<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0175</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-adozzjoni tal-Miżura Speċjali favur it-Tuneżija għall-2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0173/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar l- adozzjoni tal-Miżura Speċjali favur it-Tuneżija għall-2023 (2024/2573(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament NDICI-Ewropa Globali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2008 dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 143, 10.6.2008, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Tuneżija, b’mod partikolari dik tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar l-attakki reċenti fit-Tuneżija kontra l-libertà ta’ espressjoni u ta’ assoċjazzjoni, u kontra t-trade unions, b’mod partikolari l-każ tal-ġurnalist Noureddine Boutar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/407, 23.11.2023, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2023/407/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tal-11 ta’ Ġunju 2023 mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen flimkien mal-Prim Ministru Taljan Meloni, il-Prim Ministru Netherlandiż Rutte u l-President Tuneżin Saied,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil tas-16 ta’ Lulju 2023 dwar sħubija strateġika u globali bejn l-UE u t-Tuneżija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2023 dwar il-finanzjament tal-miżura speċjali favur it-Tuneżija għall-2023 (C(2023)9184), u d-dokument ta’ azzjoni li jakkumpanjaha dwar il-programm ta’ appoġġ għal riformi makroekonomiċi fit-Tuneżija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(5) u l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 21(1) tat-TUE li jiddikjara li “[l-]azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun gwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li hija tfittex li tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-Istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali”;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 2 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-UE u t-Tuneżija jiddikjara li r-“relazzjonijiet bejn il-Partijiet, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim innifsu, għandhom ikunu bbażati fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi, li jiggwidaw il-politika interna u internazzjonali tagħhom u jikkostitwixxu element essenzjali ta’ dan il-Ftehim”;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 29 tar-Regolament NDICI-Ewropa Globali jeskludi azzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab; billi l-Artikolu 25(5) tar-Regolament jistenna li l-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> dwar id-drittijiet tal-bniedem proporzjonati mal-objettivi u l-firxa tal-azzjonijiet u l-miżuri previsti; billi l-Artikolu 3(4) tar-Regolament jiddikjara li “[m]ill-anqas 93 % tan-nefqa skont l-Istrument għandha tissodisfa l-kriterji għall-ODA, [Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp], [...] b’hekk tikkontribwixxi għal impenji kollettivi ta’ ODA”;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-premessa 40 tar-Regolament NDICI-Ewropa Globali tiddikjara li, “[p]eress li r-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament effettiv tal-Unjoni kif imsemmi fir-Regolament Finanzjarju, l-assistenza tista’ tiġi sospiża f’każ ta’ degradazzjoni fid-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem jew l-istat tad-dritt f’pajjiżi terzi”;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi taħt il-President Kais Saied, it-Tuneżija esperjenzat treġġigħ lura awtoritarju u rigress allarmanti fid-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; billi matul l-aħħar sena, il-President Kais Saied ordna l-arrest u d-detenzjoni ta’ politiċi tal-oppożizzjoni, imħallfin, ħaddiema tal-media u attivisti tas-soċjetà ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kummissjoni adottat il-miżura speċjali permezz ta’ proċedura bil-miktub urġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi sitt xhur qabel, fid-dikjarazzjoni għall-istampa tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2023, tħabbar appoġġ baġitarju ta’ EUR 150 miljun lit-Tuneżija; billi dan l-appoġġ baġitarju tħabbar qabel ma ġie ffirmat il-Memorandum ta’ Qbil bejn l-UE u t-Tuneżija;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi ma sar l-ebda kuntatt informali bejn il-Kummissjoni u l-Parlament qabel l-adozzjoni tal-miżura speċjali skont proċedura urġenti bil-miktub, kif stipulat fil-paragrafu 12 tal-Ftehim bejn il-Parlament u l-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2008;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Artikolu 27(4) tar-Regolament NDICI-Ewropa Globali jiddikjara li, “[m]eta tipprovdi appoġġ baġitarju f’konformità mal-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b’mod ċar u timmonitorja l-kriterji għal kondizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp ta’ kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet nazzjonali ta’ awditjar u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni”;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 218 tat-TFUE jistabbilixxi l-proċedura li għandha tintuża għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi; billi din il-proċedura tippermetti salvagwardji proċedurali xierqa, kif ukoll skrutinju parlamentari u ġudizzjarju, u b’hekk iżżid l-obbligu ta’ rendikont u l-leġittimità demokratika;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ġiet miċħuda d-dħul fit-Tuneżija fit-13 ta’ Settembru 2023, u b’hekk il-kapaċità tal-Parlament li jeżerċita s-setgħat ta’ skrutinju tiegħu ġiet ristretta;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fis-26 ta’ Settembru 2023, l-awtoritajiet Tuneżini pposponew b’mod unilaterali żjara tal-Kummissjoni, ftit jiem biss qabel ma kellha ssir;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi f’Ottubru 2023, il-President Tuneżin irrifjuta u rritorna EUR 60 miljun f’appoġġ baġitarju mill-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi huwa fl-interess essenzjali tal-UE li tkompli tikkoopera mat-Tuneżija sabiex tiżgura l-istabbiltà makroekonomika, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkontesta l-ħtieġa ta’ proċedura urġenti bil-miktub għall-miżura speċjali favur it-Tuneżija, peress li t-tħabbira inizjali tal-Kummissjoni ta’ EUR 150 miljun f’appoġġ baġitarju saret saħansitra mill-11 ta’ Ġunju 2023, u li b’hekk ħalliet biżżejjed żmien biex tintuża l-proċedura normali; iqis li ż-żmien meta tnediet din il-proċedura urġenti bil-miktub juri nuqqas ta’ rispett għall-iskrutinju parlamentari u l-proċedura ta’ kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjoni dettaljata u bbażata fuq il-fatti fil-kuntest tad-djalogu ġeopolitiku ta’ livell għoli li jmiss dwar għalfejn ma kien hemm l-ebda kuntatt informali bejn il-Kummissjoni u l-Parlament qabel l-adozzjoni tal-miżura speċjali skont proċedura urġenti bil-miktub, kif stipulat fil-paragrafu 12 tal-Ftehim bejn il-Parlament u l-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2008; jistenna għalhekk li t-Tuneżija tintgħażel bħala pajjiż ta’ prijorità matul id-djalogu ġeopolitiku ta’ livell għoli li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-impenn politiku li sar fil-Memorandum ta’ Qbil sabiex jitħallas “bis-sħiħ” l-appoġġ baġitarju għall-2023 ma jikkostitwixxix bażi legali għall-adozzjoni ta’ din il-miżura la bħala miżura speċjali skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament NDICI-Ewropa Globali u lanqas taħt proċedura bil-miktub urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma għamlitx disponibbli b’mod proattiv lill-Parlament il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti mat-Tuneżija, li jistabbilixxi kundizzjonijiet u rekwiżiti partikolari, f’konformità mal-Artikolu 112(4) u l-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob spjegazzjoni dettaljata ta’ kif termini bħal “progress sodisfaċenti”, li jintuża fit-taqsima 4.3.2 tad-dokument ta’ azzjoni dwar il-miżura speċjali tal-Kummissjoni u li jagħti dettalji dwar il-kriterji għall-iżborż tal-appoġġ baġitarju, jikkostitwixxu “kriterji għal kondizzjonalità tal-appoġġ baġitarju [definiti b’mod ċar]”, kif stipulat fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament NDICI-Ewropa Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi dubju dwar kemm ir-rispett għall-prinċipji fundamentali fl-azzjoni esterna relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif deskritt fl-Artikolu 21 tat-TUE, f’diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament NDICI-Ewropa Globali u fl-Artikolu 2 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-UE u t-Tuneżija, huma verament issodisfati għal din il-miżura speċjali, minħabba d-deterjorament sinifikanti fid-drittijiet fundamentali li diġà seħħ fit-Tuneżija sa minn Lulju 2021 u minħabba l-fatt li deterjorament sinifikanti fil-valuri fundamentali jista’ jwassal lill-UE biex tissospendi, tnaqqas jew tħassar l-appoġġ baġitarju lill-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi, bħala kwistjoni ta’ urġenza u qabel tmiem il-leġiżlatura, aktar dettalji bil-miktub dwar kif u meta se tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet deskritti fit-taqsima 4.3.2 dwar l-iżborż tal-appoġġ baġitarju ntlaħqux jew humiex se jintlaħqu, u liema kriterji oġġettivi se jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk ikunx sar “progress sodisfaċenti” fl-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali elenkati fit-taqsima 4.3.2;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni tiċċara bil-miktub kif qed tivvaluta li t-Tuneżija bħalissa tissodisfa r-rekwiżit deskritt fit-taqsima 4.3.2(b) tad-dokument ta’ azzjoni dwar il-miżura speċjali relatata mal-valuri fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara għaliex għażlet li tiżborża EUR 150 miljun f’ammont wieħed, flok ma ppermettiet żborż gradwali bbażat fuq objettivi intermedji jew passi konkreti miksuba, kif previst fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament Finanzjarju, u b’hekk eskludiet totalment l-opzjoni li jkun hemm sospensjoni ta’ żborżi ulterjuri jekk tiġi osservata erożjoni ċara tal-valuri fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tispjega kif il-miżura speċjali se tikkontribwixxi għat-titjib tal-klima tan-negozju u tal-investiment fid-dawl tad-deterjorament tal-istat tad-dritt fit-Tuneżija sa minn Lulju 2021, li huwa ostaklu għall-iżvilupp ekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-raġunijiet għaliex l-awtoritajiet Tuneżini rrifjutaw EUR 60 miljun f’appoġġ baġitarju żborżat fl-ambitu tal-faċilità COVID f’Ottubru 2023, u għal liema raġunijiet il-Kummissjoni temmen li l-awtoritajiet Tuneżini huma lesti jaċċettaw l-appoġġ baġitarju previst f’din il-miżura speċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara liema garanziji rċeviet mill-awtoritajiet Tuneżini minn Settembru 2023 li l-Parlament se jitħalla jżur proġetti ffinanzjati mill-UE fit-Tuneżija u b’hekk jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ sorveljanza u skrutinju f’konformità mal-Artikolu 14 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni tiċċara s-sitwazzjoni, billi tipprovdi tweġiba pertinenti u komprensiva għall-mistoqsija tal-Parlament għal tweġiba orali u din ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kunsill.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>