<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0224</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Gunnar Beck</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0170/2024 - Rapporteur: Ibán García Del Blanco)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Gunnar Beck (2023/2192(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba tal-Kap Prosekutur Pubbliku f’Düsseldorf għat-tneħħija tal-immunità ta’ Gunnar Beck, trażmessa permezz ta’ ittra fil-25 ta’ Lulju 2023 mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Ġustizzja u l-Ħarsien tal-Konsumatur, b’rabta ma’ investigazzjoni preliminari dwar reati kriminali suspettati, u mħabbra fis-seduta plenarja tal-11 ta’ Settembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Gunnar Beck, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C‑201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T‑42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C‑502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 46(2), (3) u (4) tal-Liġi Bażika tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Artikolu 192b tar-<STRING ITALIC="on">Richtlinien für das Strafverfahren und das Bußgeldverfahren</STRING> (Linji Gwida għal proċedimenti kriminali u dawk dwar il-multi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0170/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Kap Prosekutur Pubbliku f’Düsseldorf talab it-tneħħija tal-immunità ta’ Gunnar Beck, MEP elett fil-Ġermanja, bil-ħsieb li jinbdew proċedimenti preliminari għal serq ta’ proprjetà ta’ valur baxx flimkien ma’ feriti intenzjonati fuq persuna u reżistenza għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, skont it-taqsimiet 242 (1), 248a, 223 (1), 230 (1), is-sentenza 1, 113 (1) u 53 tal-Kodiċi Kriminali tal-Ġermanja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, fid-29 ta’ Ottubru 2022 f’ċentru kummerċjali f’Neuss (il-Ġermanja), Gunnar Beck allegatament ħa xi kampjun ta’ testers li kienu għall-wiri sabiex il-klijenti jippruvawhom, allegatament bil-ħsieb li jeħodhom miegħu mingħajr ma jħallas għalihom; billi ġie rrappurtat reat ta’ serq mill-ħanut; billi Gunnar Beck allegatament ipprova jitlaq mill-bini u membri mill-persunal tal-ħanut inkarigati biex jidentifikaw serq potenzjali żammewh; billi, wara, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi intervjenew fix-xena u, allegatament, Gunnar Beck ma kkonformax mat-talbiet tagħhom biex hu ma jirreżistix;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkonċernawx opinjoni espressa jew vot mitfugħ minnu fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 46(2), (3) u (4) tal-Liġi Bażika tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jipprevedi dan li ġej:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<LIST LEVEL="1" TYPE="ARAB"><INT.LI LEVEL="0">“2) Membru ma jistax jinżamm responsabbli jew inkella arrestat għal reat kastigabbli mingħajr il-permess tal-Bundestag, sakemm ma jinqabadx fil-fatt iwettaq ir-reat jew inkella l-għada.</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>3)</SYMBOL>Il-permess tal-Bundestag għandu jkun meħtieġ ukoll għal kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tal-Membru jew biex jinbdew proċedimenti kontra Membru skont l-Artikolu 18.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>4)</SYMBOL>Kwalunkwe proċediment kriminali jew proċediment skont l-Artikolu 18 kontra Membru u kwalunkwe detenzjoni jew restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tiegħu għandhom jiġu sospiżi fuq talba tal-Bundestag.”;</ITEM></LIST>
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 192b tar-Richtlinien für das Strafverfahren und das Bußgeldverfahren (Linji Gwida għal proċedimenti kriminali u dawk dwar il-multi) jirregola t-tneħħija tal-immunità ta’ Membri tal-Parlament Ewropew, u billi, b’mod partikolari, il-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi dan li ġej:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
“1) Einem Mitglied des Europäischen Parlaments aus der Bundesrepublik Deutschland steht die einem Abgeordneten des Deutschen Bundestages zuerkannte Immunität zu. (...)” [Membru tal-Parlament Ewropew mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandu jkun intitolat għall-immunità mogħtija lil membru tal-Bundestag Ġermaniż];
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti legali relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-intenzjoni sottostanti tal-proċediment legali tista’ tkun ta’ ħsara għall-attività politika tal-Membru u għalhekk tal-Parlament Ewropew;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Gunnar Beck;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Gunnar Beck.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>