<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0225</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Andris Ameriks</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">( A9-0169/2024 - Rapporteur: Gilles Lebreton)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Andris Ameriks (2023/2090(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Andris Ameriks tal-24 ta’ Mejju 2023, mill-Prosekutur tat-Taqsima ta’ Koordinazzjoni tal-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni tad-Dipartiment tad-Dritt Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ta’ Riga, u trażmessa fl-istess data mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Latvja, b’rabta mal-proċediment kriminali li għandu jinbeda fir-Repubblika tal-Latvja u mħabbra fil-plenarja fl-14 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Nils Ušakovs, f’isem Andris Ameriks, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 29 u 30 tal-Kostituzzjoni Latvjana,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra vs De Gregorio u Clemente</STRING>, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C 163/10, ECLI:EU:C:2011:543;  is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0169/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Prosekutur tat-Taqsima ta’ Koordinazzjoni tal-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni tad-Dipartiment tal-Liġi Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Riga talab it-tneħħija tal-immunità ta’ Andris Ameriks, Membru tal-Parlament Ewropew, elett fil-Latvja, sabiex jinbeda proċediment kriminali kontrih għal reat kriminali li kien jinvolvi tixħima qabel ma twettaq att illegali fl-interess ta’ parti terza permezz tal-użu tal-funzjoni uffiċjali tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 320(4) tal-Kodiċi Kriminali Latvjan;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, matul il-perjodu mit-22 ta’ Lulju 2017 sas-17 ta’ Settembru 2017, Andris Ameriks, fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tal-belt ta’ Riga, u għaldaqstant vestit b’awtorità pubblika bi pożizzjoni ta’ responsabbiltà, allegatament talab, fost oħrajn, tixħima lis-sid intermedjarju ta’ kumpanija tat-trasport tal-minibuses għal ammont ekwivalenti għal 50 % tas-somom li dik il-kumpanija kienet irċeviet mill-belt ta’ Riga talli ttrasportat passiġġieri li kienu intitolati għal tnaqqis fin-nollijiet tat-trasport;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Andris Ameriks ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegat reat ma jinvolvi l-ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Andris Ameriks fil-qadi ta’ dmirijietu, f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikoli 29 u 30 tal-Kostituzzjoni Latvjana jgħidu:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
“Artikolu 29
</CONS><CONS>
Il-Membri tas-Saeima (il-Parlament Latvjan) la jistgħu jiġu arrestati, la sottoposti għal perkwiżizzjoni tad-domiċilju tagħhom u lanqas ma jkunu limitati, bl-ebda mod, fil-libertà tagħhom, mingħajr il-kunsens tas-Saeima. (...)
</CONS><CONS>
Artikolu 30
</CONS><CONS>
L-ebda prosekuzzjoni kriminali ma tista’ tinbeda fil-konfront ta’ membru tas-Saeima u l-ebda multa amministrattiva ma tista’ tiġi imposta fuqu mingħajr il-kunsens tas-Saeima.”;
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-investigazzjoni ma setgħetx tistabbilixxi b’ċertezza l-post u l-ħin preċiżi li fihom seħħ l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-allegat reat li bih ġie akkużat Andris Ameriks twettaq fl-2017 u l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Latvja bagħat it-talba għat-tneħħija tal-immunità biss fit-23 ta’ Mejju 2023; billi m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni konvinċenti għal tali dewmien fit-teħid ta’ azzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi jirriżulta mill-ġurisdprudenza tal-QĠUE li l-Parlament jiddisponi minn “setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-orjentazzjoni li għandu intenzjoni jagħti lid-deċiżjoni fir-rigward ta’ talba għat-tneħħija tal-immunità [...] minħabba n-natura politika li għandha tali deċiżjoni”<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23, il-punt 59 u l-ġurisprudenza msemmija.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-koinċidenza ta’ din l-evidenza konkreta toħloq dubji serji dwar l-intenzjoni possibbli li tiġi mminata l-attività politika ta’ Andris Ameriks, u b’mod partikolari l-attività tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew; billi, abbażi tal-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti f’dan il-każ, inklużi t-tweġibiet mogħtija mill-Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Latvja matul l-iskambju ta’ fehmiet miegħu, hemm inċertezza dwar l-evidenza li fuqha hija bbażata t-talba għat-tneħħija tal-immunità u dubji serji dwar il-proċedura, inkluż ir-raġunament sottostanti għat-talba għat-tneħħija tal-immunità;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi għalhekk jidher li dan huwa każ fejn wieħed jista’ jassumi l’eżistenza ta’ każ ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri “evidenza konkreta”<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2020, <STRING ITALIC="on">Troszczynski vs Il-Parlament</STRING>, C-12/19, ECLI:EU:C:2020:725, il-punt 26.</FIELD></FOOTNOTE> li tindika li l-prosekuzzjoni inkwistjoni nbdiet bl-intenzjoni li timmina l-attività politika ta’ Andris Ameriks u, fost oħrajn, l-attività tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Andris Ameriks;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Latvja u lil Andris Ameriks.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>