<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0159</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-riskju immedjat ta’ karestija tal-massa f’Gaża u l-attakki fuq il-konsenji tal-għajnuna umanitarja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0187, 0189, 0190 u 0192/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar ir-riskju immedjat ta’ karestija tal-massa f’Gaża u l-attakki fuq il-konsenji tal-għajnuna umanitarja (2024/2616(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 144(5) u l-Artikolu 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fis-7 ta’ Ottubru 2023, it-terroristi tal-Ħamas attakkaw lil Iżrael u deliberatament qatlu 1 139 ċittadin Iżraeljan u barrani; billi 134 ostaġġ għadhom miżmuma f’kundizzjonijiet terribbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Parlament ikkundanna ripetutament dan l-attakk ta’ stmellija u afferma mill-ġdid id-dritt ta’ Iżrael għall-awtodifiża fil-limiti tad-dritt internazzjonali; billi, minħabba r-reazzjoni sproporzjonata ta’ Iżrael, ’il fuq minn 30 000 persuna sfaw maqtula u 70 000 sfaw midruba f’Gaża minn mindu sar l-attakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi f’Gaża hemm sitwazzjoni ddisprata ta’ insigurtà tal-ikel u ta’ karestija imminenti; billi, skont id-WHO, kważi 16 % tat-tfal f’Gaża diġà qed ibatu minn malnutrizzjoni akuta; billi l-Palestinjani qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet terribbli fejn ħajjithom tinsab mhedda minħabba nuqqas ta’ aċċess għal ikel suffiċjenti, u ħtiġijiet bażiċi oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fid-29 ta’ Frar 2024, aktar minn 100 Palestinjan inqatlu traġikament u 700 sfaw midruba meta t-truppi Iżraeljani fetħu n-nar waqt il-konsenji tal-għajnuna umanitarja; billi, mill-20 ta’ Frar 2024 ’il hawn, in-Nazzjonijiet Uniti ssospendew il-konsenji tal-ikel lejn it-Tramuntana ta’ Gaża wara li l-konvojs sfaw fil-mira ta’ attakki u sakkeġġ;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-imblokk tal-għajnuna umanitarja u l-attakki kontra l-konvojs umanitarji; jikkundanna bil-qawwa l-ħtif u s-sakkeġġ tal-konvojs tal-għajnuna minn Ħamas; iħeġġeġ lil Iżrael jippermetti u jaġevola minnufih il-konsenja sħiħa, mingħajr impedimenti u sikura tal-għajnuna lejn Gaża u madwar Gaża kollha permezz tal-punti kollha ta’ qsim eżistenti; jilqa’ l-kurituri għall-għajnuna marittimi iżda jfakkar li d-distribuzzjoni fuq l-art trid tingħata prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki ripetuti fuq il-persuni ċivili li qed ifittxu l-għajnuna u fuq il-faċilitajiet u l-ħaddiema umanitarji u mediċi; jiddeplora l-impatt katastrofiku tagħhom fuq il-persuni ċivili f’Gaża, b’mod partikolari fuq it-tfal; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jwaqqfu dawn l-attakki minnufih; jesiġi investigazzjoni internazzjonali indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna l-qtil ta’ 161 ħaddiem umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, 340 ħaddiem fil-qasam tas-saħħa, 7 membri tal-persunal umanitarju u 133 ġurnalist u ħaddiem tal-midja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu għal waqfien mill-ġlied immedjat u permanenti biex jiġi indirizzat ir-riskju imminenti ta’ karestija tal-massa f’Gaża u biex l-ostaġġi kollha jinħelsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet; jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fil-vjolenza mill-abitanti estremisti tal-insedjamenti u l-attakki mill-forzi armati Iżraeljani kontra l-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent, li diġà qatlu mijiet u darbu eluf ta’ ċivili Palestinjani; jikkundanna bil-qawwa l-aċċelerazzjoni tal-kolonizzazzjoni illegali tal-art Palestinjana, li tikkostitwixxi ksur tad-dritt internazzjonali; jappella biex il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar jingħata aċċess immedjat għall-ostaġġi kollha li qed jinżammu f’Gaża u biex dawn jingħataw kura medika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni umanitarja katastrofika f’Gaża, inkluż ir-riskju ta’ karestija imminenti, it-tixrid ta’ mard u l-imwiet ikkonfermati tat-tfal minħabba l-malnutrizzjoni u d-deidratazzjoni; jinsab imħasseb dwar il-konsenji tal-għajnuna f’kundizzjonijiet mhux sikuri; jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta’ aċċess umanitarju rapidu, sikur u mingħajr xkiel; iħeġġeġ mill-ġdid lill-awtoritajiet Iżraeljani jerġgħu jiftħu l-punti ta’ qsim ta’ Rafah, Kerem Shalom, Karmi u Erez; jirrikonoxxi r-rwol indispensabbli tal-UNRWA fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-riskju ta’ eskalazzjoni tal-kunflitt, b’mod partikolari fil-Libanu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lil Iżrael biex jirrispetta d-dispożizzjonijiet tad-dritt umanitarju internazzjonali u biex jikkonforma mar-riżoluzzjoni 2712 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li tesiġi l-użu tar-“rotot kollha disponibbli lejn l-Istrixxa ta’ Gaża u madwar l-Istrixxa ta’ Gaża kollha kemm hi” biex tiġi aġevolata l-konsenja tal-għajnuna; jesiġi l-implimentazzjoni tad-digrieti tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Jannar 2024, inklużi “miżuri immedjati u effettivi li jippermettu l-forniment ta’ servizzi bażiċi u assistenza umanitarja meħtieġa b’mod urġenti”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li jiddibatti l-konformità ta’ Iżrael mal-klawżola tad-drittijiet tal-bniedem tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, mill-parti l-oħra (ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3).</FIELD></FOOTNOTE> mal-ministri għall-affarijiet barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesiġi r-restawr immedjat ta’ infrastruttura vitali biex jiġi evitat li s-sitwazzjoni katastrofika ta’ karestija u insigurtà tal-ikel tmur għall-agħar; itenni li jrid isir kull sforz biex jiġi evitat aktar telf ta’ ħajjiet ċivili innoċenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinsab konvint bis-sħiħ li ma jista’ jkun hemm l-ebda prospett ta’ paċi, sigurtà, stabbiltà u prosperità għal Gaża jew għar-rikonċiljazzjoni bejn il-Palestina u Iżrael sakemm il-Ħamas u gruppi terroristiċi oħra jiżvolġu xi rwol fl-Istrixxa ta’ Gaża; itenni li t-terroriżmu, l-inċitament u l-vjolenza mhumiex kompatibbli mar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt Iżraelo-Palestinjan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Gvern ta’ Iżrael u lill-Awtorità Palestinjana.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>