<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0161</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-każ ta’ Rocío San Miguel u l-Ġeneral Hernández Da Costa, fost priġunieri politiċi oħra fil-Venezwela</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0179, 0182 u 0184/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar il-każ ta’ Rocío San Miguel u l-Ġeneral Hernández Da Costa, fost priġunieri politiċi oħra fil-Venezwela (2024/2618(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 144(5) u l-Artikolu 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi hemm aktar minn 300 priġunier politiku fil-Venezwela;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fid-9 ta’ Frar 2024, Rocío San Miguel, avukata u attivista tad-drittijiet tal-bniedem ta’ ċittadinanza Spanjola, inħatfet mir-reġim Venezwelan, u ġiet ikkundannata għal raġunijiet politikament motivati ta’ suspett ta’ komplott kontra Nicolás Maduro u r-reġim tiegħu; billi bħalissa qed tiġi detenuta fil-ħabs ta’ El Helicoide, li huwa magħruf għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża t-tortura;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-reġim ta’ Maduro keċċa lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) wara li akkużah bi mġiba “kolonjalista u abbużiva” u talli instiga l-oppożizzjoni politika, wara l-kundanna tal-Kummissarju tan-NU għall-arrest ta’ San Miguel;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Ġeneral Hernández Da Costa ilu priġunier politiku minn Awwissu 2018; billi fid-19 ta’ Frar 2024, ġie trasferit bil-forza lejn il-ħabs El Rodeo 1, maħsub għad-detenzjoni ta’ priġunieri politiċi; billi għadd mhux magħruf ta’ priġunieri, inklużi xi ċittadini tal-UE, ġew trasferiti wkoll; billi l-Ġeneral ibati minn problemi mediċi li jeħtieġu trattament kostanti, liema trattament qed jiġi mċaħħad minnu;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi anki erba’ koordinaturi tal-kampanja li jaħdmu għall-oppożizzjoni għall-kandidat presidenzjali tar-reġim, María Corina Machado – Juan Freites, Luis Camacaro, Guillermo Lopez u Emil Brandt – ġew detenuti għal raġunijiet politiċi u jinsabu f’iżolament;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi f’Jannar 2024, l-Assemblea Nazzjonali mhux rikonoxxuta reġgħet bdiet teżamina liġi li tfittex li tirrestrinġi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, tikkriminalizzahom u twaqqafhom milli joperaw;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa lir-reġim ta’ Maduro talli tefa’ mijiet ta’ priġunieri politiċi l-ħabs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li dawn il-priġunieri qed jinżammu f’kundizzjonijiet li jiksru r-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesiġi li l-priġunieri politiċi kollha u l-persuni kollha detenuti b’mod arbitrarju jinħelsu immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet u jingħataw lura d-drittijiet kollha tagħhom; jappella lir-reġim biex iwaqqaf il-politika ta’ repressjoni u l-attakki tiegħu fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċileni jinvestigaw bis-sħiħ il-qtil ta’ Ronald Ojeda, eks priġunier politiku li ħarab mir-reġim ta’ Maduro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill iżidu s-sanzjonijiet fuq ir-reġim, inkluż fuq uffiċjali ta’ livell għoli, membri tal-forzi tas-sigurtà u t-Tribunal Suprem tal-Ġustizzja tar-reġim, u fuq Maduro nnifsu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Qorti Kriminali Internazzjonali tinkludi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-detenzjonijiet arbitrarji li għaddejjin bħalissa fl-investigazzjoni tagħha dwar l-allegati reati tar-reġim ta’ Maduro kontra l-umanità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-komunità internazzjonali tappoġġja r-ritorn għad-demokrazija fil-Venezwela, b’mod partikolari fid-dawl tal-elezzjonijiet li ġejjin, li fihom il-mexxejja tal-oppożizzjoni għar-reġim, María Corina Machado, trid titħalla tipparteċipa bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Venezwelani jerġgħu jistabbilixxu l-OHCHR u jiggarantixxu li jkollu aċċess għall-ħabsijiet, kif ukoll jiggarantixxu aċċess bla xkiel għad-detenturi ta’ mandat ta’ proċedura speċjali tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, lill-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lir-reġim Venezwelan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>