<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0156</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0063/2024 - Rapporteur: René Repasi)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2024 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika 2024 (2023/2063(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 136 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-TFUE dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-TUE u t-TFUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Pariġi tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar l-RRF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2021)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Impenn Soċjali ta’ Porto tas-7 ta’ Mejju 2021 tal-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Parlament u s-sħab soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2023 dwar il-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Bord Fiskali Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2022 dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE (COM(2022)0583),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u s-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (COM(2023)0240),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2023 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (COM(2023)0241),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2023 għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (COM(2023)0242),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Granada adottata fis-6 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Stħarriġ Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2024” (COM(2023)0901),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija 2024” (COM(2023)0902) u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Novembru 2023 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-Żona tal-Euro (COM(2023)0903),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal rapport konġunt dwar l-impjiegi tal-Kummissjoni u l-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2023 (COM(2023)0904),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2023, maħruġ mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0063/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-Semestru Ewropew għandu rwol essenzjali fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, baġitarji, strutturali, soċjali u tal-impjiegi fl-Istati Membri, u b’hekk jissalvagwardja l-istabbiltà makroekonomika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi skont it-tbassir tax-xitwa 2024 tal-Kummissjoni, l-attività ekonomika fl-2023 hija stmata li kibret b’ 0,5 % biss, kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-euro, fid-dawl ta’ inflazzjoni għolja u kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar stretti, wara rkupru qawwi fl-2022; billi t-tkabbir mistenni tal-PDG ġie rivedut ’l isfel għal 0,9 % (minn 1,3 %) fl-UE u 0,8 % (minn 1,2 %) fiż-żona tal-euro għall-2024; billi fl-2025, l-attività ekonomika hija xorta mistennija li tikber b’1,7 % fl-UE u b’1,5 % fiż-żona tal-euro;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-suq tax-xogħol tal-UE kompla jagħti prestazzjoni qawwija fl-ewwel nofs tal-2023, minkejja t-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku; billi skont it-tbassir tal-ħarifa 2023 tal-Kummissjoni, madankollu, in-nuqqas ta’ ħaddiema baqa’ akut f’ħafna setturi u okkupazzjonijiet, b’mod partikolari f’oqsma relatati mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u baxxi; billi l-qgħad laqat livell baxx storiku fl-UE kollha kemm hi, b’varjazzjoni fost l-Istati Membri; billi l-qgħad fost iż-żgħażagħ laħaq l-14,7 % fl-UE u l-14,4 % fiż-żona tal-euro f’Diċembru 2023, skont il-Eurostat;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-inflazzjoni hija pproġettata li tonqos minn 6,3 % fl-2023 għal 3,0 % fl-2024 u 2,5 % fl-2025 fl-UE u minn 5,4 % fl-2023 għal 2,7 % fl-2024 u 2,2 % fit-2025 fiż-żona tal-euro, skont it-tbassir tax-xitwa 2024 tal-Kummissjoni; billi l-politika fiskali jeħtieġ li tappoġġja l-politika monetarja biex tnaqqas l-inflazzjoni u tissalvagwardja s-sostenibbiltà fiskali, filwaqt li tipprovdi biżżejjed spazju għal investimenti addizzjonali u tappoġġja t-tkabbir fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-inflazzjoni taffettwa lill-gruppi ta’ introjtu b’mod differenti u l-gruppi b’introjtu baxx ibatu b’mod sproporzjonat; billi l-inflazzjoni tista’ toħloq kriżi ġenwina tal-għoli tal-ħajja għal ċerti segmenti tal-popolazzjoni u dan joħloq sfidi għall-koeżjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-proporzjon tad-dejn għall-PDG huwa mistenni li jonqos għal 83,1 % fl-UE fl-2023 (90,4 % fiż-żona tal-euro); billi l-proporzjon tad-dejn għall-PDG huwa mistenni li jonqos marġinalment fl-UE għal madwar 82,7 % fl-2024 u 82,5 % fl-2025; billi l-proporzjon tad-dejn għall-PDG fiż-żona tal-euro huwa mistenni li jonqos għal madwar 89,7 % fl-2024 u 89,5 % fl-2025; billi hemm varjazzjoni għolja fil-livelli tad-dejn ta’ Stati Membri differenti; billi proporzjonijiet għoljin tad-dejn għall-PDG flimkien ma’ rati tal-imgħax għoljin u sitwazzjoni makroekonomika inċerta jistgħu jipperikolaw is-sostenibbiltà tad-dejn fit-tul u l-istabbiltà ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi skont it-tbassir tal-ħarifa 2023 tal-Kummissjoni, id-defiċit ġenerali tal-gvern fl-UE u fiż-żona tal-euro mistenni li jonqos għal 3,2 % tal-PDG fl-2023 u li jonqos ulterjorment għal 2,8 % tal-PDG fl-2024 u 2,7 % fl-2025; billi l-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir ġiet diżattivata fi tmiem l-2023; billi l-Kummissjoni ħabbret li se tippreżenta proposta lill-Kunsill biex fir-rebbiegħa 2024 jibda l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv ibbażata fuq id-defiċit abbażi tad-data tal-eżitu għall-2023, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali eżistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi fl-2023 u fl-2024, il-pożizzjoni fiskali aggregata mistennija li ssir restrittiva, b’0,5 % tal-PDG fis-sentejn li huma, primarjament minħabba l-eliminazzjoni kważi sħiħa ta’ miżuri tal-enerġija relatati mal-kriżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi rispons politiku rapidu, deċiżiv u kkoordinat ippermetta lill-ekonomija tal-UE tirkupra u tindirizza l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll tinnaviga l-kriżi tal-enerġija li rriżultat sussegwentement; billi l-ekonomija naqset ir-ritmu fl-2023; billi l-perspettiva għadha kkaratterizzata minn inċertezza u riskji kbar, relatati mal-evoluzzjoni tal-gwerra ta’ aggressjoni attwali tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kunflitt fil-Lvant Nofsani;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi dawk l-avvenimenti ġeopolitiċi ta’ tfixkil urew il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tkompli ssaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha u tibqa’ kompetittiva fis-suq globali, filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-finanzjament tal-UE ta kontribut għas-saħħa makroekonomika fil-livell tal-UE u żied ir-reżiljenza interna u esterna tagħha fi żminijiet ta’ kriżi, filwaqt li jappoġġja lill-Istati Membri fil-finanzjament tal-investimenti meħtieġa fil-prijoritajiet tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi wara espansjoni mdaqqsa relatata mal-kriżi bejn l-2020 u l-2022, il-pożizzjoni fiskali fiż-żona tal-euro hija mistennija li tkun restrittiva fl-2023 u l-2024; billi l-pożizzjoni fiskali għandha tibqa’ aġli fil-kuntest ta’ inċertezza kbira;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-investiment pubbliku nett bħala persentaġġ tal-PDG naqas drastikament fl-UE wara l-kriżi finanzjarja li qamet bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 u laħaq livelli negattivi f’xi waqtiet; billi dan il-proporzjon għadu ma rkuprax kompletament; billi s-suċċess ta’ politiki newtraligħall-klima u t-trasformazzjoni diġitali jiddependu fuq approċċ Ewropew komuni u jirrikjedu miżuri kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri; billi r-reżiljenza futura tal-UE hija marbuta mill-qrib ma’ żieda fl-investimenti pubbliċi u privati għat-tkabbir sostenibbli u ma’ aġenda ta’ riforma strutturali ambizzjuża; billi huwa imperattiv li tiġi indirizzata l-ħtieġa ta’ strateġija f’waqtha biex tiżgura livelli xierqa ta’ investiment pubbliku wara l-iskadenza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) fl-2026; billi l-kisba tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Ftehim ta’ Pariġi teħtieġ investimenti pubbliċi u privati sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Istati Membri għandhom bżonn li jkollhom stabbiliti l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ awditjar meħtieġa biex jiżguraw ir-rispett tal-istat tad-dritt u biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE, b’mod partikolari biex jipprevjenu l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess u jiżguraw it-trasparenza; billi huwa importanti li l-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet abilitanti rilevanti speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) f’dan ir-rigward;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prospetti ekonomiċi għall-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni ekonomika, l-inċertezza persistenti, kif ukoll it-tkabbir, il-kompetittività u l-produttività dgħajfa fl-UE; jinnota bi tħassib l-impatt kontinwu tal-prezzijiet tal-enerġija u l-inflazzjoni fuq il-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi, li jirriżulta f’żieda tar-riksju ta’ faqar, inkluż dak enerġetiku, għal bosta Ewropej, u fuq il-kapaċità ta’ prestazzjoni tal-kumpaniji tal-UE, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); jistieden lill-Istati Membri jieħdu passi ulterjuri biex jegħlbu dawk id-diffikultajiet u jimplimentaw miżuri mmirati biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku, kif ukoll biex jindirizzaw il-pressjonijiet persistenti mill-inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li bosta Stati Membri qed ibatu minn sfidi strutturali li jxekklu l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom; jenfasizza li l-indirizzar tal-isfidi strutturali huwa kruċjali għal irkupru sostenibbli u tkabbir kontinwu, u li l-implimentazzjoni tar-riformi biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet strutturali hija kruċjali mhux biss biex titjieb il-kapaċità li wieħed jirreżisti u jlaħħaq mal-isfidi eżistenti iżda wkoll biex it-tranżizzjoni doppja titwettaq b’mod sostenibbli u ġust; jenfasizza li r-riformi strutturali ambizzjużi jibqgħu essenzjali biex tissaħħaħ il-bażi ekonomika tal-UE, jiġu promossi l-ħolqien ta’ negozji u l-intraprenditorija u jissaħħu l-kompetittività, il-produttività u l-potenzjal tat-tkabbir ġenerali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li nuqqas ta’ investimenti pubbliċi u privati f’ċerti Stati Membri qed ixekkel il-potenzjal tat-tkabbir soċjalment bilanċjat u sostenibbli; jikkunsidra li regoli prevedibbli, kundizzjonijiet ekwi u tnaqqis fil-kostijiet ta’ konformità huma fatturi kruċjali biex jiġi attirat l-investiment; jenfasizza li dawn l-investimenti huma kruċjali għall-kapaċità tal-UE li tlaħħaq mal-isfidi eżistenti, inkluż it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, u li huma se jżidu r-reżiljenza u l-kompetittività fit-tul tal-UE matul l-isfidi li ġejjin; jemmen li dawn l-investimenti għandhom ikunu akkumpanjati minn riformi li jsaħħu t-tkabbir u r-reżiljenza; jiġbed l-attenzjoni għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika li huma meħtieġa biex, fost affarijiet oħra, l-UE ssir indipendenti mill-fjuwils fossili importati u tiġi limitata l-inflazzjoni xprunata mill-prezzijiet tal-enerġija; jieħu nota tal-pożizzjoni fiskali restrittiva mistennija fl-2023 u l-2024; jenfasizza li kwalunkwe kontrazzjoni ma għandhiex tkun għad-detriment tal-investiment, li għandu jiżdied madwar l-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-approfondiment ulterjuri tas-suq uniku u t-tneħħija tal-ostakli għall-investiment, inkluż permezz ta’ riformi li jissimplifikaw u jiddiġitalizzaw l-ippjanar, il-ħruġ tal-permessi u proċeduri amministrattivi oħra, jgħinu biex jixprunaw l-investiment privat; itenni li l-politika industrijali, kif ukoll is-swieq kapitali profondi u integrati tal-UE kif ukoll l-innovazzjoni, jistgħu jkunu wkoll ta’ kontribut billi jappoġġjaw l-investiment, jissalvagwardjaw il-kompetittività globali tal-UE u jevitaw ir-riskji marbuta mad-dipendenza eċċessiva fuq għadd limitat ta’ pajjiżi mhux tal-UE għal inputs industrijali, materja prima u teknoloġiji ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jwettqu rieżamijiet tal-infiq bħala parti regolari mill-proċess baġitarju annwali (jew pluriennali), li jgħinu biex itejbu l-effiċjenza u l-kwalità tal-infiq pubbliku; jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli tal-2024 li l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-miżuri ta’ appoġġ għall-enerġija relatati mal-kriżi u jeliminaw gradwalment is-sussidji għall-fjuwils fossili mill-aktar fis possibbli; jisħaq li kemm id-dħul tal-gvern kif ukoll l-infiq tal-gvern huma essenzjali biex tiġi ggarantita s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jindirizzaw il-frodi fiskali, l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus; jilqa’ l-ftehim dwar il-pakkett kontra l-ħasil tal-flus f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li r-riskji relatati ma’ dejn għoli u diverġenzi tal-prezzijiet jibqgħu rilevanti, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn is-servizz tad-dejn jirrikjedi rifinanzjament kbir tad-dejn, jew fejn is-settur privat jiffaċċja żidiet qawwija fil-pagamenti tal-imgħax;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri fiż-żona tal-euro jesploraw il-metodi kollha possibbli biex titlesta r-reviżjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, sabiex jippermetti l-introduzzjoni tal-garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni li jkompli jsaħħaħ ir-reżiljenza taż-żona tal-euro;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-Semestru Ewropew u l-RRF</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li s-Semestru Ewropew huwa l-qafas stabbilit sew għall-koordinazzjoni tal-politiki baġitarji, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi madwar l-Unjoni f’konformità mat-Trattati, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b’hekk jissalvagwardja l-istabbiltà makroekonomika tiegħu, il-konverġenza sostnuta tal-prestazzjonijiet ekonomiċi tal-Istati Membri u l-koeżjoni soċjali tal-UE; jappella għal sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha fis-Semestru Ewropew mill-Istati Membri, pereżempju permezz tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom; jinnota li l-pjan industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-2023 huwa l-istrateġija ta’ tkabbir tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jikkondividi l-fehma li s-CSRs għall-2024 jeħtieġ li jkunu ffukati fuq kriterji speċifiċi; jissottolinja li dawn iridu jservu wkoll biex jippromwovu tkabbir ekonomiku sod u inklużiv, isaħħu l-kompetittività u l-istabbiltà makroekonomika, jippromwovu t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u jiżguraw ġustizzja soċjali u interġenerazzjonali; iqis id-differenzi rigward it-tbassiriet nazzjonali għat-tkabbir tal-PDG, l-inflazzjoni, il-qgħad, il-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika, id-dejn pubbliku gross u l-bilanċ tal-kontijiet kurrenti u juri l-ħtieġa ta’ approċċi flessibbli, ibbażati fuq ir-realtà speċifika ta’ kull Stat Membru; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni torbot is-CSRs aktar mill-qrib mar-rapporti tal-pajjiżi rispettivi; jappella għal monitoraġġ effiċjenti tal-implimentazzjoni tas-CSRs u tar-riformi rilevanti, kif ukoll tal-progress fit-tnaqqis tal-lakuni identifikati fl-investiment; jisħaq li s-CSRs jeħtieġ li jqisu l-vulnerabbiltajiet soċjali u l-qgħad; jinnota l-għadd dejjem jonqos ta’ CSRs soċjali abbażi tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-flessibbiltà fl-aġġustament tal-RRF, eż. fil-kuntest tar-REPowerEU, abbażi tat-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tagħha; jenfasizza li l-istadji importanti u l-miri fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru għandhom ikunu konsistenti mas-CSRs u li l-Istati Membri għandhom jindirizzaw mill-anqas subsett sinifikanti tas-CSRs, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza; jenfasizza s-suċċess tal-RRF; ifakkar li s-suċċess u l-effettività tal-proġetti ffinanzjati se jitkejlu mill-impatt tagħhom fuq l-ekonomija u l-impjiegi u jappella għal implimentazzjoni rapida, trasparenti u effettiva ta’ dawn il-proġetti; jissottolinja, f’dan ir-rigward, li l-konformità mar-Regolament dwar l-RRF u l-implimentazzjoni xierqa huma kruċjali għall-kredibbiltà tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota r-rwol li għandha l-RRF biex tindirizza l-isfidi globali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija; jisħaq li r-riformi u l-investimenti fl-ambitu tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxu għall-miri klimatiċi tar-Regolament dwar l-RRF u jirrispettaw il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu minn din l-opportunità u jużaw l-RRF biex jittrasformaw l-ekonomiji tagħhom u jagħmluhom aktar kompetittivi; ifakkar fl-importanza li jiġi vverifikat li l-fondi jilħqu l-ekonomija reali u l-SMEs u jissottolinja l-importanza tal-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza għall-korpi li jirċievu finanzjament mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-investiment privat u pubbliku fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku u fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni doppja; ifakkar li l-RRF ma tissostitwix ir-rwol speċifiku tal-investiment pubbliku nazzjonali; itenni l-ħtieġa li jiġu żgurati l-kwalità, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fl-investiment pubbliku u fl-istrateġiji nazzjonali sabiex dawn jiġu allinjati mal-objettivi tat-tranżizzjoni doppja; jenfasizza li dawn l-istrateġiji nazzjonali għat-tranżizzjoni doppja għandhom jikkomplementaw l-RRF u strumenti oħra Ewropej ta’ investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jappoġġja s-simplifikazzjoni tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE bi ħtiġijiet ta’ investiment identifikati fl-ambitu tal-RRF u fis-CSRs; ifakkar li l-politika ta’ koeżjoni sservi sett usa’ ta’ objettivi mill-RRF u tista’ tikkomplementa l-miżuri maqbula fl-ambitu tal-RRF; jappella biex il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, inkluż mis-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-settur tan-negozju, tiġi inkorporata b’mod komparabbli fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, kif inhu l-każ għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti, inkluż bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, hija essenzjali għall-ġestjoni tal-RRF u biex jingħelbu l-ostakli amministrattivi u l-burokrazija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jieħu nota tal-ftehim politiku proviżorju li ntlaħaq bejn il-koleġiżlaturi fl-10 ta’ Frar 2024 dwar ir-riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE, li għandu l-għan li jiżgura l-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u l-konverġenza sostnuta tal-prestazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ t-tagħlimiet meħuda mill-għażliet tat-tfassil għall-governanza tal-RRF; jinnota li r-riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika ma tipprovdix mekkaniżmi ta’ inċentivi finanzjarji tal-UE biex tappoġġja u tippromwovi riformi u investimenti ta’ politika nazzjonali; jisħaq li l-forniment tal-livell meħtieġ ta’ investiment pubbliku huwa kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tar-riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika u biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet attwali u futuri tal-Unjoni; jinsab imħasseb li xi Stati Membri mhux se jkollhom il-kapaċità finanzjarja li jiffinanzjaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta waħedhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Parlament Ewropew fil-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE u jirrakkomanda impenn akbar tal-Parlament Ewropew fis-Semestru Ewropew, filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ il-kompetenzi stabbiliti mit-Trattati; jinnota d-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-pjanijiet fiskali u strutturali individwali tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha jiġu ttrattati b’mod ugwali; jissottolinja li żieda fis-setgħa diskrezzjonali għall-Kummissjoni fil-proċess ta’ żvilupp għall-pjanijiet fiskali strutturali ta’ terminu medju trid tkun akkumpanjata minn konformità akbar mar-regoli taħt l-iskrutinju tal-Bord Fiskali Ewropew, kif ukoll żieda fl-obbligu ta’ rendikont u żieda fil-fluss ta’ informazzjoni lejn il-Parlament Ewropew; jirrikonoxxi li d-Djalogu Ekonomiku bħala parti mis-Semestru Ewropew jistabbilixxi pedament utli tal-obbligu ta’ rendikont; iqis li l-obbligu xieraq ta’ rendikont ikun jirrikjedi li l-Parlament Ewropew ikollu strumenti li jippermettulu japplika konsegwenzi bbażati fuq il-valutazzjoni tiegħu tal-prestazzjoni tas-Semestru Ewropew, f’konformità mat-Trattati;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>