<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0172</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni Ewropea biex tittratta t-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0162/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni Ewropea biex tittratta t-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti (2023/2941(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 1, 9, 10, 11 u 16 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 228 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 41 u 42 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 253, 16.7.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew, tat-18 ta’ Settembru 2023 dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni Ewropea biex tittratta talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti (OI/2/2022/OAM),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Ombudsman Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2023 fl-inkjesta strateġika tagħha dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni Ewropea biex tittratta talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti (OI/2/2022/OAM),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Lulju 2023 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti – rapport annwali għas-snin 2019-2021<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0295.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE huwa dritt fundamentali protett mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u t-Trattati; billi ċ-ċittadini jeħtiġilhom ikunu jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt b’mod proattiv, peress li jippermettilhom jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tagħhom li jiskrutinizzaw il-ħidma u l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari l-proċess leġiżlattiv; billi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jeħtiġilhom jistinkaw għall-ogħla standards possibbli ta’ governanza tajba, obbligu ta’ rendikont, ftuħ, integrità u trasparenza fil-funzjonament tagħhom u fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; billi dawn l-istandards huma prekundizzjoni għall-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-għan tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huwa li jagħti lill-pubbliku l-aktar dritt wiesa’ possibbli ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tagħhom li jiskrutinizzaw il-ħidma u l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE; billi huwa meħtieġ li jiġu żgurati metodi ta’ skrutinju li jgħaqqdu flimkien l-attivitajiet ta’ sorveljanza demokratika, ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ; billi l-Kummissjoni hija legalment obbligata li tiżvela d-dokumenti fil-pront u f’konformità mal-limiti ta’ żmien ċari stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 228 tat-TFUE u l-Artikolu 3 tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew jagħtu mandat lill-Ombudsman biex twettaq investigazzjonijiet meta ssib raġunijiet biex tagħmel dan, jew fuq il-bażi ta’ lment jew fuq inizjattiva tagħha stess, b’mod partikolari f’każijiet ripetuti, sistemiċi jew partikolarment serji ta’ amministrazzjoni ħażina; billi l-Artikolu 4(3) tal-Istatut jagħti mandat lill-Ombudsman biex tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew meta n-natura jew l-iskala tal-każ ta’ amministrazzjoni ħażina skoperta jkunu jeħtieġu dan;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi bosta lmenti li waslu għand l-Ombudsman jiżvelaw li kien hemm dewmien sinifikanti qabel ma l-Kummissjoni ddeċidiet dwar it-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti u naqset milli tikkonforma mal-limiti ta’ żmien stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti; billi r-rapport speċjali tal-Ombudsman fl-inkjesta strateġika tagħha dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni biex tittratta t-talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti juri li s-suġġerimenti tagħha ma ġewx implimentati b’mod sistematiku fil-prattika u li l-Kummissjoni naqset milli timplimenta l-bidliet meħtieġa biex taderixxi ma’ din id-domanda; billi, fit-28 ta’ Novembru 2023, l-Ombudsman ippreżentat ir-rapport speċjali tagħha u l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tweġiba tal-Kummissjoni tissuġġerixxi li hija tipproċessa t-talbiet ta’ aċċess għad-dokumenti mingħajr ebda kwistjoni ewlenija; billi fit-tweġiba tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> It-tweġiba tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2023 dwar talba ta’ informazzjoni mill-Ombudsman Ewropew dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti.</FIELD></FOOTNOTE> dwar it-talba tal-Ombudsman għal informazzjoni dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni biex tindirizza t-talbiet għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti, hija tirrikonoxxi l-importanza li t-talbiet jiġu indirizzati fil-ħin u rreferiet għall-ħafna sfidi maħluqa miż-żieda fl-għadd ta’ talbiet u l-kumplessità tagħhom; billi huwa ċar li l-portal il-ġdid tal-Aċċess Elettroniku għad-Dokumenti tal-Kummissjoni huwa pass pożittiv f’termini tal-interazzjonijiet tal-Kummissjoni ma’ dawk li jitolbu aċċess u f’termini tal-pubblikazzjoni tad-dokumenti żvelati kollha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li d-dritt tal-pubbliku li jikseb aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE huwa stabbilit fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u li għandu rwol kruċjali biex jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-UE joperaw b’mod trasparenti, u dan itejjeb il-leġittimità tal-UE u l-fiduċja tal-pubbliku fiha, kif ukoll il-kredibbiltà tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinsisti li l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż il-Kummissjoni, huma obbligati jimplimentaw l-Artikolu 15(3) tat-TFUE f’konformità mal-prinċipji demokratiċi, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 10(3) tat-TUE u fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jenfasizza li t-trasparenza hija fundamentali biex jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont u l-iskrutinju demokratiku tal-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet prattiċi tal-Ombudsman dwar kif għandhom jiġu rreġistrati l-messaġġi testwali u istantanji mibgħuta jew riċevuti mill-membri tal-persunal fil-kapaċità professjonali tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> L-Ombudsman Ewropew, “Closing note on the strategic initiative on how EU institutions, bodies, offices and agencies record text and instant messages sent/received by staff members in their professional capacity (SI/4/2021/MIG)” (Nota konklużiva dwar l-inizjattiva strateġika dwar kif l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jirreġistraw il-messaġġi testwali u istantanji mibgħuta/riċevuti mill-membri tal-persunal fil-kapaċità professjonali tagħhom (SI/4/2021/MIG)), it-13 ta’ Lulju 2022;</FIELD></FOOTNOTE>; jirrikonoxxi l-fatt li l-messaġġi testwali u istantanji relatati max-xogħol huma “dokumenti” skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti u jistieden lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra tal-UE jirrikonoxxu dan, isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman kif xieraq u jagħmlu pubbliku dan is-segwitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li applikazzjoni għal aċċess għal dokument trid tiġi indirizzata fil-pront; itenni t-tħassib tiegħu li ħafna mill-ilmenti li rċeviet l-Ombudsman huma dwar dewmien biex jinkiseb aċċess għad-dokumenti mitluba u li d-dewmien fl-aċċess iseħħ f’każijiet ta’ interess pubbliku sinifikanti; jiddispjaċih ħafna dwar is-sejbiet fir-rapport speċjali tal-Ombudsman dwar dewmien sistemiku u sinifikanti fl-aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-fatt li, fi 85 % tal-każijiet rieżaminati, il-Kummissjoni ma ħaditx deċiżjoni fil-limiti ta’ żmien legali u li, f’60 % tal-każijiet, id-dewmien ammonta għal aktar minn 60 jum ta’ xogħol; jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset milli tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 permezz tal-ksur sistematiku tagħha tal-limiti ta’ żmien legali għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti u n-nuqqas tagħha li tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lir-rikjedenti fil-ħin, kif juri r-rapport speċjali tal-Ombudsman; jissottolinja li, f’konformità mal-valutazzjoni tal-Ombudsman, dan id-dewmien jammonta għal amministrazzjoni ħażina mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-Ombudsman Ewropew għandha rwol importanti biex tiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għad-dokumenti, b’mod partikolari meta dak l-aċċess ikun ġie rrifjutat parzjalment jew kompletament minn istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-UE; jappoġġja bil-qawwa r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman lill-Kummissjoni dwar il-korrezzjoni ta’ din is-sitwazzjoni bħala kwistjoni ta’ prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar bi tħassib kbir li fl-2021, wara talba ta’ aċċess pubbliku għall-messaġġi testwali skambjati bejn il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen u s-CEO ta’ kumpanija farmaċewtika dwar ix-xiri ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni rrifjutat li tirrikonoxxi li tali messaġġi testwali jaqgħu fid-definizzjoni ta’ “dokument” skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001; ifakkar li r-reġistrazzjoni ta’ dokument hija konsegwenza tal-eżistenza ta’ dak id-dokument, u mhux prerekwiżit għaliha; jieħu nota tal-fatt li l-Ombudsman sabet amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Kummissjoni f’dan il-każ; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tagħti segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman wara l-inkjesta tagħha biex issir tfittxija oħra tal-messaġġi testwali rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni twettaq tfittxija sħiħa mingħajr dewmien; jesprimi tħassib serju dwar id-distanza dejjem tikber bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE, li ggravat minħabba din is-sitwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju li l-Ombudsman irċeviet ħafna lmenti miċ-ċittadini dwar dewmien estrem biex jinkiseb aċċess għad-dokumenti mitluba; jappoġġja l-fehmiet tal-Ombudsman li dewmien fl-aċċess huwa effettivament ċaħda ta’ aċċess u li l-proċessi amministrattivi għandhom jiġu ssimplifikati biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jirċievu aċċess għad-dokumenti fil-ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li, skont l-Ombudsman Ewropew, ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għad-dokumenti, b’mod partikolari d-dokumenti leġiżlattivi, għandhom ikunu eċċezzjoni u limitati għal dak li huwa assolutament neċessarju; ifakkar ukoll li kwalunkwe deċiżjoni li ċċaħħad l-aċċess pubbliku għad-dokumenti trid tkun ibbażata fuq eżenzjonijiet legali definiti b’mod ċar u strett, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni motivata u speċifika, biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu ċ-ċaħda ta’ aċċess u jagħmlu użu effettiv mir-rimedji legali disponibbli; iqis li approċċ aktar proattiv jgħin biex jiżgura trasparenza effettiva u biex jipprevjeni tilwim legali li jkun għali u oneruż bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, jifhmuhom u jipparteċipaw fihom; jenfasizza li l-Kummissjoni, bħala l-akbar istituzzjoni tal-UE, għandha tmexxi bl-eżempju fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti; jissottolinja li d-dewmien fl-għoti tal-aċċess jista’ jimmina l-kapaċità taċ-ċittadini li jipparteċipaw fil-proċess demokratiku, peress li d-dokumenti u l-informazzjoni mfittxija spiss ikunu sensittivi għall-ħin u jistgħu jitilfu r-rilevanza għar-rikjedenti jekk iseħħ dewmien; jenfasizza li d-dewmien jista’ jirriżulta wkoll f’effett dissważiv, b’tali mod li l-individwi jagħżlu li ma jeżerċitawx id-dritt fundamentali tagħhom li jiksbu aċċess għad-dokumenti abbażi tas-suppożizzjoni li dan se jieħu wisq żmien; jissottolinja li l-volum u l-kumplessità dejjem akbar tat-talbiet ta’ aċċess għad-dokumenti ma jistgħux jiġġustifikaw id-dewmien sistemiku min-naħa tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinsab konvint li l-pubblikazzjoni proattiva ta’ dokumenti fir-reġistru hija l-aħjar soluzzjoni biex jitnaqqas l-għadd ta’ talbiet ta’ aċċess għad-dokumenti u jiġi evitat id-dewmien; jisħaq li approċċ aktar proattiv jgħin biex tiġi żgurata trasparenza effettiva kif ukoll biex jiġi pprevenut tilwim legali mhux meħtieġ li jista’ jikkawża spejjeż u piżijiet mhux meħtieġa kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-istituzzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoreġi d-dewmien sistematiku u sinifikanti tagħha fl-ipproċessar tat-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob il-pubblikazzjoni immedjata u sħiħa tal-kuntratti kollha għax-xiri tal-vaċċini kontra l-COVID-19 iffinanzjati kompletament jew parzjalment minn fondi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjoni u s-suġġerimenti kollha mir-rapport speċjali tal-Ombudsman, b’mod partikolari dwar il-ħtieġa ta’ trasparenza aktar proattiva, aktar riżorsi umani ddedikati biex jittrattaw l-applikazzjonijiet konfermatorji u attitudni aktar miftuħa u kostruttiva lejn ir-rikjedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappella biex il-Kummissjoni tirriforma l-ġestjoni tagħha tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti sabiex tindirizza l-kwistjoni ewlenija tad-dewmien u n-nuqqas tagħha li tirrispetta l-limiti ta’ żmien stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkun proattiva fil-pubblikazzjoni ta’ dokumenti u statistika dwar kif tindirizza talbiet ta’ aċċess għad-dokumenti, inkluża informazzjoni dwar il-konformità mal-iskadenzi stabbiliti mid-dritt tal-UE, peress li tali informazzjoni hija vitali għat-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni finalment u immedjatament tippubblika l-messaġġi testwali li l-President tal-Kummissjoni u s-CEO tal-kumpanija farmaċewtika Pfizer skambjaw matul in-negozjati dwar l-akkwist ta’ 1,8 biljun doża ta’ vaċċini kontra l-COVID-19, b’mod partikolari fid-dawl taż-żieda mhux spjegata ta’ 25 % fil-prezz għal kull doża, liema fatt irriżulta fi spiża totali ta’ EUR 35 biljun fi flus pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq li, jekk il-Kummissjoni ma tindirizzax id-dewmien sistematiku u sinifikanti fl-ipproċessar tagħha tat-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti sa meta jiġi stabbilit il-Kulleġġ tal-Kummissarji l-ġdid, il-Parlament se jikkunsidra li juża l-istrumenti parlamentari kollha disponibbli biex jindirizza l-kwistjoni; ifakkar li l-Parlament għandu d-dritt li jiftaħ rikors kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għal raġunijiet ta’ ksur tat-Trattati, inkluż l-Artikolu 15(3) tat-TFUE dwar id-dritt taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE li jiksbu aċċess għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar kif qed tippjana li tikkonforma mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>