<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0174</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 - implimentazzjoni u riżultati fl-Istati Membri</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0049/2024 - Rapporteur: Andrey Novakov)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar il-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 - implimentazzjoni u riżultati fl-Istati Membri (2023/2121(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 174 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID-19 (Inizjattiva ta’ Investiment b’Reazzjoni għall-Coronavirus)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 130, 24.4.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 109, 8.4.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2039 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) – CARE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2022, p. 23.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2022 dwar it-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni: il-koeżjoni fl-Ewropa sal-2050” (COM(2022)0034),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa” (COM(2023)0032),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier (COM(2018)0373),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier (COM(2023)0790),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 intitolata “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040” (COM(2021)0345),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali 2030 tal-Unjoni Ewropea, adottata fil-Laqgħa Informali tal-Ministri responsabbli għall-Koeżjoni Territorjali u/jew l-Iżvilupp Territorjali fl-1 ta’ Diċembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2022 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) bit-titolu “Tibdil fil-Klima 2022: Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima – Kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma III għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-IPCC tal-2018 bit-titolu “Tisħin globali ta’ 1.5 °C – Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ żieda ta’ 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra relatati, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, u l-isforzi biex jinqered il-faqar”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-IPCC tal-2019 bit-titolu “It-tibdil fil-klima u l-art: rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tibdil fil-klima, id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art, il-ġestjoni sostenibbli tal-art, is-sigurtà tal-ikel u l-flussi ta’ gassijiet serra fl-ekosistemi terrestri”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-IPCC tal-2019 bit-titolu “Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-Oċean u l-Kriosfera fi Klima li Qed Tinbidel”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-użu tat-talent fir-reġjuni mal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0439.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fl-indirizzar tal-isfidi ambjentali multidimensjonali fil-baċir tal-Mediterran<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1061, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1061/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: it-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 100.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar ir-reġjuni mal-fruntieri tal-UE: laboratorji ħajjin tal-integrazzjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 114.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-isfidi għaż-żoni urbani fl-era ta’ wara l-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “Lejn sħubija aktar b’saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar it-treġġigħ lura tax-xejriet demografiċi fir-reġjuni tal-UE bl-użu tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 125.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 26.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2018 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-ekonomija ċirkolari<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 28, 27.1.2020, p. 40.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2018 dwar ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 162, 10.5.2019, p. 24.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Il-futur tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2027”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1041, 09.02.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1041/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “EU lagging regions: state of play and future challenges” (Reġjuni Ewropej li għadhom lura: l-istat attwali u l-isfidi futuri)”, ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni fis-26 ta’ Ottubru 2020<FOOTNOTE><FIELD> Studju – Riċerka għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, “EU lagging regions: state of play and future challenges” (Reġjuni Ewropej li għadhom lura: l-istat attwali u l-isfidi futuri), il-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment tal-Politika għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, is-26 ta’ Ottubru 2020.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tfassil ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0049/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-politika ta’ koeżjoni, bħala l-politika ta’ investiment ewlenija tal-UE, appoġġjat b’mod effettiv l-objettiv ibbażat fuq it-Trattat tagħha għall-kisba ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar l-UE; billi l-politika ta’ koeżjoni kienet ukoll pilastru ta’ investiment essenzjali tal-Istrateġija Ewropa 2020, billi kkontribwiet għall-għan tagħha li tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; billi l-politika ta’ koeżjoni hija l-uniku strument ta’ żvilupp li huwa mmirat lejn il-ħtiġijiet reġjonali u lokali u lejn, inter alia, l-indirizzar tal-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima qed iħalli impatt fuq ir-reġjuni kollha tal-UE, u jwassal għal bidliet drastiċi fil-ħajja tan-nies; billi t-tibdil fil-klima għalhekk joħloq theddida sinifikanti għall-koeżjoni tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni madwar l-UE rriżultaw f’impatti pożittivi mingħajr paragun fuq ir-reġjuni, il-bliet, il-gżejjer u ż-żoni rurali, tal-fruntieri u dawk remoti; billi direttament jew indirettament, kull Stat Membru tal-UE esperjenza l-effetti pożittivi tal-finanzjament permezz tal-baġit tal-UE; billi l-eżiti tal-għadd kbir ta’ proġetti lokali jikkonfermaw ir-rwol indispensabbli tal-investiment reġjonali u lokali permezz tal-politika ta’ koeżjoni u jenfasizzaw ir-rwol u l-viżibbiltà tiegħu fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-approċċ ta’ investiment multi-prijoritarju tal-politika ta’ koeżjoni, flimkien mal-ġestjoni kondiviża tagħha, ikkontribwixxa għall-prijoritajiet tal-UE, jiġifieri l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), ir-riċerka u l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp rurali, infrastruttura urbana aħjar, it-turiżmu sostenibbli, l-infrastruttura tat-trasport, il-kultura u l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-politiki soċjali, il-proġetti transfruntieri, it-tranżizzjoni tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, il-klima u l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi permezz ta’ strumenti bħall-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus u l-Inizjattiva Plus (CRII u CRII+), l-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE), Assistenza Flessibbli għat-Territorji (FAST-CARE) u Appoġġ għall-Enerġija Affordabbli (SAFE), il-politika ta’ koeżjoni assigurat ir-rwol ta’ kolonna strutturali għal għadd ta’ kriżijiet suċċessivi li laqtu lill-Unjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, bħall-pandemija tal-COVID-19, li matulha ssalvagwardjat l-impjiegi u għenet lin-negozji li ntlaqtu, u l-kriżijiet tar-refuġjati, tal-enerġija u tal-inflazzjoni kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni tgħaqqad lill-UE flimkien; billi t-tnaqqis tal-baġit tagħha u/jew ir-rinazzjonalizzazzjoni tagħha jista’ jdgħajjef l-UE u jsaħħaħ is-sentiment kontra l-UE madwar l-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Aġenda Urbana Ewropea, li tibni fuq il-Karta ta’ Leipzig, tappoġġja l-objettivi tal-Aġenda Territorjali 2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-isfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-Ewropej huma identifikati u ġestiti fil-livell territorjali; billi l-użu ripetut tal-politika ta’ koeżjoni biex tirrispondi għall-kriżijiet u l-emerġenzi qed ipoġġi l-vijabbiltà tal-politika f’riskju; billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrimarkat li l-effetti ta’ din l-erożjoni kostanti tar-riżorsi ta’ koeżjoni fuq l-objettivi fuq terminu twil tal-politika jeħtieġ li jiġu analizzati bir-reqqa<FOOTNOTE><FIELD> il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali 02/2023, “L-adattament tar-regoli tal-politika ta’ koeżjoni biex jirrispondu għall-COVID-19”, it-2 ta’ Frar 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni hija investiment fit-tul u ma għandhiex issir sors tal-ewwel għażla ta’ finanzjament ta’ emerġenza li jindirizza kull sfida jew avveniment mhux previst, peress li dan jimmina l-approċċ strateġiku tal-politika; billi għandhom jiġu stabbiliti regoli ċaridwar l-użu tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex jiġi żgurat kemm approċċ strutturali, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu ffaċċjati avvenimenti mhux previsti;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi hemm għadd dejjem jikber ta’ fondi u strumenti mxerrda taħt oqfsa legali u strateġiċi differenti, b’mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), li ssegwi prijoritajiet ta’ koeżjoni taħt qafas legali u mudell ta’ twassil differenti, u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li ma għadhiex parti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE);
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi qed naraw erożjoni gradwali tal-politika, bit-tfaċċar ta’ fondi jew inizjattivi tematiċi li jappoġġjaw settur jew għanijiet partikolari u li jibbażaw fuq kontribuzzjonijiet mill-politika ta’ koeżjoni, bħall-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa, l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni ta’ Munizzjon, l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU) u RePowerEU; billi dan idgħajjef l-approċċ territorjali tal-politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-ġestjoni effiċjenti tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet u l-ħtiġijiet ta’ żvilupp reġjonali u dawk lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-arkitettura ta’ monitoraġġ tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tfasslet prinċipalment biex taqbad l-iżbalji, iżda b’kapaċitajiet ta’ detezzjoni ta’ frodi aktar dgħajfa;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-ġlieda kontra l-frodi trid tibbaża fuq kooperazzjoni akbar u diretta fost is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; billi n-nuqqas ta’ distinzjoni ċara bejn l-iżball, l-anomalija u l-frodi jagħmel il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni konsiderevolment aktar kumplessi u ta’ piż;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-adozzjoni tardiva tal-QFP 2021-2027, l-għadd kbir ta’ kriżijiet reċenti u l-introduzzjoni tal-istrumenti ta’ Next GenerationEU xekklu l-implimentazzjoni malajr tal-politika ta’ koeżjoni madwar l-UE, ikkawżaw sfidi ta’ programmazzjoni u ta’ twassil u introduċew inċertezza fl-investimenti reġjonali u lokali ppjanati tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi peress li l-bażi ġuridika għall-RRF hija l-Artikolu 175 tat-TFUE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni kellhom isegwu l-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u kkoordinati b’mod effettiv mal-politika ta’ koeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-RRF f’ħafna każijiet ġiet implimentata mill-Istati Membri flimkien mal-politika ta’ koeżjoni, u spiss mingħajr konsultazzjoni jew kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluża l-valutazzjoni ta’ dak li ġie implimentat; billi r-reġjuni tal-UE huma spiss aktar lesti u kapaċi mill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jimplimentaw dan il-finanzjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-aħħar fażi ta’ implimentazzjoni tal-QFP 2014-2020 kienet b’mod speċjali impenjattiva, peress li t-tmiem tal-perjodu ta’ programmazzjoni, il-finanzjament addizzjonali pprovdut b’reazzjoni għall-kriżijiet reċenti, inkluż permezz ta’ NextGenerationEU, u l-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 ikkoinċidew fl-istess ħin u dan poġġa pressjoni addizzjonali fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u naqqas ir-ritmu tal-implimentazzjoni u affettwa b’mod negattiv il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifika tagħhom; billi, skont il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-pressjoni biex jintefqu ammonti kbar f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna setgħet sfortunatament ikkontribwiet għal żieda fin-nefqa irregolari<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, “Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2022”, il-5 ta’ Ottubru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi r-rati ta’ implimentazzjoni għall-politika ta’ koeżjoni jvarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri u fost il-programmi ta’ finanzjament; billi ċerti Stati Membri u reġjuni għandhom rati ta’ implimentazzjoni konsistentement baxxi, u dan jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lill-effiċjenza tal-ġestjoni ta’ dawn il-programmi;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi minkejja t-titjib regolatorju introdott fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u t-titjib fil-qafas regolatorju tal-2021-2027, għad baqa’ għadd ta’ sfidi; billi l-politika wriet li kienet kumplessa ħafna biex tiġi implimentata mill-awtoritajiet maniġjerjali, l-entitajiet reġjonali kompetenti, u l-benefiċjarji finali;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi r-regoli tal-akkwist pubbliku f’diversi Stati Membri, flimkien ma’ verifika u monitoraġġ nazzjonali addizzjonali, jiġġeneraw piż addizzjonali għall-awtoritajiet maniġerjali u għall-benefiċjarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi, filwaqt li jiġi segwit approċċ strateġiku matul il-perjodu ta’ programmazzjoni huwa tal-akbar importanza, għandu jkun possibbli li jiġi vvalutat mill-ġdid u aġġustat dan l-approċċ f’nofs it-terminu; billi, madankollu, huwa meħtieġ livell suffiċjenti ta’ flessibbiltà fil-programmazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni biex jiġu indirizzati avvenimenti mhux mistennija li jseħħu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni għandu jkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-kodiċi ta’ kondotta Ewropew dwar is-sħubija<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli u s-sħubija jeħtieġ li jissaħħu b’mod sinifikanti sabiex jinvolvu b’mod effettiv il-livell lokali u reġjonali fil-programmazzjoni, ir-riprogrammazzjoni u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni effettivament għenet biex tnaqqas id-disparitajiet matul is-snin, iżda, kif ċċarat mit-tmien rapport ta’ koeżjoni, għad hemm xi inugwaljanzi fost l-Istati Membri, fost u fi ħdan ir-reġjuni, fost tipi differenti ta’ territorji (kif imsemmi fl-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE), u ġewwa l-ispazji urbani l-aktar sinjuri; billi ħarġu wkoll disparitajiet ġodda, bħad-distakk reġjonali fl-innovazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi r-reġjuni ultraperiferiċi u t-territorji gżejjer bl-istatus ta’ pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej jiffaċċjaw għadd sinifikanti ta’ restrizzjonijiet strutturali u huma inqas żviluppati mir-reġjuni kontinentali tal-Istati Membri tagħhom; billi ambjent regolatorju stabbli u prevedibbli huwa importanti b’mod partikolari għall-ġestjoni effiċjenti tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni f’dawn ir-reġjuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali qed jimxu b’veloċitajiet differenti ħafna madwar l-UE u jenħtieġ li jiġu ġestiti kif suppost biex jiġu evitati impatti negattivi fuq ċerti reġjuni u disparitajiet saħansitra akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi filwaqt li r-reġjuni tal-Lvant tal-UE qed jirkupraw, reġjuni oħra, speċjalment fin-Nofsinhar tal-UE, staġnaw; billi ċerti reġjuni nqabdu f’nassa ta’ żvilupp, ikkaratterizzati minn perjodi twal ta’ tkabbir bil-mod jew negattiv, bi produttività baxxa u b’livelli baxxi ta’ ħolqien ta’ impjiegi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna affettwat b’mod partikolari ż-żoni tal-fruntiera tal-Lvant tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi t-tixjiħ demografiku fl-UE kollha kemm hi wassal għal popolazzjoni tal-età tax-xogħol li qed tiċkien; billi diversi reġjuni tal-UE qed jiffaċċjaw it-tluq tal-ħaddiema żgħażagħ u tas-sengħa; billi r-reġjuni rurali, periferiċi, ultraperiferiċi u ta’ tranżizzjoni industrijali fl-UE huma affettwati b’mod partikolari minn dawn ix-xejriet demografiċi inkwetanti; billi dawn ix-xejriet, jekk ma jiġux indirizzati, se jkollhom effetti mhux mixtieqa fit-tul fuq l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-proċessi ta’ qabel l-adeżjoni u ta’ tkabbir tal-UE jirrikjedu rwol ibbilanċjat tajjeb u mmirat ta’ żvilupp reġjonali u politika ta’ koeżjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Eżiti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri dwar l-eżiti tal-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 juru li, b’mod ġenerali, il-politika ta’ koeżjoni ġabet riżultati pożittivi fl-oqsma li appoġġjat<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar is-sinteżi tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet tal-programmi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020 li jakkumpanja r-Rapport Annwali ta’ Sinteżi tal-2022 (SWD(2023)0022).</FIELD></FOOTNOTE><STRING SUPERSCRIPT="on">” </STRING><FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2024 dwar is-sinteżi tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet tal-programmi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020 li jakkumpanja r-Rapport Annwali ta’ Sinteżi tal-2023 (SWD(2024)0002).</FIELD></FOOTNOTE>; jirrikonoxxi li tali investimenti kkontribwew għall-objettiv tal-istrateġija Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, peress li, fost affarijiet oħra, saħħet il-kooperazzjoni bejn il-komunità ta’ riċerka u n-negozji u għenet biex tbiddel ir-riċerka fi prodotti jew servizzi kummerċjabbli; jinnota li skont iċ-ċifri tal-Kummissjoni, sa tmien l-2022 aktar minn 75 000 kumpanija kienu kkooperaw mal-istituzzjonijiet ta’ riċerka u introduċew madwar 37 000 prodott ġdid fis-suq bis-saħħa tal-appoġġ permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2024 bit-titolu “Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej – rapport ta’ sinteżi għall-2023 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm li jkopru l-implimentazzjoni fl-2014-2020” (COM(2024)0006).</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota barra minn hekk li sal-istess data, aktar minn 72 000 riċerkatur kienu qed jaħdmu f’faċilitajiet aħjar<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Key achievements of Regional Policy 2014-2020” (Kisbiet Ewlenin tal-Politika Reġjonali 2014-2020), aċċessat fl-20 ta’ Frar 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li l-politika ta’ koeżjoni għenet ukoll biex tnaqqas id-distakk diġitali bejn ir-reġjuni billi tappoġġja l-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni f’reġjuni inqas żviluppati; jilqa’ l-fatt li, bħala riżultat, sal-aħħar tal-2022 7,8 miljun unità domestika ngħataw aċċess aħjar għall-broadband<FOOTNOTE><FIELD> Idem.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-appoġġ tal-politika ta’ koeżjoni wassal ukoll benefiċċji tanġibbli lil eluf ta’ SMEs; jisħaq li dan kien wieħed mill-oqsma bl-aħjar prestazzjoni ta’ appoġġ tal-FEŻR; jissottolinja li l-FEŻR kien ipprovda appoġġ lil aktar minn 2.2 miljun negozju sa tmiem l-2022, li ħoloq madwar 370 000 impjieg<FOOTNOTE><FIELD> Idem.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-evalwazzjonijiet imwettqa fiċ-Ċekja, fil-Polonja, fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fl-Awstrija jinkludu eżempji ta’ SMEs li saru aktar kompetittivi u innovattivi, li żiedu l-produttività tagħhom u li kisbu aċċess aħjar għal swieq internazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-koeżjoni kellha wkoll rwol essenzjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jinnota li t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija fil-bini huwa komponent ewlieni ta’ din il-bidla u li l-appoġġ mill-politika ta’ koeżjoni f’dan il-qasam diġà pproduċa riżultati tajbin; jilqa’ l-fatt li l-evalwazzjonijiet mill-Istati Membri juru li miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika kienu effettivi madwar l-UE<FOOTNOTE><FIELD> Idem.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li sa tmiem l-2022, il-FEŻR kien għen biex itejjeb l-effiċjenza enerġetika f’550 000 unità domestika; jenfasizza li hemm evidenza li l-politika ta’ koeżjoni appoġġjat investimenti f’diversi reġjuni tal-faħam li kkontribwew għad-dekarbonizzazzjoni; jinnota li fl-Asturji, Spanja, l-isforzi ffokaw fuq l-impjiegi taż-żgħażagħ u tan-nisa fiż-żoni rurali, bil-għan li jinċentivaw l-intraprenditorija u l-inklużjoni soċjali; jinnota wkoll li fir-reġjun ta’ Yugoiztochen fil-Bulgarija, il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni ffokaw fuq l-effiċjenza enerġetika, il-modernizzazzjoni tal-SMEs u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet<FOOTNOTE><FIELD> Studju – Riċerka għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,<STRING SUPERSCRIPT="on"> ‘</STRING>Cohesion Policy in EU Coal Regions, (Regolamentazzjoni Żejda fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej)”, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment tal-Politika għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, l-14 ta’ Frar 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jirrikonoxxi li l-miżuri mmirati lejn il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-UE bi 6 000 MW sa tmiem l-2022, b’mira ta’ 8 700 MW sa tmiem l-2023<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea<STRING SUPERSCRIPT="on">, </STRING>“Key achievements of Regional Policy 2014-2020” (Kisbiet Ewlenin tal-Politika Reġjonali 2014-2020), aċċessat fl-20 ta’ Frar 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li huma rrapportati riżultati pożittivi f’dan il-qasam, pereżempju, fl-Estonja u f’reġjuni fi Franza<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-evalwazzjonijiet tal-isforzi relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju juru l-ħtieġa għall-kooperazzjoni bejn il-fruntieri biex il-miżuri ffinanzjati mill-politika ta’ koeżjoni jsiru tassew effettivi; jissottolinja li xi pajjiżi diġà implimentaw miżuri konġunti ta’ prevenzjoni tar-riskju u protezzjoni ċivili, jinnota li tali kooperazzjoni seħħet bejn l-Italja u Franza, iċ-Ċekja u l-Polonja, u l-Italja u l-Awstrija;<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima, permezz tal-investimenti ta’ koeżjoni, 29 miljun persuna issa huma inqas esposti għall-għargħar<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Il-Pjattaforma tad-Data Miftuħa ta’ Koeżjoni – Tema: Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji – Perjodu ta’ Finanzjament: 2014-2020’, aċċessata fl-20 ta’ Frar 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-appoġġ ta’ koeżjoni mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni wkoll żiedu l-għadd ta’ persuni li jibbenefikaw minn provvista tal-ilma aħjar (8,3 miljun persuna sa tmiem l-2022<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Il-Pjattaforma tad-Data Miftuħa ta’ Koeżjoni – Tema: Protezzjoni tal-Ambjent u Effiċjenza tar-Riżorsi – Perjodu ta’ Finanzjament: 2014-2020’, aċċessata fl-20 ta’ Frar 2024.</FIELD></FOOTNOTE>) u ġestjoni aħjar tal-iskart muniċipali tagħhom; jinnota li l-maġġoranza tal-benefiċjarji fil-mira (70 %) tal-miżuri biex titjieb il-provvista tal-ilma jgħixu fir-Rumanija, fil-Greċja, fil-Portugall, fil-Bulgarija u fiċ-Ċekja; jinnota wkoll li fi Franza u fil-Belġju, il-proġetti ffinanzjati mill-fond ta’ koeżjoni għenu biex jagħtu spinta lill-ekonomija ċirkolari<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li n-networks tal-enerġija u tat-trasport irċevew investimenti sinifikanti mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni; jinnota li għalkemm l-impatt ta’ dan it-tip ta’ proġett ta’ infrastruttura jista’ jiġi vvalutat b’mod xieraq biss fuq medda ta’ żmien itwal, skont evalwazzjonijiet imwettqa fil-Polonja u fiċ-Ċekja, xi wħud mill-investimenti fl-infrastruttura tat-toroq u tal-ferroviji diġà rriżultaw f’inqas inċidenti fit-toroq, fi tnaqqis fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar u f’inqas tniġġis<FOOTNOTE><FIELD> Idem.</FIELD></FOOTNOTE>; jilqa’ l-fatt li, fis-Slovakkja, il-modernizzazzjoni tal-linji tat-tramm tejbet il-konnessjonijiet, naqqset il-ħin tal-ivvjaġġar, tejbet is-sikurezza u għenet biex jitnaqqsu l-istorbju u l-vibrazzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2024)0002, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li, barra minn hekk, il-proġetti tal-gass naturali ffinanzjati fi Stati Membri bħall-Polonja u l-Bulgarija kkontribwew għall-objettiv strateġiku li jiddiversifikaw il-provvista tal-enerġija tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>; jilqa’ l-fatt li l-interkonnettur tal-gass bejn il-Greċja u l-Bulgarija, appoġġjat mill-FEŻR, beda jopera f’Ottubru 2022 u qed jikkontribwixxi għall-għanijiet strateġiċi tal-UE ta’ awtonomija tal-provvista tal-enerġija u d-diversifikazzjoni tas-sorsi<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Rapport Annwali tal-Attività 2022 – Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana” , l-20 ta’ Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-koeżjoni, speċjalment permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, appoġġjat miżuri ta’ impjiegi, inklużjoni soċjali u taħriġ edukattiv u vokazzjonali ta’ suċċess; jisħaq li sa tmiem l-2022, 6,8 miljun persuna kienu sabu impjieg permezz tal-miżuri appoġġjati mill-FSE u mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, u 10,2 miljun persuna kienu kisbu kwalifika<FOOTNOTE><FIELD> COM(2024)0006, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li evalwazzjonijiet minn Stati Membri bħall-Italja, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Irlanda wrew li l-persuni, speċjalment iż-żgħażagħ, li kienu pparteċipaw f’miżuri ta’ taħriġ, f’apprendistati jew fi traineeships appoġġjati minn fondi tal-politika ta’ koeżjoni kienu b’mod sinifikanti aktar probabbli li jsibu impjieg<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-Polonja u l-Irlanda kisbu riżultati tajbin bi proġetti mmirati lejn il-persuni qiegħda fuq terminu twil; jinnota wkoll li evalwazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Equinox Consulting, “Az ifjúsági foglalkoztatási kezdeményezés - eredményeinek értékelése (L-Evalwazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ)”, 2018.</FIELD></FOOTNOTE> tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ 2014-2020 li saret fl-Ungerija sabet li l-programm kien ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-probabbiltà li l-parteċipanti jiġu impjegati fuq perjodu qasir, iżda dan l-impatt kien qed jonqos maż-żmien; jisħaq li evalwazzjoni oħra<FOOTNOTE><FIELD> Kopint-Tárki, Rapport imħejji għall-Ministeru Ungeriż għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, <STRING SUPERSCRIPT="on">“</STRING>Assessment of labour market integration support schemes - Framework contract for the performance of assessments of development programmes co-financed by the Funds under the EU’s Cohesion Policy, in 9 parts – Part III: Assessment of impact on labour market and social outcomes (Valutazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ għall-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol - Kuntratt ta’ qafas għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet ta’ programmi ta’ żvilupp kofinanzjati mill-Fondi taħt il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, f’9 partijiet – Parti III: Valutazzjoni tal-impatt fuq is-suq tax-xogħol u l-eżiti soċjali”, il-15 ta’ Jannar 2021.</FIELD></FOOTNOTE> mill-Ungerija kkonkludiet li l-iskemi ta’ appoġġ għall-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol iffinanzjati permezz tal-FSE kellhom impatt pożittiv u sostanzjali fuq il-kisba ta’ impjieg; jinnota li evalwazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li saret fl-Iżvezja <FOOTNOTE><FIELD> Wolf-Watz, O. u Öhlin, J., “Evaluation of the YEI, 2018 (L-Evalwazzjoni tal-YEI)”, Diċembru 2018.</FIELD></FOOTNOTE>sabet effetti ġenerali pożittivi fuq l-impjiegi għall-parteċipanti, speċjalment dawk bi sfond barrani; jisħaq li l-miżuri ta’ taħriġ kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema kellhom impatt pożittiv fir-rati tat-tluq bikri mill-iskola, pereżempju fil-Ġermanja, fil-Portugall u fi Spanja<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-FSE għen lill-intraprendituri jniedu negozji ġodda li pprovdew taħriġ sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jadattaw aħjar għall-bidliet fis-suq; jissottolinja li l-programm tal-FSE<FOOTNOTE><FIELD> SÖSTRA – Institut für sozialökonomische Strukturanalysen, “Übergreifende Programmevaluierung der Förderung durch den Europäischen Sozialfonds (ESF) im Freistaat Thüringen in der Förderperiode 2014 bis 2020 - Abschlussbericht (Valutazzjoni tal-programm transsettorjali tal-finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fl-Istat Ħieles ta’ Thuringe fil-perjodu ta’ finanzjament 2014 sal-2020 – rapport finali)”, 2020.</FIELD></FOOTNOTE> f’Thuringia, il-Ġermanja, maħsub biex isaħħaħ l-intraprenditorija, appoġġjat, fost proġetti oħrajn, iċ-Ċentru ta’ Thuringia għan-Negozji Ġodda u l-Intraprenditorija; jirrikonoxxi li sa tmiem l-2021, iċ-ċentru kien għen madwar 2 900 persuna jiftħu negozju ġdid fir-reġjun; jinnota li r-refuġjati u l-migranti li waslu fil-Lussemburgu kellhom aċċess għal programm ta’ intraprenditorija ddedikat appoġġjat mill-FSE<FOOTNOTE><FIELD> Touchpoints ASBL, “Rapport Annwali 2020”, l-1 ta’ Ġunju 2021.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li, permezz ta’ appoġġ finanzjarju tal-politika ta’ koeżjoni għal proġetti fis-settur tal-kura tas-saħħa, prinċipalment permezz ta’ investimenti tal-FSE u tal-FEŻR, 58,3 miljun persuna kellhom aċċess għal servizzi mtejba tal-kura tas-saħħa madwar l-UE sa tmiem l-2022<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Il-Pjattaforma tad-Data Miftuħa ta’ Koeżjoni – Tema: Inklużjoni Soċjali – Perjodu ta’ Finanzjament: 2014-2020’, aċċessata fl-20 ta’ Frar 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li fil-Litwanja, pereżempju, il-proġetti ffinanzjati mill-fond ta’ koeżjoni rnexxielhom inaqqsu r-riskju ta’ mard kardjovaskulari u r-rata ta’ suwiċidju<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni għall-kooperazzjoni territorjali; jinnota li dan l-għan speċifiku tal-FEŻR għen biex jiffinanzja proġetti tranżnazzjonali transfruntiera, u proġetti interreġjonali f’oqsma bħar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-ambjent; jissottolinja li kif rapportat mill-Kummissjoni, mingħajr dan l-appoġġ ta’ koeżjoni speċifiku, il-maġġoranza ta’ dawn il-proġetti ta’ kooperazzjoni ma kinux isiru; jisħaq li sa tmiem l-2022 aktar minn 40 000 negozju kienu pparteċipaw fi proġetti ta’ riċerka tranżnazzjonali transfruntiera, jew proġetti interreġjonali, u 178 000 persuna kienu bbenefikaw minn inizjattivi ta’ mobbiltà transfruntiera<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Il-Pjattaforma tad-Data Miftuħa ta’ Koeżjoni – Fond: FEŻR – Perjodu ta’ Finanzjament: 2014-2020’, aċċessata fl-20 ta’ Frar 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jirrimarka li, skont evalwazzjonijiet reċenti miġbura mill-Kummissjoni, hemm eżempji ta’ kooperazzjoni b’suċċess dwar kwistjonijiet tematiċi, bħal proġetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-bliet intelliġenti fil-Greċja u f’Ċipru<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2024)0002, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota, barra minn hekk, li l-programm Żvezja-Finlandja-Norveġja Botnia-Atlantica żied l-għarfien dwar il-protezzjoni taż-żoni tal-baħar u kostali<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2024)0002, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li l-evalwazzjoni tal-impatt tal-programm Interreg tal-Ewropa Ċentrali 2014-2020<FOOTNOTE><FIELD> Civitta International u l-Istitut ta’ Vjenna għall-Istudji Ekonomiċi Internazzjonali, “Impact Evaluation Report for the Impact Evaluation of the Interreg CENTRAL EUROPE Programme – Phase 1 (Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Impatt għall-Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Programm Interreg EWROPA ĊENTRALI – l-1 Fażi)”, Frar 2022.</FIELD></FOOTNOTE>, li jinkludi l-Awstrija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, uriet li sa tmiem l-2021, il-programm kellu eżiti pożittivi fl-oqsma tal-innovazzjoni, tal-livell baxx ta’ karbonju, tal-ambjent, tal-kultura u tat-trasport; jilqa’ l-fatt li l-programm Interreg Rumanija-Serbja kkontribwixxa wkoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma rilevanti kollha<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 20.</FIELD></FOOTNOTE>, u l-programm Kroazja-Serbja appoġġa l-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli u żied l-effiċjenza enerġetika<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2024)0002, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>; jiġbed l-attenzjoni għar-riżultati pożittivi tal-programm Interreg tal-Iżvezja, id-Danimarka u n-Norveġja fil-qasam tal-ekonomija ekoloġika<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 20.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ r-rispons tal-politika ta’ koeżjoni għall-aħħar kriżijiet; jinnota li ġew adottati aktar minn 300 emenda tal-programm CRII u CRII+, li rriżultaw fir-ridirezzjonar ta’ kważi EUR 28 biljun<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Coronavirus Dashboard: EU cohesion policy response to the crisis (Dashboard tal-koronavirus: Ir-rispons tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE għall-kriżi)”, it-18 ta’ Ottubru 2023.</FIELD></FOOTNOTE> f’fondi biex jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19; jissottolinja li EUR 13 biljun kienu ridirezzjonati biex jipprovdu appoġġ għan-negozju lill-kumpaniji l-aktar milquta mill-kriżi tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> Idem.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li s’issa twettqu biss ftit evalwazzjonijiet f’dan il-qasam; jinnota, madankollu, li, fl-Olanda, Malta u Franza (Grand Est), il-miżuri ffinanzjati tqiesu rilevanti għall-ħtiġijiet tan-nies u l-kumpaniji, skont l-evalwazzjonijiet disponibbli<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2024)0002, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota wkoll li hemm evidenza li l-appoġġ għan-negozju tal-FEŻR fl-Ungerija magħmul possibbli minn din il-flessibbiltaà, kellu effett pożittiv fil-kumpaniji mmirati<FOOTNOTE><FIELD> SWD(2023)0022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Preliminary evaluation of the support provided by ESF and FEAD under the Coronavirus Response Investment Initiatives (CRII and CRII+) (L-evalwazzjoni preliminari tal-appoġġ ipprovdut mill-FSE u mill-FEAD skont l-Inizjattivi ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII u CRII+))” (SWD(2023)0249).</FIELD></FOOTNOTE> tal-appoġġ ġdid ipprovdut mill-FSE u mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn fl-ambitu tas-CRII u tas-CRII+ kienet ukoll ġeneralment pożittiva; jissottolinja li s-CRII u s-CRII+ laħqu l-objettivi tagħhom fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, billi użaw din il-flessibbiltà ta’ finanzjament biex jallokaw mill-ġdid b’mod effiċjenti r-riżorsi li fadal ħalli jiffinanzjaw arranġamenti tax-xogħol fuq terminu qasir, miżuri ta’ inklużjoni soċjali, u s-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom, skont il-kuntesti nazzjonali tagħhom; jisħaq li permezz tas-CRII u s-CRII+, il-gvernijiet kienu wkoll kapaċi jżommu l-livelli ta’ kuntrattrar u n-nefqa tagħhom matul dan il-perjodu diffiċli; jinnota li l-appoġġ ta’ REACT-EU ffoka fuq il-miżuri ta’ rkupru xprunati minn prijoritajiet orjentati lejn il-futur, bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenfasizza li eżempju ta’ tali appoġġ huwa l-proġett Green Change Zealand, li għen lil 20 SME fid-Danimarka jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u tal-materjal permezz ta’ pjanijiet ta’ konverżjoni ekoloġika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-ġejjieni tal-politika ta’ koeżjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Prinċipji ġenerali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinsisti li minħabba l-fokus reġjonali, approċċ ibbażat fuq il-post, l-ippjanar strateġiku u l-mudell ta’ implimentazzjoni effettiv tagħha, il-politika ta’ koeżjoni għandha tibqa’ l-istrument ta’ investiment ewlieni tal-UE għat-tnaqqis tad-disparitajiet, għall-iżgurar tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-istimular tat-tkabbir sostenibbli reġjonali u lokali u tkompli tkun kontributur ewlieni għall-appoġġ ta’ tranżizzjoni soċjalment ġusta u tal-irkupru minn xokkijiet simetriċi u asimetriċi u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jiddispjaċih għat-tnaqqis fis-sehem tal-QFP 2021-2027 iddedikat għall-koeżjoni, meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti; ifakkar li l-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukraina ħolqu disparitajiet ġodda bejn ir-reġjuni; jemmen li jrid ikun hemm żieda fuq termini reali fil-baġit ġenerali ta’ koeżjoni u fis-sehem tal-QFP tal-politika meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iqis li l-investimenti ta’ koeżjoni għandhom jibqgħu taħt ġestjoni kondiviża għall-programmazzjoni u għall-implimentazzjoni sabiex ikunu jistgħu jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri, tar-reġjuni, u taż-żoni urbani, rurali u remoti; jirrikonoxxi li l-programmazzjoni konġuta, il-kofinanzjament, ir-responsabbiltà konġunta u l-kosjieda huma l-aktar metodi effettivi għall-implimentazzjoni bis-suċċess ta’ politika ta’ investiment tal-UE fit-tul u proġetti ffinanzjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja li t-tfaċċar ta’ strumenti ta’ appoġġ baġitarju bbażati fuq ġestjoni diretta u b’mudell ta’ implimentazzjoni aktar sempliċi tista’ twassal għal rinazzjonalizzazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u tipperikola wieħed mill-prinċipji bażiċi tagħha: governanza f’diversi livelli; jiċħad għalhekk kull rinazzjonalizzazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinsisti li r-reġjuni kollha tal-UE għandhom jibqgħu eliġibbli għall-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni; jissottolinja li dan huwa l-uniku mod biex jiġu indirizzati l-isfidi reġjonali, biex tinkiseb xejra ta’ żvilupp aktar ibbilanċjata madwar l-UE u sabiex jiġu indirizzati problemi ta’ żvilupp reġjonali uniċi fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq li l-politika ta’ koeżjoni futura trid tkompli tagħti attenzjoni lir-reġjuni li jbatu minn limitazzjonijiet naturali jew demografiċi gravi u permanenti, bħaż-żoni skarsament popolati, il-gżejjer, iż-żoni muntanjużi u r-reġjuni transfruntiera, f’konformità sħiħa mal-Artikolu 174 tat-TFUE; jinnota, f’dan il-kuntest, li l-UE ħolqot aġenda urbana u rurali, u jistenna l-pubblikazzjoni ta’ aġenda għall-gżejjer ukoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jiżblokka u jibda l-ħidma tiegħu fuq il-fajl tal-mekkaniżmu transfruntier Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE fil-politiki kollha tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fih; ifakkar fir-rwol fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi; jenfasizza l-importanza li jitfasslu u jinżammu programmi u miżuri mfassla apposta għal dawn ir-reġjuni, peress li l-maġġoranza tar-reġjuni ultraperiferiċi għadhom fost ir-reġjuni l-inqas żviluppati jew għandhom jiġu ttrattati bħala tali; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi rati għoljin ta’ kofinanzjament, speċifikament għar-reġjuni ultraperiferiċi, billi taħtar dawn ir-reġjuni kollha bħala reġjuni inqas żviluppati għal dan il-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li piżijiet sproporzjonati, bħall-iżvantaġġi strutturali inerenti ffaċċjati mir-reġjuni tal-fruntieri kollha għandhom jiġu kkumpensati b’sistema separata għall-għajnuna reġjonali mfassla speċifikament għar-reġjuni tal-fruntieri; jitlob li 0,26 % tal-baġit tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandu jkun riżervat esklużivament għall-iżvilupp fir-reġjuni tal-fruntieri (“borderland billion”) fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ programmazzjoni ġdid, li jibda mill-perjodu 2028-2034;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jemmen li l-kriterji ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti: jridu jipprevjenu miżuri li jagħmlu ħsara lill-ambjent sabiex jintlaħaq l-għan ta’ Ewropa newtrali għall-karbonju sa mhux aktar tard mill-2050; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi, fil-qafas legali li ġej tal-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2027, kriterji stretti biex itejbu l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; jappella barra minn hekk għal mill-inqas l-istess livell tan-nefqa relatata mal-klima fil-qafas il-ġdid sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-klima stabbiliti mill-Ftehim ta’ Pariġi, u f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Patt Ekoloġiku Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja li l-għan ewlieni tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE li tnaqqas id-disparitajiet fost l-Istati Membri u speċjalment bejn ir-reġjuni fl-Istati Membri u fi ħdanhom; jenfasizza li l-baġit tal-politika ta’ koeżjoni ma għandux jintuża primarjament għal għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni u mhux għal strumenti u programmi ġodda tal-politika mhux ta’ koeżjoni, kemm fil-QFP kif ukoll barra minnu, inklużi trasferimenti fakultattivi;;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal flessibbiltà integrata għall-kriżi; jipproponi l-ħolqien ta’ assi dedikat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jindirizzaw prijoritajiet emerġenti; jisħaq, madankollu, li l-użu mill-ġdid tal-finanzjament ta’ koeżjoni ma għandux jiġi attivat minn inizjattivi leġiżlattivi ġodda mill-Kummissjoni, iżda minflok għandu jinbeda minn awtorità ta’ ġestjoni fi proċess minn isfel għal fuq, wara konsultazzjonijiet obbligatorji mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u bl-involviment xieraq tas-soċjetà ċivili, kif previst fir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni u l-Kodiċi ta’ kondotta dwar is-sħubija; jissottolinja li dan mhux se jnaqqas l-orjentazzjoni pluriennali tal-politika, iżda se jgħin biex jadatta bl-aħjar mod għan-natura ta’ żminijietna li qed tinbidel malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li d-dewmien fin-negozjati tal-QFP wassal għal dewmien konsiderevoli fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, huwa ta’ impatt fuq il-benefiċjarji u speċjalment l-awtoritajiet maniġerjali, li jiffaċċjaw sfida enormi biex jittrattaw kemm il-finalizzazzjoni tal-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020 kif ukoll il-bidu tal-perjodu ta’ finanzjament attwali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tivvaluta l-possibbiltà legali li toħloq żewġ partijiet distinti fi ħdan ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, jiġifieri parti relatata mal-kontenut (politika) u parti relatata mal-QFP (riżorsi finanzjarji) għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2027; jemmen li l-parti relatata mal-kontenut għandha tiġi nnegozjata u konkluża qabel il-parti relatata mal-QFP, biex l-awtoritajiet maniġerjali jkunu jistgħu jibdew jippreparaw fil-ħin, sabiex jiġi żgurat il-prinċipju ta’ sħubija ġenwina u użu effiċjenti tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iwissi li l-eżistenza ta’ diversi fondi b’objettivi ta’ koeżjoni, xi kultant bi prijoritajiet li jikkoinċidu, tista’ tfixkel l-implimentazzjoni effettiva tal-politika ta’ koeżjoni; jappella għal demarkazzjoni ċara kif ukoll għall-allinjament u l-komplementarjetà bejn il-politika ta’ koeżjoni u strumenti oħra sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-kompetizzjoni bejn l-istrumenti tal-UE; jinsisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ tali komplementarjetà billi tissaħħaħ il-possibbiltà li jiġu ffinanzjati proġetti konġunti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali biex jirreklutaw ħaddiema kwalifikati ħalli jimplimentaw, jimmaniġġjaw u jawditjaw il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni bħala waħda mir-raġunijiet għad-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-fondi; jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom jagħmlu sforzi biex iħarrġu u jirreklutaw lil persunal speċjalizzat biex jottimizza l-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-awditjar tal-fondi tal-UE fil-futur sabiex dawk il-fondi jsiru kemm jista’ jkun effettivi u effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li, kif muri mill-analiżijiet tal-prestazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, inkluż mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, hemm lok għal titjib fl-effettività tal-interventi tal-politika ta’ koeżjoni biex jintlaħqu l-prijoritajiet ġenerali tal-UE u l-isfidi territorjali, bħall-kompetittività jew l-ekonomija aktar ekoloġika; jemmen li se jkun għalhekk essenzjali rispons aktar wiesa’ li jinvolvi aktar politiki tal-UE oħrajn u mmirar tal-fondi effettiv biex tiġi miġġielda l-ġeografija ta’ skuntentizza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jemmen li l-proposta leġiżlattiva għall-politika ta’ koeżjoni futura għandha tinħareġ biss wara li tqis l-eżiti ta’ sforz ta’ konsultazzjoni ewlenija u firxa ta’ avvenimenti u formati fuq il-post madwar l-UE li jgħaqqdu flimkien il-livelli ta’ governanza kollha u l-partijiet ikkonċernati l-oħrajn kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa għal evalwazzjoni komprensiva tal-impatt tal-Fondi SIE fl-Istati Membri u fir-reġjuni u l-muniċipalitajiet benefiċjarji, li tiffoka mhux biss fuq il-livell ta’ implimentazzjoni tal-fondi allokati, iżda pjuttost fuq in-natura trasformattiva tal-investimenti u u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija u l-impjieg fiż-żona;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li l-qafas regolatorju 2021-2027 diġà introduċa miżuri biex jissimplifika t-twassil u l-ġestjoni tal-politika ta’ koeżjoni; jirrimarka li, filwaqt li saru avvanzi reali, għad fadal lok ta’ simplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali u provvista ta’ ċertezza legali għall-awtoritajiet maniġerjali; jisħaq li kontrolli u verifiki tal-fondi li jikkoinċidu għandhom jiġu evitati; jisħaq li aktar simplifikazzjoni għandha tippermetti wkoll implimentazzjoni aċċellerata u pass ta’ assorbiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja, għalhekk, li s-simplifikazzjoni għandha tkun wieħed mill-ixpruni ewlenin tal-politika ta’ koeżjoni li jmiss; iqis li huwa meħtieġ li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, jittejjeb l-allinjament tal-politika ta’ koeżjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jiżdied l-użu ta’ għażliet ta’ spejjeż simplifikati, jiġi implimentat il-prinċipju tal-awditjar uniku u jiġu identifikati “punti uniċi ta’ servizz” għal benefiċjarji potenzjali; jemmen li l-applikazzjoni tar-regoli għall-estrapolazzjoni tar-rata ta’ żball toħloq piż amministrattiv sproporzjonat għall-awtoritajiet maniġerjali u jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina li tirrevedi dawn ir-regoli; jistieden lill-Istati Membri jevitaw ir-regolamentazzjoni żejda sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jemmen li għandu jinkiseb aktar simplifikazzjoni tal-arkitettura tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE madwar il-Fond ta’ Koeżjoni, l-FEŻR, l-FSE+ u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, u possibbilment estiża għall-FAEŻR, peress li għandu jkun kopert mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; jirrikonoxxi li tali simplifikazzjoni se tkompli tissimplifika l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika, ittejjeb il-viżibbiltà u l-effettività tagħha, u ttejjeb l-aċċessibbiltà tal-benefiċjarji għall-finanzjament; jisħaq fuq l-importanza li jiġu ssimplifikati r-regolamenti speċifiċi għall-fondi individwali sabiex jiġu minimizzati ż-żidiet fid-dewmien fl-implimentazzjoni u l-kumplessità tal-programmazzjoni; jinnota li kwalunkwe simplifikazzjoni tal-fondi jenħtieġ li tippreserva l-orjentazzjoni tematika tagħhom u l-flussi ta’ finanzjament għall-oqsma ta’ politika rispettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-qafas tal-prestazzjoni introdott fil-perjodu 2014-2020 kien tentattiv biex titjieb l-orjentazzjoni tar-riżultati tal-politika; jappella, f’dan ir-rigward, għal modernizzazzjoni bir-reqqa tal-mudell ta’ implimentazzjoni - bidla minn ċiklu ta’ attività għal pagament għal implimentazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, ibbażata fuq stadji tanġibbli, flimkien ma’ rabta ma’ riformi lokali u reġjonali li jsaħħu t-tkabbir li jissottolinjaw il-bażi tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza li l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni mhux se jaħdem sakemm ma tkunx tista’ tittieħed l-opinjoni fil-livell reġjonali u fil-livell lokali dwar id-definizzjoni tal-miri li bihom se jitkejjel is-suċċess tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jissottolinja li tali bidla lejn implimentazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni ma għandhiex timmina t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinnota li s-sistemi ta’ verifika u kontroll għandhom madankollu jiġu adattati għall-qafas ibbażat fuq il-prestazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jappella għal użu usa’ ta’ teknoloġija u soluzzjonijiet diġitali fl-Istati Membri biex jissimplifikaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar, u b’hekk jikkontribwixxu għal amministrazzjoni aktar effiċjenti u inqas dokumentazzjoni fiżika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-finanzi pubbliċi li ġejjin minn kontribwenti ma għandhomx jintużaw ħażin; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jużaw u jsaħħu l-mekkaniżmi eżistenti biex jikxfu u jiġġieldu l-irregolaritajiet, il-frodi u l-korruzzjoni fil-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri kollha jkollhom mekkaniżmu effettiv għar-rapportar tal-irregolaritajiet, f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet, dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>; jirrakkomanda li l-irregolaritajiet jiġu kklassifikati biss bħala magħluqa fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS) ladarba l-ammonti neqsin jiġu rkuprati wkoll fil-livell nazzjonali, u mhux biss wara li s-somom irregolari jiġu rritornati lill-Kummissjoni; jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw, permezz ta’ għodod għall-estrazzjoni tad-data bħal ARACHNE, li d-data fir-rapport uffiċjali tal-irregolaritajiet u l-frodi fl-IMS tiġi kontroverifikata mad-data għall-proġetti approvati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-koordinazzjoni tas-setgħat tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jinvestigaw l-irregolaritajiet u l-frodi relatati mal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-bqija tal-Istati Membri jingħaqdu mal-UPPE sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha; jistenna li l-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra b’mod sħiħ l-aspetti tal-istat tad-dritt meta tapprova ftehimiet ta’ sħubija u programmi tal-politika ta’ koeżjoni, sabiex ikunu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet abilitanti dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif deskritt fl-Anness III tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; barra minn hekk jistenna li l-Kummissjoni ma tapprova l-ebda ftehim jew programm ta’ sħubija sakemm din l-analiżi fil-fond ta’ dawn l-aspetti speċifiċi twassal għal livell għoli ta’ assigurazzjoni ta’ ebda riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ salvagwardji li jipprevjenu penalizzazzjoni inġusta tal-benfiċjarji li jinsabu f’pajjiżi li jistgħu jkunu soġġetti għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra modi li permezz tagħhom tista’ twassal il-fondi lill-benefiċjarji finali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni trid tadatta aħjar għall-isfidi ppreżentati mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u industrijali u l-konsegwenzi soċjali li dawn iġibu magħhom sabiex tibqa’ rilevanti u tilħaq l-objettivi speċifikati fit-Trattati; jemmen li sabiex jinkiseb dan, huwa importanti li nitgħallmu mhux biss mill-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020, iżda wkoll minn strumenti bħall-RRF, biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjoekonomiċi marbuta mal-kriżijiet reċenti u biex jiġi pprovdut appoġġ adegwat lil żoni u komunitajiet żvantaġġati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fir-regolamenti tal-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2027, tkompli tissottolinja l-importanza li, inter alia, jiġu ttrattati l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ambjent, inkluż ġestjoni aħjar tal-ilma u tal-iskart, l-effiċjenza tar-riżorsi u tal-enerġija, ir-reżiljenza għad-diżastri u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju; iqis, f’dan il-kuntest, li l-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-mekkaniżmi ta’ verifika tar-reżistenza klimatika għandhom ikunu parti integrali mill-programmazzjoni u l-implimentazzjoni, b’mod partikolari għall-għażla tal-proġetti; ifakkar lill-Kummissjoni, barra minn hekk, li appoġġ adegwat, b’mod partikolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjoekonomiċi marbuta mal-kriżijiet reċenti u biex jiġu megħjuna żoni u komunitajiet żvantaġġati, għandu jkun fattur importanti fl-implimentazzjoni tal-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ soluzzjonijiet ta’ mobbiltà aktar sostenibbli fit-territorji tal-UE, bħall-politika tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T); huwa tal-fehma li, għall-finanzjament tal-UE, għandha tingħata prijorità lis-soluzzjonijiet ta’ mobbiltà intelliġenti u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li r-reġjuni kollha fl-UE jkollhom aċċess għal broadband ta’ veloċità għolja sabiex kollha jitqiegħdu fuq l-istess livell ħalli tinkiseb it-tranżizzjoni diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħeġġeġ l-involviment tas-settur privat flimkien mas-settur pubbliku għall-investimenti fl-iżvilupp sostenibbli; jissottolinja f’dan ir-rigward ir-rwol li jista’ jkollhom l-SMEs għall-innovazzjoni; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipproponu miżuri biex itejbu l-adozzjoni ta’ innovazzjonijiet lesti għas-suq mill-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jitlob l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll għar-reġjuni transfruntiera u dawk anqas żviluppati jkollhom aċċess aħjar għal finanzjament biex ikunu jistgħu jsiru investimenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija lokali u reġjonali, inklużi l-effiċjenza enerġetika, id-distribuzzjoni deċentralizzata tal-enerġija u enfasi qawwija fuq l-enerġija rinnovabbli u l-ekonomija ċirkolari sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinsab konvint, meta wieħed iqis il-bidliet strutturali marbuta mat-tranżizzjonijiet doppji ekoloġika u diġitali, u l-impatt ekonomiku u soċjali irregolari tagħhom fuq ir-reġjuni tal-UE, li l-prinċipju ta’ tranżizzjoni ġusta, mingħajr territorju u fejn ħadd ma jitħalla jibqa’ lura għandu jiggwida l-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni affettwati mit-tranżizzjoni industrijali; jilqa’, f’dan is-sens, l-isforzi tal-Kummissjoni biex tindirizza din il-kwistjoni bil-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, l-ewwel pilastru tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta; jistieden lill-Kummissjoni titgħallem mill-implimentazzjoni ta’ dan il-fond u tikkjarifika aktar l-objettivi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappella għal finanzjament kontinwu għat-tranżizzjoni ġusta, li għandha tkun integrata bis-sħiħ fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u mogħnija b’mezzi finanzjarji adegwati biex jiġu stabbiliti għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2027, u biex jiġu applikati l-prinċipji ta’ ġestjoni kondiviża u ta’ sħubija; huwa tal-fehma li din l-espansjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta għandha tkun iffukata fuq il-livell xieraq ta’ NUTS (klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika), tqis l-ispeċifitajiet reġjonali, ikollha ambitu aktar wiesa’ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta attwali, u tkun imfassla b’tali mod li tippermetti rispons fil-ħin għal sfidi ġodda f’diversi setturi u industriji; jappella biex din l-ġenerazzjoni ġdida ta’ finanzjament tagħmel distinzjoni bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih; jisħaq li sehem tal-finanzjament għandu jkun iddedikat għat-tranżizzjoni soċjalment ġusta, u għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob li jinżamm objettiv ta’ politika dedikat lejn l-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali, hekk kif il-konverġenza reġjonali naqset u dehru fatturi ġodda tal-inugwaljanzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali li għandhom l-investimenti ta’ koeżjoni f’servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja biex jibnu r-reżiljenza soċjali u jindirizzaw il-kriżijiet ekonomiċi, tas-saħħa u soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jissottolinja li l-ambitu tal-appoġġ tal-politika ta’ koeżjoni jinkludi l-integrazzjoni u l-inklużjoni ta’ aktar minn tliet miljun persuna li huma f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, inkluż, b’mod partikolari, appoġġ għal 600 000 persuna minn gruppi emarġinati bħar-Rom li jgħixu b’mod partikolari f’reġjuni tal-UE inqas żviluppati; jiddeplora n-nuqqas ta’ rieda tal-gvernijiet lokali ta’ ċerti Stati Membri li jużaw b’mod effettiv il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex jiżguraw li dawn in-nies ikollhom aċċess għal servizzi ta’ kwalità, bħall-aċċess għall-ilma u għal kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet l-aktar urġenti li se jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni diffiċli tar-reġjuni li jikkondividu l-fruntiera mar-Russja u mal-Belarussja wara s-sospensjoni tal-kooperazzjoni wara l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri affettwati biex issib soluzzjonijiet sostenibbli sabiex tindirizza l-isfidi soċjali u ekonomiċi f’dawn ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jissottolinja n-natura multidimensjonali tal-iżvilupp rurali, li tmur lil hinn mill-agrikoltura fiha nfisha; jinnota li 11,5 % biss tal-persuni li jgħixu f’żoni rurali jaħdmu fis-setturi tal-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Ifakkar li l-FAEŻR attwalment huwa marbut mal-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, u li għandu jkun assoċjat aktar mar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, li huwa meħtieġ biex jiġu żviluppati bis-sħiħ ir-reġjuni rurali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati aktar il-fondi, inkluż l-FAEŻR, fl-iżvilupp reġjonali, peress li jista’ jiżgura l-ksib ta’ sinerġiji u sħubijiet rurali u urbani aktar b’saħħithom għal investimenti f’żoni rurali lil hinn mill-agrikoltura; jinsisti li l-FAEŻR għandu jiġi ġestit reġjonalment jew b’parteċipazzjoni reġjonali deċiżiva, b’enfasi akbar minn qabel fuq miżuri ta’ politika strutturali f’żoni skarsament popolati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinsisti fuq il-bżonn li jiġi implimentat mekkaniżmu ta’ verifika rurali biex jiġi vvalutat l-impatt tal-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE fuq iż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jirrimarka li kwalunkwe tkabbir futur tal-Unjoni se jkollu riperkussjonijiet fuq il-livell ta’ koeżjoni fi ħdan l-Unjoni; jirrimarka li dan x’aktarx se jaffettwa l-klassifikazzjoni attwali tar-reġjuni differenti, peress li l-PDG medju per capita se jonqos b’mod sinifikanti, bħala konsegwenza tal-effett statistiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jistiden għalhekk lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni dettaljata qabel tipproponi regolament ġdid għall-qafas ta’ koeżjoni ta’ wara l-2027 biex tiżgura li l-politika ta’ koeżjoni tkun mgħammra biex tkompli tappoġġja r-reġjuni kollha u sabiex kull konsegwenzi sfavorevoli fuq ir-reġjuni, ikkawżata minn effett statistiku dwar l-eliġibbiltà tal-politika ta’ koeżjoni, jista’ jiġi indirizzat kif xieraq; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tinkludi fil-valutazzjoni tagħha stima tal-ħtiġijiet addizzjonali għall-kooperazzjoni transfruntiera li tista’ tinvolvi tkabbir; jappella għal konsultazzjoni u ħidma strutturata bejn il-Kummissjoni u l-Parlament dwar dawn il-kwistjonijiet qabel il-pubblikazzjoni ta’ proposta leġiżlattiva ġdida; jappella għal politika ta’ koeżjoni lesta għal tkabbir sal-2030 l-aktar tard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jissottolinja li l-baġit tal-politika ta’ koeżjoni eżistenti jiffoka fuq l-objettivi ta’ konverġenza; jissottolinja li, fil-każ tal-Ukrajna, il-baġit tal-politika ta’ koeżjoni ma jistax u ma jridx ikun intiż għat-talbiet finanzjarji mistennija ta’ rikostruzzjoni; jisħaq li kwalunkwe objettiv ta’ rikostruzzjoni għandu jinkiseb permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament distinti, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-QFP, permezz ta’ kontribuzzjonijiet baġitarji diretti mill-Istati Membri, mis-settur privat u minn riżorsi esterni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li l-infiq pubbliku fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-ambitu tal-Fondi SIE ma jitqiesx bħala nefqa strutturali nazzjonali jew ekwivalenti kif definit fir-regoli l-ġodda ta’ governanza ekonomika, speċjalment jekk dan l-infiq ma jiddevjax mit-twettiq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jenfasizza l-bżonn li tittejjeb l-artikolazzjoni bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-governanza ekonomika tal-UE, filwaqt li jiġi evitat approċċ punittiv; jisħaq li s-Semestru Ewropew għandu jikkonforma mal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni kif stipulati fl-Artikoli 174 u 175 tat-TFUE u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jappella għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni fit-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) u għal approċċ territorjali aktar b’saħħtu; jitlob li jiġi kkunsidrat mill-ġdid il-kunċett ta’ kundizzjonalità makroekonomika u li tiġi esplorata l-possibbiltà li dan il-kunċett jiġi sostitwit b’forom ġodda ta’ kundizzjonalità sabiex jiġu riflessi aħjar l-isfidi l-ġodda li għandna quddiemna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Ifakkar il-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”, introdott mit-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni, u dan jfisser li l-ebda azzjoni ma għandha tfixkel il-proċess ta’ konverġenza jew tikkontribwixxi għad-disparitajiet reġjonali; jappella għal integrazzjoni aktar b’saħħitha ta’ dan il-prinċipju bħala prinċipju trasversali fil-politiki kollha tal-UE, sabiex jappoġġjaw l-objettivi tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, kif stipulat fl-Artikoli 3 u 174 tat-TFUE; jinsisti li l-promozzjoni tal-koeżjoni għandha titqies ukoll bħala mod kif titrawwem is-solidarjetà u l-appoġġ reċiproku fost l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tiżviluppa dan il-prinċipju bħala parti mis-Semestru Ewropew u tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istadji kollha tal-proċeduri marbuta mas-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ fl-importanza tal-prinċipji orizzontali ta’ governanza u sħubija f’diversi livelli, li għandhom jibqgħu prinċipji gwida tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali japplikaw b’mod rigoruż u effettiv il-prinċipju ta’ governanza f’diversi livelli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jitħares il-prinċipju tas-sħubija fil-programmazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ kollu tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u li tiġi stabbilita kooperazzjoni b’saħħitha bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet ikkonċernati oħra; jitlob li l-prinċipju ta’ sħubija jibqa’ vinkolanti u jitlob li jiġi inkluż fis-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jwettqu segwiti b’mod skrupoluż, iwettqu kontrolli u jagħmlu rakkomandazzjonijiet korrettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-validità tal-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sħubiji fl-ambitu tal-Fondi SIE (ir-Regolament Delegat Nru 240/2014); jemmen li dawn il-linji gwida jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-involviment aħjar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet ikkonċernati oħra, iżda għandhom jiġu riveduti biex titjieb l-effettività tagħhom u jiġi żgurat involviment akbar fil-fond tas-sħab ħalli jiġu promossi azzjonijiet ibbażati fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Ifakkar li fil-Qafas tal-Politika ta’ Koeżjoni 2021–2027, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u perspettiva tal-ġeneru huma inklużi u promossi tul l-istadji kollha tal-proċess għat-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ koeżjoni; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol speċifiku tan-nisa, b’mod partikolari f’żoni remoti u rurali, peress li huma atturi ewlenin fis-soċjetà ċivili u fit-tkabbir ekonomiku sostenibbli; jinnota, madankollu, fl-istess ħin, li dawn spiss jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaċċessaw is-suq tax-xogħol, is-servizzi pubbliċi, il-kura tas-saħħa, il-kura tat-tfal u l-pagi ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza partikolari tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fil-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu aktar sforzi lejn l-avvanz tar-realizzazzjoni tad-drittijiet tat-tfal billi jużaw l-FSE+ biex jappoġġjaw interventi effettivi li jikkontribwixxu għal dan il-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jitlob li jissaħħu aktar il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-programmi u l-proġetti ffinanzjati mill-UE madwar l-Istati Membri kollha, permezz tad-definizzjoni tal-objettivi tagħhom, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta’ komunikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni fuq il-media soċjali, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tagħhom għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Fokus reġjonali u lokali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jitlob li l-investimenti fl-adattament għall-klima, fil-prevenzjoni tad-diżastri u fit-tħejjija tagħhom jiġu ggarantiti jew permezz ta’ objettiv ta’ politika ddedikat, konċentrazzjoni tematika jew kundizzjoni abilitanti speċifika biex jiġu żgurati investimenti sostenibbli fl-infrastruttura lokali u reġjonali u l-ġestjoni tar-riskju f’żoni urbani u rurali inqas żviluppati, inklużi r-reġjuni tal-fruntieri, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi; jemmen li l-finanzjament immirat għandu jiffoka fuq it-tnaqqis tar-riskju u t-tħejjija għal firxa wiesa’ ta’ diżastri (relatati mal-klima, ġeoloġiċi, relatati mas-saħħa, ikkawżati mill-bniedem); jemmen li dan għandu jinkludi enfasi qawwija fuq il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima biex jgħin lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jimmaniġġjaw ir-riskju aħjar u jippreparaw biex jirrispondu għall-impatti lokali tat-tibdil fil-klima minn avvenimenti li jibdew bil-mod sa avvenimenti estremi tat-temp, inklużi, l-erożjoni kostali, id-deżertifikazzjoni, livelli tal-baħar li qed jogħlew, in-nirien fis-selvaġġ, l-għargħar, l-uqigħ tal-art, il-mewġ ta’ sħana u diżastri naturali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jemmen li l-finanzjament ta’ koeżjoni għandu jibbenefika ż-żoni kemm urbani kif ukoll rurali b’mod ibbilanċjat; jitlob li l-politika ta’ koeżjoni tinkludi dimensjoni urbana u rurali aktar b’saħħitha permezz ta’ investimenti magħżula f’żoni urbani u rurali kif ukoll rabtiet aktar b’saħħithom bejn proġetti u investimenti urbani u rurali sostenibbli sabiex tiġi indirizzata l-isfida demografika, in-nassa tal-iżvilupp u d-distakk bejn it-territorji urbani u dawk rurali li jaffettwaw ir-reġjuni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jitlob li l-proporzjon tal-allokazzjonijiet nazzjonali tal-FEŻR għall-iżvilupp urban jiżdied; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-muniċipalitajiet żgħar ikunu kapaċi jaċċessaw l-fondi tal-FEŻR iddedikati għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ żvilupp urban sostenibbli u integrat; jitlob, bl-istess mod, li jiġu allokati fondi għal żoni rurali u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u permanenti; jitlob li dan il-finanzjament jiġi pprogrammat b’mod konġunt mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali u r-reġjun rispettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ politika strutturali ġenwina għaż-żoni rurali, b’objettivi tematiċi xierqa li jirrispondu għall-isfidi partikolari ta’ dawn iż-żoni, bħad-deżertifikazzjoni rurali, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, id-depopolazzjoni, l-abbandun rurali, it-tnaqqis tal-komunitajiet b’mod ġenerali u kura tas-saħħa insuffiċjenti u opportunitajiet tal-edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinkoraġġixxi sinerġiji bejn proġetti konġunti u ftehimiet ta’ kollaborazzjoni bejn il-livelli differenti ta’ governanza sabiex jiġu sfruttati l-kapaċitajiet u l-ekonomiji ta’ skala miġbura fl-investimenti tal-UE fl-infrastruttura, fl-innovazzjoni, fil-mitigazzjoni/l-adattament fit-tibdil fil-klima u fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jemmen li dan il-proċess għandu jwassal għal sens akbar ta’ sjieda tal-proġetti u l-konsolidazzjoni tal-investimenti sostenibbli, minflok il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta’ sinerġiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jenfasizza l-valur miżjud tal-kooperazzjoni territorjali b’mod ġenerali u l-kooperazzjoni transfruntiera b’mod partikolari; jappella għal żieda fil-baġit għall-programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, billi dawn jipprovdu qafas uniku għall-kooperazzjoni interreġjonali, transfruntiera u tranżnazzjonali u jgħinu biex jindirizzaw sfidi komuni, irawmu sħubijiet u jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u s-sostenibbiltà ambjentali; jissuġġerixxi li l-“Borderland Billion” għandu jiġi fdat direttament lil Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali, li għandu jiġi inkarigat bil-ġestjoni indipendenti u d-distribuzzjoni fost il-proġetti tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Iqis lil-Aġenda Territorjali 2030 huwa strument reali u xieraq li jiżgura l-koeżjoni tal-UE permezz tal-ġestjoni ta’ kull wieħed mir-reġjuni tagħha u l-partikolaritajiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li timmodifika r-rwol tal-Aġenda Territorjali 2030 lil hinn minn dak ta’ gwida ta’ ġestjoni territorjali; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw l-aġendi territorjali tagħhom f’konformità mal-Aġenda Territorjali 2030 bħala bażi għall-ipprogrammar tal-istrateġiji territorjali tagħhom, billi jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet ta’ kull wieħed mir-reġjuni tagħhom u li jservu ta’ inċentiv, kif ukoll sabiex jistimulaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politiki territorjali u urbani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-għodod ta’ żvilupp territorjali integrati għandhom rwol fundamentali fl-implimentazzjoni tal-kwalità u fl-assorbiment tar-riżorsi; jitlob li proporzjon tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jiġi allokat għall-iżvilupp ta’ approċċi territorjali f’żoni rurali jew f’approċċi territorjali urbani-rurali permezz ta’ investimenti territorjali integrati, żvilupp lokali mmexxi mill-komunità jew mekkaniżmi oħra għal żvilupp rurali mhux agrikolu biex jikkomplimenta l-azzjonijiet appoġġjati bl-approċċ LEADER fl-ambitu tal-politika agrikola komuni, peress li dan se jkun ukoll mod fundamentali kif tiġi indirizzata l-ġeografija ta’ skuntentizza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Huwa tal-opinjoni li l-użu ta’ diżimpenji ta’ koeżjoni għal marġnijiet ta’ riżerva fil-politika ta’ koeżjoni jgħinu, fost l-oħrajn, biex jassorbu ż-żidiet fl-inflazzjoni jew ix-xokkijiet fil-katina tal-provvista; jemmen li dan l-użu għandu jopera fuq bażi kontinwa, u jiddeġendi fuq il-bżonn u wara ċ-ċikli ta’ diżimpenn pluriennali u annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jemmen li l-kompromess bejn l-orjentazzjoni bbażata fuq il-post meħtieġa u l-appoġġ għall-prijoritajiet tematiċi tal-Unjoni jista’ jiġi indirizzat permezz ta’ flessibbiltà akbar, xelta magħżula ta’ objettivi u sfidi tematiċi, aċċessibbli għar-reġjuni u l-muniċipalitajiet skont il-livelli ta’ żvilupp u l-ħtiġijiet tagħhom, filwaqt li tiġi rispettata l-konċentrazzjoni tematika fil-livell nazzjonali; jissottolinja li tali mudell inaqqas il-kumplessità tal-proċess ta’ programmazzjoni u jikkunsidra l-karatteristiċi reġjonali; jisħaq li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli tissorvelja l-xenarju lokali ta’ ħtiġijiet sabiex tindirizzahom b’mod effettiv fil-kuntest tat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jissottolinja li l-konċentrazzjoni tematika tibqa’ pedament għall-kisba tat-tranżizzjoni lejn Ewropa aktar kompetittiva, aktar soċjali u reżiljenti, kif ukoll ekonomija newtrali għall-klima; jisħaq, madankollu, li din għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet reali tar-reġjuni u l-bliet, u l-mod kif joperaw f’termini prattiċi, mill-programmazzjoni u mir-riprogrammazzjoni sal-implimentazzjoni u l-għeluq; jinsab ċert li l-prinċipju ewlieni għandu jkun approċċ ta’ investiment imfassal apposta mmirat lejn ħtiġijiet speċifiċi fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni, meta tiddetermina l-livell ta’ appoġġ għal kull reġjun, tqis karatteristiċi addizzjonali, bħal żoni fir-reġjun b’potenzjal ta’ tkabbir, l-intensità tal-isfidi partikolari tagħhom, il-livell ta’ esponiment tagħhom għall-impatti tat-tranżizzjonijiet li għaddejjin, bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u industrijali, jew il-livell ta’ progress soċjali tagħhom, sabiex jiġi definit aħjar il-perkors ta’ kull reġjun lejn il-konverġenza; jisħaq li l-PDG bħala l-uniku indikatur tal-iżvilupp jonqos milli jqis dawn l-aspetti kollha u jitlob li jiġi kkomplrmentat b’indikaturi oħra, bħall-Indiċi tal-Progress Soċjali tal-UE u l-Indiċi ta’ Vulnerabbiltà għat-Tibdil fil-Klima; jissottolinja l-importanza li tingħata attenzjoni partikolari lill-appoġġ tar-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp, kif enfasizzat fit-tmien Rapport ta’ Koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jitlob li d-disparitajiet intrareġjonali jiġu indirizzati billi tingħata aktar attenzjoni lid-diversità tat-territorji; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li tivvaluta l-allokazzjonijiet inizjali u r-rati ta’ kofinanzjament fuq il-bażi ta’ NUTS 3 sabiex il-finanzjament ikun dirett lejn fejn ikun l-aktar meħtieġ u biex jipprevjeni l-emerġenza ta’ pakketti ta’ faqar u sottożvilupp; jissottolinja li tali bidla għandha tqis l-effetti negattivi possibbli fuq il-finanzjament tal-UE għal żoni urbani akbar, bħaż-żoni metropolitani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Iqis li, meta jiġu allokati fondi għal proġetti lokali f’żoni urbani u rurali, l-enfasi għandha tkun fuq proġetti konġunti ta’ interess komuni, filwaqt li tiġi promossa wkoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs; jappella għall-kombinazzjoni ta’ strumenti finanzjarji reġjonali iżgħar ma’ pjattaformi reġjonali akbar biex jissaħħu l-effiċjenza u l-impatt tal-politika; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida u appoġġ għall-ippjanar, speċjalment għal proġetti territorjali u żgħar integrati, biex jiġu evitati d-diżimpenji u l-adattament għal skop differenti; jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ l-approċċ minn isfel għal fuq għall-iżvilupp territorjali li huwa mezz għall-innovazzjoni soċjali u l-bini tal-kapaċitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ governanza tajba fil-livelli kollha fil-ġestjoni tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza li l-kwalità tal-istrutturi ta’ governanza tista’ tiddetermina l-aħjar taħlita ta’ prijoritajiet ta’ investiment sabiex tinkiseb il-koordinazzjoni vertikali u orizzontali f’diversi livelli meħtieġa biex jitfasslu u jitwettqu strateġiji ta’ żvilupp integrati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jappella għal rappreżentanza msaħħa tal-awtoritajiet urbani u rurali fil-kumitati ta’ monitoraġġ, li jistgħu jivvalutaw flimkien l-effettività tal-ġestjoni tal-fondi; itenni li dawn ir-rappreżentanti għandhom, inter alia, jaqsmu r-responsabbiltà għall-programmazzjoni u r-riprogrammazzjoni sabiex jirrispettaw il-governanza f’diversi livelli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati fil-ġestjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni mill-awtoritajiet maniġerjali, filwaqt li, fl-istess ħin, tissimplifika l-aċċess għal assistenza teknika, sabiex ittejjeb il-kapaċitajiet amministrattivi u ta’ ġestjoni tal-entitajiet kompetenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jappella għal aktar involviment tal-inizjattivi tal-Kummissjoni bħall-Patt tas-Sindki tal-UE għall-Klima u l-Enerġija fil-proċess tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss tar-regoli tal-politika ta’ koeżjoni; jemmen li n-networks tal-bliet għandhom rwol indispensabbli biex inaqqsu d-distakk bejn it-tfassil ta’ politika u l-implimentazzjoni fuq il-post; jirrikonoxxi li l-appoġġ għall-politika u l-implimentazzjoni, immirat lejn is-sindki u l-awtoritajiet lokali, jiġġenera eżiti ferm aħjar fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jisħaq li jeżistu differenzi bejn l-Istati Membri fejn jidħlu l-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; jitlob approċċ imsaħħaħ ibbażat fuq il-post biex il-ġestjoni tal-politika ta’ koeżjoni titqarreb lejn il-livell reġjonali u lokali; jisħaq fuq il-fatt li l-ħidma preparatorja, il-kapaċità amministrattiva adegwata u l-appoġġ istituzzjonali huma indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-politika, jitnaqqas l-għadd ta’ irregolaritajiet u frodi, u jiġu evitati piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni, il-kuntratturi u l-benefiċjarji finali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jinsab konvint li l-promozzjoni ta’ sens akbar ta’ sjieda lokali u reġjonali fit-tul, id-durabbiltà tal-proġetti tal-UE u ingranaġġ ogħla ta’ kofinanzjament jistgħu jinkisbu permezz ta’ kapaċità fiskali akbar għar-reġjuni u l-muniċipalitajiet; jirrikonoxxi li tali passaġġ se jtejjeb il-kapaċità ta’ self ta’ reġjuni u muniċipalitajiet marbuta mal-istrumenti finanzjarji pprovduti mill-baġit tal-UE; jissottolinja li l-baġits reġjonali u lokali għandhom ikunu kapaċi jikkumpensaw għall-impatt ta’ xokkijiet ta’ inflazzjoni u kriżijiet possibbli fuq proġetti kofinanzjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jappella għal aktar involviment tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fl-investimenti fil-politika ta’ koeżjoni, speċjalment f’reġjuni inqas żviluppati, permezz tal-appoġġ lil bliet sostenibbli, enerġija sostenibbli, ekonomija ċirkolari, impjiegi ekoloġiċi u proġetti ta’ innovazzjoni lokali u reġjonali, inkluż permezz ta’ użu akbar tal-istrumenti finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment tas-settur privat; jappella għall-espansjoni tal-assistenza u tal-istrumenti finanzjarji lokali u reġjonali tal-proġetti li jikkomplementaw u jingranaw l-għotjiet tal-UE; jirrikonoxxi li f’ħafna Stati Membri, il-finanzjament tal-BEI, bħas-self għal programm strutturali, jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-obbligi ta’ kofinanzjament nazzjonali fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni, li mbagħad jiffaċilita u jaċċellera l-implimentazzjoni tal-programmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jissottolinja li hija essenzjali kapaċità teknika, finanzjarja u amministrattiva biex jiġi żgurat li l-korpi maniġerjali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiksbu għarfien tekniku, speċjalment dwar it-tibdil fil-klima li jistgħu jużaw għall-ippjanar u għall-ġestjoni urbana u rurali; jinsab konvint li dan se jwassal għal tfassil u evalwazzjoni aħjar tal-proposti tal-proġetti, għal allokazzjoni aktar effettiva tar-riżorsi u għal implimentazzjoni baġitarja sodisfaċenti mingħajr riskju sinifikanti ta’ diżimpenn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jappella għall-assistenza teknika u l-programmi ta’ konsulenza eżistenti biex jimmiraw speċifikament għal muniċipalitajiet iżgħar u żoni transfruntiera, remoti u rurali, kif ukoll reġjuni ultraperiferiċi u reġjuni gżejjer li jiffaċċjaw sfidi ġodda bħat-tranżizzjoni ekoloġika u t-tibdil fil-klima; jissottolinja l-importanza, f’dan ir-rigward, tal-istrumenti ta’ assistenza teknika li qed jiġu żviluppati b’kollaborazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni, inkluż dwar l-effiċjenza enerġetika; jappella għal appoġġ immirat fil-forma ta’ finanzjament tal-UE ta’ 100 % għall-bini ta’ kapaċità teknika, finanzjarja u amministrattiva, għat-tfassil u t-tħejjija tal-proġetti, għall-identifikazzjoni u l-bini ta’ riżerva ta’ proġetti kif ukoll għall-kapaċitajiet ta’ ppjanar strateġiku, inklużi l-istrumenti ta’ ppjanar; jemmen li l-pjattaforma URBIS, bħala punt uniku ta’ kuntatt għall-muniċipalitajiet, għandha tiġi żviluppata aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jinsisti għal rieżami kritiku tal-inizjattivi ad hoc tal-Kummissjoni u l-iskrinjar bir-reqqa ta’ inizjattivi ġodda rigward il-kwalità u l-kwantità tagħhom; jitlob li dan il-proċess jiġi ġestit b’mod konġunt u bi sħubija, b’rappreżentanza garantita tal-livell lokali, inklużi tal-bliet u ż-żoni rurali, u tar-reġjuni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; iwissi li l-proliferazzjoni ta’ inizjattivi ad hoc tal-Kummissjoni ffinanzjati minn fondi tal-politika ta’ koeżjoni, mingħajr valur miżjud għal-livell lokali u reġjonali, jirriskjaw li jimminaw l-effettività tal-approprjazzjonijiet ġenerali ta’ koeżjoni ppjanati minn qabel; jinsisti li kull inizjattiva ġdida tal-Kummissjoni tkun akkumpanjata minn żieda baġitarja korrispondenti;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>