<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0142</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u l-Gateway Diġitali Unika għall-finijiet ta’ ċerti rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0006/2024 - Rapporteur: Anne‑Sophie Pelletier)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) 2018/1724 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u l-Gateway Diġitali Unika għall-finijiet ta’ ċerti rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)0516) (COM(2023)0515 – C9-0327/2023 – 2023/0314(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0515),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 21(2) 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0327/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024<FOOTNOTE><FIELD> Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0006/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TC1-COD(2023)0314</STRING></IDENT><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) 2018/1724 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u l-Gateway Diġitali Unika għall-finijiet ta’ ċerti rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)0516)</STRING><BRK/></TI><NOTE>(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 114 tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD>Ref. għall-opinjoni</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Id-Direttiva (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)516)<FOOTNOTE><FIELD>Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... dwar l-Assoċjazzjonijiet Transfruntiera Ewropej (ir-referenza tal-ĠU).</FIELD></FOOTNOTE> tistabbilixxi l-miżuri li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-operat tal-“Assoċjazzjonijiet Transfruntiera Ewropej”, bl-għan li tiffaċilita l-eżerċitar effettiv tal-libertà tal-moviment tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw fis-suq intern.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Skont l-Artikolu <STRING STRIKE="on">30(2)</STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">28(2)</STRING></STRING> tad-Direttiva COM(2023)516, il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiġu implimentati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“is-sistema IMI”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti </STRING></STRING>jiġu stabbiliti fis-sistema IMI.<STRING BOLD="on"> [Em. 1]</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>F’konformità mal-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, il-gateway diġitali unika għandha <STRING STRIKE="on">tagħti </STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tipprovdi </STRING></STRING>aċċess għall-informazzjoni, għall-proċeduri u kif ukoll għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi liċ-ċittadini tal-Unjoni, lill-persuni fiżiċi residenti fi Stat Membru u lill-persuni fiżiċi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru. Jenħtieġ li l-parti operattiva u l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724 jiġu emendati <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">minn dan ir-Regolament </STRING></STRING>biex jiżguraw li l-kamp ta’ applikazzjoni ma jinftihemx li hu limitat għaċ-ċittadini u n-negozji u li jikkonċerna lill-persuni ġuridiċi għajr in-negozji, bħall-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej.<STRING BOLD="on"> [Em. 2]</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, li stabbilixxa l-gateway diġitali unika, jipprevedi regoli ġenerali għall-aċċess online għall-informazzjoni, għall-proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern. Jenħtieġ li l-proċeduri koperti minn dan ir-Regolament jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1724 sabiex jiżguraw li kwalunkwe assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea tkun tista’ tibbenifika minn proċeduri kompletament online u mill-iskambju awtomatizzat transfruntier tal-evidenza, f’konformità mal-prinċipju ta’ darba biss. Dawn il-proċeduri jinkludu l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea u l-proċedura tat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tagħha.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) 2018/1724 jiġu emendati skont dan,
</CONS><CONS>
<NO.P>(5a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fil-31 ta’ Ottubru 2023,</STRING></STRING><STRING BOLD="on"> [Em. 3]</STRING>
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART>Artikolu 1</TI.ART><STI.ART>Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012</STI.ART><PARAG>Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012, jiżdied il-punt (16) il-ġdid li ġej:<CITATION>
“16.	Id-Direttiva (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)516) *: L-Artikolu 19(2), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 23(5), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 23(7), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(6), u l-Artikolu 27.”

*(Ir-referenza tal-ĠU).”
</CITATION></PARAG>

<TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><STI.ART>Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1724</STI.ART><PARAG>Ir-Regolament (UE) 2018/1724 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>fl-Artikolu 1(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(a)	l-istabbiliment u l-operat ta’ gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess faċli liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-persuni ġuridiċi għajr lin-negozji għal informazzjoni ta’ kwalità għolja, għal proċeduri effiċjenti u għal servizzi effettivi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi fir-rigward tar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-persuni ġuridiċi għajr in-negozji li jeżerċitaw jew li għandhom il-ħsieb li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li ġejjin mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern, skont it-tifsira tal-Artikolu 26(2) tat-TFUE;”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>fl-Artikolu 1(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(b)	l-użu tal-proċeduri mill-utenti transfruntiera u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba biss” b’rabta mal-proċeduri elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE, 2014/25/UE u …/…*;”

“*Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ …. dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (ir-referenza tal-ĠU).”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>fl-Artikolu 2(2), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(c)	informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, u l-links għalihom, elenkati fl-Anness III jew imsemmija fl-Artikolu 7 li ċ-ċittadini, in-negozji u l-persuni ġuridiċi għajr in-negozji jkunu jistgħu jirreferu għalihom f’każ li jkollhom mistoqsijiet jew problemi relatati mad-drittijiet, l-obbligi, ir-regoli jew il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“1.	Għall-finijiet tal-iskambju tal-evidenza għall-proċeduri online elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-proċeduri previsti fid-Direttivi 2005/36/KE, 2006/123/KE, 2014/24/UE, 2014/25/UE u …/…/…, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema teknika għall-iskambju awtomatizzat tal-evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti (“is-sistema teknika”).”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Lista ta’ oqsma ta’ informazzjoni rilevanti għaċ-ċittadini, in-negozji u l-persuni ġuridiċi għajr in-negozji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2).
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(aa)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-“Oqsma ta’ informazzjoni marbuta man-negozji”, il-punt J huwa sositwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“Oqsma ta’ informazzjoni marbuta man-negozji:</STRING></STRING>

<TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="50*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qasam</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">INFORMAZZJONI RIGWARD DRITTIJIET, OBBLIGI U REGOLI</STRING></STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>J.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ negozju</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ir-reġistrazzjoni, il-bdil tal-forma legali jew l-għeluq ta’ negozju (il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni u l-formoli legali għat-twettiq ta’ negozju)</STRING></STRING>

<NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ negozju lejn Stat Membru ieħor;</STRING></STRING>

<NO.P>2a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">obbligi fil-konfront tad-drittijiet tal-kredituri u l-ħaddiema b’rabta mat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ negozju lejn Stat Membru ieħor</STRING></STRING>

<NO.P>3.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (l-applikazzjoni għal privattiva, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark, ta’ tpinġija jew disinn, il-kisba ta’ liċenzja għar-riproduzzjoni)</STRING></STRING>

<NO.P>4.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-korrettezza u t-trasparenza fil-prattiki kummerċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati mal-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi</STRING></STRING>

<NO.P>5.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-offerta ta’ faċilitajiet online għall-pagamenti transfruntiera meta wieħed ibigħ oġġetti u servizzi online</STRING></STRING>

<NO.P>6.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kuntratti, inklużi l-imgħaxijiet fuq pagamenti tardivi</STRING></STRING>

<NO.P>7.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-proċedimenti ta’ insolvenza u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji</STRING></STRING>

<NO.P>8.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-assigurazzjoni tal-krediti</STRING></STRING>

<NO.P>9.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-amalgamazzjoni tal-kumpaniji jew il-bejgħ ta’ negozju</STRING></STRING>

<NO.P>10.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ir-responsabbiltà ċivili tal-membri tal-bord jew tad-diretturi ta’ kumpanija</STRING></STRING>

<NO.P>11.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ir-regoli u l-obbligi li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ data personali</STRING></STRING>
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

<STRING BOLD="on"> [Em. 4]</STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiżdiedu l-oqsma tal-informazzjoni li ġejjin:<CITATION>
“L-oqsma ta’ informazzjoni relatati mal-persuni ġuridiċi għajr in-negozji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru:

<TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="22.37*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="77.63*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>AA.</NO.P>Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ persuna ġuridika għajr negozju
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P>ir-reġistrazzjoni, il-bdil tal-forma legali jew l-għeluq ta’ persuna ġuridika għajr negozju (il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni u l-formoli legali)

<NO.P>2.</NO.P>it-trasferiment<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> tal-uffiċċju reġistrat</STRING></STRING> ta’ persuna ġuridika għajr negozju lejn Stat Membru ieħor

<NO.P>2a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">obbligi fil-konfront tad-drittijiet tal-kredituri u l-ħaddiema b’rabta mat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ persuna ġuridika għajr negozju lejn Stat Membru ieħor</STRING></STRING>

<NO.P>3.</NO.P>id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (l-applikazzjoni għal privattiva, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark, ta’ tpinġija jew disinn, il-kisba ta’ liċenzja għar-riproduzzjoni)

<NO.P>4.</NO.P>il-korrettezza u t-trasparenza fil-prattiki kummerċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati mal-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi

<NO.P>5.</NO.P>l-offerta ta’ faċilitajiet online għall-pagamenti transfruntiera meta wieħed ibigħ oġġetti u servizzi online

<NO.P>6.</NO.P>id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kuntratti, inklużi l-imgħaxijiet fuq pagamenti tardivi

<NO.P>7.</NO.P>il-proċedimenti ta’ insolvenza u likwidazzjoni ta’ persuni ġuridiċi għajr negozji

<NO.P>8.</NO.P>l-assigurazzjoni tal-krediti

<NO.P>9.</NO.P>l-amalgamazzjoni jew il-bejgħ ta’ persuna ġuridika għajr negozju

<NO.P>10.</NO.P>ir-responsabbiltà ċivili <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ membri tal-bord jew ta’ diretturi</STRING></STRING> ta’ persuna ġuridika għajr negozju

<NO.P>11.</NO.P>ir-regoli u l-obbligi li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ data personali
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>AB.</NO.P>Impjegati
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P>it-termini tal-impjieg stipulati bil-liġi jew permezz ta’ strument statutorju (inklużi s-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċijiet u s-sensji)

<NO.P>2.</NO.P>id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni (ir-reġistrazzjoni bħala impjegatur, ir-reġistrazzjoni tal-impjegati, in-notifika ta’ tmiem ta’ kuntratt ta’ impjegat, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali, id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-pensjonijiet)

<NO.P>3.</NO.P>l-impjieg tal-ħaddiema fi Stati Membri oħrajn (il-kollokament tal-ħaddiema, ir-regoli dwar il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, ir-rekwiżiti ta’ residenza għall-ħaddiema)

<NO.P>4.</NO.P>it-trattament indaqs (regoli li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, regoli dwar paga indaqs għan-nisa u l-irġiel u paga indaqs għall-impjegati b’kuntratti fissi jew b’kuntratti ta’ impjieg permanenti)

<NO.P>5.</NO.P>ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni tal-persunal
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>AC.</NO.P>Taxxi
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P>VAT: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-VAT u l-ħlas tiegħu, kif tikseb rifużjoni

<NO.P>2.</NO.P>id-dazji tas-sisa: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tat-taxxa tas-sisa u l-ħlas tat-taxxa tas-sisa, u kif tikseb rifużjoni

<NO.P>3.</NO.P>id-dazji doganali u taxxi u dazji oħrajn li jinġabru fuq l-importazzjonijiet

<NO.P>4.</NO.P>il-proċeduri doganali għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

<NO.P>5.</NO.P>taxxi oħrajn: pagamenti, rati, dikjarazzjonijiet tat-taxxa
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>AD.</NO.P>Oġġetti
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P>il-kisba ta’ markar CE

<NO.P>2.</NO.P>ir-regoli u r-rekwiżiti tal-prodott

<NO.P>3.</NO.P>l-identifikazzjoni ta’ standards applikabbli, speċifikazzjonijiet tekniċi u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti

<NO.P>4.</NO.P>ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni

<NO.P>5.</NO.P>ir-rekwiżiti rigward il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ għas-sustanzi kimiċi perikolużi

<NO.P>6.</NO.P>il-bejgħ mill-bogħod/barra mill-post tan-negozju: l-informazzjoni li trid tingħata lill-klijenti minn qabel, il-konferma tal-kuntratt bil-miktub, l-irtirar minn kuntratt, il-konsenja tal-oġġetti, obbligi speċifiċi oħrajn

<NO.P>7.</NO.P>il-prodotti difettużi: id-drittijiet u l-garanziji tal-konsumatur, ir-responsabbiltajiet ta’ wara l-bejgħ, il-mezzi ta’ rimedju għal parti li ssofri dannu

<NO.P>8.</NO.P>iċ-ċertifikazzjoni, it-tikketti (EMAS, it-tikketti tal-enerġija, l-Ekodisinn, l-Ekotikketta tal-UE)

<NO.P>9.</NO.P>ir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>AE.</NO.P>Servizzi
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P>il-kisba ta’ liċenzji, awtorizzazzjonijiet jew permessi għall-bidu u l-operat ta’ persuna ġuridika għajr negozju

<NO.P>2.</NO.P>in-notifika lill-awtoritajiet dwar attivitajiet transfruntiera

<NO.P>3.</NO.P>ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>AF.</NO.P>Il-finanzjament ta’ persuna ġuridika għajr negozju
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P>il-kisba ta’ aċċess għal finanzjament fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta’ finanzjament u l-għotjiet tal-Unjoni

<NO.P>2.</NO.P>il-kisba ta’ aċċess għal finanzjament fil-livell nazzjonali

<NO.P>3.</NO.P>inizjattivi indirizzati lill-persuni ġuridiċi għajr negozju (skambji, programmi ta’ mentoraġġ, eċċ.)
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>AG.</NO.P>Kuntratti pubbliċi
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P>il-parteċipazzjoni f’offerti pubbliċi: regoli u proċeduri

<NO.P>2.</NO.P>il-preżentazzjoni ta’ offerta online bi tweġiba għal sejħa għall-offerti pubblika

<NO.P>3.</NO.P>ir-rapportar ta’ irregolaritajiet fir-rigward tal-proċess ta’ sejħiet għall-offerti
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
<NO.P>AH.</NO.P>Saħħa u sikurezza fuq ix-xogħol
</ENTRY><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C2">
<NO.P>1.</NO.P>l-obbligi dwar is-saħħa u s-sikurezza fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ attività, inklużi l-prevenzjoni tar-riskji, l-informazzjoni u t-taħriġ”
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

<STRING BOLD="on"> [Em. 5]</STRING>
</CITATION></PARAG>

<TI.ART>Artikolu 3</TI.ART><STI.ART>Dħul fis-seħħ</STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi …,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>