<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0158</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rabtiet eqreb bejn l-UE u l-Armenja u l-ħtieġa ta’ ftehim ta’ paċi bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0163, 0165, 0166, 0167 u 0168/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2024 dwar rabtiet eqreb bejn l-UE u l-Armenja u l-ħtieġa ta’ ftehim ta’ paċi bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja (2024/2580(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Armenja, l-Ażerbajġan u s-sitwazzjoni fin-Nagorno-Karabakh,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta’ Ħelsinki u d-Dikjarazzjoni ta’ Alma-Ata tal-21 ta’ Diċembru 1991,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 23, 26.1.2018, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE> (CEPA), li daħal fis-seħħ b’mod sħiħ fl-1 ta’ Marzu 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors tal-Prim Ministru tal-Armenja Nikol Pashinyan fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-tieni Djalogu Politiku u ta’ Sigurtà bejn l-UE u l-Armenja tal-15 ta’ Novembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra li l-Armenja ssir parti għall-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fl-1 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Implimentazzjoni tas-Sħubija dwar l-Armenja tad-9 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżultati tal-ħames laqgħa tal-Kunsill ta’ Sħubija UE-Armenja fit-13 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja huma bbażati fuq il-valuri komuni bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, il-kooperazzjoni reġjonali u involviment attiv fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant sabiex jikkontribwixxu għal stabbiltà u kooperazzjoni reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kunsill Ewropew inkariga lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kummissjoni biex jesploraw modi kif isaħħu l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fis-17 ta’ Ottubru 2023, fid-diskors tiegħu lill-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru tal-Armenja Nikol Pashinyan appella għal impenn konġunt biex jissaħħu aktar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja u ssottolinja li “r-Repubblika tal-Armenja hija lesta li tkun eqreb tal-Unjoni Ewropea, sal-punt li l-Unjoni Ewropea tqis li dan huwa possibbli”;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fid-9 ta’ Marzu 2024, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Armenja, Ararat Mirzoyan, ikkontempla pubblikament li jippreżenta applikazzjoni biex l-Armenja ssir kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Armenja għaddiet minn bidliet politiċi sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, u l-gvern huwa impenjat kemm li jiżgura istituzzjonijiet demokratiċi li jiffunzjonaw kif ukoll li juża s-CEPA bejn l-UE u l-Armenja bħala pjan ta’ azzjoni għar-riformi biex jimmodernizza l-pajjiż, minkejja sfidi konsiderevoli; billi skont l-Indiċi tad-Demokrazija tal-2023 ta’ <STRING ITALIC="on">The Economist</STRING>, l-Armenja hija d-demokrazija ewlenija fir-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, bl-iffriżar tas-sħubija tagħha fl-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO), l-Armenja qed tipprova tnaqqas id-dipendenza tas-sigurtà tagħha fuq il-Federazzjoni Russa u tinkludi atturi ġodda fit-taħlita tas-sigurtà tagħha, bħal permezz ta’ aktar kooperazzjoni militari ma’ Franza, il-Greċja u Stati Membri oħra tal-UE; billi eluf ta’ suldati Russi għadhom stazzjonati fuq art Armena; billi ntwera li l-allegata rieda tar-Russja li tiggarantixxi s-sigurtà tal-Armenja ma teżistix; billi l-Armenja għadha fl-Unjoni Ekonomika Ewroasjatika; billi l-Armenja saret parti għall-Istatut ta’ Ruma tal-QKI;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Federazzjoni Russa qed tfittex li timmina l-kredenzjali demokratiċi Armeni, u qed ixxerred kaos u destabbilizzazzjoni permezz ta’ tentattivi kontinwi ta’ interferenza, inklużi kampanji ta’ diżinformazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-ekonomija Armena għadha fil-biċċa l-kbira dipendenti fuq ir-Russja, li tirrappreżenta madwar 35 % tal-kummerċ barrani tal-Armenja, u d-dipendenza tagħha hija partikolarment evidenti fis-settur strateġiku tal-enerġija; billi l-Prim Ministru Nikol Pashinyan appella għal aktar assistenza fl-ambitu tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment tal-UE; billi l-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment s’issa mmobilizza madwar EUR 500 miljun f’investimenti transsettorjali; billi l-UE tibqa’ s-sieħba ewlenija fir-riforma u l-akbar donatur ta’ għajnuna fl-Armenja; billi fil-5 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni ħabbret EUR 5,25 miljun oħra f’assistenza ta’ emerġenza, aktar finanzjament għall-programm EU4Peace, programmi annwali addizzjonali maħsuba għal appoġġ baġitarju u assistenza teknika biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħas-sikurezza tal-ajru u s-sikurezza nukleari;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi Aġenda ta’ Sħubija ġdida bejn l-UE u l-Armenja, maqbula fil-ħames Kunsill ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Armenja, se tagħti prijorità – abbażi ta’ valuri komuni – lit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Armenja u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija tagħha, filwaqt li ssaħħaħ il-kooperazzjoni fis-sigurtà u żżid l-investiment bħala ċ-ċavetta għall-kooperazzjoni ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-rapport ippubblikat dan l-aħħar dwar l-implimentazzjoni tas-sħubija jiddeskrivi l-progress miksub mill-Armenja fl-implimentazzjoni tas-CEPA, inkluż dwar ir-riforma tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħolqien ta’ Ministeru għall-Intern u r-riforma tas-servizz tal-pulizija fl-Armenja, bl-appoġġ tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-Russja għad għandha aċċess għal prodotti ristretti tal-UE permezz ta’ ktajjen tal-provvista li jgħaddu minn pajjiżi terzi, inkluża l-Armenja; billi, wara l-introduzzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE fuq ir-Russja, l-esportazzjonijiet mill-Armenja lejn ir-Russja ttriplaw fl-2022 u rduppjaw bejn Jannar u Awwissu 2023; billi l-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar is-Sanzjonijiet, is-Sur David O’Sullivan, ma esprima l-ebda tħassib dwar il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet Armeni mal-UE dwar il-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet u vvaluta b’mod pożittiv ir-rekord ġenerali tal-kooperazzjoni mal-Armenja;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fid-19 ta’ Settembru 2023, wara imblokk illegali ta’ disa’ xhur tal-Kuritur ta’ Lachin, filwaqt li injora l-impenji tiegħu inklużi fil-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied ta’ Novembru 2020 u s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ), l-Ażerbajġan nieda offensiva fuq il-partijiet li fadal tan-Nagorno-Karabakh li mhumiex diġà taħt il-kontroll tiegħu; billi aktar minn 100 000 Armen kellhom jaħarbu mit-territorju, bir-riżultat li n-Nagorno-Karabakh kien kważi kompletament imċaħħad mill-popolazzjoni Armena tiegħu, li kienet ilha tgħix hemm għal sekli sħaħ; billi dan jista’ jammonta għal tindif etniku; billi l-awtoritajiet mhux rikonoxxuti <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tan-Nagorno-Karabakh waqfu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 2024, wara li, taħt pressjoni, qablu dwar ix-xoljiment tagħhom; billi għadd ta’ Armeni għadhom qed jinżammu fl-Ażerbajġan, inklużi l-eks mexxejja tan-Nagorno-Karabakh; xi wħud ġew intervistati u sottomessi għall-kurżità pubblika għall-kuntrarju tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1929; billi l-Armeni tan-Nagorno-Karabakh tilfu l-proprjetajiet u l-affarijiet personali tagħhom waqt li kienu qed jaħarbu mill-offensiva militari mill-Ażerbajġan u ma setgħux jirkuprawhom minn dak iż-żmien’l hawn;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi fit-13 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni ħabbret l-allokazzjoni ta’ EUR 5,5 miljun addizzjonali f’għajnuna umanitarja biex tappoġġja lill-Armeni spostati mir-reġjun tan-Nagorno-Karabakh, flimkien mat-EUR 12,2-il miljun imħabbra f’Settembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-UE tappoġġja bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Armenja u tal-Ażerbajġan u tappoġġja b’mod attiv l-isforzi lejn ftehim ta’ paċi sostenibbli bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan, miksub b’mezzi paċifiċi u b’rispett għad-drittijiet tal-popolazzjoni kkonċernata;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Armenja u l-Ażerbajġan impenjaw ruħhom f’negozjati diretti lejn ftehim ta’ paċi possibbli, li jista’ jiftaħ kapitolu ġdid fir-relazzjonijiet bilaterali; billi n-nuqqas ta’ qbil jippersisti fuq kwistjonijiet relatati mad-delimitazzjoni u d-demarkazzjoni tal-fruntiera kif ukoll l-arranġamenti prattiċi tal-links tat-trasport bejn l-Ażerbajġan proprju u t-territorju tiegħu ta’ Nakhchivan; billi l-Ażerbajġan jitlob li kuritur li jgħaddi mill-Armenja li jgħaqqad l-Ażerbajġan kontinentali maż-żona tiegħu ta’ Nakhchivan, jiġi kkontrollat minn truppi tal-fruntiera Russi u mingħajr kontrolli doganali jew fil-fruntieri Armeni, u b’hekk jinjora s-sovranità tal-Armenja; billi l-“Crossroads of Peace” propost mill-Armenja jinkludi rabtiet bejn l-Ażerbajġan kontinentali u Nakhchivan mal-kontrolli fil-fruntieri u doganali Armeni;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, bħala ġest ta’ rieda tajba, l-Armenja ma opponietx l-organizzazzjoni tal-COP29 f’Baku; billi fit-28 ta’ Jannar 2024, il-Prim Ministru tal-Armenja, Nikol Pashinyan, ippropona l-iffirmar ta’ patt ta’ nonaggressjoni mal-Ażerbajġan; billi, sadanittant, is-sitwazzjoni tas-sigurtà għadha mimlija tensjoni, kif muri mill-inċident tat-13 ta’ Frar 2024 li fih inqatlu erba’ suldati Armeni u wieħed indarab minn tiri sparati mill-Ażerbajġan fil-provinċja ta’ Syunik fin-Nofsinhar tal-Armenja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Prim Ministru Nikol Pashinyan ikkummenta fil-15 u s-16 ta’ Frar 2024 li l-Ażerbajġan kien irrifjuta l-aħħar proposti tal-Armenja dwar id-delimitazzjoni/id-demarkazzjoni tal-fruntieri u qasam l-analiżi tiegħu li l-Ażerbajġan jista’ jkun qed iħejji biex iniedi “operazzjonijiet militari f’xi żoni tal-fruntiera bl-għan li jibdilhom fi gwerra fuq skala kbira kontra r-Repubblika tal-Armenja”; billi l-Prim Ministru Nikol Pashinyan u l-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev iltaqgħu fi Munich fis-17 ta’ Frar 2024, bil-medjazzjoni tal-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz, għall-ewwel darba mill-attakk tal-Ażerbajġan fuq in-Nagorno-Karabakh f’Settembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi bosta knejjes, moskej, slaleb tal-ġebel u ċimiterji jinsabu fin-Nagorno-Karabakh; billi wara li l-Ażerbajġan ikkawża ħsara intenzjonata kunsiderevoli lill-wirt kulturali Armen matul il-gwerra tal-2020, il-QIĠ indikat, fid-Digriet tagħha tas-7 ta’ Diċembru 2021<FOOTNOTE><FIELD> Id-Digriet tal-QIĠ tas-7 ta’ Diċembru 2021 dwar it-talba għall-indikazzjoni ta’ miżuri proviżorji għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali (<STRING ITALIC="on">L-Armenja</STRING> vs <STRING ITALIC="on">L-Ażerbajġan</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>, li l-Ażerbajġan jeħtieġlu “jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjeni u jikkastiga atti ta’ vandaliżmu u profanazzjoni li jaffettwaw il-wirt kulturali Armen, inklużi iżda mhux limitati għal knejjes u postijiet oħra ta’ qima, monumenti, għeliem, ċimiterji u artefatti”; billi matul dawn l-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan neħħew monumenti u waqqgħu binjiet ikoniċi relatati mal-wirt kulturali Armen fin-Nagorno-Karabakh, inkluż il-bini tal-parlament lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi t-tmexxija tal-Ażerbajġan qed tkompli tagħmel dikjarazzjonijiet irredentisti b’referenza għat-territorju sovran tal-Armenja; billi l-armata tal-Ażerbajġan għadha tokkupa madwar 170 km<STRING SUPERSCRIPT="on">²</STRING> tat-territorju sovran tal-Armenja;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-missjoni ċivili tal-UE fl-Armenja (EUMA) fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, ġiet skjerata fi Frar 2023, b’mandat li timmonitorja u tirrapporta dwar l-iżviluppi fil-fruntiera bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan; billi l-EUMA tista’ topera biss fuq in-naħa Armena tal-fruntiera peress li l-Ażerbajġan jirrifjuta li jkollu l-missjoni fuq in-naħa tiegħu tal-fruntiera; billi l-persunal militari Russu preżenti fl-Armenja deliberatament ħoloq ostakli fl-implimentazzjoni tal-mandat tal-EUMA; billi l-EUMA kienet il-mira ta’ diżinformazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan u mill-media kkontrollata mill-gvern; billi f’Diċembru 2023, il-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE qabel li jżid il-preżenza fuq il-post minn 138 membru tal-persunal għal 209;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Armenja ripetutament talbet lill-UE tinkludi l-pajjiż fost il-benefiċjarji tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; billi diversi Stati Membri ddeċidew li jżidu l-appoġġ tagħhom lill-Armenja billi jipprovdu assistenza militari sabiex jgħinu lill-Armenja tirriforma l-armata tagħha u tiskoraġġixxi aggressjonijiet militari ġodda kontra t-territorju rikonoxxut internazzjonalment tagħha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi u jilqa’ l-fatt li l-Armenja enfasizzat bil-qawwa x-xewqa tagħha li ttejjeb u tipprijoritizza r-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea; jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tirrispondi b’mod pożittiv u tieħu vantaġġ sħiħ minn din il-bidla ġeopolitika potenzjali u tgħin lill-Armenja tankra b’mod aktar qawwi fil-komunità tad-demokraziji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni sostnuta tal-Aġenda ta’ Sħubija UE-Armenja li għadha kif ġiet miftiehma, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu segwiti b’mod attiv u jinkisbu l-prijoritajiet konġunti ambizzjużi għall-kooperazzjoni; jemmen li sħubija sostanzjali bejn l-UE u l-Armenja hija pass loġiku fl-allinjament mal-għażla tal-Armenja favur id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-rispett għall-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Armenja li timplimenta s-CEPA u l-progress li għamlet fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tas-CEPA; jilqa’ l-fatt li l-Gvern tal-Armenja jirrikonoxxi s-CEPA bħala pjan ta’ azzjoni strateġiku għar-riformi fundamentali fl-Armenja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew jaħdmu fuq pjan direzzjonali biex jinkiseb aġġornament ambizzjuż tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Armenja; jemmen li l-esperjenza li tirriżulta mill-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni / Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi mal-Ukrajna, il-Georgia u r-Repubblika tal-Moldova għandha sservi bħala bażi tajba, b’mod partikolari fir-rigward ta’ integrazzjoni settorjali gradwali mas-suq uniku, li għandu jkollha benefiċċji tanġibbli fuq skala makro u mikro għall-Armenja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni li, skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kwalunkwe stat Ewropew jista’ japplika biex isir membru tal-Unjoni Ewropea, dment li jaderixxi mal-kriterji ta’ Copenhagen u mal-prinċipji tad-demokrazija, jirrispetta l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u dawk tal-minoranzi u jirrispetta l-istat tad-dritt; iqis li, jekk l-Armenja tkun interessata li tapplika għal status ta’ kandidat u tkompli t-triq tagħha ta’ riformi sostnuti li jikkonsolidaw id-demokrazija tagħha, dan jista’ jwitti t-triq għal fażi trasformattiva fir-relazzjoni bejn l-UE u l-Armenja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jappoġġjaw b’mod attiv ix-xewqa tal-Armenja li tiżdied il-kooperazzjoni mal-UE, mhux biss fil-qasam tas-sħubija ekonomika iżda wkoll fid-djalogu politiku, fil-kuntatti bejn il-persuni, fl-integrazzjoni settorjali u fil-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jappoġġja lill-Armenja fl-isforzi kontinwi tagħha biex timplimenta r-riformi u ssaħħaħ id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba; jissottolinja r-rwol importanti tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tar-riformi; jistieden lill-Armenja tkompli tikkoopera mal-UE f’dan ir-rigward u jappella lill-UE żżid l-appoġġ f’dawn l-oqsma, b’mod partikolari l-appoġġ tekniku u l-iskambju ta’ għarfien espert; iħeġġeġ l-impenn attiv tal-Armenja fil-politika tas-Sħubija tal-Lvant bħala mezz biex jitrawmu relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat fil-Kawkasu tan-Nofsinhar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-influwenza tal-Federazzjoni Russa fuq l-ekonomija Armena għadha għolja, iħeġġeġ lill-Armenja teżerċita viġilanza fuq il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE li qed isseħħ fil-pajjiż; huwa konxju bis-sħiħ tal-livell u d-diversità tat-theddid li l-Federazzjoni Russa tista’ tipprova tuża kontra l-Armenja biex tikkastigaha għall-għażliet politiċi u strateġiċi indipendenti tagħha; jemmen li l-UE jeħtieġ li tkun lesta tipprovdi assistenza rapida lill-Armenja biex ittaffi l-konsegwenzi negattivi ta’ kwalunkwe pass ostili bħal dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Josserva li f’dawn l-aħħar 10 snin, il-volum tal-kummerċ bilaterali bejn l-Armenja u l-UE żdied; jinkoraġġixxi lill-Armenja, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, kif ukoll lill-investituri u lill-kumpaniji Ewropej, jieħdu l-passi neċessarji biex isaħħu aktar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tagħhom; ifaħħar is-suċċess tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment u jħeġġeġ lill-UE u lill-Armenja jkomplu jingranaw l-investimenti kemm pubbliċi kif ukoll privati biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli fl-Armenja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Armenja fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża filwaqt li l-Armenja tikkunsidra mill-ġdid is-sħubija tagħha fis-CSTO; jappella lill-UE twieġeb b’mod favorevoli għat-talba tal-Armenja għal appoġġ permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi u tipprovdi appoġġ lill-militar Armen; jinnota l-valur miżjud tad-Djalogi Politiċi u ta’ Sigurtà bejn l-UE u l-Armenja, bħala pjattaforma ġenerika għall-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà; jappella li jitnieda stħarriġ ta’ valutazzjoni tat-theddid ibridu, li se jgħin lill-Armenja tidentifika vulnerabbiltajiet ewlenin u tfassal soluzzjonijiet immirati; jilqa’ l-azzjonijiet meħuda minn diversi Stati Membri biex jiġi pprovdut appoġġ militari difensiv lill-Armenja u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw inizjattivi simili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Armenja li tissospendi l-parteċipazzjoni tagħha fis-CSTO, wara n-nuqqas tagħha li tassisti lill-Armenja kontra l-aggressjoni militari, u biex tfittex arkitettura tas-sigurtà aktar affidabbli; jappoġġja t-talba uffiċjali tal-Armenja lill-Federazzjoni Russa li tirtira l-gwardji tal-fruntiera tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tagħha mill-ajruport internazzjonali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal mhux sfruttat tal-kuntatti bejn il-persuni bejn l-UE u l-Armenja; jappella biex il-progress miksub mill-Armenja fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viżi u ta’ riammissjoni jiġi rikonoxxut; jemmen li wasal iż-żmien li jitnieda djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi mal-Armenja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjoni tal-ftehim bejn l-UE u r-Repubblika tal-Armenja, li se jippermetti t-trasferiment ta’ data personali operazzjonali bejn il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tal-Armenja bħala parti mill-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali; jissottolinja l-importanza li tkompli tiġi approfondita l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Armenja fil-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu u l-protezzjoni tas-sigurtà tal-Unjoni għal benefiċċju reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-attivitajiet tal-EUMA u jissottolinja r-rwol importanti li għandha; jitlob li l-mandat tagħha jiġi estiż lil hinn mill-2025 u li jiżdied aktar il-persunal tagħha; itenni d-diżappunt tiegħu għar-rifjut tal-Ażerbajġan li jippermetti lill-missjoni topera fuq in-naħa tiegħu tal-fruntiera u l-kampanji ripetuti ta’ malafama li joriġinaw mill-Ażerbajġan kontra l-EUMA; jiddeplora l-fatt li l-gwardji tal-fruntiera Russi stazzjonati fl-Armenja imblukkaw lill-EUMA milli tasal fir-raħal ta’ Nerkin Hand fejn erba’ suldati Armeni reċentement inqatlu mill-Ażerbajġan fit-13 ta’ Frar 2024, wara l-allegat korriment ta’ suldat tal-Ażerbajġan; jikkundanna r-retorika xewwiexa li ntużat minn uffiċjali tal-Ażerbajġan kontra l-UE, l-Istati Membri tagħha, l-EUMA u l-awtoritajiet Armeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li l-UE għandha tkun lesta li timponi sanzjonijiet fuq kwalunkwe individwu u entità li jheddu s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Armenja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Ażerbajġan biex, ġenwinament, jimpenja ruħu fi djalogu komprensiv u trasparenti mal-Armeni tan-Nagorno-Karabakh biex jiżgura r-rispett għal drittijiethom u jiggarantixxi s-sigurtà tagħhom, inkluż id-dritt tagħhom li jirritornaw u jgħixu b’mod dinjituż u sikur fi djarhom fl-ambitu preżenza internazzjonali, li jaċċessaw id-drittijiet għall-art u l-proprjetà tagħhom, li jżommu l-identità distinta tagħhom u li jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet ċivili, kulturali, soċjali u reliġjużi tagħhom; jistieden lill-Ażerbajġan jeħles u jimpenja ruħu favur amnestija wiesgħa għall-abitanti kollha tan-Nagorno Karabakh u tal-Armenja li għadhom fil-kustodja tal-Ażerbajġan; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa, immedjata u effettiva tad-digrieti tal-QIĠ fil-każ dwar l-Applikazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali (<STRING ITALIC="on">L-Armenja</STRING> vs <STRING ITALIC="on">L-Ażerbajġan</STRING>);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-inkursjonijiet militari tal-Ażerbajġan fit-territorju rikonoxxut internazzjonalment tal-Armenja u l-okkupazzjoni kontinwa ta’ partijiet minnha; itenni t-talba tiegħu li t-truppi tal-Ażerbajġan jiġu rtirati mit-territorju sovran kollu tal-Armenja; jirrifjuta u jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-dikjarazzjonijiet irredentisti u xewwiexa magħmula mill-President tal-Ażerbajġan u uffiċjali oħra tal-Ażerbajġan li jheddu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Armenja, inklużi dawk b’rabta mat-talba ta’ kuritur ekstraterritorjali li jgħaqqad l-Ażerbajġan mat-territorju tiegħu ta’ Nakhchivan; iwissi lill-Ażerbajġan kontra kwalunkwe avventuriżmu militari potenzjali kontra l-Armenja nnifisha; jenfasizza li l-kwistjonijiet ta’ konnettività tal-Ażerbajġan mat-territorju tiegħu ta’ Nakhchivan għandhom jiġu solvuti b’rispett sħiħ għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Armenja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni l-appoġġ inekwivoku tal-Unjoni Ewropea għas-sovranità, l-integrità territorjali u l-invjolabbiltà tal-fruntieri tal-Armenja; jappoġġja bil-qawwa n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan abbażi tal-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku tal-integrità territorjali u l-invjolabbiltà tal-fruntieri abbażi tad-Dikjarazzjoni ta’ Almaty tal-1991, id-delimitazzjoni tal-fruntieri bbażata fuq mapep rilevanti tal-Istat Maġġur tal-USSR li ġew ipprovduti liż-żewġ naħat, u l-iżblukkar tal-komunikazzjoni reġjonali bbażata fuq ir-rispett għas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni taż-żewġ pajjiżi, fuq il-bażi tar-reċiproċità u l-ugwaljanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ tiegħu għat-tkomplija tat-taħditiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan dwar il-kwistjonijiet pendenti kollha, bl-għan li jiġi konkluż trattat ta’ paċi, u jistieden liż-żewġ partijiet biex, permezz ta’ djalogu u negozjati, jibqgħu impenjati bis-sħiħ favur soluzzjoni dejjiema u paċifika għat-tilwim li tant ilu għaddej; jemmen li dan il-ftehim jeħtieġ li jiġi nnegozjat <STRING ITALIC="on">in bona fede</STRING> u jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent tas-sovranità, l-integrità territorjali u n-nuqqas ta’ użu tal-forza; jappella għal impenn aktar b’saħħtu tal-UE biex tkompli tiffaċilita paċi komprensiva u sostenibbli għall-benefiċċju tal-poplu kollu tar-reġjun; jistieden lit-Turkija u lil alleati oħra tal-Ażerbajġan iżommu lura milli jalimentaw imġiba aggressiva minn Baku u jeżerċitaw l-influwenza tagħhom bil-għan li n-negozjati għall-paċi jiġu konklużi malajr kemm jista’ jkun; iħeġġeġ lill-Ażerbajġan jagħlaq l-hekk imsejjaħ Park Trofej f’Baku, li ġie inawgurat fit-12 ta’ April 2021, billi jimmina l-isforzi biex tinbena fiduċja reċiproka bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ma jaqbilx bis-sħiħ mat-ton ta’ xi dikjarazzjonijiet reċenti mill-mexxejja tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Ewropew li ferħu lill-President Aliyev talli reġa’ ġie elett mingħajr ma semmew in-nuqqas ta’ demokrazija fl-Ażerbajġan u kklassifikaw b’mod qarrieqi lill-Ażerbajġan bħala sieħeb affidabbli; jafferma li dawn id-dikjarazzjonijiet ma jirriflettux il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u, fid-dawl tat-tindif etniku fin-Nagorno-Karabakh mill-Ażerbajġan, ma kellhom qatt jiġu espressi; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jkomplu n-negozjati għal ftehim ta’ sħubija mġedded b’mod kundizzjonali, jekk l-Ażerbajġan ikun wera r-rieda ġenwina tiegħu li jirrispetta t-tħassib dwar id-drittijiet u s-sigurtà tal-Armeni ta’ Karabakh u jkun ikkontribwixxa għal progress sostanzjali lejn ftehim ta’ paċi komprensiv u sostenibbli mal-Armenja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar in-nuqqas ta’ salvagwardja tal-wirt kulturali, reliġjuż u storiku tal-popolazzjoni Armena tan-Nagorno-Karabakh, bi ksur tad-Digriet tal-QIĠ tas-7 ta’ Diċembru 2021; jikkundanna l-każijiet kollha ta’ qerda, vandaliżmu u profanazzjoni tas-siti kollha li jfakkru l-preżenza Armena fin-Nagorno-Karabkah li tmur lura għal sekli sħaħ; jistieden lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jippreservaw, jipproteġu u jippromwovu l-wirt għani u divers tar-reġjun; iħeġġeġ lill-UNESCO tieħu azzjoni immedjata biex tippreserva u tipproteġi l-wirt kulturali Armen f’riskju fin-Nagorno-Karabakh; jappella biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Armenja u l-UE fir-rigward tal-monitoraġġ tal-qerda sistematika tal-wirt kulturali Armen (knejjes, monasteri, ċimiterji, monumenti, palazzi, eċċ.) mill-Ażerbajġan, b’mod partikolari permezz tal-involviment taċ-Ċentru Satellitari tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Armenja u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tal-Ewropa.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>