<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0230</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0075/2024 - Rapporteur: Luke Ming Flanagan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2023/2132(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 45, 24.2.2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0391 – C9‑0251/2023)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/2, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0075/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2023/2132(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0075/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-QĠUE) hija l-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni, li għandha l-kompitu li tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni billi tissorvelja l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tat-Trattati u tiżgura l-legalità tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-QĠUE tgħin biex jiġu ppreżervati l-valuri tal-Unjoni u, permezz tal-ġurisprudenza tagħha, taħdem lejn il-kostruzzjoni tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-QĠUE tinkludi żewġ qrati: il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-QĠUE jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kienet tammonta għal EUR 11,6-il biljun fl-2022 (ammont li jirrappreżenta 5,9 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li, fl-2022, il-baġit tal-QĠUE ta’ madwar EUR 0,5 biljun kien jirrappreżenta 3,9 % tan-nefqa amministrattiva totali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, eżaminat kampjun ta’ 60 tranżazzjoni fl-ambitu tal-Amministrazzjoni, l-istess għadd li ġie eżaminat fl-2021; jinnota wkoll li l-Qorti tal-Awdituri tispjega li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2022 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u tan-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-ħidma tagħha tul ħafna snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-awditu tagħha għall-2022, il-Qorti tal-Awdituri eżaminat is-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-QĠUE, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ standards ta’ kontroll intern, il-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonament ta’ kontrolli ewlenin definiti fir-Regolament Finanzjarju, inklużi kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> fuq il-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li 14 (23 %) mis-60 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti tal-Awdituri, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, tiddikjara li ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-QĠUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-baġit ġenerali allokat għall-QĠUE għall-2022 kien jammonta għal EUR 467 900 000, żieda minn EUR 444 049 000 fl-2021 u fl-2020, ekwivalenti għal żieda ta’ 5,4 % mill-2021 sal-2022, u li 79 % tal-baġit fl-2022 intuża għall-membri u l-persunal tagħha, 14 % għall-bini, 6 % għall-IT u 1 % għal nefqa oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li, matul l-2022, il-QĠUE għamlet 19-il trasferiment baġitarju skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, u dawn jirrappreżentaw total ta’ EUR 12,7-il miljun jew 2,7 % tal-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja; jinnota wkoll li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-2022 kienet ta’ 98,43 %, li hija konformi mas-snin preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-uffiċjal awtorizzanti b’delega ddikjara li r-riżorsi allokati ntużaw għall-iskop maħsub u f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti pprovdew il-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE qed taħdem fuq firxa wiesgħa ta’ sistemi tal-IT, kemm internament kif ukoll permezz ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz, f’oqsma differenti li se jagħmluha aktar effiċjenti fir-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ħolqot b’diversi modi pressjonijiet baġitarji għall-QĠUE, inkluż permezz ta’ żieda fl-inflazzjoni u aġġustamenti tas-salarji, li qed iżidu ħafna l-ispejjeż tal-enerġija u l-ispejjeż għal għadd ta’ oġġetti u servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-missjoni ġenerali tal-QĠUE naqas minn EUR 405 000 fl-2021 għal EUR 390 000 fl-2022, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ 3,7 %, u dan kien primarjament dovut għal bidliet fil-metodi ta’ ħidma b’għadd akbar ta’ laqgħat mill-bogħod; jinnota, barra minn hekk, li l-QĠUE ma għandhiex linja baġitarja speċifika għall-missjonijiet u għall-ivvjaġġar tal-President tagħha; jinnota, fl-aħħar nett, li l-linja baġitarja għall-missjonijiet tal-membri kollha tal-QĠUE naqset minn EUR 280 000 fl-2021 għal EUR 270 000 fl-2022, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ 3,6 %, u dan kien ukoll primarjament dovut għall-użu akbar tal-għodod tal-vidjokonferenzi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li, matul l-2022, il-miżuri eċċezzjonali relatati mal-pandemija tal-COVID-19 tneħħew gradwalment u l-QĠUE bdiet taħdem b’mod normali; jilqa’, f’dak ir-rigward, il-fatt li l-għadd ta’ viżitaturi żdied għal 11 653 persuna li, madankollu, għadu mhux fil-livell ta’ qabel il-pandemija meta kien hemm 17 136 viżitatur (fl-2019), iżda li dan jista’ jkun ukoll parzjalment dovut għal possibbiltajiet ġodda li wieħed iżur il-QĠUE b’mod virtwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2022 ġie ċċelebrat is-70 sena anniversarju tal-QĠUE, u dan jikkostitwixxi anniversarju importanti ħafna għall-Unjoni kollha; ifaħħar li l-QĠUE użat l-opportunità biex tniedi inizjattivi taħt it-tema “Ġustizzja qrib iċ-ċittadin”, inkluża l-inizjattiva l-ġdida li jiġi offrut servizz ta’ streaming għas-seduti ta’ smigħ fis-sit web Curia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, għall-Qorti tal-Ġustizzja, 68 % tal-kawżi l-ġodda kienu rinviji għal deċiżjonijiet preliminari, 24 % kienu appelli kontra deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali, u 4 % kienu azzjonijiet kontra l-Istati Membri minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi; jinnota wkoll li, fl-2022, għall-Qorti Ġenerali, 46 % tal-kawżi l-ġodda kienu jikkonċernaw azzjonijiet għall-annullament ta’ atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, 30 % kienu jikkonċernaw azzjonijiet relatati mal-proprjetà intellettwali, u 7 % kienu jikkonċernaw tilwim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-persunal tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-għadd ta’ kawżi mressqa quddiem iż-żewġ qrati fl-2022 huwa komparabbli ma’ dak tas-sena preċedenti (1 710 kawżi fl-2022, meta mqabbla ma’ 1 720 fl-2021) u jissottolinja li, flimkien, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali rnexxielhom jagħlqu 1 666 kawża fl-2022, meta mqabbla ma’ 1 723 fl-2021, u dan jikkorrispondi għall-medja f’dawn l-aħħar snin (1 692 kawża fis-sena bejn l-2018 u l-2021); jinnota, madankollu, li l-għadd totali ta’ kawżi pendenti qed jiżdied, b’2 585 kawża pendenti fl-2022 meta mqabbla ma’ 2 541 fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li t-tul medju tal-proċedimenti għall-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja baqa’ simili għas-sena preċedenti, u jammonta għal 16,4-il xahar fl-2022 meta mqabbel ma’ 16,6-il xahar fl-2021; jilqa’ l-fatt li t-tul medju tal-proċedimenti għall-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali naqas meta mqabbel mas-sena preċedenti, u jammonta għal 16,2-il xahar fl-2022 meta mqabbel ma’ 17,3-il xahar fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE pprovdiet sommarju tal-għadd u t-tip ta’ awditi interni mwettqa fil-QĠUE u sinteżi tar-rakkomandazzjonijiet u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 118(8) tar-Regolament Finanzjarju; jinnota li l-awditur intern għandu programm ta’ ħidma annwali b’komponent pluriennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-aktar awditi interni importanti fl-2022 kienu jikkonċernaw il-ġestjoni tal-kontijiet bankarji, l-eżekuzzjoni tat-teżor u tal-pagamenti, il-kuntratti tal-assigurazzjoni u l-kopertura tar-riskju, it-tixrid tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-fluss tal-ġestjoni tat-traduzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li, fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li kien jifforma parti mill-proċedura ta’ kwittanza attwali, il-QĠUE ssemmi li l-awditi interni taw lok għal ħafna rakkomandazzjonijiet li ntlaqgħu mis-servizzi rilevanti; jitlob li l-Parlament jiġi infurmat jekk ir-rakkomandazzjonijiet mill-awditur intern ma jiġux segwiti mis-servizzi rilevanti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja hija magħmula minn 27 Imħallef u 11-il Avukat Ġenerali u li l-ebda Mħallef ġdid ma ħa l-kariga fl-2022; jinnota wkoll li l-Qorti Ġenerali hija magħmula minn 54 Imħallef u li tmien Imħallfin ġodda ħadu l-kariga matul l-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali għad għandhom kompożizzjoni żbilanċjata ħafna bejn il-ġeneri u li minn dawk it-tmien Imħallfin il-ġodda li ħadu l-kariga fil-Qorti Ġenerali fl-2022, ħamsa kienu rġiel u tlieta kienu nisa; itenni l-apprezzament tiegħu tal-ittra mill-President tal-Qorti Ġenerali lill-President tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri fl-2021, filwaqt li jitlob lill-Istati Membri jqisu l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw kandidati għas-sostituzzjoni tal-Imħallfin; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ittra baqgħet mingħajr tweġiba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Japprezza l-fatt li l-QĠUE, bħala parti mit-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, ipprovdiet informazzjoni dettaljata ħafna dwar id-distribuzzjoni tal-persunal fi tmiem l-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, il-QĠUE impjegat 2 253 membru tal-persunal, żieda żgħira minn 2 247 membru tal-persunal fi tmiem l-2021 u minn 2 239 fi tmiem l-2020; jinnota li d-distribuzzjoni ġenerali tal-ġeneri fl-aħħar tal-2022 kienet ta’ 893 raġel, ekwivalenti għal 40 %, u 1 360 mara, ekwivalenti għal 60 %; jinnota, barra minn hekk, li d-distribuzzjoni ġenerali fost il-kategoriji tal-persunal kienet ta’ 1 300 uffiċjal (58 %), 774 aġent temporanju (34 %) u 179 aġent kuntrattwali (8 %), u din tirrappreżenta tnaqqis żgħir fil-perċentwal tal-membri tal-persunal li huma uffiċjali meta mqabbel mal-2021, żieda żgħira fil-perċentwal tal-aġenti temporanji u l-ebda bidla fir-rigward tal-aġenti kuntrattwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li għall-maniġment superjuri, id-distribuzzjoni tal-ġeneri kienet ta’ disa’ rġiel u sitt nisa, ekwivalenti għal 60 % rġiel u 40 % nisa; jinnota li għall-maniġment intermedju, id-distribuzzjoni tal-ġeneri kienet ta’ 36 raġel u 24 mara, ekwivalenti wkoll għal 60 % rġiel u 40 % nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li n-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni huma rrappreżentati fost il-persunal tal-QĠUE; jinnota b’dispjaċir, madankollu, li ċ-ċittadini minn xi Stati Membri huma rrappreżentati żżejjed; jinnota, f’dan ir-rigward, li ċ-ċittadini Franċiżi jikkostitwixxu 505 mill-2 253 membru tal-persunal, ekwivalenti għal 22 %, u li r-rappreżentanza żejda hija saħansitra ogħla fost l-assistenti (ASTs), peress li jikkostitwixxu 223 minn 719-il membru tal-persunal, ekwivalenti għal 31 %; jinnota li ċ-ċittadini Belġjani u Taljani huma rrappreżentati żżejjed fil-livell ta’ amministratur (AD) b’108 u 97 membru tal-persunal minn 1 274 rispettivament; jinnota wkoll li Ċipru huwa l-aktar pajjiż sottorappreżentat b’żewġ ċittadini biss f’pożizzjonijiet AD bħala uffiċjali u aġenti temporanji AD u ma għandu l-ebda ċittadin f’pożizzjonijiet AST u AST-SC; jinnota, li l-QĠUE għandha tirsisti għal rappreżentanza aktar bilanċjata taċ-ċittadini tal-Unjoni fil-pożizzjonijiet kollha u timmira li tiggarantixxi distribuzzjoni ġeografika adegwata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iħeġġeġ lill-QĠUE tappoġġja ambjent tax-xogħol multilingwi; jirrimarka li għalkemm, skont il-Kapitolu 8, l-Artikolu 36, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-lingwa tal-kawża tista’ tkun kwalunkwe lingwa tal-Unjoni (il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż. l-Irlandiż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Ungeriż jew l-Iżvediż), ix-xogħol amministrattiv ta’ kuljum isir 90 % bil-Franċiż; iħeġġeġ l-użu aktar frekwenti ta’ kuljum taż-żewġ lingwi ta’ ħidma l-oħra tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Ġermaniż u l-Ingliż, fil-ħidma amministrattiva ta’ kuljum tal-QĠUE biex tħeġġeġ il-multilingwiżmu u sabiex l-impjieg isir aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha, inklużi dawk fejn il-Franċiż mhuwiex offrut fl-iskejjel; jinnota li dan jgħin ukoll biex jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aktar ugwali tan-nazzjonalitajiet fost il-persunal tal-QĠUE; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha jiggarantixxu l-multilingwiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma li saret fil-Grupp Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli dwar it-tisħiħ tal-attraenza tal-Lussemburgu għall-persunal; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli taħdem mal-istituzzjonijiet l-oħra bbażati fil-Lussemburgu fuq azzjonijiet differenti, inkluża l-idea li tiġi introdotta allowance speċjali għall-akkomodazzjoni biex tiġi kumpensata l-kera għolja b’mod partikolari għall-persunal fi gradi aktar baxxi u biex jiġi żgurat li l-persunal tal-QĠUE jibbenefika minn arranġamenti xierqa għall-kundizzjonijiet tal-għajxien tiegħu; jitlob li l-Parlament jiġi aġġornat dwar il-progress ta’ dawn l-inizjattivi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-QĠUE, fl-1 ta’ Mejju 2022, introduċiet skema ġdida ta’ telexogħol li tipprovdi l-possibbiltà ta’ xogħol mid-dar jumejn fil-ġimgħa; jinnota, barra minn hekk, li l-iskema tippermetti lill-persunal jaħdem sa 10 ijiem fis-sena minn barra l-post tax-xogħol, u li stħarriġ fost il-maniġers wera sodisfazzjon globali b’din il-possibbiltà li wriet li hija kompatibbli mal-funzjonament xieraq tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-għadd ta’ ġranet ta’ liv minħabba mard fl-2022 fil-QĠUE kien ta’ 23 702, ekwivalenti għal żieda ta’ 38 % mill-2021 meta l-għadd ta’ ġranet ta’ liv minħabba mard kien ta’ 17 138; jinnota fl-istess ħin li, fl-2019, kien hemm 25 629 ġurnata ta’ liv minħabba mard u li l-għadd relattivament baxx fl-2021 jista’ jkun relatat mal-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota bi tħassib li 46 membru tal-persunal irrapportaw eżawriment għal raġunijiet relatati max-xogħol filwaqt li s-servizzi mediċi tal-QĠUE jistmaw li fl-2022 kien hemm 23 każ fejn il-membri tal-persunal urew sintomi li jistgħu jiġu assoċjati ma’ dijanjożi ta’ burnout; jinnota li l-QĠUE offriet korsijiet ta’ taħriġ għall-maniġers sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji differenti relatati ma’ burnout u dwar il-benesseri tal-persunal; jistieden lill-QĠUE tkompli tiffoka fuq din il-problema, tkompli tqis kif il-burnout jista’ jiġi evitat u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-benesseri tal-persunal tagħha sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ każijiet assoċjati ma’ burnout; jissuġġerixxi li l-QĠUE u l-istituzzjonijiet l-oħra jistabbilixxu kaxxa għall-kummenti li fiha l-persunal ikun jista’ jħalli kummenti, filwaqt li jiżguraw li l-persunal ma jkunx soġġett għal ritaljazzjoni; iħeġġeġ li l-kontenut ta’ tali kaxxa għall-kummenti jittieħed bis-serjetà u jiġi analizzat sabiex jgħin fl-identifikazzjoni u fit-titjib tas-sorsi ta’ burnout;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ lid-dipartiment tar-riżorsi umani jkun aktar konxju tal-konsegwenzi u tas-sintomi tal-COVID fit-tul, ta’ mard virali u mard awtoimmuni ieħor; iħeġġeġ biex l-assigurazzjoni tas-saħħa pprovduta mill-QĠUE u mill-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-Unjoni tkopri finanzjarjament it-terapiji meħtieġa biex jiġu ttrattati dawk il-kundizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li bħalissa għadha għaddejja investigazzjoni amministrattiva waħda dwar każ li jista’ jikkostitwixxi fastidju sesswali li tnediet fl-2023, dwar fatti li seħħew fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-QĠUE qed toffri korsijiet ta’ taħriġ biex trawwem u tħeġġeġ id-diversità fis-servizzi tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-QĠUE għandha 27 membru tal-persunal b’diżabbiltà, li minnhom 14 jitqiesu li għandhom diżabbiltà severa; japprezza li, matul l-2022, kien hemm segwitu sinifikanti għal awditu intern mill-2021 sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE laqgħet 267 trainee matul l-2022; jinnota b’apprezzament li mill-ħarifa tal-2022, wara rakkomandazzjoni tal-Parlament, il-QĠUE ddeċidiet li t-trainees kollha jiġu remunerati ħlief dawk li jirċievu għotja minn sorsi oħra; iħeġġeġ lill-QĠUE teżamina jekk it-trainees mill-Istati Membri kollha humiex rappreżentati b’mod proporzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jiddispjaċih li l-QĠUE fl-2022 aċċettat trainees mhux imħallsa, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida dwar it-traineeships f’Novembru 2021 jew minħabba sorsi alternattivi ta’ finanzjament; jenfasizza l-kuntrast bejn il-QĠUE, li ma għandhiex politika mħallsa dwar it-traineeships, u istituzzjonijiet Ewropej oħra li jiddefendu tali politiki; iħeġġeġ lill-QĠUE tipprovdi trasparenza dwar is-sorsi ta’ finanzjament esterni ta’ trainees mhux imħallsa u telabora dwar ir-raġunament taż-żamma ta’ din il-politika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ikompli japprezza r-riformi li saru fl-2021 li jikkonċernaw il-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali dwar il-kodiċi ta’ kondotta tagħhom u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess, li flimkien mar-rekwiżiti l-ġodda għall-<STRING ITALIC="on">curriculum vitae</STRING> tal-membri, jirrappreżentaw titjib fit-trasparenza tal-QĠUE; huwa tal-fehma, madankollu, li l-validità u l-utilità tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess jistgħu jittejbu permezz ta’ xi tip ta’ verifika u kontroll tal-kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE ilha mill-2018 tippubblika lista tal-attivitajiet esterni mwettqa kemm mill-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-membri tal-Qorti Ġenerali; jinnota li l-lista hija diffiċli biex tinqara għall-pubbliku ġenerali u jirrakkomanda li din issir aktar informattiva billi tiġi inkluża informazzjoni dwar in-natura tal-attività esterna; jisħaq li l-membri huma mistennija jiddedikaw lilhom infushom bis-sħiħ għat-twettiq ta’ dmirijiethom fil-QĠUE u li huma jistgħu jwettqu attivitajiet esterni biss li jkunu relatati mat-twettiq ta’ dmirijiethom u soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija u biss meta tali attivitajiet ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta’ kondotta u, b’mod partikolari, mal-obbligu li jkunu disponibbli għall-attivitajiet ġudizzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota d-deċiżjoni tal-2021 dwar l-ivvjaġġar, il-missjonijiet u l-użu tax-xufiera u tal-karozzi mill-membri, li timplika li l-membri se jkollhom ikopru l-ispejjeż operatorji kollha għall-użu ta’ vettura mhux koperta minn ordni ta’ missjoni ta’ aktar minn 10 000 km; huwa tal-fehma li l-użu tal-flotta tal-karozzi barra mill-prestazzjoni stretta tad-dmirijiet tal-membri tal-QĠUE ma għandu jsir taħt l-ebda ċirkostanza; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jaqblu dwar sistema waħda li għandha tiġi applikata b’mod orizzontali, li tnaqqas il-konfużjoni u żżid it-trasparenza u l-effiċjenza fl-użu tal-fondi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE qed tħarreġ lill-impjegati ġodda kollha dwar l-aspetti etiċi kollha kif ukoll dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali u tal-aġenti kif stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari dawk li jkopru l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, il-projbizzjoni tal-fastidju, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u kwistjonijiet etiċi oħra; jilqa’ wkoll l-organizzazzjoni ta’ sitt korsijiet ta’ taħriġ bit-titolu “Regoli ta’ Kondotta Tajba” bil-parteċipazzjoni ta’ 70 membru tal-persunal u 11-il kors ta’ taħriġ bit-titolu “Kontroll intern” bil-parteċipazzjoni ta’ 80 membru tal-persunal; iħeġġeġ lill-QĠUE tobbliga lill-persunal kollu, kemm jekk antik kif ukoll jekk ġdid, isegwi kors ta’ taħriġ wieħed bit-titolu “Regoli ta’ Kondotta Tajba” biex tħeġġeġ spazju ta’ xogħol sikur u produttiv kif ukoll trattament etiku tal-kawżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2022 ma nfetħet l-ebda investigazzjoni ġdida li tinvolvi l-QĠUE mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF), iżda li investigazzjoni waħda, li tittratta l-imġiba ta’ membru tal-persunal u li tista’ tikkostitwixxi nuqqas serju ta’ konformità mal-obbligi tiegħu, għadha għaddejja u li erba’ każijiet ittrattati mill-Ombudsman Ewropew li jikkonċernaw il-QĠUE ma sabu l-ebda amministrazzjoni ħażina, u dan ifisser li fl-2022 ma nħarġet l-ebda rakkomandazzjoni mill-Ombudsman Ewropew fir-rigward tal-QĠUE; jinnota li fl-2022 ma kien hemm l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fil-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid għall-membri tal-persunal, li oriġinarjament kien mistenni li jiġi ffinalizzat sa tmiem l-2021, kien għadu ma ġiex iffinalizzat sa tmiem l-2022; jinnota li l-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid kien mistenni li jiġi adottat sa tmiem l-2023 iżda għadu fil-proċess ta’ adozzjoni; jistieden lill-QĠUE tiffinalizza u tadotta l-kodiċi ta’ kondotta l-ġdid mingħajr dewmien, f’konformità mat-talbiet taċ-ċikli tal-kwittanza preċedenti, u jitlob li l-Parlament jiġi infurmat dwar l-adozzjoni tiegħu u l-kontenut tiegħu mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022 ma ġie identifikat l-ebda kunflitt ta’ interess; jinnota li ġew eżaminati 112-il talba skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-attivitajiet professjonali wara t-tluq mis-servizz u li kollha ġew approvati; jinnota, barra minn hekk, li ġew iddikjarati disa’ każijiet ta’ attività esterna matul il-liv għal raġunijiet personali u li kollha ġew approvati; iqis li dak il-qasam jista’ potenzjalment jiġi eżaminat mill-awditur intern jew mill-Korp tal-Etika tal-UE propost;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE ħaffet l-implimentazzjoni ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni tal-każijiet (SIGA), li se tippermettilha taħdem fuq fluss tax-xogħol kompletament diġitali, sikur u integrat u jilqa’ l-fatt li l-QĠUE għamlet progress bl-implimentazzjoni tal-programm HAN/Ares li jikkonċerna s-servizzi amministrattivi kollha tal-QĠUE; jitlob lill-QĠUE żżomm lill-Parlament aġġornat dwar tali implimentazzjoni bħala parti mill-proċedura ta’ kwittanza annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Japprezza li l-QĠUE ddeċidiet li ma tibqax tuża pjattaformi cloud għall-ipproċessar ta’ data ġudizzjarja sensittiva sabiex tipproteġi s-sjieda tad-data u tas-sistema bl-għan li tospita d-data kollha tagħha fil-post u li ma jkollhiex dipendenza kritika ma’ kwalunkwe sistema esterna; jilqa’ wkoll il-politika tal-QĠUE li tevita l-użu ta’ kwalunkwe għodda jew infrastruttura ospitata fil-cloud għat-trattament ta’ informazzjoni mhux pubblika sabiex tiġi protetta d-data personali u jinżamm kontroll sħiħ tas-sistemi u tad-data tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon ix-xejra ’l fuq tar-rata ta’ użu tal-e-Curia: 94 % tad-dokumenti ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali saru permezz tal-e-Curia fl-2022, meta mqabbel ma’ 93 % fl-2021, u r-rata ta’ użu tal-e-Curia fil-Qorti tal-Ġustizzja kienet ta’ madwar 87 % tad-dokumenti ppreżentati kollha li saru b’dan il-mod fl-2022, meta mqabbel ma’ 85 % fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li fl-2022 ma ġiet ikkomunikata l-ebda mistoqsija oħra mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS); jistenna b’interess id-deċiżjoni li tikkonċerna l-investigazzjoni mill-bidu tal-2021 dwar l-użu ta’ servizzi web ta’ partijiet terzi u l-obbligu li l-kontenut ta’ ftehim ta’ kontrollur konġunt isir disponibbli; jistenna wkoll b’interess id-deċiżjoni dwar l-investigazzjoni rigward l-użu tas-servizzi tal-cloud ipprovduti minn Amazon Web Services u Microsoft fi ħdan kuntratti Cloud II mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE qed tqis kif u sa liema punt it-teknoloġiji diġitali għandhom jintużaw fil-ħidma tagħha, pereżempju għall-identifikazzjoni ta’ xebh bejn il-kawżi, għat-traduzzjoni, għall-konverżjoni ta’ diskors għal test u għal sommarji awtomatizzati ta’ dokumenti twal; jissottolinja li, b’mod partikolari għal istituzzjoni legali bħall-QĠUE, il-proċessi awtomatizzati dejjem se jkollhom jintużaw fir-rigward tal-aspetti etiċi u jiġu ssupplimentati b’sorveljanza u kontroll tal-bniedem; jenfasizza l-importanza li wieħed ikun jista’ jagħmel kontroreferenza tal-kawżi permezz ta’ termini ewlenin u indikaturi ewlenin sabiex jinstabu duplikazzjonijiet jew xejriet fil-kontenut tal-kawżi; iħeġġeġ ukoll lill-QĠUE teżamina l-possibbiltajiet biex l-informazzjoni tiġi trażmessa aħjar lill-imħallfin u lit-timijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE tuża sistemi operattivi b’sors miftuħ f’madwar terz tas-servers tagħha u li l-ewwel għażla tagħha hija li tiddependi fuq sistemi ospitati interni, ibbażati fuq teknoloġija b’sors miftuħ, peress li dan jippermetti lill-QĠUE żżomm kontroll tekniku tas-sistemi tagħha u tikkontrolla l-ħżin tad-data u l-flussi tad-data, u b’hekk tiżgura protezzjoni tad-data u privatezza aħjar; iħeġġeġ lill-QĠUE tingħaqad mal-inizjattiva b’sors miftuħ imnedija mill-EDPS permezz tal-implimentazzjoni tiegħu ta’ soluzzjonijiet b’sors miftuħ Nextcloud;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-QĠUE tagħmel disponibbli fis-sit web tagħha l-fajls kollha relatati ma’ kawża wara li tiġi ppubblikata s-sentenza filwaqt li tiżgura li ma tiġix żvelata informazzjoni privata jew sensittiva sabiex tiġi protetta d-data personali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-involviment tal-QĠUE fl-integrazzjoni tal-għodod tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-ħidma tagħha u li f’Lulju 2023 ġiet adottata strateġija komprensiva dwar l-IA; jissottolinja li huwa ta’ importanza vitali li l-IA tintuża b’mod li jippreserva bis-sħiħ l-indipendenza, il-kwalità u s-serenità tal-proċessi legali, tqis bis-sħiħ il-kwistjonijiet etiċi u tintuża taħt sorveljanza mill-bniedem u tippermetti intervent mill-bniedem sabiex jiġu evitati konsegwenzi jew riskji negattivi, jew titwaqqaf is-sistema jekk ma taħdimx kif maħsub; jilqa’ l-fatt li l-QĠUE ħolqot bord tal-IA inkarigat biex jindirizza l-aspetti etiċi u jistabbilixxi limiti ċari għall-użu tal-IA; ifakkar li l-QĠUE għandha tiżgura kontroll sħiħ tal-utent, f’konformità mal-Karta tal-Etika Ewropea dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fis-sistemi ġudizzjarji u fl-ambjent tagħhom; jistenna li l-linji gwida tal-persunal dwar l-użu tal-IA jiġu adottati sal-aħħar tal-ħarifa 2023, kif indikat, u jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar il-kontenut ta’ dawn il-linji gwida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-QĠUE tirrapporta li l-għadd ta’ attakki ċibernetiċi kompla jikber fl-2022; huwa ssollevat li, minkejja l-varjetà u l-volum tagħhom, l-attakki kollha ġew ittrattati mis-sistemi ta’ protezzjoni fis-seħħ jew mit-tim iddedikat għar-rispons għall-inċidenti fil-QĠUE, skont it-tweġibiet ipprovduti lill-QĠUE għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament f’Ottubru 2023; jilqa’ fl-istess ħin il-fatt li l-QĠUE qed tipparteċipa b’mod attiv fl-istrutturi interistituzzjonali rilevanti tal-Unjoni sabiex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà ġenerali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; iħeġġeġ bil-qawwa lill-maniġment tal-QĠUE jkompli jagħti prijorità lit-tisħiħ taċ-ċibersigurtà; iħeġġeġ lill-maniġment jinvestiga b’mod proattiv liema aspett tal-infrastruttura tal-IT jagħmel lill-QĠUE vulnerabbli għall-attakki u jikkoreġi dan mill-aktar fis possibbli, u jiżgura awditi u testijiet regolari taċ-ċiberdifiża tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE analizzat il-possibbiltajiet ta’ data miftuħa fl-2022 u fl-2023 u li l-QĠUE beħsiebha tikkondividi l-informazzjoni ppubblikata kollha disponibbli fis-sit web tagħha bħala data miftuħa; jirrakkomanda, madankollu, lill-QĠUE biex ikollha persuni li jwettqu l-iskrinjar qabel ma tippubblika informazzjoni disponibbli bħala data miftuħa, filwaqt li tqis is-sigurtà, il-kunfidenzjalità, id-drittijiet tal-privatezza u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Binjiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota b’interess li l-QĠUE stabbiliet grupp ta’ ħidma b’rappreżentanza minn partijiet differenti tal-QĠUE u mill-kumitat tal-persunal tagħha biex jirrifletti dwar l-ottimizzazzjoni tal-okkupanza tal-bini tal-QĠUE u li l-konklużjonijiet tiegħu saru fl-2023; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-konklużjonijiet u l-konsegwenzi għall-organizzazzjoni tal-ispazju tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota b’interess li sar awditu intern dwar l-aċċessibbiltà tal-bini għal persuni b’diżabbiltà u li l-QĠUE, wara leġiżlazzjoni Lussemburgiża ġdida, qed timplimenta miżuri xierqa; jilqa’ li dawn il-miżuri jinkludu li l-awli tal-qorti jkunu aċċessibbli għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa, pereżempju bl-istallazzjoni ta’ pavimentar tattili u poġġamani; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar inizjattivi ulterjuri f’dan il-qasam;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Japprezza ħafna li l-QĠUE qed tfassal rapport annwali separat relatat mal-impronta ambjentali tal-istituzzjoni, li jista’ jservi bħala mudell għal istituzzjonijiet oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jifraħ lill-QĠUE għar-riżultati miksuba f’termini ta’ tnaqqis sinifikanti tal-konsum ġenerali tagħha fl-2022 meta mqabbel mas-sena bażi 2015; isibha partikolarment impressjonanti li t-tisħin tnaqqas bi 23,6 %, il-karti bi 42,6 %, l-iskart tal-canteen b’49,9 % u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’31,7 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE kellha pannelli solari installati li jkopru 3 447,8 m<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING>, li fl-2022 ipproduċew 452 959 kWh; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli taħdem fuq l-identifikazzjoni ta’ possibbiltajiet rigward it-tnaqqis tal-konsum ġenerali, ir-riċiklaġġ u l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE ħadet diversi inizjattivi biex tappoġġja u żżid il-mobbiltà sostenibbli, inklużi sussidji għat-trasport pubbliku, sussidji għal roti self-service, faċilitajiet imtejba għall-parkeġġ tar-roti u faċilitajiet imtejba għal karozzi ibridi u elettriċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE għandha firxa wiesgħa ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, u dan jgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-istituzzjonijiet involuti u jiżgura li jintużaw proċeduri, tekniki u flussi ta’ xogħol simili fl-istituzzjonijiet kollha; japprezza b’mod partikolari l-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz mal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali fi ħdan il-Kummissjoni u l-ftehim dwar il-livell ta’ servizz mad-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali tal-Kummissjoni bħala fornitur ta’ servizzi li jospita s-sistemi ta’ informazzjoni tal-QĠUE, inklużi l-eCuria, il-portal Cvria u oħrajn; jirrikonoxxi wkoll il-kooperazzjoni kontinwa fi ħdan il-Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni; fl-aħħar nett, jilqa’ l-fatt li, fl-2023, ġie ffirmat ftehim ġdid dwar il-livell ta’ servizz mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, wara negozjati fl-2022, li jkopri l-aspetti kollha tal-kollaborazzjoni għall-ewwel darba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-QĠUE, flimkien mal-istituzzjonijiet, mal-korpi, mal-uffiċċji u mal-aġenziji kollha tal-Unjoni, daħlet f’akkwist konġunt għall-provvista ta’ assigurazzjoni kontra l-inċidenti kif imsemmi fl-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ġiet żviluppata aktar u li ġie ffirmat memorandum ta’ qbil sabiex tinħoloq kooperazzjoni fil-fond rigward servizzi bibljografiċi u dokumentarji għall-benefiċċju taż-żewġ istituzzjonijiet; jilqa’ wkoll il-fatt li ġie propost taħriġ speċifiku lill-prosekuturi tal-UPPE biex ikunu jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom mal-attivitajiet tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Japprezza li l-QĠUE tikkoopera bis-sħiħ mal-OLAF, mal-Qorti tal-Awdituri, mal-EDPS u mal-Ombudsman Ewropew, inkluż billi tiżgura li d-deċiżjonijiet interni tagħha dwar l-investigazzjonijiet tal-OLAF jiġu aġġornati sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-aħħar rekwiżiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Iħeġġeġ lill-QĠUE tikkondividi l-għadd ta’ kawżi dwar il-proprjetà intellettwali u l-punti speċifiċi ta’ tilwim mal-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea biex jiġu esplorati r-raġunijiet għaliex 30 % tal-azzjonijiet ikkonċernati quddiem il-Qorti Ġenerali fl-2022 kienu relatati mal-proprjetà intellettwali, bl-għan li tgħin fl-identifikazzjoni ta’ lakuni possibbli fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni; iqis li huwa possibbli li l-ispejjeż tat-trattament ta’ dawk il-kawżi jiġu evitati mill-baġit tal-Unjoni jekk punt speċifiku ta’ tilwim ikun jista’ jiġi identifikat u solvut permezz ta’ att leġiżlattiv ġdid tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jirrikonoxxi t-tfittxija tal-attivitajiet imwettqa min-Network Ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea, li tikkontribwixxi għat-trawwim u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn il-QĠUE u l-qrati nazzjonali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-monitoraġġ ġudizzjarju, ir-riċerka legali, it-terminoloġija multilingwi u t-teknoloġiji emerġenti, kif ukoll għall-promozzjoni tal-akkomunament tal-aktar prattiki effiċjenti fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Komunikazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-baġit għall-komunikazzjoni, li jkopri t-tħejjija tal-kontenut u l-istampar tal-pubblikazzjonijiet interni u esterni, kien ta’ EUR 527 500, ekwivalenti għal żieda ta’ 3,3 % mill-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE użat is-70 sena anniversarju tagħha bħala opportunità biex issaħħaħ it-trasparenza u l-komunikazzjoni tagħha maċ-ċittadini tal-Unjoni u biex torganizza jumejn għall-pubbliku bil-possibbiltà li ċ-ċittadini jistaqsu mistoqsijiet fuq il-post; iħeġġeġ lill-QĠUE tqis is-segwitu għal dawn l-inizjattivi anki fis-snin li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li, fl-2022, il-QĠUE bdiet servizz ta’ streaming tas-seduti ta’ smigħ tal-kawżi assenjati lill-Awla Manja, u dan jipprovdi lill-pubbliku opportunità li jifhem aħjar kif taħdem il-QĠUE; iħeġġeġ lill-QĠUE twessa’ din l-inizjattiva biex tiżgura aktar trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-QĠUE tipparteċipa b’mod attiv fil-proġett EU Voice li tnieda mill-EDPS biex tinteraġixxi mal-pubbliku, u bl-għan li tippromwovi l-użu ta’ networks soċjali deċentralizzati, mingħajr ħlas u b’sors miftuħ bħala alternattiva għal dawk bi sjieda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Huwa tal-fehma li, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja hija dejjem aktar meħtieġa tiddeċiedi dwar kwistjonijiet ta’ natura kostituzzjonali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess ġudizzjarju tal-Unjoni għandhom jissaħħu; f’dan ir-rigward, jilqa’ t-twaqqif ta’ sistema ta’ streaming għas-seduti ta’ smigħ tal-Qorti tal-Ġustizzja li sservi biex issaħħaħ id-dimensjoni tal-“Qorti taċ-Ċittadini” tal-QĠUE permezz ta’ aċċessibbiltà akbar għall-pubbliku ġenerali; jisħaq, f’dan ir-rigward. li s-sistema l-ġdida tal-istreaming jeħtieġ li tiġi ssupplimentata gradwalment b’mezzi esterni addizzjonali ta’ komunikazzjoni li jippermettu viżibbiltà akbar tal-ħidma tal-istituzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022 tnediet inizjattiva li toffri żjarat mill-bogħod lill-QĠUE wara li tlestiet il-fażi pilota fl-2021, li tippermetti liż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u t-18-il sena jifhmu l-QĠUE u l-impatt tal-ġurisprudenza fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum u tgħinhom jifhmu iżjed id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni u l-valuri demokratiċi tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-QĠUE tespandi dawk iż-żjarat mill-bogħod, immirati lejn iż-żgħażagħ, għal persuni ta’ bejn il-15 u d-29 sena; iħeġġeġ ukoll lill-QĠUE toffri wkoll żjarat mill-bogħod liċ-ċittadini ta’ kull età; jenfasizza li ż-żjarat mill-bogħod għandhom ikunu aċċessibbli kemm jista’ jkun mill-Ewropej kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE, flimkien ma’ diversi istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, tipparteċipa b’mod attiv fi proġett li tnieda mill-EDPS b’pubblikazzjonijiet regolari fuq il-media soċjali deċentralizzata Mastodon bl-użu ta’ software liberu u b’sors miftuħ; jinnota li l-QĠUE tuża wkoll il-pjattaformi X (preċedentement Twitter) u LinkedIn, u li l-QĠUE kompliet il-prattika preċedenti tagħha li tippubblika kemm fuq il-pjattaforma X (preċedentement Twitter) kif ukoll fuq il-pjattaforma Mastodon malli tkun instabet soluzzjoni teknika li tippermetti pubblikazzjoni parallela awtomatizzata; iħeġġeġ lill-QĠUE ttella’ regolarment pubblikazzjonijiet fuq il-pjattaformi tal-media soċjali fejn ikollha preżenza biex tevita kontijiet staġnati tal-media soċjali peress li hemm riskju li dan jagħti l-impressjoni ta’ inattività fil-ħidma ta’ kuljum tal-QĠUE.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>