<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0223</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ġestjoni ta' vetturi tqal tal-merkanzija fil-punti ta' qsim tal-fruntiera</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0201/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar il-ġestjoni ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera abbażi tal-Petizzjoni 0146/2023 (2024/2540(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 26, 28-37 u l-Artikolu 67(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet dwar il-Petizzjoni 0146/2023 waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tad-29 ta’ Novembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku dwar “Il-Fruntieri ta’ Schengen – kwistjonijiet imqajma mill-petizzjonanti” li sar b’mod konġunt fit-18 ta’ Lulju 2023 mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, f’assoċjazzjoni mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-16 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Nagħmlu ż-Żona Schengen aktar b’saħħitha bis-sehem sħiħ tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja fl-ispazju mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni”, (COM(2022)0636),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2022 dwar l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija maż-żona Schengen<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 149, 28.4.2023, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE> u tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar l-adeżjoni maż-żona Schengen<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0278.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni unanima tal-Kunsill tat-30 ta’ Diċembru 2023 li jilqa’ lir-Rumanija u lill-Bulgarija fiż-żona Schengen, u dan jibda billi jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri tal-ajru u tal-baħar minn Marzu 2024;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2021 dwar is-sikurezza tal-parkeġġi tat-trakkijiet fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 224, 8.6.2022, p. 95.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar il-qafas il-ġdid tal-UE għall-mobilità urbana<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1058, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1058/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2023 dwar proġetti kbar ta’ infrastruttura tat-trasport fl-UE – implimentazzjoni tal-proġetti u monitoraġġ u kontroll tal-fondi tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/481, 23.01.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/481/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal regolament dwar linji gwida għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) 1315/2013 (COM(2021)0812),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi mijiet ta’ vetturi tal-merkanzija jeħlu kuljum fil-fruntieri interni tal-UE, inklużi l-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-UE ta’ Schengen u dawk mhux ta’ Schengen, fejn jiffaċċjaw ħinijiet estremament twal ta’ stennija u dewmien minħabba l-ipproċessar u l-kontrolli; billi l-qafas legali Ewropew attwali ma jindirizzax jew ma jirregolax b’mod speċifiku l-limitu ta’ żmien massimu meħud għall-ipproċessar tal-merkanzija fil-fruntieri;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-raġunijiet għal dawn il-kjuwijiet u d-dewmien fil-fruntieri tal-Istati Membri jistgħu jiġu attribwiti għal diversi fatturi amministrattivi, operazzjonali, ta’ sikurezza, tekniċi jew ta’ interoperabbiltà, bħal kapaċità operazzjonali u teknika insuffiċjenti, nuqqas ta’ persunal, uffiċċji ta’ kontroll jew ponderazzjonijiet għall-vetturi tal-merkanzija kif ukoll il-konċentrazzjoni ta’ ħafna korpi istituzzjonali fil-fruntieri u kontrolli fuq il-merkanzija li jieħdu ħafna ħin; billi l-Artikolu 22 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/399 tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> jistabbilixxi l-prinċipju tan-nuqqas ta’ verifiki u kontrolli fil-fruntieri interni bejn il-pajjiżi ta’ Schengen, f’konformità mal-prinċipju tal-libertà ta’ moviment stabbilit fl-Artikolu 26(2) tat-TFUE, billi l-Artikolu 24 jiddikjara speċifikament li l-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli kollha għall-fluss fluwidu tat-traffiku li jgħaddi minn punti ta’ qsim bit-toroq fil-fruntieri interni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-akkumulazzjoni ta’ vetturi tqal tal-merkanzija rreġistrati fl-UE fil-fruntieri jista’ jkollha impatt detrimentali fuq is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, is-sikurezza fit-toroq u l-operat tan-negozji tat-trasport tal-merkanzija kif ukoll ikollha impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq uniku tal-UE, kif ukoll iżżid l-ispejjeż tat-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Bulgarija u r-Rumanija għadhom qed jistennew deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-data għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-art, billi t-tneħħija tal-verifiki u l-kontrolli fil-fruntieri interni tal-art ikollha impatt pożittiv fuq il-parteċipazzjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija fis-suq uniku tal-UE, filwaqt li tneħħi l-ostakli għall-mobbiltà, li qed jikkawżaw dewmien fl-attivitajiet kummerċjali bħala riżultat ta’ interruzzjoni fl-iskedi tal-konsenja tal-merkanzija;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi d-dewmien tal-vetturi tal-merkanzija miżmuma fil-fruntieri jikkawżaw telf ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ euro għan-negozji Ewropej, b’mod partikolari fis-setturi tal-loġistika, tat-turiżmu u tal-ospitalità; billi r-riskji maħluqa minn dawn ir-restrizzjonijiet ta’ qsim tal-fruntieri saru partikolarment evidenti matul il-pandemija tal-COVID-19; billi ż-żamma tal-istatus quo ddgħajjef b’mod konsiderevoli r-reżiljenza tal-UE fid-dawl ta’ emerġenzi potenzjali oħra tas-saħħa pubblika;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi t-tul tal-kjuwijiet tal-vetturi tal-merkanzija fil-fruntieri esterni tal-UE mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huwa partikolarment inkwetanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi dawn l-avvenimenti jipperikolaw serjament is-saħħa u s-sikurezza tas-sewwieqa professjonali, jikkompromettu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u jdgħajfu l-kwalità tal-impjiegi fil-professjoni, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għan-nuqqas globali ta’ sewwieqa tat-trakkijiet; billi s-sewwieqa tat-trakkijiet fl-Istati Membri kollha tal-UE spiss ibatu minn diversi forom ta’ uġigħ kroniku, bħal uġigħ lumbari u uġigħ fl-irkopop u l-ispalel; billi fl-istess ħin, ir-rekwiżit arbitrarju frekwenti li l-merkanzija tinħatt u titgħabba mill-ġdid jinvolvi riskji għas-saħħa addizzjonali u sinifikanti, li spiss iwasslu għal korrimenti peress li s-sewwieqa tat-trakkijiet spiss jista’ ma jkollhomx is-saħħa fiżika jew tagħmir xieraq biex jerfgħu l-piżijiet tqal involuti; billi l-impjegaturi jimponu b’mod aleatorju dan id-dmir u din ir-responsabbiltà fuq is-sewwieqa tat-trakkijiet, mingħajr remunerazzjoni addizzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kjuwijiet tal-vetturi tal-merkanzija li qed jistennew fil-fruntieri jaffettwaw direttament is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, u jħallu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-arja u jikkawżaw tniġġis tal-ilma u tal-istorbju, kif ukoll jaffettwaw b’mod negattiv is-siti ta’ Natura 2000; billi, pereżempju, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2023 issottolinjat li 46 000 tunnellata ta’ CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> jiġu emessi kull sena minħabba l-persistenza tal-kontrolli fil-fruntieri interni għar-Rumanija u l-Bulgarija;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-konġestjoni tal-vetturi tal-merkanzija tagħmel ħsara wkoll lill-kwalità tal-infrastruttura eżistenti, filwaqt li tfixkel is-sikurezza fit-toroq u żżid ir-riskju ta’ inċidenti fit-toroq;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi ż-żieda fil-finanzjament pubbliku u privat ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet hija meħtieġa biex tippermetti lis-sewwieqa jieħdu l-pawżi tagħhom b’sikurezza sħiħa; billi t-tisħiħ tal-għodod tas-sigurtà, pereżempju bl-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet mobbli ddedikati, inaqqas ir-riskju li s-sewwieqa tat-trakkijiet jisfaw vittmi tal-kriminalità;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiffukaw fuq miżuri speċifiċi biex jiżguraw qsim tal-fruntieri bla xkiel u effiċjenti għat-trasport tal-merkanzija meta jiżviluppaw politiki ewlenin tal-UE bħan-network trans-Ewropew tat-trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, wara valutazzjoni tal-impatt dwar is-suġġetti deskritti f’din il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, tipproponi miżuri leġiżlattivi immedjati u vinkolanti biex jinħoloq standard għall-UE kollha ta’ medja ta’ minuta waħda għall-ipproċessar ta’ vetturi ta’ merkanzija tqila fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri intra-UE sabiex tiġi ggarantita l-fluwidità fil-fruntieri interni ta’ Schengen u mhux ta’ Schengen, u b’hekk l-oġġetti u s-servizzi jkunu jistgħu jiċċaqalqu malajr u b’mod effiċjenti; jisħaq li tali miżura ttejjeb b’mod sinifikanti l-kompetittività tas-settur tat-trasport bit-triq u tiżgura l-funzjonament bla xkiel tiegħu fis-suq uniku; jisħaq li l-persistenza tal-kontrolli fil-fruntieri tal-art tagħmel ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza li l-Kummissjoni ilha ttenni mill-2011 li kemm ir-Rumanija kif ukoll il-Bulgarija ssodisfaw il-kriterji formali kollha għall-adeżjoni tagħhom maż-żona Schengen; jisħaq li d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Diċembru 2023 li jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri tal-ajru u marittimi għar-Rumanija u l-Bulgarija tindirizza biss parzjalment il-kwistjoni tad-distorsjoni attwali tas-suq uniku; jisħaq li din id-deċiżjoni ma jirnexxilhiex tindirizza l-akbar u l-aktar kwistjoni urġenti, jiġifieri l-qsim tal-fruntieri tal-art, fejn għad hemm fis-seħħ kontrolli fil-fruntiera tal-art ta’ Schengen, u din ixxekkel il-qsim mingħajr xkiel tal-vetturi tal-merkanzija, ix-xarabanks, il-karozzi privati u l-ferroviji; itenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan b’appoġġ għall-applikazzjoni sħiħa tal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> ta’ Schengen għall-Bulgarija u r-Rumanija; iħeġġeġ lill-Presidenza Belġjana u lill-Membri kollha tal-Kunsill jadottaw malajr kemm jista’ jkun, u sa mhux aktar tard minn nofs l-2024, deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa tal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> ta’ Schengen fir-Rumanija u fil-Bulgarija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob, għalhekk, li l-Kummissjoni tiggarantixxi l-konformità u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-miżuri meħuda, inkluż permezz tal-impożizzjoni ta’ penali; jissottolinja l-ħtieġa ta’ finanzjament u appoġġ tekniku adegwati u suffiċjenti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex il-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti lis-sewwieqa tat-trakkijiet jużaw punti ta’ qsim iżgħar tal-fruntieri meta l-arterji ewlenin ikunu magħluqa għall-manutenzjoni tat-toroq, sabiex jiġu evitati sewwieqa li jiddependu fuq azzjonijiet arbitrarji minn pajjiżi individwali, peress li din hija kwistjoni ta’ interess ġenerali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, tressaq miżuri konkreti biex tindirizza n-nuqqas ta’ sewwieqa professjonali fl-UE billi tistimula l-interess fost iż-żgħażagħ billi tiffinanzja taħriġ (mill-ġdid) u kwalifiki speċifiċi u trawwem sħubijiet bejn l-iskejjel vokazzjonali u l-kumpaniji tat-trasport, inkluż b’appoġġ baġitarju speċifiku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jżidu l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-kooperazzjoni transfruntiera dwar is-serq minn vetturi tal-merkanzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>