<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF4" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0163</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0180/2023 - Rapporteur: Nils Ušakovs, Monika Hohlmeier)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2022)0223 – C9-0179/2022 – 2022/0162(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0223),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0179/2022),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-31 ta’ Ottubru 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 446, 24.11.2022, p. 26.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta’ April 2023 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-20 ta' Diċembru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) ta' it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 110 u 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0180/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament u l-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C <STRING ITALIC="on">tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C <STRING ITALIC="on">tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P9_TC1-COD(2022)0162</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-14 ta' Marzu 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on"><STRING UNDERLINE="on">Dikjarazzjoni konġunta dwar it-trattament baġitarju tal-imgħax jew imposti oħra dovuti fuq multi kkanċellati jew imnaqqsa, penali jew sanzjonijiet oħra fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509</STRING></STRING></STI>
“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li kwalunkwe imgħax jew imposta oħra dovuti fuq multi kkanċellati jew imnaqqsa, penali jew sanzjonijiet oħra ser jiġu rreġistrati bħala dħul negattiv għad-durata tal-qafas pluriennali attwali. Din hija eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ dħul negattiv, li hija limitata għal din is-sitwazzjoni speċifika u imprevedibbli.

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi rispettivi, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu, b’kont meħud tal-esperjenza passata u tal-iżviluppi futuri mistennija, li jeżaminaw soluzzjoni sostenibbli fit-tul, f’konformità mal-applikazzjoni tal-prinċipji baġitarji tar-Regolament Finanzjarju, għall-finanzjament ta’ tali imgħax jew imposti oħra, applikabbli wara l-2027, inkluż fir-rigward tar-rata tal-imgħax li għandha titħallas fuq l-ammont tal-multi jew penali oħra li għandhom jitħallsu lura bħala kumpens adegwat għall-impriżi riċevituri f’sitwazzjonijiet bħal dawn.”

<STRING BOLD="on"><STRING UNDERLINE="on">Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju prevista fl-Artikolu 36 tar-Regolament Finanzjarju fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509</STRING></STRING>

“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (“it-tliet Istituzzjonijiet”) jagħrfu l-importanza li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif rikonoxxut fil-Ftehim Interistituzzjonali (“FII”) tas-16 ta’ Diċembru 2020 u kif stabbilit fl-Artikolu 325 TFUE.

It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li hemm bżonn li l-għodda tiġi żviluppata aktar f’konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-IT u l-protezzjoni tad-data. Bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu evitati spejjeż sproporzjonati tal-IT għall-Istati Membri u l-utenti l-oħra, se jittieħed kont tas-sistemi approvati stabbiliti fl-Istati Membri.

It-tliet Istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw biex ikomplu jiżviluppaw l-għodda. Il-Kummissjoni tikkonferma li se tkompli tiżviluppa l-għodda billi tikkonsulta mal-utenti tagħha u toffri appoġġ lill-Istati Membri biex jindirizzaw kwalunkwe mistoqsija teknika. L-Istati Membri se jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jinħolqu s-sinerġiji meħtieġa għall-interoperabbiltà mas-sistemi u l-bażijiet tad-data rilevanti tal-IT.

Wara valutazzjoni mill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-istat ta’ tħejjija tal-għodda abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament Finanzjarju, it-tliet Istituzzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tagħhom, jimpenjaw ruħhom li jeżaminaw u jiddiskutu mill-ġdid l-użu obbligatorju tal-għodda matul il-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027.”

<STRING BOLD="on"><STRING UNDERLINE="on">Dikjarazzjoni unilaterali tal-Kummissjoni dwar id-diżimpenji  fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509</STRING></STRING>

“Fil-kuntest tat-tħejjija għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027, il-Kummissjoni ser teżamina l-kwistjoni tat-twessigħ tal-ambitu li l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-diżimpenji jsiru disponibbli mill-ġdid. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-proposta futura tal-Kummissjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027 u għad-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva tal-Kummissjoni, kif stabbilit fit-Trattati.”

<STRING BOLD="on"><STRING UNDERLINE="on">Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.</STRING></STRING>

“Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-importanza li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-kuntest tal-estensjoni mmirata tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES) għal ġestjoni kondiviża u ġestjoni diretta mal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżviluppa gwida komprensiva u toffri sessjonijiet ta’ taħriġ lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-EDES u l-użu tal-bażi tad-data tagħha.

Il-Kummissjoni se tkompli ttejjeb il-bażi tad-data tal-EDES, pereżempju billi tippermetti t-tfittxijiet ta’ diversi entitajiet u ttejjeb il-formati tal-bażi tad-data.

Il-Kummissjoni se tistinka biex tiżgura l-interoperabbiltà tal-IT bejn l-EDES u s-sistemi nazzjonali rilevanti biex tissimplifika l-proċess u tippermetti kontrolli aktar rapidi fuq is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni ta’ persuni jew entitajiet rilevanti.

Il-Kummissjoni tikkonferma li kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-EDES mhux se tmur lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat, u se tiġi ttrattata f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Huwa mfakkar li l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ma qajmet l-ebda tħassib fir-rigward tal-EDES.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tiffaċilita tranżizzjoni bla xkiel lejn l-applikazzjoni tal-EDES f’kooperazzjoni sħiħa mal-Istati Membri.”
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>