<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0171</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-restituzzjoni ta’ beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen approprjati illegalment mir-Russja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0169, 0170, 0171, 0176, 0178 u 0180/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar ir-restituzzjoni ta’ beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen approprjati illegalment mir-Russja (2024/2605(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 6, 36 u 167 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-preambolu tiegħu u l-Artikolu 3(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1954 għall-Ħarsien tal-Beni Kulturali f’Każ ta’ Kunflitt Armat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni 193 (1996) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-25 ta’ Jannar 1996 bit-titolu “It-talba tar-Russja għal sħubija fil-Kunsill tal-Ewropa” u r-Riżoluzzjoni 1896 (2012) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tat-2 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu “Ir-rispett tal-obbligi u l-impenji mill-Federazzjoni Russa”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat bejn ir-Russja u r-Rumanija dwar ir-Relazzjonijiet ta’ Ħbiberija u l-Kooperazzjoni tal-4 ta’ Lulju 2003 u d-dikjarazzjoni konġunta li takkumpanjah mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin Rumeni u Russi, li stabbilixxa l-Kummissjoni Konġunta bejn ir-Rumanija u r-Russja għall-istudju ta’ kwistjonijiet li jirriżultaw mill-istorja tar-relazzjonijiet bilaterali, inkluża l-kwistjoni tal-beni tal-patrimonju Rumen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Mezzi ta’ Projbizzjoni u ta’ Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment tas-Sjieda Illeċiti tal-Proprjetà Kulturali, adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO fis-16-il sessjoni tagħha fl-14 ta’ Novembru 1970,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tas-16 ta’ Novembru 1972 dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Dinji Kulturali u Naturali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Beni Kulturali (COM(2022)0800),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa tas-27 ta’ Ottubru 2005 dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (CETS Nru 199),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tad-19 ta’ Mejju 2017 dwar ir-Reati marbutin mal-Proprjetà Kulturali (CETS Nru 221),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prinċipji ġenerali tad-dritt internazzjonali rikonoxxuti mill-Istati, bħall-prinċipju tas-sovranità u n-noninterferenza, il-prinċipju ta’ <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING> u l-prinċipju tas-soluzzjoni paċifika tat-tilwim,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-riżervi tad-deheb ta’ Stat iservu bħala assi finanzjarju kruċjali, li jipprovdi stabbiltà lill-munita tiegħu u jqawwi l-fiduċja fis-saħħa ekonomika tan-nazzjon;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-riżervi tad-deheb ta’ Stat għandhom rwol uniku u fit-tul fil-finanzi u fl-ekonomija, u jirrappreżentaw komponent fundamentali tar-riżervi tal-muniti li għandhom dawk in-nazzjonijiet; billi, matul kriżijiet finanzjarji, ir-riżervi tad-deheb tal-banek ċentrali jiffunzjonaw bħala assi ta’ rifuġju sikur f’perjodi ta’ taqlib fis-suq;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-preambolu tat-TUE jiddikjara li l-firmatarji huma “ispirati mill-wirt kulturali, reliġjuż u umanista tal-Ewropa” u jixtiequ “jsaħħu s-solidarjetà bejn il-popli tagħhom filwaqt li jirrispettaw l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħhom”, u l-Artikolu 6 tat-TFUE jelenka l-kultura bħala qasam ta’ politika taħt “kategoriji u oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni”, b’azzjonijiet differenti li jistgħu jittieħdu mill-UE biex “tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri”; billi, skont l-Artikolu 36 tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom il-prerogattiva li jiddefinixxu l-beni tal-patrimonju nazzjonali tagħhom fil-ġuriżdizzjoni tagħhom u li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jissalvagwardjawhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-terminu “beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen” jinkludi 91,5 tunnellata ta’ deheb fin li jappartjenu għar-riżervi tad-deheb tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, kollezzjonijiet irjali ta’ ġojjelli u muniti rari b’valur numiżmatiku u kulturali li huwa distint mill-valur tad-deheb innifsu, kif ukoll beni kulturali u tal-arkivji li jappartjenu għall-wirt nazzjonali tal-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi hemm raġunijiet leġiżlattivi għar-restituzzjoni ta’ beni kulturali u beni tal-patrimonju nazzjonali li tneħħew mit-territorju ta’ pajjiż tal-UE b’mod illegali permezz ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ jew ksur tal-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat awtorizzazzjoni temporanja; billi r-Rumanija għandha dritt kompletament u legalment validu li titlob ir-restituzzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali tagħha li ġew ittrasferiti lejn ir-Russja fl-1916 u fl-1917;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-beni tal-patrimonju nħażnu fir-Russja bl-assigurazzjoni li jiġu restitwiti bis-sħiħ, f’konformità mad-dokumenti li ġew iffirmati, li għandhom il-valur ta’ trattati internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-approprjazzjoni illeċita tal-beni tal-patrimonju nazzjonali tar-Rumanija mir-Russja tirrappreżenta ksur tad-dritt u tal-konswetudnijiet internazzjonali, peress li t-trasferiment tar-riżervi tad-deheb flimkien mal-kollezzjoni sostanzjali ta’ oġġetti kulturali, reliġjużi u tal-arkivji biex jinżammu sikuri matul ċirkostanzi eċċezzjonali kien kopert minn ftehim uffiċjali ddokumentat kif xieraq u legalment validu b’garanziji legali ta’ restituzzjoni, li l-obbligi stipulati tiegħu ġew injorati;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, wara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin Rumeni u Russi tal-4 ta’ Lulju 2003, iż-żewġ naħat stabbilew Kummissjoni Konġunta bejn ir-Rumanija u r-Russja għall-istudju ta’ kwistjonijiet li jirriżultaw mill-istorja tar-relazzjonijiet bilaterali, inkluża l-kwistjoni tal-beni tal-patrimonju Rumen iddepożitati f’Moska matul l-Ewwel Gwerra Dinjija; billi, matul perjodu ta’ 15-il sena, il-Kummissjoni ltaqgħet ħames darbiet biss, u l-aħħar laqgħa saret fl-2019; billi, fil-protokolli konklużi fi tmiem dawn il-laqgħat, in-naħa Russa rrikonoxxiet it-talba tar-Rumanija fil-konfront tal-Federazzjoni Russa u qablet li d-dokumenti ppreżentati min-naħa Rumena kienu awtentiċi u kellhom l-istatus ta’ trattat internazzjonali li jattesta d-depożitu min-naħa tar-Rumanija tal-beni tal-patrimonju tagħha fir-Russja, inklużi l-beni tal-patrimonju tal-Bank Nazzjonali tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Federazzjoni Russa hija s-suċċessur legali tal-Unjoni Sovjetika, li kompliet il-personalità ġuridika tar-Russja Tsarista, u għalhekk għandha l-obbligu li tirritorna dawn il-beni li jappartjenu lir-Rumanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-restituzzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen approprjati hija ta’ importanza kbira ħafna kemm għall-memorja istituzzjonali kif ukoll għal dik nazzjonali tal-pajjiż; billi r-restituzzjoni tal-wirt kulturali meħud illegalment mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu hija kruċjali għall-protezzjoni tal-valur universali tal-wirt kulturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-restituzzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen tirrikjedi rispons Ewropew imfassal apposta;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li r-Russja naqset milli tirrestitwixxi bis-sħiħ il-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen lir-Rumanija, f’konformità mal-obbligu deskritt b’mod espliċitu fil-ftehimiet bilaterali uffiċjali bejn iż-żewġ Stati u kif mistenni skont id-dritt u n-normi internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa tirrestitwixxi bis-sħiħ lir-Rumanija l-bqija tal-beni tal-patrimonju nazzjonali tar-Rumanija mibgħuta f’Moska fl-1916 u l-1917 biex jinżammu sikuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li l-approprjazzjoni illeċita tal-beni tal-patrimonju nazzjonali tar-Rumanija mir-Russja hija każ internazzjonali uniku li fih ir-riżervi tad-deheb monetarju ta’ Stat, flimkien ma’ oġġetti kulturali, reliġjużi u tal-arkivji li huma parti mill-wirt nazzjonali ta’ dak l-Istat, ġew fdati lil Stat ieħor biex jinżammu sikuri, skont ftehim stabbilit f’dokumenti legalment validi li jagħti garanziji legali tar-restituzzjoni, iżda l-obbligi fl-aħħar mill-aħħar ġew injorati, bi ksur tad-dritt u l-konswetudnijiet internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi li d-depożitu tal-beni tal-patrimonju nazzjonali għaż-żamma sikura fir-Russja fl-1916 u l-1917 matul iż-żminijiet diffiċli tal-Ewwel Gwerra Dinjija, bil-garanzija tal-Gvern tar-Russja Imperjali rigward is-sikurezza tat-trasport, is-sikurezza tad-depożitu u s-sikurezza tar-restituzzjoni lir-Rumanija, huwa każ internazzjonali mingħajr preċedent ta’ approprjazzjoni illegali ta’ riżervi tad-deheb u oġġetti ta’ wirt u kwistjoni ta’ tħassib perpetwu għas-soċjetà Rumena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-Ewwel Gwerra Dinjija ġiegħlet lill-Gvern Rumen ta’ dak iż-żmien jafda l-beni tal-patrimonju nazzjonali tar-Rumanija lil Stat alleat għall-protezzjoni kontra l-qerda; ifakkar li, matul it-tbatija ta’ żmien il-gwerra, għexieren ta’ vaguni tal-ferrovija ttrasportaw il-biċċa l-kbira tal-beni tal-patrimonju nazzjonali tar-Rumanija lejn ir-Russja Tsarista biex jinżammu sikuri sa ma jaslu żminijiet ta’ paċi, b’inventarju dettaljat li jiddokumenta r-riżervi tad-deheb tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, bil-garanzija tar-Russja li jkunu mħarsa u restitwiti, kif jixhdu Stati oħra f’dak iż-żmien; jissottolinja li l-beni tal-patrimonju nazzjonali mogħtija legalment fil-kustodja tar-Russja kienu jikkonsistu minn 91,5 tunnellata ta’ deheb fin li jappartjeni għar-riżervi tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, kollezzjonijiet irjali ta’ ġojjelli u muniti rari, flimkien ma’ beni kulturali u storiċi imprezzabbli bħal arkivji tal-Istat, dokumenti, manuskritti storiċi prezzjużi, pitturi patrimonjali, kotba u kollezzjonijiet rari minn ħafna istituzzjonijiet pubbliċi u privati, li jkopru aktar minn ħames sekli ta’ storja Rumena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li, minkejja diversi tentattivi ta’ negozjati diplomatiċi wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen qatt ma ġew restitwiti kompletament mir-Russja, kif kien ġie stipulat legalment fil-ftehim bilaterali uffiċjali bejn iż-żewġ Stati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li wħud mill-beni kulturali, artistiċi u tal-arkivji li jappartjenu għall-beni tal-patrimonju nazzjonali approprjati illegalment mir-Russja ġew restitwiti lir-Rumanija fl-1935 u fl-1956; jenfasizza li, sal-lum, madankollu, ebda waħda mill-91,5 tunnellata ta’ deheb fin, li huma parti mir-riżervi tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, ma ġiet restitwita, minkejja l-protokolli li ġew iffirmati mat-trasferiment tal-beni tal-patrimonju lir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu li, minkejja l-ħolqien tal-Kummissjoni Konġunta bejn ir-Rumanija u r-Russja ta’ esperti bil-mandat li jippermettu diskussjonijiet rigward din il-kwistjoni, l-isforzi biex issir ir-restituzzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen, inklużi r-riżervi tad-deheb approprjati illegalment tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, permezz ta’ kanali diplomatiċi bilaterali bejn ir-Rumanija u r-Russja ntlaqgħu bir-rifjut mir-Russja li tirrestitwixxi dak li r-reġimi preċedenti żammew illegalment mingħajr kunsiderazzjoni tal-protokolli ta’ restituzzjoni li ġew iffirmati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li trid tingħata attenzjoni speċjali lill-preservazzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali tal-Istati Membri, kif stipulat fit-Trattati tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi sostanzjali min-naħa tal-UE biex tipproteġi l-wirt nazzjonali, kulturali u storiku billi timplimenta leġiżlazzjoni u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni li jirregolaw ir-restituzzjoni ta’ beni kulturali u patrimonjali meħuda illegalment mit-territorji tal-pajjiżi tal-UE u l-isforzi tagħha biex tiġġieled it-traffikar tal-beni kulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi li d-Direttiva 2014/60/UE hija l-pilastru fundamentali tal-impenn tal-UE li tissalvagwardja l-beni tal-patrimonju nazzjonali u l-oġġetti kulturali, filwaqt li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Beni Kulturali kkonferma l-impenn usa’ tal-UE biex tipproteġi l-wirt kulturali; jenfasizza li l-oġġetti kulturali mneħħija illegalment iridu jiġu restitwiti, irrispettivament minn jekk ikunux ġew rilokati fl-Unjoni jew esportati lejn Stat mhux tal-UE; jinnota li, filwaqt li skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TFUE, il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE tkopri r-restituzzjoni ta’ beni kulturali u beni tal-patrimonju nazzjonali mneħħija illegalment qabel l-1 ta’ Jannar 1993 minn Stat Membru għal ieħor, ir-ripatrijazzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen tibqa’ każ speċjali li jirrikjedi soluzzjoni speċifika; jenfasizza li n-natura eċċezzjonali tal-approprjazzjoni illegali tal-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen tenfasizza speċifiċitajiet uniċi li jirrikjedu rispons Ewropew imfassal apposta biex tiġi ffaċilitata r-restituzzjoni tagħhom, u b’hekk jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-approċċ tal-UE lejn ir-restituzzjoni ta’ beni kulturali mneħħija illegalment mit-territorji tal-pajjiżi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li r-restituzzjoni tal-beni kulturali u tal-beni tal-patrimonju nazzjonali ta’ Stat Membru tal-UE li jiġu approprjati illegalment minn Stat mhux tal-UE, tirrikjedi djalogu diplomatiku sostanzjali, kemm bilateralment kif ukoll fi ħdan fora internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-politiki tal-UE li jirregolaw il-protezzjoni tal-beni kulturali biex jinkludi r-restituzzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali rilokati matul il-perjodu ta’ gwerra skont ftehimiet bilaterali bejn l-Istati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jinkludu r-restituzzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen fl-aġenda bilaterali diplomatika li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja ladarba l-kuntest reġjonali jippermetti t-tkomplija tad-djalogu politiku bejn il-partijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħloq sinerġiji konkreti mal-Istat Rumen, mal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija u ma’ istituzzjonijiet rilevanti oħra sabiex timmobilizza sforzi kkoordinati u ssegwi l-mezzi diplomatiċi kollha ta’ medjazzjoni, tippromwovi l-komunikazzjoni – meta jkun xieraq – mal-kontropartijiet Russi u tfittex soluzzjonijiet biex tiżgura li l-beni tal-patrimonju nazzjonali neqsin jiġu restitwiti lil min jappartjenu mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li taġixxi bħala sieħeb għar-rappreżentanti Rumeni involuti fil-Kummissjoni Konġunta bejn ir-Rumanija u r-Russja li għandha l-mandat li tiddiskuti r-restituzzjoni tal-beni tal-patrimonju nazzjonali Rumen;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Assemblea Parlamentari tiegħu, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>