<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0173</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ħolqien ta’ inizjattiva Ewropea għal deżinjazzjoni annwali ta’ kapitali Ewropej għat-tfal</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0174/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar il-ħolqien ta’ inizjattiva Ewropea għal deżinjazzjoni annwali ta’ Kapitali Ewropej għat-Tfal (2024/2621(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2011)0060),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2021)0142),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta Ewropea riveduta dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-drittijiet tat-tfal huma drittijiet tal-bniedem; billi kull tifel u tifla għandhom igawdu l-istess drittijiet u jkunu jistgħu jgħixu ħielsa minn kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni jew intimidazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal huma objettiv ewlieni tal-UE; billi l-ambizzjoni tal-UE hija li tibni l-aħjar ħajja possibbli għat-tfal kemm fl-UE kif ukoll mad-dinja kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi t-tfal għandhom rwol kruċjali fis-soċjetajiet tagħna; billi l-involviment attiv tagħhom jista’ jgħin biex jissawru u jinbnew bliet adattati għat-tfal li jippromwovu r-realizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom fil-livelli kollha; billi huma jinsabu fuq quddiem nett fis-sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali u s-sikurezza online, u d-diskriminazzjoni u l-inġustizzja; billi jirrappreżentaw mhux biss il-vuċi taż-żgħażagħ tal-lum, iżda wkoll il-mexxejja ta’ għada;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tfal għandu jkollhom id-dritt għall-aħjar bidu possibbli fil-ħajja u li jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom; billi dan jinkludi d-dritt li wieħed jgħix fuq pjaneta nadifa u b’saħħitha, f’ambjent protettiv u ta’ kura, li jgawdi edukazzjoni ta’ kwalità u li jkollu aċċess għal attivitajiet rikreattivi, kulturali u artistiċi adattati għat-tfal;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-aċċess għall-edukazzjoni huwa dritt fundamentali tal-bniedem; billi l-edukazzjoni formali, mhux formali u informali huma l-bażi għal opportunitajiet indaqs u l-promozzjoni individwali tat-talenti u l-potenzjal;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jingħaqdu flimkien biex jissodisfaw ir-responsabbiltà kondiviża tagħhom li jirrispettaw u jipproteġu d-drittijiet ta’ kull tifel u tifla u li jibnu, flimkien mat-tfal, soċjetajiet aktar inklużivi, aktar b’saħħithom u aktar ġusti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-tfal kollha għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar u l-esklużjoni soċjali; billi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal hija strument tal-UE li l-objettiv tiegħu huwa li jipprevjeni u jiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jiggarantixxi aċċess ħieles u effettiv għat-tfal fil-bżonn għal servizzi essenzjali ta’ kura, bħall-edukazzjoni u l-indukrar bikrin tat-tfal, attivitajiet edukattivi u bbażati fl-iskejjel, il-kura tas-saħħa u mill-inqas ikla waħda bnina għal kull ġurnata tal-iskola, u li t-tfal kollha fil-bżonn ikollhom aċċess effettiv għal nutrizzjoni bnina u akkomodazzjoni adegwata;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-familji u l-komunitajiet kollha jridu jingħataw ukoll l-appoġġ meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiżguraw il-benessri u l-iżvilupp ta’ wliedhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, it-tfal irid ikollhom l-opportunità li regolarment jingħaqdu flimkien u jsiru jafu u jiżviluppaw fehim aħjar ta’ xulxin, u b’hekk jipparteċipaw fit-tfassil tal-futur tal-proġett Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ inħolqot fl-2009; billi finanzjament adegwat tal-UE jista’ jiżgura li dan jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu; billi l-Kapitali Ewropej għat-Tfal għandhom jikkomplementaw u jimxu id f’id mal-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi huma meħtieġa aktar riċerka u valutazzjonijiet biex tiġi żviluppata din l-inizjattiva; billi l-kontribut mill-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu għad-drittijiet tat-tfal huwa fundamentali fit-tfassil tiegħu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li toħloq inizjattiva Ewropea biex kull sena taħtar Kapitali Ewropej għat-Tfal, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mmexxija mit-tfal jew li jaħdmu magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-Kapitali Ewropej għat-Tfal għandhom jipprovdu evidenza biex jappoġġjaw politiki responsabbli dwar it-tfal, ikun kkaratterizzati mill-parteċipazzjoni tat-tfal u jagħtu prijorità lill-perspettivi tagħhom, b’mod partikolari dwar opportunitajiet indaqs, tkabbir b’saħħtu u aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità, ambjenti nodfa u żvilupp urban;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-Kapitali Ewropej għat-Tfal għandhom jingħataw il-kompitu li jqarrbu lit-tfal fl-Istati Membri, filwaqt li jgħinuhom jifhmu aħjar lil xulxin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jemmen li t-trawwim ta’ fehim aħjar bejn in-nies u kulturi differenti minn età bikrija jgħin biex jitkissru l-preġudizzji u l-isterjotipi u biex jiġu promossi djalogi interkulturali, li huwa ċentrali għall-UE u l-valuri u l-objettivi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-Kapitali Ewropej għat-Tfal jistgħu jitmexxew flimkien mat-tfal infushom, permezz ta’ organizzazzjonijiet u klabbs tat-tfal; jisħaq li huma jistgħu jippromwovu d-drittijiet tat-tfal, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ parteċipazzjoni attiva tat-tfal u edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, peress li t-trawwim ta’ dan il-proċess minn età bikrija jiffaċilita l-iżvilupp ta’ żgħażagħ u adulti edukati li jifhmu l-valuri, l-objettivi, l-istorja u l-identità tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-Kapitali Ewropej għat-Tfal għandhom jippromwovu l-inklużjoni soċjali, l-aċċessibbiltà u l-opportunitajiet indaqs għat-tfal u jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-aktar involviment wiesa’ possibbli tal-komponenti kollha tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-inizjattiva, b’attenzjoni partikolari għat-tfal b’inqas opportunitajiet u l-gruppi l-aktar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jemmen li l-Kapitali Ewropej għat-Tfal jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, għall-eżami komprensiv tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tat-tfal u għall-implimentazzjoni effettiva tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal mill-Istati Membri billi jagħmlu użu sħiħ mir-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-UE; jemmen li dan jista’ jinkiseb permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tat-tfal, il-ġenituri, il-bliet, il-gvernijiet lokali u l-Istati Membri, u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; itenni l-appell tiegħu biex jiżdied b’mod urġenti l-finanzjament tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, u jiġi ddedikat baġit ta’ mill-inqas EUR 20 biljun.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja li l-Kapitali Ewropej għat-Tfal għandhom iservu bħala opportunità biex jiġu organizzati avvenimenti edukattivi, kulturali u sportivi marbuta mal-UE, li jistgħu jiġu ffaċilitati permezz ta’ workshops dwar suġġetti relatati mal-ħajja ta’ kuljum, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, l-abbuż sesswali tat-tfal, il-faqar, l-esklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-dinja diġitali, il-protezzjoni tal-klima, il-mobbiltà, l-iżvilupp urban, id-demokrazija, l-istorja u l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jitqiesu l-aħjar interessi tat-tfal fit-trasformazzjoni diġitali u fl-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet diġitali kollha li jikkonċernawhom, b’mod partikolari s-saħħa fiżika u mentali, is-sikurezza u l-benessri tagħhom, filwaqt li tiġi promossa l-edukazzjoni diġitali u jissaħħaħ il-litteriżmu diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-istabbiliment ta’ tali deżinjazzjoni annwali, bit-tfal fuq quddiem nett u bis-setgħa li jipparteċipaw b’mod attiv fid-diskussjonijiet bħala sħab u persuni futuri li jieħdu d-deċiżjonijiet, se jgħin lit-tfal jikbru u jsiru adulti b’moħħ miftuħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja li l-Kapitali Ewropej għat-Tfal se jgħinu biex jgħaqqdu l-mekkaniżmi eżistenti għall-parteċipazzjoni tat-tfal fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE, inkluża l-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal<FOOTNOTE><FIELD> https://eu-for-children.europa.eu/ — din il-pjattaforma tal-UE ġiet stabbilita f’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal.</FIELD></FOOTNOTE> u l-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ, u jinvolvu lit-tfal fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri  u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>