakkar li l-agrikoltura fin-Nofsinhar tal-Afrika hija affettwata kemm mill-għargħar kif ukoll min-nixfiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fl-iżvilupp ta’ sistemi xierqa ta’ twissija bikrija u koordinazzjoni bejn il-ministeri rilevanti tal-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Kontribuzzjonijiet Stabbiliti fil-livell Nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE u tal-Kummissjoni biex jistabbilixxu kooperazzjoni iktar mill-qrib dwar sistemi reżiljenti tal-ikel u s-sovranità tal-ikel fi ħdan il-proċess ta’ rieżami; iqis li din il-kooperazzjoni hija opportunità li tippromwovi d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bdiewa u Persuni Oħra li Jaħdmu f’Żoni Rurali u l-Konvenzjonijiet tal-ILO orjentati lejn l-agrikoltura bħall-Konvenzjoni Nru. 129 dwar l-ispezzjoni tax-xogħol fl-agrikoltura, il-Konvenzjoni Nru. 10 dwar l-età minima fl-agrikoltura u l-Konvenzjoni Nru. 11 dwar id-dritt ta’ assoċjazzjoni fl-agrikoltura; ifakkar il-fatt li l-kapaċità tal-agroekoloġija li tirrikonċilja d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali tas-sostenibbiltà ġiet rikonoxxuta fir-rapporti storiċi mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima u mill-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi, kif ukoll mill-Bank Dinji u mill-valutazzjoni agrikola globali mmexxija mill-FAO (IAASTD);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ sforzi fil-bini ta’ ktajjen tal-valur reżiljenti għat-tibdil fil-klima fi ħdan l-agroindustrija u l-iżvilupp ta’ varjetajiet ta’ għelejjel reżistenti għan-nixfa u tekniki ta’ pproċessar adattati għall-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza li l-aċċess għall-ilma nadif u għall-faċilitajiet sanitarji huwa fundamentali għas-sostenibbiltà agrikola; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ strateġiji komprensivi għall-ġestjoni tal-ilma; jenfasizza li n-nuqqas ta’ aċċess għall-ilma nadif u s-sanità fir-reġjun tal-SADC huwa ostakolu għall-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jitlob li jitwettqu u jiġu kondiviżi inizjattivi reġjonali tal-agroproċessar fost l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-għarfien u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; jitlob li jiġi mmonitorjat il-progress li sar fil-ktajjen tal-valur reġjonali fl-ipproċessar agrikolu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġeneru</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol vitali tan-nisa fl-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun tal-SADC u l-importanza li jinħoloq ambjent favorevoli li jissalvagwardja d-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-kwistjonijiet tal-ġeneru fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-FSE, pereżempju billi torganizza workshops dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bejn, fost l-oħrajn, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fl-UE u fil-pajjiżi tal-SADC, billi tqajjem kuxjenza fost l-awtoritajiet nazzjonali u l-kumpaniji dwar il-potenzjal ekonomiku mhux sfruttat li jirriżulta mid-diskriminazzjoni kontra n-nisa u billi tgħinhom jidentifikaw l-ixprunaturi politiċi, ekonomiċi u soċjali li jxekklu l-avvanz tan-nisa Afrikani u jitlob li jkun hemm politiki u azzjonijiet konkreti biex jingħalaq id-distakk bejn il-ġeneri; jisħaq fuq l-importanza li n-nisa u ż-żgħażagħ jingħataw is-setgħa fir-reġjun tal-SADC billi jissaħħaħ l-aċċess tagħhom għall-finanzi, ir-riżorsi u l-parteċipazzjoni ekonomika; jistieden lill-UE u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jiżguraw aċċess ugwali u mingħajr xkiel għas-servizzi u r-riżorsi finanzjarji għan-nisa u ż-żgħażagħ, u l-promozzjoni tal-inklużjoni finanzjarja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Investiment</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jirrimarka li l-finanzi u l-investimenti ekoloġiċi jeħtieġ li jiżdiedu b’mod sinifikanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta’ Pariġi u biex tavvanza t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti għall-klima fl-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jesploraw b’mod attiv mekkaniżmi innovattivi għall-finanzjament ekoloġiku, inklużi bonds ekoloġiċi, fondi ta’ investiment iffukati fuq il-klima u sħubijiet pubbliċi-privati, filwaqt li jisfruttaw pjattaformi internazzjonali biex jattiraw investimenti fi proġetti sostenibbli u reżiljenti għat-tibdil fil-klima; jistieden lill-UE teżerċita l-influwenza tagħha fil-kisba ta’ prattiki ta’ finanzjament imtejba minn istituzzjonijiet bħall-Bank Dinji u fit-tisħiħ tar-rwol tal-Fond Monetarju Internazzjonali fit-tnaqqis tad-dejn tal-pajjiżi b’dejn kbir u għalhekk jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jużaw l-influwenza tagħhom biex jesploraw approċċi ġodda li jilliberaw il-finanzjament għall-adattament għat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri proattivi biex ikomplu jattiraw aktar investimenti, b’mod partikolari f’setturi strateġiċi u innovattivi, li jistgħu jwasslu għal riżultati ta’ kwalità ogħla u jrawmu żvilupp aktar sostenibbli, li jista’ jirriżulta f’benefiċċji fit-tul kemm għall-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE kif ukoll għall-UE; iħeġġeġ ukoll lill-UE u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE biex flimkien jesploraw possibilitajiet ta’ finanzjament innovattiv bħall-iżgurar ta’ self u sussegwentement l-allokazzjoni tiegħu taħt kundizzjonijiet xierqa biex jiffinanzja l-infrastruttura pubblika f’oqsma kruċjali bħall-enerġija, il-provvista tal-ilma, ir-rimi tal-iskart u r-riċiklaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi tagħhom fil-fora internazzjonali, inkluża d-WTO, biex jippromwovu żieda fil-finanzjament internazzjonali għall-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li l-istokk ta’ investiment tal-Istati Membri tal-UE fl-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE għadu ogħla b’mod sinifikanti minn dak tal-Istati Uniti jew taċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Iqis ukoll li hemm bżonn urġenti li jiżdied l-investiment sostenibbli fir-reġjun tal-SADC u jistenna li jiġu identifikati oqsma ta’ investiment li jidhru partikolarment adattati għal sħubijiet ta’ investiment bejn l-UE u l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE; jappella għal Tim Ewropa biex ikun ikkoordinat aħjar fl-approċċ tal-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa biex jiżdied l-investiment; jisħaq li l-kisba tal-SDGs teħtieġ investimenti massivi fl-appoġġ tal-infrastruttura u d-diversifikazzjoni lil hinn mid-dipendenza fuq komoditajiet primarji u lejn prodotti industrijali ta’ valur għoli; jisħaq li l-politika ta’ investiment tal-UE għandha tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi Afrikani, biex jattiraw l-FDI u jnaqqsu d-diskrepanza fil-finanzjament biex jintlaħqu l-SDGs; jenfasizza li l-ħolqien ta’ impjiegi deċenti jrid ikun fattur ewlieni għall-appoġġ tal-investiment fir-reġjun tal-SADC, li jippermetti oqfsa nazzjonali robusti għad-drittijiet tal-bniedem u d-diliġenza dovuta ambjentali; jissottolinja l-importanza li l-kumpaniji lokali jiġu involuti kull fejn possibbli fil-proċess ta’ implimentazzjoni biex jinżammu l-fondi investiti fir-reġjun, tingħata spinta lill-impjiegi u jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-ħiliet; jemmen li l-fondi tal-Global Gateway għandhom jiżdiedu u li jrid jiżdied is-sehem tal-għotjiet għal investimenti pubbliċi li huma ugwalment meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li meta jagħżlu u jappoġġjaw il-proġetti tal-Global Gateway, id-djalogu soċjali jeħtieġ li jkun parti integrali mill-qafas istituzzjonali għat-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni fil-livelli kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina aħjar l-aġenziji nazzjonali individwali ta’ kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri tal-UE sabiex tallinja mal-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jissottolinja s-sinifikat tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-iżvilupp ekonomiku tal-Istati tal-SADC, filwaqt li jirrikonoxxi l-potenzjal u r-rwol tagħhom; itenni l-ħtieġa li titqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji u l-opportunitajiet tal-ftehim, b’mod partikolari għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ involviment proattiv mill-intrapriżi tas-settur privat fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-FSE bejn l-UE u l-SADC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tinkoraġġixxi b’mod attiv il-parteċipazzjoni fi programmi ta’ bini tal-kapaċità u inizjattivi reġjonali mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità tal-investiment u tal-esportazzjoni, filwaqt li trawwem ambjent tas-suq aktar favorevoli għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ programmi tal-UE bħall-programm Support to Improving the Investment and the Business Environment (Appoġġ għat-Titjib tal-Investiment u l- għall-Ambjent tan-Negozju) bl-għan li tittejjeb il-klima tan-negozju u tal-investiment fl-Istati tal-SADC; jitlob, f’dan il-kuntest, li jiġi previst aktar finanzjament fil-perjodu finanzjarju li jmiss sabiex tingħata spinta akbar lit-tkabbir u l-iżvilupp tas-settur privat, kif ukoll biex jinħolqu opportunitajiet ta’ impjieg għall-popolazzjoni lokali, u b’hekk jitnaqqas il-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq li qafas legali u fiskali trasparenti u prevedibbli se jgħin biex jippromwovi l-integrazzjoni reġjonali u jattira investiment dirett barrani;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-adeżjoni tal-Angola</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tas-SIFA bejn l-UE u l-Angola għal dan il-Ftehim bħala approċċ ġdid biex jinbena l-qafas legali u fiskali trasparenti u prevedibbli meħtieġ li jrawwem id-diliġenza dovuta tal-investituri biex jattiraw investiment sostenibbli u responsabbli, u jenfasizza d-dispożizzjonijiet miftiehma fir-rigward tal-impenji dwar il-ġeneru, it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli; iħeġġeġ lil pajjiżi oħra fir-reġjun jikkunsidraw ftehimiet ta’ faċilitazzjoni tal-investiment sostenibbli simili mal-UE, li jinkludu kontributi determinati fil-livell nazzjonali fit-tfassil tagħhom; jissottolinja li s-SIFA bejn l-UE u l-Angola għandha tikkontribwixxi għall-attrazzjoni u l-espansjoni tal-investiment sostenibbli fl-Angola, kif ukoll għall-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika, filwaqt li fl-istess ħin tintegra l-impenji ambjentali u tad-drittijiet tax-xogħol, u ma għandux ikollha l-effett oppost; jenfasizza l-opportunitajiet ta’ investiment sostenibbli fis-settur agrikolu sensittiv għall-klima, l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli u fl-infrastruttura reżiljenti għat-tibdil fil-klima, kif ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-proġetti ta’ kooperazzjoni li jippromwovu l-impenji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fis-SIFA bejn l-UE u l-Angola fi ħdan il-Programm Indikattiv Pluriennali għall-Angola; jemmen li ftehimiet bħas-SIFA bejn l-UE u l-Angola jistgħu jipprovdu qafas legali u organizzattiv għal investiment sostenibbli li jnaqqas id-dipendenza tal-Angola fuq iż-żejt u l-gass; jilqa’ l-fatt li s-SIFA bejn l-UE u l-Angola tinkludi aspetti importanti tal-implimentazzjoni prattika tal-investimenti bħat-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-investimenti, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ approvazzjoni, l-istabbiliment ta’ punti fokali ta’ investituri interessati, il-proċeduri għall-evitar u r-riżoluzzjoni tat-tilwim u għad-diliġenza dovuta tal-investituri; jistieden lill-UE u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jikkunsidraw jekk Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli għandux jikkomplementa l-FSE; jistieden lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE biex jidħlu f’negozjati dwar din il-kwistjoni, jekk ikun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jilqa’ t-talba tal-Angola biex tingħaqad mal-FSE bejn l-UE u l-SADC; jittama, f’dan il-kuntest, li l-proċess tan-negozjati jibda mingħajr aktar dewmien; iqis li jekk l-Angola tingħaqad mal-FSE bejn l-UE u l-SADC jew kwalunkwe strument internazzjonali separat vinkolanti u li jista’ jiġi infurzat bejn l-UE u l-Istati tal-SADC, is-SIFA bejn l-UE u l-Angola għandu jiġi adattat kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Ifakkar li skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, l-Angola tiffaċċja kwistjonijiet ta’ kapaċità fl-implimentazzjoni effettiva tal-FSE; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Angola fil-bini tal-kapaċitajiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Materja prima</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE jsaħħu l-kooperazzjoni permezz ta’ fora formali, kif ukoll sħubijiet strateġiċi u pjanijiet direzzjonali ta’ implimentazzjoni dwar il-materja prima kritika, sabiex jiżguraw provvista diversifikata u sostenibbli ta’ materja prima ewlenija għat-tranżizzjoni ekoloġika, it-tranżizzjoni diġitali u t-tranżizzjoni ġusta, itejbu r-riċiklaġġ tar-riżorsi naturali u l-ġestjoni tal-iskart, jappoġġjaw lill-industriji nazzjonali biex javvanzaw fil-katina tal-valur mill-estrazzjoni sal-ipproċessar tal-materja prima u jippromwovu prattiki ta’ estrazzjoni responsabbli, b’mod partikolari billi jirrikonoxxu u japplikaw il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tal-popolazzjoni lokali affettwata mill-proġetti tal-estrazzjoni minerarja u billi jġibu benefiċċji tul il-katina tal-provvista u tal-produzzjoni kollha; huwa konvint li l-estrazzjoni tal-materja prima jeħtieġ li sseħħ b’rispett tal-istandards ambjentali, u tad-drittijiet tax-xogħol u tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-popli indiġeni; jitlob il-parteċipazzjoni kontinwa u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-komunitajiet lokali u indiġeni; huwa favur riformi politiċi li jindirizzaw is-sjieda tal-art u tal-minjieri, id-drittijiet tax-xogħol u l-ġustizzja soċjali sabiex jittaffew il-kunflitti u jitħeġġeġ l-investiment sostenibbli; jinsab imħasseb dwar każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-livell għoli ta’ ħsara ambjentali kkawżata minn xi kumpaniji tal-estrazzjoni minerarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ s-Sħubija Strateġika man-Namibja, li għandha l-għan li tibni l-iżvilupp tal-idroġenu rinnovabbli u l-ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi żviluppata l-infrastruttura meħtieġa, bħal faċilitajiet tal-enerġija rinnovabbli, networks tat-trasport u ċentri ta’ riċerka, biex jiġu ffaċilitati l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jitlob, f’dan il-kuntest, li jiġu stabbiliti pjattaformi ta’ kondiviżjoni tal-għarfien u networks ta’ riċerka sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki, l-esperjenzi u s-soluzzjonijiet innovattivi bejn l-Istati Membri; iqis li huwa utli li l-kooperazzjoni teknoloġika tiġi estiża għal oqsma oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jisħaq li t-talba tal-UE biex jiġu pprojbiti t-taxxi fuq l-esportazzjoni tal-materja prima ilha ostakolu fil-proċess tan-negozjati dwar il-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika, meta jitqies li t-taxxi u d-dazji tal-esportazzjoni mhumiex ipprojbiti fi ħdan is-sistema tad-WTO; ifakkar fid-dritt tal-pajjiżi Afrikani li jirregolaw il-materja prima fl-interess pubbliku tagħhom; jappella lill-UE biex, skont dan, iżżomm lura milli tadotta politika kummerċjali li tipprojbixxi, bħala regola ġenerali, lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw milli jimponu taxxi fuq l-esportazzjoni tal-materja prima, sakemm din tkun kompatibbli mar-regoli tad-WTO;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Deroga minn TRIPS</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li l-proposta oriġinali, fost l-oħrajn, tal-Indja u tal-Afrika t’Isfel għal deroga mid-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) għall-vaċċini tal-COVID intlaqgħet b’reazzjonijiet differenti fil-bidu u aktar tard ġiet appoġġjata mill-UE; jisħaq li fil-futur, is-sħubija bejn partijiet ugwali għandha tinvolvi aktar djalogu; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha u lill-Membri tad-WTO biex imexxu ’l quddiem id-diskussjonijiet li ilhom mistennija fid-WTO dwar l-estensjoni tad-deċiżjoni TRIPS tat-12-il Konferenza Ministerjali biex il-flessibbiltajiet miftiehma fil-livell tad-WTO jiġu estiżi għat-terapewtiċi u d-dijanjostiċi; f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas ta’ politika ċar biex tiżgura li s-sistema futura ta’ liċenzjar obbligatorju tal-UE tkun konformi mal-flessibbiltajiet miftiehma tat-TRIPS; jitlob kooperazzjoni ugwali aktar b’saħħitha mal-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE f’dan il-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi li saru fi ħdan is-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika t’Isfel biex tinbena infrastruttura għall-produzzjoni tal-vaċċini; jisħaq li din l-infrastruttura trid tinkludi l-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika aderenti għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>