<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0160</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-ambjent repressiv fl-Afganistan, inklużi l-eżekuzzjonijiet pubbliċi u l-vjolenza kontra n-nisa</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0175, 0177, 0185, 0188 u 0193/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar l-ambjent repressiv fl-Afganistan, inklużi l-eżekuzzjonijiet pubbliċi u l-vjolenza kontra n-nisa (2024/2617(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi minn meta ħadu f’idejhom il-pajjiż it-Talibani żarmaw is-sistema ġudizzjarja, ordnaw lill-imħallfin jimplimentaw bis-sħiħ ix-Xarija u reġgħu bdew l-eżekuzzjonijiet pubbliċi u l-pieni krudili bħas-swat bil-frosta u t-tħaġġir; billi minn dak iż-żmien ’l hawn saru ħames eżekuzzjonijiet pubbliċi li għalihom attendew eluf ta’ persuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-Talibani virtwalment neħħew lin-nisa u l-bniet mill-ħajja pubblika; billi r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tagħhom jinkludu l-projbizzjoni tal-aċċess tagħhom għax-xogħol, l-ivvjaġġar u l-kura tas-saħħa mingħajr qarib maskili, il-projbizzjoni tal-edukazzjoni wara s-sitt grad, iċ-ċaħda tal-aċċess għal postijiet pubbliċi u l-isport, l-infurzar vjolenti ta’ kodiċi strett tal-ilbies u ż-żarmar tas-sistema ta’ appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-minoranzi, bħall-Ħażara u t-Taġikin, qed iħabbtu wiċċhom ma’ repressjoni u diskriminazzjoni dejjem akbar;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kriżijiet umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan minn mindu t-Talibani ħadu l-kontroll; ifakkar fl-obbligi internazzjonali tal-Afganistan rigward id-drittijiet tal-bniedem; itenni l-impenn sod tiegħu lejn il-poplu Afgan u li jiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet li dan kiseb f’dawn l-aħħar 20 sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna l-interpretazzjoni u l-infurzar radikali tax-Xarija mit-Talibani kif ukoll it-tentattiv biex in-nisa u l-bniet jitneħħew mill-ħajja pubblika, li jikkostitwixxi persekuzzjoni tal-ġeneru u apartheid tal-ġeneru; jitlob li l-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikattiva tan-nisa u l-bniet fil-ħajja pubblika tiġi restawrata minnufih, b’mod partikolari l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni u x-xogħol; ifaħħar il-kuraġġ tan-nisa tal-Afganistan u jinsab f’solidarjetà magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-awtoritajiet Afgani de facto jiftħu mill-ġdid is-sistema ta’ appoġġ nazzjonali għall-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u jiżguraw modi biex jipprovdu kenn, kura medika, rikors legali u reparazzjonijiet għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jappella biex il-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet jinħelsu mill-ħabs, fejn qed jinżammu f’kundizzjonijiet inumani għad-detriment tas-saħħa mentali u fiżika tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> <STRING ITALIC="on">Missjoni ta’ Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan</STRING>, Divergence of Practice: The Handling of Complaints of Gender-Based Violence against Women and Girls by Afghanistan’s de facto Authorities (Diverġenza tal-Prattika: It-trattament tal-Ilmenti ta’ Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru kontra n-Nisa u l-Bniet mill-Awtoritajiet de facto tal-Afganistan), <STRING ITALIC="on">Diċembru 2023</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Afgani <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> jabolixxu l-piena kapitali u jwaqqfu minnufih l-eżekuzzjonijiet pubbliċi, pieni krudili jew inumani oħra u d-diskriminazzjoni tagħhom kontra n-nisa u l-bniet u l-persekuzzjoni barbara ta’ dawn, u b’mod partikolari tal-minoranzi LGBTIQ+, etniċi u reliġjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna d-detenzjoni arbitrarja tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi Manizha Seddiqi, Ahmad Fahim Azimi, Sediqullah Afghan, Fardin Fedayee u Ezatullah Zwab; jitlob li jinħelsu minnufih u bla kundizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinsisti li jinżamm impenn strettament kundizzjonali mat-Taliban abbażi tal-ħames parametri referenzjarji stabbiliti mill-Kunsill u mir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jappoġġja t-talbiet tas-soċjetà ċivili Afgana biex l-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> jinżammu responsabbli għar-reati tagħhom, b’mod partikolari permezz tal-investigazzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, billi jiġi stabbilit Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Indipendenti tan-NU u jiġu estiżi l-miżuri restrittivi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-għajnuna umanitarja u l-finanzjament biex jappoġġjaw il-ħtiġijiet u l-għajxien bażiċi u s-soċjetà ċivili Afgana; iħeġġeġ lill-Istati Membri joħorġu viżi umanitarji lin-nisa u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ippersegwitati u jtemmu l-evakwazzjoni tal-persunal Afgan lokali li tħalla jibqa’ lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-komunità internazzjonali u, b’mod partikolari, lill-atturi reġjonali biex iżommu pressjoni fuq l-awtoritajiet Afgani <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>; jenfasizza li r-ritorn furzat tal-Afgani jpoġġihom f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri, lin-NU u lill-awtoritajiet Afgani <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>