<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF3" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0157</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Linji gwida għall-Baġit 2025 - Taqsima III</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0068/2024 - Rapporteur: Victor Negrescu)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2024 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2025, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2023/2220(BUI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament rivedut tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/2496 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 240.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 252.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport interim tiegħu dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1195, 23.02.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1195/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati P9_TA(2024)0082.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-impatt fuq il-baġit tal-UE tal-2024 taż-żieda tal-kostijiet tat-teħid b’self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1084, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1084/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2022)0223),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2021 għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2021)0570) u l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar il-proposta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 162.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2020 bi tweġiba għaliha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tat-13 ta’ Diċembru 2017<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE> u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2017 dwarha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u d-Dikjarazzjoni ta’ Porto dwar l-affarijiet soċjali adottata mill-membri tal-Kunsill Ewropew f’Mejju 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri “L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f’azzjoni” 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti” (COM(2023)0062),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695 , (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/795, 29.02.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukraina<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/792, 29.02.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 207, 22.2.2024, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2024 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2025 (6195/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0068/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit tal-UE għall-2025 iffukat fuq in-nies: Investimenti mfassla apposta biex itejbu l-ħajja tan-nies u jagħtu spinta lill-kompetittività tal-Unjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsab konvint li, fi żminijiet ta’ bidla istituzzjonali u ġeopolitika, pressjoni finanzjarja, tibdil fil-klima u sfidi soċjetali, baġit tal-UE affidabbli, robust, flessibbli, orjentat lejn l-investiment jibqa’ strumentali għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u ċentrali fir-rispons għall-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu tan-nies, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura permezz tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, kif ukoll jiġu żgurati l-prosperità u s-sigurtà tan-nies u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE tingħata spinta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza ċ-ċirkostanzi diffiċli tal-proċedura baġitarja tal-2025, li qed isseħħ f’mument ta’ tensjonijiet u inċertezzi internazzjonali qawwija, u f’sena elettorali meta l-Parlament u l-Kummissjoni se jkollhom jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni tal-leġiżlatura; huwa konxju bis-sħiħ tar-restrizzjonijiet kalendarji severi iżda inevitabbli u jistieden lill-atturi kollha jqisuhom kif xieraq b’mentalità kostruttiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li l-Kunsill ma rnexxilux jilħaq ftehim dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) qabel tmiem l-2023; jinnota, għalhekk, li kellu jniedi l-proċedura baġitarja fin-nuqqas ta’ ċertezza dwar diversi elementi kruċjali fl-ipprogrammar finanzjarju għall-2025, u huwa konxju sew tal-marġnijiet sfortunatament stretti ħafna, u, f’xi każijiet, negattivi taħt il-limiti massimi tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iqis li l-eżitu tar-reviżjoni tal-QFP ma laħaqx l-aspirazzjonijiet inizjali tal-PE; jissottolinja li reviżjoni tar-regolament QFP hija prerekwiżit essenzjali għall-iżgurar ta’ appoġġ finanzjarju fuq terminu medju għall-Ukrajna, biex ikun possibbli finanzjament akbar għal prijoritajiet ta’ politika mmirati, inkluża l-promozzjoni tal-awtonomija strateġika tal-UE, u biex jiġu ssalvagwardjati l-programmi tal-Unjoni u l-flessibbiltà tal-baġit fid-dawl ta’ rati tal-imgħax ogħla minn dawk imbassra u għalhekk kostijiet tas-self tal-Unjoni ogħla minn dawk programmati; jinnota li l-proċedura baġitarja annwali tal-2025 se tkun l-ewwel eżerċizzju bbażat kompletament fuq ir-Regolament QFP rivedut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar li d-Dikjarazzjoni Konġunta maqbula mit-tliet istituzzjonijiet bħala parti mill-ftehim dwar il-QFP tal-2020, fejn in-nefqa biex jiġu koperti l-kostijiet ta’ finanzjament tan-Next Generation EU “għandu jkollha l-għan li ma tnaqqasx il-programmi u l-fondi”, għadha tapplika u sservi bħala punt ta’ referenza għall-awtorità baġitarja, b’mod partikolari għall-mobilizzazzjoni tal-istrument EURI biex tiġi koperta mill-inqas parti mid-defiċit b’rabta mal-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU; għandu l-ħsieb, għalhekk, li jiżgura li l-programmi kollha jkollhom ir-riżorsi xierqa u jinżammu l-flessibbiltà u l-kapaċità ta’ rispons tal-baġit tul il-proċedura baġitarja annwali; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni affidabbli, f’waqtha u preċiża dwar il-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU u dwar l-iżborżi mistennija tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tul il-proċedura baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni japplikaw b’mod sħiħ ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jisħaq b’mod partikolari li l-konformità mal-istat tad-dritt hija prerekwiżit fundamentali għall-aċċess għall-fondi tal-UE; jisħaq li l-fondi ma jistgħux jiġu żborżati jekk l-Istati Membri ma jikkonformawx mar-rekwiżiti rilevanti kollha; itenni li kwistjonijiet sistemiċi b’rabta mal-istat tad-dritt, bħall-ksur tal-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat jew tentattivi reċenti f’xi Stati Membri biex tiġi attakkata l-indipendenza tal-ġudikatura jikkostitwixxu riskji ċari għall-interessi finanzjarji tal-UE u għall-protezzjoni tal-Baġit tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni ma tippermetti li jkun hemm l-ebda rigress fil-kisbiet fil-qasam tal-istat tad-dritt; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura bħala kwistjoni ta’ urġenza li l-fondi sospiżi tal-UE jaslu għand iċ-ċittadini, in-negozji, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u kwalunkwe parti kkonċernata oħra rilevanti permezz ta’ gvernijiet lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, f’konformità mar-reġim ta’ Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja li l-ħlas lura tal-kostijiet tat-teħid b’self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) huwa obbligu legali għall-UE u partita ta’ nefqa mhux diskrezzjonarja fil-baġit tal-UE; jinnota li l-kostijiet tat-teħid b’self jiddependu fuq il-pass tal-iżborżi fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) kif ukoll fuq il-fluttwazzjonijiet tas-suq fir-rendimenti tal-bonds u għalhekk huma intrinsikament imprevedibbli u volatili; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-kostijiet tat-teħid b’self tal-EURI kellhom jitqiegħdu kompletament fi strument speċjali tal-EURI li jmur lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, bil-ħsieb li jiġi restawrat ftit marġni fl-Intestatura 2b u jiġi protett spazju baġitarju fl-Istrumenti ta’ Flessibbiltà u ta’ Marġini Uniku; se jistinka biex jiżgura li l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kaskata tal-EURI fil-QFP rivedut ma tirriżultax f’arranġamenti li jikkawżaw ħsara kollaterali bla bżonn għan-nefqa programmata jew għad-disponibbiltajiet taħt l-istrumenti speċjali mhux tematiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-ekonomija Ewropea hija mbassra<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Winter 2024 Economic Forecast: A delayed rebound in growth amid faster easing of inflation(It-Tbassir Ekonomiku tax-Xitwa 2024: It-tkabbir jirkupra bil-mod fost tnaqqis aktar mgħaġġel tal-inflazzjoni)”, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> li tikber b’mod modest ħafna (0,9 % fl-2024 u 1,7 % fl-2025), filwaqt li l-inflazzjoni mistennija tibqa’ sostanzjalment ogħla minn 2 % u dan jintuża bħala deflatur awtomatiku għall-QFP (3,0 % fl-2024 u 2,5 % fl-2025); jirrikonoxxi li dan ifisser tnaqqis kontinwu fil-kapaċità tal-akkwist għal baġit li jrid jibqa’ f’bilanċ u li huwa limitat b’ammonti assoluti; jenfasizza r-rata baxxa ħafna ta’ ġbir għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) f’dawn l-aħħar snin (0,46 % fl-abbozz ta’ baġit tal-2024), bħala riżultat tal-effett ikkombinat tal-inflazzjoni, tal-livelli baxxi ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u ta’ introjtu ogħla minn xi riżorsi proprji oħra; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li r-ribassi u mekkaniżmi oħra ta’ korrezzjoni jenħtieġ li jiġu aboliti b’mod permanenti u li, sakemm jitneħħew b’mod permanenti, it-tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-ING għandu jkun soġġett għal deflatur fiss sa massimu ta’ 2 % fis-sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ progress fil-Kunsill dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposti emendati tal-Kummissjoni, li tapprova l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda; iqis li l-introduzzjoni ta’ sorsi innovattivi ġenwini ta’ dħul, skont il-pjan direzzjonali fil-ftehim interistituzzjonali, isservi biex tkopri l-piż baġitarju addizzjonali li jirriżulta mis-self tan-Next Generation EU u b’hekk tipproteġi l-marġnijiet u l-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà, li min-naħa tagħhom jiffaċilitaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet baġitarji dwar ħtiġijiet mhux previsti kif ukoll inizjattivi ġodda ta’ prospettiva strateġika; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi biex tidentifika riżorsi proprji innovattivi, ġodda u preferibbilment ġenwini u sorsi oħra ta’ dħul għall-baġit tal-UE lil hinn mill-FII;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-kapaċità ta’ reazzjoni għal avvenimenti mhux previsti jew li jitnedew inizjattivi ġodda hija affettwata b’mod sever minn skarsezzi baġitarji u biħsiebu jirrettifika din is-sitwazzjoni sa fejn ikun possibbli u li jqis ukoll l-aspettattivi akbar taċ-ċittadini tal-UE; ifakkar li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit strument speċjali addizzjonali barra l-limiti massimi tal-QFP sabiex il-baġit tal-UE jkun jista’ jadatta ruħu aħjar u jirreaġixxi malajr għall-kriżijiet u għall-effetti soċjali u ekonomiċi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Huwa determinat, minkejja dawn il-limitazzjonijiet numerużi, li jżomm pożizzjoni koerenti u unifikata li tirrifletti l-prijoritajiet politiċi u l-interessi istituzzjonali stabbiliti tiegħu inkluż it-tisħiħ tal-kompetittività tal-Unjoni, it-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi, l-aċċellerazzjoni tal-użu tal-enerġija nadifa, l-iżgurar tal-kisba tal-miri tal-Unjoni għall-integrazzjoni tal-klima u l-bijodiversità, it-titjib tal-kapaċitajiet tas-sigurtà u d-difiża tagħha kif ukoll il-kontribut għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali filwaqt li jitnaqqsu l-impatti negattivi fuq il-programmi emblematiċi u jimmassimizzaw il-benefiċċji sekondarji tat-tkabbir ekonomiku għall-persuni kollha l-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit ekwu, ġust u inklużiv li joffri opportunitajiet aħjar liċ-ċittadini kollha tal-UE u jiżgura t-tkabbir ekonomiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Josserva li l-għajxien affordabbli u l-koeżjoni soċjetali għadhom sfidi persistenti fl-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom kollha tal-UE u jfakkar fir-rwol ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja u aċċessibbli f’dan ir-rigward; jixtieq jenfasizza l-inklużività u l-aċċessibbiltà għall-finanzjament kull fejn ikun xieraq u f’konformità ma’ kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti, u jimmassimizza l-possibbiltajiet għall-finanzjament bl-ingranaġġ ta’ fondi eżistenti; iqis, li d-dimensjoni soċjali tal-infiq tal-UE, bħala karatteristika neċessarja għal-leġittimità tagħha, għandu jibqa’ jkun kriterju trażversali prominenti għall-oqsma ta’ politika kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li l-baġit tal-UE huwa fuq kollox baġit ta’ investiment b’effett ta’ ingranaġġ, jagħti spinta lill-objettivi u t-tfassil tal-politika tal-Unjoni, jikkomplementa l-politiki nazzjonali u, b’hekk, jindirizza l-ħtiġijiet tan-nies kollha fl-UE; ifakkar fl-importanza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex tiżdied ir-reżiljenza tal-Unjoni u jittaffew l-impatti soċjoekonomiċi tal-kriżijiet tal-passat u dawk li għaddejjin; jemmen li għandu jittieħed kull sforz biex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ sorsi ewlenin ta’ finanzjament tal-UE jintefqu b’mod effettiv u mingħajr aktar dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Huwa determinat bis-sħiħ li juża l-baġit tal-UE biex jagħmel differenza tanġibbli u viżibbli għaċ-ċittadini, għall-ekonomija fis-suq uniku u biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku billi jappoġġja l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità f’industriji avvanzati, il-validità għall-futur tas-suq tax-xogħol permezz tal-iżvilupp tal-ħiliet u skemi li jagħtu spinta lit-talent, li jiġġieldu l-qgħad, isaħħu l-kompetittività Ewropea u jżidu l-prontezza tad-difiża tal-Unjoni; iqis li l-awtonomija teknoloġika u t-tkabbir sostenibbli huma essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima fuq żmien twil; itenni t-talba tiegħu biex jinżamm finanzjament adegwat biex jiġu appoġġjati l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) bħala s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, in-negozji ġodda u ż-żgħażagħ, il-bdiewa, l-għalliema u l-ħaddiema tat-trasport; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb aktar l-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport, isir investiment fit-titjib tas-servizzi tas-saħħa u tal-assistenza soċjali pubblika, il-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali u territorjali, u fl-appoġġ ta’ komunitajiet vulnerabbli, remoti u rurali inklużi rħula intelliġenti; jirrimarka li l-baġit jeħtieġ li jiżgura t-tranżizzjoni ekoloġika filwaqt li jappoġġja agrikoltura ta’ kwalità, u filwaqt li jiżgura aċċess għal saħħa u edukazzjoni ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq fuq l-impatt sinifikanti tar-riċerka u l-innovazzjoni fuq il-kompetittività, it-tkabbir fuq terminu twil u l-impjiegi fl-Unjoni Ewropea; ifakkar fl-inizjattiva li ilha teżisti biex timbotta l-intensità tal-investiment tal-UE fir-riċerka u l-iżvilupp għal 3 % tal-PDG; jirrikonoxxi d-differenza eżistenti bejn l-objettiv u l-finanzjament attwali pprovdut; jissottolinja li s-supremazija teknoloġika Ewropea hija essenzjali fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u l-Unjoni tas-Saħħa billi dan joħloq impjiegi b’ħiliet għolja fl-Unjoni tul il-katina tal-valur kollha, u jsaħħaħ l-eċċellenza tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni; jinsab imħasseb ħafna li l-fondi disponibbli jkopru biss frazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi kollha, għax dan jirriżulta f’livelli għoljin ta’ sottoskrizzjoni żejda ta’ programmi u riċerkaturi li jħallu l-Unjoni għal reġjuni kompetituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li jridu jiġu pprovduti soluzzjonijiet sostenibbli u fit-tul sabiex jiġu miġġielda b’suċċess l-isfidi demografiċi strutturali, kif ukoll biex jittaffa l-eżodu ta’ mħuħ f’reġjuni u bliet inqas żviluppati fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ riżorsi finanzjarji biex ir-reġjuni li qed ibatu minn depopolazzjoni jerġgħu jingħataw il-ħajja permezz ta’ investimenti f’politiki soċjali u demografiċi li jappoġġjaw il-familji u biex il-popolazzjonijiet li qed jixjieħu fl-Ewropa jingħataw appoġġ adegwat f’termini ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa, il-mobbiltà u s-servizzi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinsisti li għandu jiġi mobilizzat massimu ta’ finanzjament possibbli permezz ta’ Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex jiġu promossi t-tagħlim u l-intraprenditorija u jittejbu l-ħiliet, l-edukazzjoni formali, nonformali u informali kif ukoll l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, kif ukoll tiġi promossa l-inklużjoni soċjali; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat li ż-żewġ programmi jiggarantixxu opportunitajiet indaqs, b’enfasi speċjali fuq persuni minn sfondi żvantaġġjati fl-UE kollha u pajjiżi assoċjati; isostni l-fehma tiegħu li l-għotjiet għall-mobbiltà f’Erasmus+ iridu jiġu appoġġjati aktar sabiex ikopru ż-żidiet fl-għoli tal-ħajja u biex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà, l-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni inklużiva, b’mod partikolari billi tiżdied l-għotja minima għal kull parteċipant għal livell xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jistieden lill-Kummissjoni tibda riflessjonijiet dwar metodoloġija għat-traċċar tan-nefqa soċjali fil-baġit tal-UE fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-baġit tal-UE fil-kontribut għal inizjattivi li jirrinforzaw id-djalogu soċjali, u jsaħħu l-azzjonijiet soċjali lokali u reġjonali u jipprovdu aċċess għal kulħadd għal servizzi ewlenin vitali; itenni l-ħtieġa ta’ strateġija Ewropea għall-anzjani, b’azzjonijiet speċifiċi biex jiġu miġġielda l-marġinalizzazzjoni, is-solitudni u l-iżolament; ifakkar ukoll fil-ħtieġa għal implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija għad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà għall-2021-2030 biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom fl-Unjoni; jenfasizza l-każ tat-trasportaturi Ewropej li qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi differenti f’kull Stat Membru, minn spejjeż li qed jogħlew għal nuqqas ta’ kapaċità, u l-ħtieġa għal flessibbiltà u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu r-regoli eżistenti għall-protezzjoni tagħhom u riżorsi addizzjonali allokati biex jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Istati Membri kollha; jissottolinja f’dan ir-rigward il-benefiċċji tal-iżvilupp ta’ għodod tal-IT fil-livell tal-UE li jgħinu fit-titjib tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti burokratiċi u l-istandardizzazzjoni taċ-ċertifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni effettiva tar-regolamenti tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali sabiex jiġu ffaċilitati l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol, u jitħaffef it-trasferiment tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali; jappella biex il-fondi tal-UE jintużaw biex tiġi żviluppata s-sistema ta’ Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali u biex tiġi appoġġjata aktar id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali għal mobbiltà ġusta tal-forza tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-teknoloġija u l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) qed ibiddlu x-xenarju tal-impjiegi malajr; jissottolinja l-potenzjal ekonomiku li t-teknoloġiji affidabbli tal-IA ċċentrati fuq il-bniedem jistgħu jġibu għat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa waqt li jtejbu l-ħajjiet taċ-ċittadini f’numru ta’ oqsma bħas-saħħa, l-agrikoltura, l-enerġija, it-trasport u s-sigurtà; jappella biex dan ikun rifless fil-programmi u l-politiki tal-UE permezz tal-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji adegwati; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu l-ħiliet diġitali bażiċi taċ-ċittadini biex jaqblu mal-ħtiġijiet tal-kumpaniji u biex iċ-ċittadini jiġu mgħammra kontra d-diżinformazzjoni; jappoġġja l-miżuri tal-UE li jikkomplementaw l-istrateġiji nazzjonali tal-impjiegi għar-rikonverżjoni u l-mobbiltà tal-impjiegi fil-livell tal-UE b’mod koordinat, li jħaddnu l-potenzjal ta’ dawn il-bidliet għal forza tax-xogħol b’saħħitha u adattabbli inkluż permezz tat-trawwim tat-taħriġ mill-ġdid u l-mobbiltà tal-impjiegi, u b’hekk tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn setturi tal-impjiegi ġodda u emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinsab allarmat bl-għadd dejjem jikber ta’ avvenimenti estremi tat-temp, bħal nirien severi, għargħar u diżastri naturali oħra marbuta mat-tibdil fil-klima li qed imur għall-agħar madwar l-Ewropa; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament għall-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili u jappella għal konsolidazzjoni aħjar tal-kapaċitajiet għal reazzjoni f’każ ta’ emerġenza tal-UE billi jissaħħu t-timijiet konġunti ta’ intervent mediku u ta’ emerġenza; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riżorsi jkunu jistgħu jsiru disponibbli malajr ukoll permezz tal-FSUE u l-EAR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ finanzjament xieraq li għandu jiġi allokat għall-attivitajiet stabbiliti fir-Regolament EU4Health; jirrikonoxxi li l-prezz tal-mediċini u tat-teknoloġiji tas-saħħa għandhom impatt kbir fuq il-kapaċità tal-pazjenti li jaċċessawhom; jisħaq li l-ispejjeż tal-mediċini mhux affordabbli jirrappreżentaw ostaklu veru għat-trattament u jappella għall-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi; jappella f’dan ir-rigward għal koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-UE u akkwist konġunt ta’ mediċini sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż; jissottolinja l-importanza li l-mard tat-tfal jiġi indirizzat b’enfasi speċjali fuq mard rari; jisħaq, b’mod partikolari, l-importanza tal-Pjan biex Jingħeleb il-Kanċer; jappella għal baġit ambizzjuż fil-Cluster “Saħħa” f’Orizzont Ewropa biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista’ tirrispondi b’mod effettiv għall-kriżijiet tas-saħħa futuri, tgħin fit-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u ttejjeb is-saħħa fiżika u mentali tan-nies billi tagħmel il-kura tas-saħħa aktar affordabbli u aċċessibbli; jirrikonoxxi li l-mard kardjovaskulari (CVD) jibqa’ l-kawża ewlenija tal-mewt fl-UE; iqis li l-indirizzar tas-CVDs permezz ta’ investiment f’azzjonijiet immirati lejn il-mediċina personalizzata u s-Saħħa elettronika huwa kruċjali peress li dan se jżid l-istandards ta’ prevenzjoni u trattament, u jippermetti liċ-ċittadini kollha aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu evitati n-nuqqasijiet ta’ mediċini li ffaċċjaw xi Stati Membri f’dawn l-aħħar snin; jirrikonoxxi li l-inugwaljanzi fis-saħħa jeħtieġ li jitnaqqsu biex tiġi pprovduta saħħa ġusta għan-nisa kollha, inkluż l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva, ifakkar li huwa essenzjali li s-saħħa tan-nisa tibqa’ prijorità tal-politika u tar-riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu indirizzati d-defiċit tal-ħiliet, il-kwistjoni tal-eżodu ta’ mħuħ u l-korrelazzjoni bejn il-ħtiġijiet tas-suq u l-ħiliet mhux l-anqas fil-perspettiva tas-sitwazzjoni f’reġjuni differenti tal-UE; iqis li biex il-forza tax-xogħol tal-UE tibqa’ kompetittiva fil-futur, huwa meħtieġ li jiġu definiti oqsma ewlenin għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet, speċjalment għall-promozzjoni ta’ ħiliet ekoloġiċi u diġitali; jisħaq li huwa meħtieġ aktar investiment biex jiġu mmodernizzati s-sistemi edukattivi tal-Unjoni, jinħolqu skemi ta’ spinta tat-talent u jiġu inċentivati l-intraprendituri żgħażagħ; jappella biex titħaffef l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet u taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta malajr is-soluzzjonijiet identifikati bħala kruċjali matul is-Sena Ewropea tal-Ħiliet, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni aħjar mal-kumpaniji, inkluż it-Test taż-Żgħażagħ tal-UE u l-waqfien tal-internships mhux imħallsa; wara r-rakkomandazzjonijiet adottati fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, ifakkar fl-importanza li jiġi stabbilit pjan edukattiv Ewropew b’riżorsi finanzjarji biex jiġu appoġġjati l-edukazzjoni ta’ kwalità u t-taħriġ tal-għalliema, u biex jitnaqqsu r-rati ta’ tluq bikri mill-iskola;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja l-valur miżjud tal-programmi ta’ finanzjament fl-oqsma tad-demokrazija u d-drittijiet u l-valuri, ifakkar fl-importanza li għandu l-baġit tal-UE fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, il-kultura u d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej u fil-bini ta’ soċjetajiet reżiljenti, u fl-appoġġ tal-prinċipji ewlenin tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, is-solidarjetà, l-inklużività, il-ġustizzja, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jixtieq jara l-linji baġitarji u l-korpi rilevanti msaħħa sabiex jiġu indirizzati l-polarizzazzjoni, iż-żieda fl-estremiżmu politiku, il-fiduċja istituzzjonali baxxa, iħeġġeġ id-demokrazija parteċipattiva, jippromwovi d-drittijiet fundamentali, jipprevjeni r-rigress demokratiku, l-erożjoni tal-istat tad-dritt, l-ispazju dejjem jiċkien għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu f’dan il-qasam fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, u l-istrumentalizzazzjoni tal-ewroxettiċiżmu; jappella biex jiġu żgurati biżżejjed fondi tal-UE għall-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV), jenfasizza l-ħidma sinifikanti mwettqa taħt il-fergħa Valuri tal-Unjoni, li tipprovdi finanzjament dirett lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll il-fergħat Daphne, Ugwaljanza u Drittijiet; itenni li r-riżorsi meħtieġa għandhom jiġu ddedikati għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u għall-appoġġ tad-drittijiet u l-aċċess għal servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva sikuri, organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, kif ukoll inizjattivi tal-UE li jindirizzaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għall-programm CERV, kif ukoll biex tiggarantixxi l-flessibbiltà fil-proċess ta’ għoti mill-ġdid lill-organizzazzjonijiet lokali u tal-bażi mill-operaturi fl-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament jasal għand dawk li jaħdmu l-eqreb taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tal-Unjoni biex tipproteġi liċ-ċittadini, lill-minoranzi u lill-komunitajiet reliġjużi u lill-ispazji pubbliċi kontra t-theddid terroristiku, tiġġieled kontra r-radikalizzazzjoni u l-kontenut terroristiku online, u tiġġieled kontra ż-żieda qawwija fid-diskors ta’ mibegħda, l-antisemitiżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani u r-razziżmu fl-Ewropa u mad-dinja kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza t-theddid u l-perikli li dejjem qed jiżdiedu tal-kampanji ta’ diżinformazzjoni organizzati u mmirati kontra l-Unjoni Ewropea minn partijiet ikkonċernati barranin; jitlob finanzjament għal Orizzont Ewropa u attivitajiet taħt il-ġestjoni tal-Kummissjoni u s-SEAE biex jiġġieldu t-tixrid tad-diżinformazzjoni fuq skala kbira u jiżviluppaw kontromiżuri aktar effettivi; jistieden kemm lill-Unjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi tal-UE għal attivitajiet iddedikati biex iżidu l-litteriżmu medjatiku fost iċ-ċittadini; jappella għal aktar finanzjament biex jiġu miġġielda d-diskors ta’ mibegħda u l-kontenut terroristiku online; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-libertà ġurnalistika u l-pluraliżmu tal-media permezz ta’ riżorsi adegwati, f’konformità mar-regolamenti rilevanti, u li jiġu appoġġjati l-ġurnalisti, inklużi l-ġurnalisti investigattivi, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tas-soċjetà ċivili li jiffaċċjaw azzjonijiet ta’ ritaljazzjoni bħal kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs); jappella għal appoġġ adegwat għas-settur kulturali, inkluż għall-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni transfruntiera ta’ films, mużika u videogames Ewropej; jitlob għalhekk finanzjament ambizzjuż għall-programm Ewropa Kreattiva;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit li jwettaq il-prijoritajiet strateġiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-Unjoni f’setturi ewlenin; jilqa’ r-Regolament STEP ġdid iżda jindika l-ħtieġa għal tweġiba strutturali għall-ħtiġijiet ta’ investiment tal-industriji strateġiċi sabiex tagħmilha aktar faċli li jiġu identifikati, żviluppati u mkabbra teknoloġiji innovattivi; jiddispjaċih għall-fatt li l-livell eżistenti ta’ finanzjament ta’ Orizzont Ewropa mhuwiex biżżejjed f’dan ir-rigward u jappella għal żieda fil-finanzjament għal Orizzont Ewropa u programmi tal-Unjoni ewlenin oħra f’dan il-qasam, bħal InvestEU, biex jintlaħaq l-għan ta’ awtonomija strateġika miftuħa; iqis li d-dipendenza tal-UE fil-provvista tar-riżorsi tirrappreżenta tħassib dejjem jikber; jappella għal aktar investiment tal-UE fil-bini tal-awtonomija strateġika miftuħa tagħha billi tiġi żgurata l-aċċelerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, proċessi ta’ permessi aktar mgħaġġla, id-dekarbonizzazzjoni tal-bini, l-aċċess għall-materja prima kritika u jiġu żviluppati ktajjen tal-valur reżiljenti għall-ekosistemi industrijali tal-UE speċjalment f’oqsma ewlenin bħas-saħħa u d-difiża; jitlob finanzjament adegwat biex jiġi żgurat l-iżvilupp kontinwu tal-programmi emblematiċi Ewropej attwali fil-qasam tal-ispazju, inkluż Copernicus, Galileo/EGNOS, l-inizjattiva Ewropea fil-komunikazzjoni bis-satellita (GOVSATCOM) u l-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju (SSA);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Isostni li t-tranżizzjoni diġitali toffri għadd ta’ opportunitajiet biex jittejbu l-infrastruttura u l-konnettività diġitali u biex jiġu żviluppati l-ħiliet diġitali; jindika l-importanza tal-programm Ewropa Diġitali (DEP) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE-Diġitali) kif ukoll il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali f’dan ir-rigward; itenni l-ħtieġa ta’ programm ta’ edukazzjoni dwar l-IA, l-ikkowdjar u r-robotika mfassal għall-għalliema u l-istudenti, u ffinanzjat permezz tal-programmi rilevanti; jissottolinja li l-baġit tal-UE jrid jappoġġja b’mod adegwat l-użu etiku u nondiskriminatorju tal-IA, speċjalment fis-setturi tal-edukazzjoni u l-kultura; ifakkar fil-ħtieġa ta’ programmi ffinanzjati mill-UE biex jinvestu aktar fit-titjib tal-litteriżmu diġitali fis-soċjetà u l-għeluq tad-distakk diġitali, inkluża d-differenza diġitali bejn il-ġeneri, fl-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja r-rwol ċentrali tal-baġit tal-UE fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli, tinħoloq ekonomija ċirkolari, jiġu protetti l-ekosistemi u titreġġa’ lura x-xejra allarmanti tat-telf tal-bijodiversità filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività u jinħolqu impjiegi ekoloġiċi kif ukoll it-tkabbir fl-UE; jissottolinja r-rwol ċentrali li għandu l-programm LIFE biex jitwettq il-Patt Ekoloġiku Ewropew, jinkiseb l-għan tal-Unjoni tan-newtralità klimatika, f’konformità mal-Liġi tal-UE dwar il-Klima u l-Ftehim ta’ Pariġi; jinsab imħasseb ħafna dwar l-impatti serji tat-tibdil fil-klima inkluż fil-forma ta’ skarsezza tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja li t-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-prezzijiet għoljin tal-enerġija jagħmlu l-kwistjoni tal-faqar enerġetiku waħda kruċjali u joħolqu sfidi għall-industrija Ewropea, b’mod partikolari għall-SMEs; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tingħata spinta lill-investimenti tal-UE fit-tranżizzjoni li għaddejja tal-UE lejn in-newtralità klimatika, inkluż fl-effiċjenza enerġetika, ir-riċerka u l-innovazzjoni f’teknoloġiji sostenibbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u dawk mingħajr emissjonijiet tal-karbonju, u b’mod partikolari f’oqsma b’impatt pożittiv fuq it-tnaqqis tal-għoli tal-ħajja għall-unitajiet domestiċi bħat-titjib tal-effiċjenza enerġetika għall-bini, u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; jieħu nota tal-ħtiġijiet kbar ta’ investiment għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u ż-żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni u l-materja prima; jirrikonoxxi l-valur strateġiku tal-estensjoni tat-TEN-T lejn il-viċinat tal-Lvant u konnettività aktar b’saħħitha mas-sħab strateġiċi tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-programm FNE-Trasport u r-rwol pożittiv tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jissottolinja li l-baġit 2025 irid ikun allinjat mal-objettivi tal-politika u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ ħidma kontinwa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità għall-infiq tal-baġit tal-Unjoni stabbiliti fil-FII, bħala parti mill-għan usa’ li l-Unjoni ssir newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050; ifakkar fid-dispożizzjoni fil-FII biex jiġu identifikati miżuri rilevanti li għandhom jittieħdu f’każ li r-rendikont perjodiku jindika progress insuffiċjenti lejn l-ilħuq tal-miri applikabbli; jinsab imħasseb dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont liema l-objettiv ta’ 10 % għall-infiq relatat mal-bijodiversità fl-2026 u l-2027 x’aktarx mhux se jintlaħaq u dwar in-nuqqas ta’ perkors ċar lejn l-ilħuq tal-objettivi miftiehma; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa meta jkun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-Inizjattiva Urbana Ewropea u l-finanzjament adegwat tagħha biex jintlaħqu l-objettivi kollha tagħha; jappella għal finanzjament aktar dirett għall-awtoritajiet lokali sabiex jissaħħu l-bini tal-kapaċità, l-appoġġ tekniku u l-iskambju tal-aħjar prattiki tagħhom; jappella għat-tisħiħ tar-riżorsi għall-aġenziji rilevanti, li jridu jikkorrispondu mal-ammont ta’ xogħol li jirriżulta mill-aġenda tal-Patt Ekoloġiku tal-UE, b’mod partikolari l-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-kontribut essenzjali tal-bdiewa u s-sajjieda lis-soċjetà u jissottolinja, għaldaqstant, l-importanza ċentrali tal-politika agrikola komuni (PAK) u l-politika komuni tas-sajd għas-sigurtà tal-ikel u awtonomija akbar tal-UE fil-produzzjoni tal-ikel ta’ kwalità għolja; jissottolinja r-rwol tal-PAK fl-iżgurar ta’ introjtu sostenibbli u deċenti għall-bdiewa tal-UE, b’mod partikolari bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar u bdiewa żgħażagħ; jappella għal miżuri konkreti biex jindirizzaw il-kawżi ta’ skuntentizza tal-bdiewa madwar l-UE u b’mod partikolari jappella għal riżorsi u miżuri immedjati biex jgħinu lill-bdiewa jlaħħqu mal-impatt tal-inflazzjoni, l-ispejjeż tal-fjuwil, l-istandards ġodda tal-produzzjoni u t-tibdil fis-suq dinji tal-ikel; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu megħjuna bdiewa ġodda u żgħażagħ, biex b’hekk jiġi żgurat it-tiġdid ġenerazzjonali, filwaqt li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet fis-settur agroalimentari; jirrimarka li l-bdiewa Ewropej jiffaċċjaw ħafna sfidi, b’mod partikolari burokrazija eċċessiva u piż amministrattiv, trikkib regolatorju dejjem akbar, nuqqasijiet, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat aħjar l-impatt taż-żieda fil-frekwenza u l-intensità tal-għargħar, in-nixfiet u n-nirien fil-foresti fuq is-setturi permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ iddedikati; jappella għal introjtu adegwat għal dawk kollha fis-setturi agrikoli; jissottolinja l-ħtieġa ta’ appoġġ xieraq għar-riċerka u l-innovazzjoni, u għar-rispett tal-istandards tax-xogħol, kif ukoll għal investimenti xierqa biex jiġu offruti sorsi ta’ introjtu alternattivi, u biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn sistema tal-ikel aktar sostenibbli u affordabbli b’mod partikolari permezz tal-innovazzjoni, il-preservazzjoni tal-introjtu tal-bdiewa, filwaqt li tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-bdiewa Ewropej jiffaċċjaw kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet li ma jissodisfawx l-istandards tagħna; jistenna li d-djalogu strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura jindirizza l-kwistjonijiet rilevanti kollha inklużi l-aspetti preventivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Itenni li l-programmi, il-politiki u l-attivitajiet kollha tal-UE għandhom jiġu implimentati b’mod li jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-twettiq tal-objettivi tagħhom; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u jisħaq fuq il-ħtieġa li tkompli tiżviluppa l-metodoloġija ġdida biex jitkejjel l-impatt fuq il-ġeneru tal-infiq tal-Unjoni kif stabbilit fil-Ftehim Interistituzzjonali; jistieden lill-Kummissjoni turi r-riżultati ta’ din il-metodoloġija għall-baġit tal-2025 akkumpanjati mill-ġbir, ir-rapportar u l-evalwazzjoni sistematiċi ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit adattat għall-futur għal dinja li qed tinbidel</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li tiġi implimentata politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil li tkun ibbażata fuq is-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, skont il-valuri u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni; jisħaq li l-ġestjoni u l-protezzjoni effettivi, umani u ġusti tal-fruntieri esterni tal-Unjoni huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-Unjoni, filwaqt li tiġi ggarantita l-implimentazzjoni bla xkiel u effiċjenti tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil, b’mod partikolari sabiex jitħejja d-dħul fis-seħħ tal-Patt il-ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, inkluż fir-rigward ta’ akkoljenza, integrazzjoni u proċeduri għal ritorn u riammissjoni effettivi, sikuri u dinjitużi; jissottolinja r-rwol vitali li jiżvolġu l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI) f’dak ir-rigward; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi ppreservat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni; ifakkar li r-Rumanija u l-Bulgarija se jingħaqdu maż-żona tal-ivvjaġġar tal-Ewropa mingħajr fruntieri Schengen sa Marzu 2024 u jtenni l-importanza li tiġi konkluża u operazzjonalizzata b’mod urġenti adeżjoni sħiħa, inklużi l-konnessjonijiet tal-art u tal-ferrovija; se jagħmel ħiltu biex jimmassimizza d-disponibbiltajiet fil-baġit tal-2025 għal dawn l-għanijiet; iqis li l-UE trid taħdem mill-qrib mal-ġirien tagħha u mal-pajjiżi terzi ta’ oriġini u ta’ tranżitu biex tagħti spinta lill-iżvilupp stabbli, sostenibbli u inklużiv u tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, u b’hekk tipprevjeni l-migrazzjoni irregolari u tipproteġi lill-persuni vulnerabbli min-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u traffikar, kif ukoll mill-mewt fuq il-baħar; jenfasizza b’mod partikolari ż-żieda fir-responsabbiltajiet tal-aġenziji inkarigati mis-sorveljanza u l-ġestjoni tal-fruntieri, l-appoġġ lill-Istati Membri fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u l-konformità mad-drittijiet fundamentali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ finanzjament, persunal u taħriġ tal-persunal adegwati għall-aġenziji kollha li joperaw fl-oqsma tas-sigurtà, il-ġustizzja, l-infurzar tal-liġi, l-ażil u l-migrazzjoni kif ukoll il-ġestjoni tal-fruntieri sabiex dawn jissodisfaw il-mandat tagħhom; jappella għal enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni u l-ġestjoni preċiżi tas-sistemi tal-IT tal-UE fuq skala kbira, li jikkontribwixxu għax-xenarju tas-sigurtà tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq li l-ambjent tas-sigurtà madwar l-UE għadu volatili ħafna;  ikompli jagħmel enfasi qawwija fuq il-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża Ewropej biex jirrispondu aħjar għall-isfidi ġeopolitiċi bla preċedent; jemmen li l-baġit tal-UE huwa strumentali fil-kuntest ta’ strateġija ta’ difiża ġdida tal-UE u koordinazzjoni msaħħa tas-sigurtà u tad-difiża bejn l-Istati Membri; jixtieq isaħħaħ il-programmi l-aktar ta’ suċċess u pertinenti tiegħu, bħall-Fond Ewropew għad-Difiża, u l-korpi tiegħu sabiex jagħti spinta lis-sovranità Ewropea; jixtieq jissottolinja s-sinerġiji u l-effiċjenza tal-investimenti fil-livell tal-UE fil-qasam tad-difiża, speċjalment fil-qasam tal-mobbiltà militari, il-protezzjoni u l-interoperabbiltà tal-infrastruttura; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati kwistjonijiet bħad-diżinformazzjoni bħala sfida politika u ta’ sigurtà li qed tikber, b’mod partikolari wara l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, iċ-ċiberkriminalità jew il-kriminalità organizzata b’dimensjoni transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jisħaq li l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna reġgħet ġabet il-gwerra fil-viċinat tal-Unjoni Ewropea u kellha impatt fuq il-ktajjen tal-provvista kif ukoll fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Ukrajna fil-ġlieda tagħha għal-libertà u d-demokrazija; jiddeplora l-impatt terribbli fuq il-ħajjiet, it-tbatija tal-poplu Ukren, kif ukoll il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali sostanzjali għall-popli tal-Ewropa kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikabbli tar-Russja; iqis li l-baġit 2025 għandu jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja u tal-inflazzjoni; ifakkar li ċerti Stati Membri, b’mod partikolari dawk l-aktar esposti, u setturi vulnerabbli tal-ekonomija, għadhom partikolarment esposti għall-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jistħoqqilhom appoġġ f’oqsma bħall-agrikoltura jew l-infrastruttura, iżda wkoll il-mobbiltà militari fi spirtu ta’ solidarjetà mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jibqa’ determinat li jgħin u jappoġġja lill-Ukrajna permezz tal-Faċilità proposta għall-Ukrajna, li se tipprovdi appoġġ fil-forma ta’ għotjiet u self għat-tiswija, l-irkupru u r-rikostruzzjoni, għal assistenza makrofinanzjarja u għal konverġenza ’l fuq istituzzjonali, soċjali, ekonomika u ambjentali u għal investimenti pubbliċi, kif ukoll għall-perkors tagħha lejn l-adeżjoni mal-UE; jisħaq fuq l-urġenza u l-opportunità li l-appoġġ għall-Ukrajna u l-isforzi ta’ rikostruzzjoni jiġu kkombinati ma’ proċess kostruttiv ta’ qabel l-adeżjoni li jrawwem riformi u pass progressiv lejn l-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE; ifakkar li l-għajnuna umanitarja għall-Ukrajna mhux se tkun koperta bis-sħiħ mill-Faċilità u għaldaqstant jissottolinja li jeħtieġ li jiġu pprovduti riżorsi suffiċjenti għall-għajnuna umanitarja f’dan il-kuntest ukoll fil-baġit tal-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iqis li l-appoġġ għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għadu importanti fid-dawl tat-tkabbir tal-UE u jilqa’ il-Pjan ġdid ta’ Tkabbir tal-Kummissjoni għall-Balkani tal-Punent bħala pass tajjeb biex jiġu appoġġjati aktar il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent f’konverġenza ekonomika mas-suq uniku tal-UE; jissottolinja l-importanza ta’ appoġġ sostnut għall-pajjiżi kandidati fl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa relatati mal-adeżjoni, notevolment fir-rigward tal-istat tad-dritt u d-demokrazija u dawk li jiġġieldu l-korruzzjoni, u fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-theddid ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni li l-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova jingħataw status ta’ pajjiż kandidat u jinsisti fuq il-ħtieġa li jintużaw il-fondi meħtieġa biex jiġi appoġġjat il-proċess tal-adeżjoni tagħhom; jisħaq li l-allokazzjoni għall-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) u l-linji baġitarji pertinenti taħt l-NDICI - Ewropa Globali fl-2025 għandha tikkatalizza l-kooperazzjoni mal-Moldova kif ukoll mal-Georgia f’konformità mal-ftehim dwar ir-reviżjoni tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jissottolinja li l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali huwa strument ta’ importanza vitali fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea bħala qawwa globali ewlenija u sabiex l-Unjoni taqdi r-rwol tagħha bħala forza ta’ stabbilizzazzjoni paċifika, u b’hekk jissaħħu l-interessi ġeopolitiċi tal-Unjoni madwar id-dinja; iħeġġeġ li r-riżerva finanzjarja tiegħu ġiet eżawrita u għandha tibbenefika minn rinforzi urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tal-programm NDICI sabiex jingħata appoġġ għall-isfidi globali, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet u d-demokrazija, kif ukoll, għall-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għat-twettiq tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar il-klima u l-bijodiversità, fi ħdan sistema komprensiva ta’ monitoraġġ u kontroll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma kkundizzjonatx il-ħlasijiet lil pajjiżi terzi b’mod aktar effettiv bħala mezz biex jiġu infurzati l-interessi ġeopolitiċi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-politiki tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni, it-tħassib dwar id-difiża, kif ukoll fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet u stadji importanti speċifiċi għall-pagamenti tagħha lil pajjiżi terzi skont l-interessi politiċi partikolari tal-Unjoni u tissospendi mingħajr dewmien żejjed parti rilevanti mill-pagamenti jekk pajjiż terz jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti; jistenna li l-Kummissarji ddeżinjati responsabbli kollha fis-seduti ta’ smigħ tagħhom jimpenjaw ruħhom għal dan il-kundizzjonament aktar strett ibbażat fuq l-interessi tal-baġit tal-UE lejn pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-linji tal-Viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant sabiex jiġu appoġġjati r-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali fir-reġjuni, biex tingħata assistenza lir-rifuġjati, b’mod partikolari billi jiġi żgurat finanzjament kontinwu, imsaħħaħ u prevedibbli għall-atturi u l-aġenziji rilevanti skont il-livell ta’ ħtiġijiet ta’ dawk fuq il-post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni prudenti li jkun f’konformità sħiħa mar-regoli tal-UE sabiex jiġi evitat l-użu illegali tal-fondi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar li l-għajnuna umanitarja tal-UE għaċ-ċivili fi bżonn gravi hija indispensabbli u tikkontribwixxi għall-bini ta’ stabbiltà u paċi fir-reġjuni milquta u li l-għoti ta’ servizzi bażiċi u għajnuna umanitarja meħtieġa b’mod urġenti jrid jiġi garantit u mhux ostakolat f’konformità mad-deċiżjonijiet internazzjonali, akkumpanjati mill-proċeduri tas-soltu ta’ skrinjar u monitoraġġ; jistenna li l-ħtiġijiet finanzjarji għall-għajnuna umanitarja jibqgħu jiżdiedu bħala konsegwenza ta’ gwerer, l-instabbiltà ġeopolitika li dejjem qed tiżdied, faqar estrem persistenti u diżastri naturali aktar ta’ spiss; iqis, abbażi ta’ dawn is-suppożizzjonijiet, li l-UE se jkollha ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-għajnuna umanitarja biex twieġeb għall-ħtiġijiet intensifikati fuq il-post, b’mod partikolari għan-nies fil-bżonn fir-reġjun tal-Lvant Nofsani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Itenni li jikkundanna b’mod inekwivoku l-attakki terroristiċi brutali mwettqa mill-Ħamas kontra Iżrael u l-poplu tiegħu fis-7 ta’ Ottubru 2023 u jesprimi s-sogħba profonda tiegħu għall-vittmi innoċenti fuq iż-żewġ naħat; jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni jrid ikompli jipprovdi appoġġ għall-bini tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun, għall-ġlieda kontra l-mibegħda, l-estremiżmu u l-fundamentaliżmu u għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu adottata fit-18 ta’ Jannar 2024 li tirrikonoxxi r-rwol tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA), li bħalissa qed tipprovdi refuġju għal aktar minn miljun persuna spostata internament u hija l-akbar pjattaforma għall-għoti ta’ għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni tal-Istrixxa ta’ Gaża, fejn il-popolazzjoni kollha qed tiffaċċja kundizzjonijiet umanitarji li qed jiddeterjoraw inkluż nuqqas ta’ refuġju, ilma nadif, ikel u assistenza medika; itenni, għalhekk, l-importanza ta’ finanzjament kontinwu u prevedibbli tal-UE; jilqa’ l-fatt li n-NU nediet investigazzjoni mingħajr dewmien, wara l-allegazzjonijiet serji rigward individwi li kienu parti mill-persunal tal-UNRWA li allegatament kienu involuti fl-attakki terroristiċi kontra Iżrael tas-7 ta’ Ottubru 2023, u l-informazzjoni pprovduta u l-azzjonijiet fil-pront meħuda mill-Aġenzija, b’mod partikolari biex jintemmu immedjatament il-kuntratti eżistenti; jinnota l-appell tal-Kummissjoni għal awditu estern li b’hekk jirrieżamina l-valutazzjoni tal-pilastri tas-sistemi ta’ kontroll tan-NU, maqbula mill-UNRWA; jappoġġja s-sistemi ta’ kontroll, monitoraġġ u skrutinju implimentati mill-Kummissjoni li jfakkru li l-użu tal-fondi tal-UE mill-benefiċjarji jrid jirrispetta r-regoli u s-salvagwardji tal-UE u d-dritt internazzjonali; jilqa’, f’dan ir-rigward, li r-rieżami tal-Kummissjoni tal-għajnuna tal-UE lill-Palestina kkonkluda li l-kontrolli u s-salvagwardji eżistenti u effettivi fis-seħħ jaħdmu tajjeb u li sal-lum ma nstabet l-ebda evidenza li l-flus ġew iddevjati għal skopijiet mhux intenzjonati, kif ukoll il-valutazzjoni tar-riskju u miżuri addizzjonali relatati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tingħata spinta lill-implimentazzjoni tal-programmi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Ifakkar l-appoġġ bil-qawwa tal-Parlament għall-politika ta’ koeżjoni fit-twettiq tal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE u fit-tisħiħ tal-ekonomija tal-UE billi tikkontribwixxi għal tkabbir u żvilupp ġusti, inklużivi u sostenibbli, tippromwovi l-konverġenza ekonomika u soċjali bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, tappoġġja t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u trawwem l-innovazzjoni u l-impjiegi; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jintlaħqu biss jekk id-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-programm jiġi indirizzat b’mod dirett u b’urġenza; iqis li approċċ bħal dan biex jitħaffu l-assorbiment u l-implimentazzjoni ikun ukoll l-aktar mod effettiv biex il-valur miżjud tal-infiq tal-UE jsir viżibbli u tanġibbli għan-nies fl-UE; ifakkar fil-ħtieġa ta’ aktar assistenza teknika biex jiġu promossi aktar il-kapaċitajiet ta’ assorbiment tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jisħaq li l-fondi mill-baġit tal-UE jeħtieġ li jaslu għand iċ-ċittadini tal-UE u l-SMEs; ifakkar li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, siti web u portali aktar faċli għall-utenti u komprensivi, it-tnaqqis ta’ burokrazija żejda u l-ħolqien ta’ punti uniċi ta’ servizz huma essenzjali biex il-programmi tal-UE jsiru aktar aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-intraprendituri żgħażagħ u l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħaffu l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi taħt fondi ta’ ġestjoni kondiviżi u jiżguraw eżekuzzjoni baġitarja rapida, b’mod partikolari tal-fondi ta’ koeżjoni; jinnota li s-sehem tal-fondi taħt il-programmi 2014-2020 li baqa’ ma ntużax għandu jiġi riallokat lill-Istati Membri sabiex ikomplu jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali; jappella għal implimentazzjoni rapida tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluża evalwazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-proċess ta’ implimentazzjoni, l-ostakli u r-riżultati; jinsab imħasseb li s-sottoimplimentazzjoni, sakemm ma tittaffiex malajr, se tirriżulta fi kriżi tal-pagamenti, jiġifieri diskrepanza bejn il-ħtiġijiet ta’ pagament u l-ispazju disponibbli taħt il-limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP fl-2026 u l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jemmen li d-diliġenza dovuta, l-obbligu ta’ rendikont u r-rispett tal-valuri tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-benefiċjarji kollha tal-fondi tal-UE u s-sħab ta’ implimentazzjoni, sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE u tiġi evitata interferenza bla bżonn, itenni l-importanza ta’ korpi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll effettivi u bir-reqqa li jiżvelaw, jinvestigaw, iħarrku u jressqu quddiem il-ġustizzja reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE peress li l-flus li jintefqu fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni jwasslu għal redittu nett enormi lejn l-UE; iqis għalhekk li dawn il-korpi għandhom ikollhom riżorsi adegwati u persunal xieraq sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom bl-aktar mod effettiv; jissottolinja, bl-istess mod, li sorveljanza adegwata tal-UE hija meħtieġa biex jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jaħdem għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-konsumaturi; jitlob, fid-dawl ta’ settur finanzjarju b’saħħtu, inklużiv u reżiljenti, li r-riżorsi għall-awtoritajiet u l-aġenziji superviżorji finanzjarji Ewropej, b’mandat b’kompiti superviżorji jew l-elaborazzjoni ta’ standards regolatorji tekniċi f’dan ir-rigward, jiġu aġġustati bis-sħiħ biex iqisu l-kompiti regolatorji ġodda kollha li jinvolvu t-tlestija ta’ dawn l-għanijiet ta’ politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappella li jsiru sforzi addizzjonali mill-atturi kollha involuti biex tingħata spinta lill-implimentazzjoni tal-proġetti u l-assorbiment tal-finanzjament eliġibbli u b’hekk jitnaqqsu r-<STRING ITALIC="on">reste à liquider</STRING> mhux normali (RAL); iqis li l-2024 u l-2025 għandhom jintużaw biex jidentifikaw u jirrettifikaw kwalunkwe konġestjoni li timpedixxi implimentazzjoni aktar effettiva; jappella għal riżorsi għal baġit adegwat biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ bini ta’ kapaċità u assistenza teknika addizzjonali għall-Istati Membri, speċjalment għal dawk li qed jiffaċċjaw diffikultajiet akbar ta’ assorbiment, inkluż għal fondi taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll miżuri biex jitħaffu proċeduri ta’ akkwist u ta’ offerti ġusti, kompetittivi u effiċjenti biex tingħata spinta lill-isforzi ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà effettiva tal-politiki u l-programmi tal-UE biex titqajjem kuxjenza dwar il-valur miżjud li l-UE ġġib liċ-ċittadini, lin-negozji u lis-sħab; jappella biex jiġu żgurati allokazzjonijiet adegwati f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Ifakkar li implimentazzjoni xierqa ta’ programmi mfassla tajjeb hija possibbli biss bl-appoġġ ta’ amministrazzjoni ddedikata; jenfasizza l-ħidma essenzjali mwettqa mill-korpi u l-aġenziji deċentralizzati u jqis li dawn għandhom ikollhom biżżejjed persunal u riżorsi adegwati sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom; jenfasizza li l-kompiti tagħhom jevolvu f’konformità mal-prijoritajiet ta’ politika, bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u jisħaq li responsabbiltajiet ġodda, kif ukoll l-estensjoni tal-mandati tagħhom, iridu jkunu akkumpanjati b’mod proporzjonat minn riżorsi ġodda;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>