<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0122</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni kritika f’Kuba</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0144, 0148 u 0151/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 2024 dwar is-sitwazzjoni kritika f’Kuba (2024/2584(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar l-istat tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni (PDCA) bejn l-UE u Kuba fid-dawl taż-żjara reċenti tar-Rappreżentant Għoli fil-gżira<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0280.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 337 I, 13.12.2016, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE> (PDCA), iffirmat f’Diċembru 2016 u applikat b’mod provviżorju mill-1 ta’ Novembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 5 u 229 tal-Kostituzzjoni ta’ Kuba u tal-Kodiċi Penali ta’ Kuba,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-definizzjoni ta’ “organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili” f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ARES (2021) 2474104 tal-Viċi Direttur Maniġerjali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-Kontinent Amerikan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’ Diċembru 1966 u trattati u strumenti internazzjonali oħra fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-10 ta’ Diċembru 1984, li Kuba hija Stat Parti għaliha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-Human Rights Watch, il-Human Rights Foundation u l-Prisoners Defenders, il-Kapitolu IV.B dwar Kuba tar-rapporti annwali tal-2020, l-2021 u l-2022 tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR), il-komunikazzjoni tas-6 ta’ Novembru 2019 lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar forom kontemporanji ta’ skjavitù, inklużi l-kawżi u l-konsegwenzi tagħhom, u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-traffikar tal-bnedmin, speċjalment nisa u tfal, fir-rigward tal-brigati mediċi Kubani, il-komunikazzjoni tat-2 ta’ Novembru 2023 lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar forom kontemporanji ta’ skjavitù, inklużi l-kawżi u l-konsegwenzi tagħhom, fir-rigward tal-brigati mediċi Kubani, u l-konklużjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali ta’ Kuba tal-2018 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f’dak li jikkonċerna l-brigati mediċi Kubani,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-16 ta’ Novembru 2023 maħruġa lil Kuba mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, il-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar kwistjonijiet tal-minoranzi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-5 ta’ Lulju 2017, il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni, b’kundizzjonijiet ċari marbuta mat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f’Kuba, li jinkludu klawżola ta’ sospensjoni f’każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi r-riżoluzzjoni ta’ akkumpanjament talbet lill-awtoritajiet ta’ Kuba jħallu lid-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew jidħlu fil-pajjiż u jkollhom aċċess għall-interlokuturi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi diversi artikoli tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba, jiġifieri l-Artikoli 1, 2 u 3, jistabbilixxu prinċipji ċari dwar l-ugwaljanza, ir-reċiproċità, ir-rispett reċiproku, it-tisħiħ tal-kuntatti, id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ soċjetajiet; billi l-Parlament talab li s-SEAE jagħmel dak kollu possibbli biex jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali f’Kuba meta japplika l-PDCA; billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali huwa essenzjali għall-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-għadd ta’ priġunieri politiċi u priġunieri minħabba twemmin f’Kuba żdied b’mod drammatiku, u laħaq 1 066 fil-31 ta’ Jannar 2024 (li jinkludi 33 minuri fiż-żmien tad-detenzjoni), li jikkostitwixxi żieda ta’ tmien darbiet mill-2018 u żieda ta’ 170 fl-aħħar 12-il xahar, ekwivalenti għal medja fix-xahar ta’ aktar minn 14-il detenzjoni politikament motivata; billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem iddokumentaw ukoll aktar minn 11 000 każ ta’ kundanni “prekriminali” b’sentenzi medji ta’ sentejn u 10 xhur mingħajr ma twettaq jew ma ġie attentat ebda reat, għadd irrappurtat mill-Ispeaker tal-Kumitat tan-NU Kontra t-Tortura (CAT) f’April 2022 fl-osservazzjonijiet verbali ta’ Konklużjoni fit-73 Sessjoni tar-Rieżami Perjodiku tal-CAT dwar Kuba; billi f’dawn l-aħħar deċennji, l-Artikolu 72 tal-Kodiċi Ċivili ta’ Kuba ippermetta medja ta’ 3850 detenzjoni “prekriminali” ġdida kull sena; billi l-Artikoli 434.1 u 189.3 tal-Kodiċi Penali l-ġdid ta’ Kuba jibnu fuq il-miżuri “prekriminali” li jinsabu fil-Kodiċi Ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi n-NU diġà esprimiet it-tħassib tagħha dwar Kuba fir-rigward tad-detenzjoni u l-priġunerija ta’ mexxejja reliġjużi fil-pajjiż; billi fis-16 ta’ Novembru 2023, ħames detenturi ta’ mandati u rapporteurs tal-Proċeduri Speċjali tan-NU bagħtu lil Kuba, komunikazzjoni li fiha ddeskrivew u kkundannaw il-prattiki sistematiċi tal-pajjiż fil-persekuzzjoni, il-priġunerija u t-tortura ta’ pastors evanġeliċi u qassisin Kattoliċi, imams Musulmani u mexxejja reliġjużi Yoruba/Santería;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi f’Jannar 2024 l-Istitut għar-Riċerka dwar il-Politika tal-Kriminalità u l-Ġustizzja aġġorna l-World Prison Brief fejn irrapporta żieda fl-għadd ta’ priġunieri fuq il-gżira, li jfisser li Kuba issa tinsab fit-tieni post fid-dinja f’termini tar-rata ta’ priġunerija tagħha; billi l-Gvern Kuban ikompli juża d-detenzjoni arbitrarja biex jagħti fastidju u jintimida lill-kritiċi, lill-attivisti indipendenti, lill-avversarji politiċi, u lil oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem qed ikomplu jiddokumentaw ir-ripressjoni li għaddejja bħalissa fuq id-drittijiet tal-libertà ta’ espressjoni, ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni fil-pajjiż u li l-awtoritajiet Kubani qed joħonqu l-ilħna li ma jaqblux u l-immirar tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi fl-2023 ġew dokumentati aktar minn 200 inċident ta’ restrizzjonijiet fuq l-internet, inkluż hacking fil-kontijiet tal-ġurnalisti sabiex dawn jiġu msikkta u titrażżan il-libertà tal-espressjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba hija inkwetanti ħafna, b’mod partikolari fir-rigward tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, bħan-nisa, il-minoranzi etniċi u l-komunità LGBTIQ+; billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-osservatorji indipendenti jirrapportaw żieda fil-femminiċidji f’Kuba, bl-għadd ta’ femminiċidji jiżdied għal 89 fl-2023 u tmien każijiet ġodda ġew irrappurtati s’issa fl-2024; billi minkejja dan, ir-reġim ma implimentax sistema għar-reġistrazzjoni tal-femminiċidji f’Kuba bl-użu ta’ data pubblika aġġornata, u għadha ma ġietx adottata liġi komprensiva kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li tiggarantixxi l-involviment tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Parlament fakkar ripetutament lis-SEAE li l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili indipendenti fid-djalogi politiċi u fil-proġetti ta’ kooperazzjoni tal-ftehim hija parti essenzjali tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni, kif enfasizzat fl-Artikolu 36 tiegħu, u li għandu jkun hemm rimedju immedjat għas-sitwazzjoni li ilha għaddejja mill-iffirmar tal-ftehim fejn ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili indipendenti qed jiġu esklużi mill-fondi ta’ kooperazzjoni u/jew mill-parteċipazzjoni fil-ftehim, filwaqt li, għall-kuntrarju, il-parteċipazzjoni u l-aċċess għall-fondi ta’ kooperazzjoni huma permessi biss għall-kumpaniji li fihom l-Istat jipparteċipa jew jikkontrolla;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fit-2 ta’ Jannar 2024, in-NU żvelat pubblikament l-ittra ta’ akkuża mibgħuta lir-reġim Kuban li fiha akkużatha b’xogħol furzat, wieħed mill-forom ta’ skjavitù moderna ddenunzjati mir-Rapporteurs Speċjali dwar it-Traffikar tal-Bnedmin u l-Iskjavitù; billi diversi organizzazzjonijiet internazzjonali ddenunzjaw il-fatt li l-ħaddiema ċivili Kubani li jservu barra mill-pajjiż, inklużi tobba, għalliema, baħħara, inġiniera, artisti jew atleti huma soġġetti għat-traffikar ta’ bnedmin b’liġijiet u regolamenti koerċittivi b’mod inerenti li jaffettwaw libertajiet bażiċi espliċiti ferm, inklużi l-Artikolu 176 tal-Kodiċi Penali, ir-Riżoluzzjoni Mincex 368 tal-2020, il-Liġi dwar il-Migrazzjoni, u d-Digriet 306 tal-2012;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-reġim gradwalment impost fuq Kuba jeskludi kwalunkwe prospett ta’ tibdil demokratiku, peress li l-Artikolu 5 tal-Kostituzzjoni ta’ Kuba jiddikjara li l-“Partit Komunista ta’ Kuba uniku, Martí, Fidelista u Marxist-Leninist” huwa l-ogħla forza politika u l-mexxej tas-soċjetà u tal-istat, u peress li l-Artikoli 4 u 229 jistabbilixxu s-sistema politika attwali bħala irrevokabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi minkejja s-snin ta’ insistenza dwar il-ħtieġa li ssir żjara lill-gżira, l-awtoritajiet Kubani jirrifjutaw b’mod sistematiku li l-kumitati uffiċjali, id-delegazzjonijiet u xi gruppi politiċi mill-Parlament Ewropew, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u osservaturi indipendenti oħra tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi r-rapporteurs speċjali tan-NU, jitħallew jidħlu f’Kuba jew iżuru l-ħabsijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fit-23 ta’ Novembru 2023, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew awtorizzat li tintbagħat delegazzjoni <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> f’Kuba wara ittra ta’ stedina mill-Ambaxxatur ta’ Kuba għall-Belġju u mill-Unjoni Ewropea datata l-20 ta’ Settembru 2023; billi fid-19 ta’ Diċembru 2023, il-Viċi President tal-Parlament Kuban informa lill-ambaxxatur għall-UE f’Kuba bir-rifjut tal-pajjiż li jirċievi d-delegazzjoni tal-Parlament bil-ġustifikazzjoni li “ma xtaqx żjara mill-Membri tal-Parlament Ewropew li jaħdmu kontra l-interessi ta’ Kuba u huma kompletament allinjati mal-Istati Uniti”; billi l-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Kuba, f’ittra datata l-25 ta’ Jannar 2024 indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew, irrefera għall-President tad-delegazzjoni ad hoc tal-Parlament Ewropew f’Kuba u għal żewġ membri oħra, bħala “li qed iżommu rabtiet maċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet inklużi fil-Lista Nazzjonali ta’ persuni u entitajiet ... abbażi ta’ atti ta’ terroriżmu u jappoġġjawhom”; billi f’Novembru 2023, delegazzjoni tal-Parlament Kuban intlaqgħet fil-bini tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Parlament ta l-Premju Sakharov tiegħu għal-Libertà tal-Ħsieb lil attivisti Kubani fi tliet okkażjonijiet: Oswaldo Payá fl-2002, in-Nisa Libsin l-Abjad fl-2005 u Guillermo Fariñas fl-2010; billi r-rebbieħa tal-Premju Sakharov u qrabathom għadhom b’mod regolari jiġu ffastidjati, intimidati, u miżmuma milli jitilqu mill-pajjiż u jipparteċipaw f’avvenimenti internazzjonali; billi f’Ġunju 2023, l-IACHR kkonkludiet li aġenti tal-istat kienu direttament involuti fl-imwiet tal-attivisti tad-demokrazija Oswaldo Payá u Harold Cepero f’inċident tal-karozza fl-2012; billi għandu jkun hemm investigazzjoni kompletament trasparenti biex dawk responsabbli għall-qtil ta’ Oswaldo Payá u Harold Cepero jitressqu quddiem il-ġustizzja;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni ma laħaqx l-għan ewlieni tiegħu li jtejjeb il-libertajiet fundamentali f’Kuba;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddispjaċih li minkejja ż-żmien li għadda mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni, is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ demokrazija u libertajiet f’Kuba ma tjibitx, u li għall-kuntrarju, kien hemm deterjorament u aggravazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-gżira, bi ksur ċar u sistematiku tad-dispożizzjonijiet bażiċi tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq l-obbligu għall-partijiet kollha li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet vinkolanti tal-PDCA u li jirrispettaw il-prinċipju tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-ksur u l-abbużi sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mir-reġim Kuban kontra d-dimostranti, id-dissidenti politiċi, il-mexxejja reliġjużi, l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-artisti indipendenti, fost l-oħrajn; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kubani jtemmu minnufih il-politika ta’ repressjoni; jikkundanna n-nuqqas ta’ libertà reliġjuża f’Kuba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar iż-żieda allarmanti fl-għadd ta’ priġunieri politiċi, li żdied b’aktar minn tmien darbiet mill-2018, u b’dan Kuba saret l-akbar ħabs għall-attivisti u d-dissidenti politiċi fl-Amerka Latina; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-individwi detenuti sempliċiment għax eżerċitaw id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, inklużi d-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u ta’ għaqda paċifika; jitlob, barra minn hekk, it-tneħħija ta’ akkużi kriminali inġusti u jappoġġja l-faċilitazzjoni tar-ritorn ta’ dawk fl-eżilju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddikjara inaċċettabbli li s-SEAE u d-Delegazzjoni tal-UE f’Havana qablu li jeskludu l-oppożizzjoni demokratika Kubana u l-organizzazzjonijiet indipendenti u leġittimi tas-soċjetà ċivili, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk Kubani, mid-djalogi politiċi minħabba n-nuqqas ta’ approvazzjoni mill-awtoritajiet Kubani; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ Lulju 2023 li fiha ddispjaċih ħafna għall-fatt li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) ħela ċ-ċans li jappoġġja d-demokrazija permezz tas-soċjetà ċivili Kubana u l-priġunieri politiċi u li jibgħat messaġġ ċar dwar it-tħassib tal-UE rigward il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-appoġġ sod u bla kundizzjonijiet tiegħu għall-poplu ta’ Kuba, għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba u għad-dedikazzjoni tagħhom li ta’ min ifaħħarha favur il-libertajiet u d-drittijiet li r-reġim ta’ Kuba ilu jiċħadhom minnhom għal deċennji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-eżistenza ta’ xogħol furzat f’Kuba u jikkundanna x-xogħol furzat impost mill-Istat Kuban, b’mod partikolari fi brigati mediċi, iżda li jinvolvi wkoll għalliema, baħrin, inġiniera, artisti, atleti u oħrajn, li s-salarju tagħhom fil-biċċa l-kbira jiġi approprjat mill-Gvern Kuban; jiddenunzja l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-“voluntiera” fil-missjonijiet internazzjonali ddikjaraw li ġew skjerati kontra r-rieda tagħhom jew kellhom jipparteċipaw f’kundizzjonijiet strutturali koerċittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li f’Novembru 2023, il-membri tal-Parlament Kuban, inkluż is-Segretarju tal-Parlament Nazzjonali Kuban, Homero Acosta, ġew ittrattati b’rispett u ntlaqgħu tajjeb fil-Parlament Ewropew; jiddikjara l-esklużjoni kontinwa tal-Parlament Ewropew, li huwa l-unika istituzzjoni Ewropea miċħuda l-aċċess fit-territorju Kuban, bħala inaċċettabbli u ksur tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni; jirrifjuta d-deċiżjoni ta’ Kuba li tiċħad żjara minn delegazzjoni ad hoc mill-Parlament u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Kubani jaderixxu mal-prinċipji tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni u jagħtu lill-Parlament aċċess għall-pajjiż; jitlob li, f’konformità mal-prinċipji tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni ta’ ugwaljanza, reċiproċità u rispett reċiproku, jiġu adottati miżuri simili li jiċħdu l-aċċess għall-bini tal-Parlament lil kwalunkwe rappreżentant tal-Assemblea Nazzjonali tal-Poter Popolari jew tar-reġim Kuban;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jeżiġi li, f’konformità mal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni, l-awtoritajiet Kubani jagħtu aċċess lil delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-UE u tal-Istati Membri kif ukoll lill-organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jissorveljaw il-proċessi u jżuru lill-mijiet ta’ attivisti u lill-Kubani ordinarji li jibqgħu inkarċerati sempliċiment għax eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda; jistieden lir-RGħ/VP, fi kwalunkwe kuntatt mal-awtoritajiet Kubani, jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-Parlament għal darb’ oħra ġie miċħud l-aċċess u jħeġġiġhom ireġġgħu lura din id-deċiżjoni immedjatament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex japplika r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) u jadotta sanzjonijiet kontra dawk responsabbli għall-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba, billi jibda mis-sanzjonar ta’ Miguel Díaz-Canel, bħala l-aktar figura għolja fil-linja ta’ kmand tal-forzi tas-sigurtà Kubani, flimkien ma’ uffiċjali oħra ta’ grad għoli fil-Gvern Kuban u dawk kollha responsabbli għall-inkarċerazzjoni tal-priġunieri politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-UE biex tiskatta l-Artikolu 85(3)(b) tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni biex titlob laqgħa immedjata tal-kumitat konġunt minħabba l-ksur tal-ftehim mill-Gvern Kuban, li jikkostitwixxi “każ ta’ urġenza speċjali”, jissottolinja li dan il-ksur jinvolvi ksur persistenti u sostanzjali tal-prinċipji demokratiċi, kif ukoll nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali deskritti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u enfasizzati fl-Artikolu 1(5) tal-PDCA, u jisħaq li n-nuqqas tar-reġim Kuban li jindirizza tali trasgressjonijiet minkejja talbiet ripetuti mill-Parlament biex jagħmel dan għandu jwassal għas-sospensjoni tal-ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Poter Popolari ta’ Kuba, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-membri tal-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>