<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0231</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0074/2024 - Rapporteur: Luke Ming Flanagan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri (2023/2133(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 45, 24.2.2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0391 – C9‑0252/2023)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/2, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju-Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2023/2133(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) hija l-awditur estern tal-Unjoni, fdat, permezz ta’ ħidma ta’ awditjar indipendenti, professjonali u li tħalli impatt, biex jivvaluta l-ekonomija, l-effettività, l-effiċjenza, il-legalità u r-regolarità tal-azzjoni tal-Unjoni biex ittejjeb l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja, u b’hekk ittejjeb il-fiduċja taċ-ċittadini u tirrispondi b’mod effettiv għall-isfidi attwali u futuri li qed tiffaċċja l-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 287 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987, il-Qorti kellha l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha awditjati minn awditur estern indipendenti kull sena u, mir-rapport dwar is-sena finanzjarja 1992, ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-obbligu ta’ rendikont tal-maniġment fil-konfront tal-awtoritajiet baġitarji huwa pprovdut permezz tar-rapport annwali tal-attività tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti, li l-għan tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 74(9) tar-Regolament Finanzjarju, huwa li jipprovdi informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi, inklużi s-sistemi, u dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Qorti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, bit-twettiq tal-kompiti tagħha b’mod trasparenti u indipendenti, il-Qorti tikkontribwixxi għas-sorveljanza demokratika, għad-dibattitu pubbliku u għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Qorti ħadet il-pożizzjoni li skontha, sabiex tivvaluta l-governanza tal-Unjoni, l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza tagħha u l-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni u tad-data rrapportati dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, l-aħjar soluzzjoni tkun li l-Qorti tingħata l-mandat li tawditja l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni stabbiliti mit-Trattati jew skonthom u l-istrutturi intergovernattivi kollha ta’ rilevanza ewlenija għall-funzjonament tal-Unjoni; billi l-Parlament jappoġġja bil-qawwa lill-Qorti f’dak ir-rigward u jilqa’ kwalunkwe inizjattiva li tafda lill-Qorti b’mandat usa’;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Qorti jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li ammonta għal EUR 11,6-il biljun fl-2022 (li jirrappreżentaw 5,9 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li, fl-2022, il-baġit tal-Qorti ta’ madwar EUR 0,2 biljun kien jirrappreżenta 1,4 % tan-nefqa amministrattiva totali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti, fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, eżaminat kampjun ta’ 60 tranżazzjoni taħt Amministrazzjoni, l-istess numru bħalma kienu eżaminati fl-2021; jinnota wkoll li l-Qorti tikteb li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2022 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-ħidma tagħha tul ħafna snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Qorti żżid in-numru ta’ tranżazzjonijiet taħt Amministrazzjoni li għandhom jiġu eżaminati għall-istituzzjonijiet kollha li għandhom jiġu awditjati sabiex il-Parlament jissodisfa aħjar ir-rwol tiegħu bħala awtorità ta’ kwittanza għall-istituzzjonijiet l-oħra; jiddispjaċih li pjan għall-produzzjoni ta’ rapport speċjali dwar in-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet minbarra l-Kummissjoni ġie rivedut sabiex isir awditu dwar is-servizz ċivili tal-UE, li probabbilment se jeżamina biss parti limitata tan-nefqa amministrattiva; itenni l-importanza li jkun hemm investigazzjoni aktar fil-fond dwar in-nefqa amministrattiva u jtenni t-talba tiegħu li fil-ħidma tagħha tinkludi data komprensiva dwar l-istituzzjonijiet kollha sabiex tiġi pprovduta bażi koerenti għal proċedura ta’ kwittanza konsistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Qorti huma awditjati minn awditur estern indipendenti bil-ħsieb li jiġu żgurati l-istess prinċipji ta’ trasparenza, obbligu ta’ rendikont u indipendenza tal-awditur tal-Qorti bħalma tapplika l-Qorti għas-suġġetti għall-awditjar tagħha; jinnota b’sodisfazzjon li l-awditur estern ma rrapporta l-ebda kwistjoni speċifika wara l-awditu tiegħu tal-Qorti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-baġit ġenerali tal-Qorti għall-2022 kien jammonta għal EUR 162 141 175, ekwivalenti għal żieda ta’ 5,5 % minn EUR 153 721 727 fl-2021; jinnota li ż-żieda kienet primarjament dovuta għall-aġġustamenti fis-salarji u 20 pożizzjoni temporanja ġdida relatata ma’ Next Generation EU; jinnota li għal 2022 90 % tal-approprjazzjonijiet kienu għall-membri u l-persunal tagħha, filwaqt li 10 % kienu għall-bini, għat-tagħmir u għan-nefqa mixxellanji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni wkoll l-importanza li jiġi żgurat li l-Qorti tingħata persunal adegwat sabiex tissodisfa b’mod adegwat il-mandat tagħha kif ukoll il-kompiti l-ġodda relatati mad-dħul fis-seħħ ta’ strumenti ta’ finanzjament ġodda, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-RFF);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li, matul l-2022, il-Qorti għamlet 26 trasferiment baġitarju skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, li jirrappreżentaw total ta’ EUR 3,4 miljun jew 2,1 % tal-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja, li prinċipalment kien ifisser tnaqqis fin-nefqiet għall-missjonijiet, pubblikazzjonijiet, interpretazzjonijiet u s-servizz legali, u żieda fin-nefqa għas-sistemazzjoni tal-bini inklużi r-rinnovazzjonijiet tas-saqaf, l-ispejjeż tal-enerġija, l-aġenti kuntrattwali u t-tagħmir tal-IT; jinnota wkoll li r-rata ta’ implimentazzjoni baġitarja għall-2022 kienet ta’ 98,5 %, żieda żgħira meta mqabbla mas-sentejn preċedenti; jilqa’ l-fatt li ż-żmien medju għall-pagament fl-2022 tnaqqas għal 9,8 jum meta mqabbel ma’ 10,7 jum fl-2021, probabbilment bis-saħħa taż-żieda fis-sehem tal-fatturi elettroniċi, li kien ta’ 24 % meta mqabbel ma’ 19 % fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-awditur estern iddikjara li r-riżorsi allokati ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom u li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti mill-uffiċjali awtorizzanti pprevedew il-garanziji meħtieġa biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet finanzjarji kienu konformi mar-regoli u r-regolamenti applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni illegali u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna b’diversi modi ħolqot pressjonijiet baġitarji għall-Qorti, inkluż permezz ta’ żieda fl-inflazzjoni u aġġustamenti fis-salarji, żieda qawwija fl-ispejjeż tal-elettriku u tat-tisħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-baġit ġenerali tal-missjoni tal-Qorti naqas minn EUR 2 988 000 fl-2021 għal EUR 2 452 000 fl-2022, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ 18 %, li kien riżultat ta’ restrizzjonijiet kontinwi fuq l-ivvjaġġar fil-bidu tal-2022 u bidliet fil-metodi ta’ ħidma b’għadd akbar ta’ laqgħat remoti; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti ma għandhiex linja baġitarja speċifika għall-missjonijiet u l-vjaġġi tal-President tagħha; jinnota fl-aħħar, li l-linja baġitarja għall-missjonijiet għall-membri kollha tal-Qorti kienet ta’ EUR 290 000 kemm fl-2021 kif ukoll fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon li, mill-2022, il-Qorti kellha metodoloġija ta’ kontroll dettaljata stabbilita biex tittratta l-ispejjeż tal-missjonijiet kemm b’kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> kif ukoll <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-2022 kienet it-tieni sena tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-2021-2025 tal-Qorti u li, fi tmiem l-2022, minn 29 miżura strateġika 18 ġew implimentati bis-sħiħ jew il-qafas għall-miżura kien ġie stabbilit u kienu għadhom għaddejjin azzjonijiet ulterjuri, filwaqt li 11-il miżura kienu għadhom għaddejjin jew kienu rikorrenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, matul l-2022, il-Qorti ppreżentat seba’ rapporti annwali, tmien opinjonijiet, 28 rapport speċjali u rieżami wieħed, li huma simili ħafna għall-għadd ta’ rapporti, opinjonijiet, rapporti speċjali u rieżamijiet ippreżentati fl-2020 u fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tagħha b’mod kompletament indipendenti, inkluż liema rapporti speċjali għandhom jitfasslu; ikompli jagħti pariri lill-Qorti li rapporti speċjali, li jagħmlu enfasi fuq is-sitwazzjoni u l-isfidi attwali tal-Unjoni b’enfasi u rilevanza baġitarji ċari, se jattiraw l-akbar attenzjoni minn partijiet ikkonċernati ewlenin fil-Parlament u f’postijiet oħra; jilqa’, f’dak ir-rigward, ir-reviżjoni fl-2022 tal-proċess ta’ programmazzjoni tagħha, li tintroduċi flessibbiltà akbar ħalli tindirizza sfidi urġenti sabiex taqdi aħjar l-interessi tal-partijiet ikkonċernati tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi li, kif mitlub mill-Parlament, il-Qorti ffukat il-ħidma tagħha ta’ awditjar fuq l-isfidi Ewropej attwali, li ġiet eżemplifikata mill-produzzjoni rapida ħafna tal-Opinjoni 3/2023 dwar il-Faċilità tal-Ukrajna u l-attenzjoni mogħtija lill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha; huwa mħasseb li, għall-ħidma tal-awditjar dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), il-Qorti għad ma għandhiex aċċess sħiħ għall-għodda l-ġdida tar-rapportar fuq l-RRF, il-FENIX u li l-informazzjoni f’dik l-għodda ġdida mhijiex aġġornata fil-ħin: jappoġġja l-fehma tal-Qorti li l-Artikolu 257 tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi drittijiet ta’ aċċess sħiħ u immedjat għall-Qorti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tagħti aċċess lill-Qorti għal tipi oħra ta’ informazzjoni rilevanti sabiex iwettaq ir-rwol tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Japprezza r-rapporti speċjali f’waqthom u rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-RRF li jippermettu lill-awtorità ta’ kwittanza teżerċita l-prerogattivi tagħha u tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar titjib fil-funzjonament ta’ dak l-istrument;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti pprovdiet sommarju tal-għadd u t-tip ta’ awditi interni mwettqa fil-Qorti u sinteżi tar-rakkomandazzjonijiet u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 118(8) tar-Regolament Finanzjarju; jinnota li l-programm ta’ ħidma annwali tal-awditur intern implika kompiti rikorrenti, kompiti magħżula u kompiti oħra mwettqa matul is-sena; jinnota li xi azzjonijiet maħsuba għall-implimentazzjoni fl-2022 ġew posposti għall-2023 u jitlob lill-Qorti tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Qorti ttejjeb il-kontribut tagħha fil-ġlieda kontra l-frodi fil-baġit tal-Unjoni, mhux biss billi tidentifika u tirrapporta d-dgħufijiet li jagħmlu l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni suxxettibbli għall-frodi, iżda wkoll billi tqis id-dibattitu li għaddej bħalissa fost il-komponenti tal-arkitettura kontra l-frodi u tintensifika l-ħidma tal-awditjar f’kooperazzjoni mal-korpi responsabbli mill-identifikazzjoni tal-frodi, filwaqt li tivvaluta regolarment l-attivitajiet tagħhom u tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza feedback rilevanti għall-analiżi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-istrateġija tal-2021-2025 tal-Qorti tirreferi għall-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet kosteffettivi biex tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-burokrazija tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jirrimarka li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti dwar iż-żieda fl-effiċjenza tal-proċeduri, l-użu tal-aħjar prattiki, it-titjib tal-koordinazzjoni, l-istabbiliment ta’ proċessi standard, il-prevenzjoni tal-gold plating u s-simplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, b’mod partikolari, iservu dak l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Qorti tkompli tirrakkomanda l-iżvilupp u ż-żamma ta’ bażijiet tad-data u sforzi madwar l-Unjoni biex jiġu segwiti kapaċitajiet effettivi ta’ estrazzjoni tad-data ħalli titwettaq analiżi tad-data fil-livell tal-Unjoni u biex jiġu identifikati riskji rilevanti għall-Unjoni; jistieden lill-Qorti taħdem biex tidentifika r-rekwiżiti meħtieġa għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tad-data meħtieġa għall-awditjar faċli u interoperabbli tal-użu tal-fondi pubbliċi mill-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-Qorti, fl-aħħar tal-2022, kellha 921 membru tal-persunal, ftit aktar minn 917 fl-aħħar tal-2021 u 910 fl-aħħar tal-2020; jinnota li d-distribuzzjoni ġenerali tal-ġeneru fl-aħħar tal-2022 kienet ta’ 434 raġel, ekwivalenti għal 47,1 % u 487 mara, ekwivalenti għal 52,9 %; jistieden lill-Qorti tkompli bl-isforzi tagħha biex tippromwovi l-bilanċ bejn il-ġeneri għall-maniġment intermedju u superjuri; jinnota, barra minn hekk, li d-distribuzzjoni ġenerali fost il-kategoriji tal-persunal kienet ta’ 830 uffiċjal (90 %), li kienu jikkonsistu f’620 amministratur (ADs) u 210 assistent u segretarju (AST/SCS), u 91 aġent kuntrattwali (10 %);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li n-numru ta’ persuni fil-gradi AD 13-16 kien ta’ 79, li minnhom 49 kienu rġiel u 30 kienu nisa, ekwivalenti għal 62 % irġiel u 38 % nisa, li jirrappreżenta żieda żgħira fil-perċentwal ta’ nisa f’dawk il-kategoriji minn 37,5 % fl-2021 u 34,5 % fl-2020;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-kulleġġ tal-Qorti: 10 biss minn 25 membru huma nisa fil-kompożizzjoni attwali tiegħu, u dan b’kont meħud tal-fatt li l-Membri mill-Portugall u l-Bulgarija għadhom ma nħatrux; jifhem li l-proċedura tan-nomina tal-membri tiegħu hija ta’ sfida biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri minħabba li n-nomina nazzjonali hija r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri; jistieden, madankollu, lill-Qorti tanalizza l-kompożizzjoni kumplessiva tal-Qorti sabiex tinforma lill-Kunsill u lill-Istati Membri involuti ħalli l-bilanċ bejn il-ġeneri jitqies fid-deċiżjoni ta’ nomina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jiddispjaċih li tul is-snin, il-Kunsill ripetutament jipproċedi bin-nomina ta’ Membri tal-Qorti minkejja li l-Parlament ikun irrifjuta dawk in-nomini; jissottolinja li l-Parlament għandu jkollu rwol vinkolanti fil-valutazzjoni tal-idoneità tal-kandidati għall-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li n-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni huma rrappreżentati minn fost il-membri tal-persunal fil-Qorti, kemm fil-kategorija AD kif ukoll fil-kategorija AST/SC; jinnota b’dispjaċir, madankollu, li xi nazzjonalitajiet mhumiex irrappreżentati biżżejjed u jilqa’ l-fatt li l-Qorti ħadet il-pass li tirreklama direttament f’xi Stati Membri (id-Danimarka, l-Estonja u l-Latvja); jilqa’ l-użu effettiv ta’ modi ġodda ta’ pubblikazzjoni għall-proċeduri tal-għażla sabiex jiġu attirati udjenzi differenti minn Stati Membri differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-Qorti adottat deċiżjoni dwar il-ħidma ibrida li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022; jinnota li l-Qorti għandha skema ta’ telexogħol li tipprovdi l-possibbiltà ta’ xogħol mid-dar sa 10 ijiem fix-xahar u sa 10 ijiem konsekuttivi; jinnota, barra minn hekk, li l-iskema tippermetti lill-persunal jaħdem sa 5 ijiem fix-xahar u 30 jum tax-xogħol fis-sena barra mill-post ewlieni ta’ residenza tiegħu; jinnota, fl-aħħar, li stħarriġ li twettaq f’Ottubru 2022 fost il-membri tal-persunal wera li 95 % kienu jappoġġjaw l-arranġamenti tat-telexogħol u li 88 % ħassew li dan kellu impatt pożittiv fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-miżuri meħuda mill-Qorti fit-2022 sabiex jiġi żgurat il-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isfidi relatati mal-attirar tal-persunal biex wieħed jaħdem fil-Lussemburgu u jħeġġeġ lill-Qorti taħdem flimkien mal-istituzzjonijiet l-oħra bbażati fil-Lussemburgu fil-Grupp Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli dwar it-tisħiħ tal-attraenza tal-Lussemburgu għall-membri tal-persunal u dwar l-azzjonijiet possibbli identifikati differenti, inkluża l-idea ta’ allowance speċjali għall-akkomodazzjoni biex jiġu miġġielda l-ispejjeż għoljin tal-kiri li jinħassu b’mod speċjali mill-persunal fi gradi aktar baxxi u l-possibbiltà li tiġi offruta akkomodazzjoni temporanja bi prezz raġonevoli għal soġġorni qosra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota bi tħassib li n-numru ta’ jiem ta’ liv minħabba mard fl-2022 kien ta’ 11 622, ekwivalenti għal żieda ta’ 54 % mill-2021 fejn in-numru ta’ jiem ta’ liv minħabba mard kien ta’ 7 524; jinnota fl-istess ħin li fl-2018 il-Qorti kellha 10 255 jum ta’ liv minħabba mard u li n-numru relattivament baxx fl-2021 seta’ kien relatat mas-sitwazzjoni tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, fl-2022, il-Qorti rrapportat seba’ każijiet ta’ burnout; jinnota wkoll li s-seba’ membri tal-persunal kollha ġew integrati mill-ġdid, u gradwalment irritornaw taħt proċedura ta’ riintegrazzjoni fuq bażi part-time approvata medikament; japprezza, f’dan ir-rigward, li fl-2022 il-Qorti bdiet tħejji linji gwida għar-ritorn għax-xogħol wara liv tal-mard fit-tul; jinnota li l-Qorti tiddikjara li qed titqies id-disponibbiltà tar-riżorsi meta jkun qed jiġi stabbilit il-programm ta’ ħidma annwali u li d-diretturi u t-tim maniġerjali fil-livell tad-direttorat qed jivvalutaw l-ammont ta’ xogħol sabiex jiżguraw li x-xogħol jitqassam b’mod ugwali; iħeġġeġ lill-Qorti, madankollu, biex tkompli tagħmel enfasi fuq dik il-problema u tieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura l-benesseri tal-persunal sabiex tnaqqas l-għadd ta’ każijiet assoċjati ma’ burnout;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li wara approċċ kollaborattiv estensiv, f’Diċembru 2022 ġew adottati deċiżjoni u politika dwar l-iżgurar ta’ post tax-xogħol ta’ rispett u mingħajr fastidju, b’enfasi ċara fuq il-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-identifikazzjoni bikrija, filwaqt li ġiet stabbilita firxa ta’ miżuri li għandhom jintużaw (konsulenza kunfidenzjali, medjazzjoni u lmenti formali) f’każ li tinqala’ perċezzjoni ta’ fastidju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Qorti dwar id-Diversità u l-Inklużjoni għall-2021-2025 u jilqa’ l-passi li ttieħdu matul l-2022 biex tinħoloq sensibilizzazzjoni dwar il-pjan u r-riżultati li nkisbu matul l-2022 f’termini tal-10 prijoritajiet stabbiliti fih; jinnota li fl-2022 persuna waħda biss b’diżabbiltà ddikjarata kienet impjegata mill-Qorti u b’kuntratt temporanju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li matul l-2022 il-Qorti laqgħet 54 trainee; jinnota b’apprezzament li kollha kemm huma tħallsu mill-Qorti jew mill-awtoritajiet nazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jissottolinja r-rwol u l-importanza tal-Qorti bħala l-awditur estern indipendenti tal-Unjoni u l-gwardjan tal-finanzi tagħha li jirrikjedi li l-Qorti taderixxi mal-ogħla standards possibbli u taġixxi bħala organizzazzjoni mudell sabiex tispira fiduċja u kredibbiltà; jinnota li skont l-Artikolu 285 tat-TFUE, il-membri tal-Qorti huma kompletament indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jilqa’ l-kodiċi ta’ kondotta rivedut minn Mejju 2022 għall-membri tal-Qorti u għall-membri preċedenti, wara r-rakkomandazzjoni tal-Parlament, li jistabbilixxi fost l-oħrajn l-obbligu għall-membri li jirrisjedu fejn tinsab il-Qorti, li jillimita l-possibbiltajiet għall-membri li jkunu involuti fil-politika, li jirregola r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-membri u l-persunal u jistabbilixxi obbligu għall-membri biex jippreżentaw dikjarazzjoni annwali ta’ interess; ifakkar li l-membri tal-Qorti għandhom dejjem japplikaw l-ogħla prinċipji u valuri etiċi sabiex juru l-integrità, l-indipendenza, l-oġġettività, l-imġiba professjonali, id-dinjità, l-impenn u l-lealtà sħaħ tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq li l-Parlament għadu tal-fehma li l-informazzjoni dwar il-missjonijiet tal-membri tal-Qorti għandha tiġi ppubblikata għall-perjodu kollu li membru jkollu kariga u li l-membri ma għandu jkollhom l-ebda rabta politika formalizzata, inklużi funzjonijiet onorarji fil-partiti politiċi jew fl-organizzazzjonijiet; ma’ dan, jitlob għal darb’oħra lill-Qorti biex tbiddel ir-regoli tagħha dwar il-kumitat tal-etika intern tagħha sabiex ma tibqax prerogattiva esklussiva tal-President tal-Qorti li jipproponi kandidati eliġibbli; itenni wkoll it-talba tiegħu li jiġi infurmat mill-kumitat tal-etika tal-Qorti dwar is-sejbiet ewlenin tar-rapport tal-awditjar intern dwar l-etika li l-awditjar intern diġà ilu jwettaq mill-2020;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-membri kollha tal-Qorti ddikkjaraw indirizz lill-awtoritajiet Lussemburgiżi u b’hekk jissodisfaw ir-rekwiżit li l-membri jirrisjedu fil-post fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota d-deċiżjoni tal-2022 dwar l-ivvjaġġar, il-missjonijiet u l-użu ta’ sewwieqa u karozzi mill-membri li timplika li l-membri se jkollhom ikopru l-ispejjeż operattivi kollha, inklużi l-ispejjeż tal-kiri tal-karozzi, assoċjati mal-użu ta’ karozza għall-ivvjaġġar ta’ aktar minn 10 000 km u mhux kopert minn ordni ta’ missjoni; huwa, madankollu, tal-fehma li 10 000 km huwa għoli wisq u jtenni t-tħassib espress f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti li s-sistema introdotta toħloq konfużjoni; itenni l-opinjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti li l-użu tal-flotta tal-karozzi barra mill-prestazzjoni stretta tad-dmirijiet tal-membri tal-Qorti ma għandu jsir fl-ebda ċirkostanza; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni biex jaqblu dwar sistema waħda li għandha tiġi applikata b’mod orizzontali li tnaqqas il-konfużjoni u żżid it-trasparenza u l-effiċjenza fl-użu tal-flus pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti, f’dawn l-aħħar snin, impenjat ruħha fi proċess ta’ aġġornament tal-qafas etiku tagħha, li s’issa rriżulta f’aġġornament tal-linji gwida etiċi tal-Qorti f’Ottubru 2022, aġġornament ta’ politika biex jiġi żgurat post tax-xogħol ta’ rispett u mingħajr fastidju fl-2022 u aġġornament tar-regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta f’Lulju 2023; jilqa’ wkoll il-fatt li ġew organizzati workshops, korsijiet ta’ taħriġ u sessjonijiet dwar l-etika għall-persunal, inkluż persunal fl-uffiċċji privati tal-membri; jitlob lill-Qorti żżomm lill-Parlament aġġornat dwar kwalunkwe pjan ulterjuri rigward il-qafas etiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza li, fl-2021, is-servizz tal-awditjar intern tal-Qorti kkonkluda li ma hemm l-ebda dokument li jikkonsolida l-politika tal-Qorti kontra l-frodi u li ma hemm l-ebda strateġija kontra l-frodi għall-Qorti kollha; iħeġġeġ lill-Qorti tindirizza dik il-kwistjoni bħala kwistjoni ta’ prijorità sabiex tiżgura li l-approċċ deċentralizzat u frammentat attwali jiġi kkonsolidat u biex jiġi ċċarat aktar kif il-Qorti tindirizza dawk il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ikompli jirrifjuta l-valutazzjoni u d-deċiżjoni tal-Qorti li ma tisseħibx fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE, stabbilit bil-ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru tat-trasparenza obbligatorju<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1</FIELD></FOOTNOTE>, u jħeġġeġ lill-Qorti tirrifletti mill-ġdid dwar il-kwistjoni, filwaqt li jtenni l-appell qawwi tiegħu biex il-Qorti tingħaqad mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE sabiex taderixxi mal-prinċipji bażiċi ta’ trasparenza filwaqt li fl-istess ħin ma toħloq l-ebda ostaklu għall-indipendenza sħiħa tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ investigazzjoni waħda dwar proċedura ta’ għażla tal-Qorti fl-2022, u kkonkluda li l-imġiba tal-persuna kkonċernata ma influwenzatx l-eżitu tal-proċedura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman Ewropew wettqet investigazzjoni waħda wara lment fl-2022, li ngħalqet wara li l-Qorti wieġbet lill-ilmentatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Itenni s-sodisfazzjon tiegħu li, fl-2022, il-Qorti stabbiliet reġistru għall-attendenza tal-membri tal-Qorti fil-laqgħat, b’segwitu għal talbiet imtennija mill-Parlament f’dak ir-rigward; jilqa’ l-fatt li, fuq talba, ir-reġistru sar disponibbli għar-rapporteur tal-Parlament għall-proċedura ta’ kwittanza bħala parti mill-proċedura ta’ kwittanza; jistieden lill-Qorti tkompli ssegwi prattiki li jtejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, bħal kalendarju pubbliku tal-laqgħat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022 ma ġie identifikat l-ebda kunflitt ta’ interess; jinnota wkoll li l-ebda membru tal-persunal li telaq mill-Qorti minħabba li l-kuntratt tiegħu ntemm jew għal kwalunkwe raġuni oħra ma informa lill-Qorti li huwa ried jissieħeb f’kumpanija privata jew innotifika lill-Qorti dwar il-bidu ta’ attivitajiet relatati ma’ xogħol barra mill-Qorti matul l-aħħar tliet snin tas-servizz tiegħu; jinnota fl-aħħar li l-ebda Membru tal-Parlament, Kummissarju jew uffiċjal ta’ livell għoli preċedenti ma rċieva remunerazzjoni mill-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, ma kien hemm l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fil-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jiddispjaċih li lista annwali ta’ kuntratti, inklużi dawk b’valur ta’ bejn EUR 15 000 u EUR 60 000 li ġew konklużi fl-2022 wara proċedura negozjata, mhijiex disponibbli fuq is-sit web tal-Qorti kif imsemmi fir-rapport tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega; jistieden lill-Qorti tippubblika dik il-lista f’dokument separat u tiżgura aċċess faċli għall-utent għaliha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti għandha pjan ta’ sigurtà ċibernetika wiesa’ għall-2022-2024 u ppjanat li terġa’ tivvaluta l-qafas taċ-ċibersigurtà tagħha lejn tmiem l-2023 biex tiżgura konformità sħiħa mar-regolament li jmiss li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; japprezza wkoll li l-Qorti waqqfet kuntratt ma’ fornitur li nxtara minn kumpanija mill-Istati Uniti tal-Amerka peress li l-akkwiżizzjoni tirriżulta f’bidliet fil-mod kif tiġi pproċessata d-data personali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti ma esperjenzat l-ebda attakk ċibernetiku serju fl-2022 u li l-ittri elettroniċi ta’ phishing komplew ikunu l-aktar theddida perikoluża; iħeġġeġ lill-Qorti, madankollu, biex tibqa’ viġilanti u tinvolvi ruħha mal-korpi interistituzzjonali rilevanti tal-Unjoni sabiex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà ġenerali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li matul l-2022 ma tnediet, kompliet jew ingħalqet l-ebda inkjesta dwar il-Qorti mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kollha biex tittejjeb id-diġitalizzazzjoni tax-xogħol tal-awditjar, u b’hekk jittejbu l-effiċjenza u l-akkuratezza ta’ tali xogħol; b’mod partikolari, jilqa’ t-tnedija tal-mudell ta’ “maħżen virtwali tad-data bħala servizz” f’Ottubru 2022, li jippermetti lill-utenti jipproċessaw u janalizzaw data strutturata bi gradi differenti ta’ awtonomija; jinnota li d-diġitalizzazzjoni tax-xogħol tal-awditjar tiddependi mhux biss mill-Qorti nnifisha, iżda wkoll fil-biċċa l-kbira mid-data li jipprovdu l-entitajiet awditjati, u li għadhom jeżistu limitazzjonijiet fil-format tad-data u l-varjetà ta’ sistemi użati; japprezza, barra minn hekk, li l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol fuq il-post tal-awditjar kien ta’ 2 984 fl-2022, ogħla b’mod sinifikanti kemm mill-2021 kif ukoll mill-2020, snin li kienu affettwati ħafna mil-limitazzjonijiet imposti bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, u li l-valur miżjud u l-effiċjenza taż-żjarat fuq il-post ġew imsaħħa billi ġew ikkombinati ma’ ħidma mwettqa mill-bogħod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li l-Qorti implimentat diversi elementi ta’ software b’sors miftuħ bħala parti mis-sistemi tagħha, inklużi Linux, Belenios u Nagios; iħeġġeġ lill-Qorti tkompli tuża software b’sors miftuħ meta jkun possibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Binjiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li l-Qorti wettqet xogħlijiet sinifikanti ta’ rinnovazzjoni fuq il-bini K2 matul l-2022 li tlesta fil-bidu tal-2023 u li kien jinvolvi r-rinnovazzjoni ta’ erba’ sulari sabiex jipprovdi post tax-xogħol modern li huwa apprezzat mill-membri tal-persunal u li huwa aktar ekoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Qorti, fl-2022, tat bidu għal awditu tal-aċċessibbiltà tal-bini kollu tal-Qorti bil-għan li ttejjeb l-aċċessibbiltà u twieġeb għall-ħtiġijiet ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew b’diżabilità oħra, u dan l-awditjar twettaq fil-bidu tal-2023; jitlob lill-Qorti żżomm lill-Parlament informat dwar inizjattivi konkreti biex jiġu implimentati l-azzjonijiet proposti bħala parti mill-awditu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2022, il-Qorti ppreżentat it-tieni rapport annwali tagħha dwar is-sostenibbiltà ambjentali tal-operazzjonijiet tagħha f’konformità mal-istandards ta’ rapportar aċċettati internazzjonalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota li l-Qorti kisbet riżultati impressjonanti f’diversi oqsma li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-konsum ġenerali tagħha mill-2014 bil-konsum tal-elettriku li tnaqqas b’34,5 %, it-tisħin bi 22,2 %, il-karta bi 83,5 % u l-ilma b’45,3 % u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’29,5 % u l-iskart bi 33,7 %; iħeġġeġ lill-Qorti tkompli bl-isforzi tagħha biex tkompli tnaqqas aktar il-konsum ta’ dawk l-inputs u jilqa’ l-fatt li fl-2023 il-Qorti nediet studju dwar il-bini K2 bil-għan li tirrinova s-saqaf u tinstalla pannelli solari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti ħadet diversi inizjattivi biex tappoġġja l-mobbiltà sostenibbli, inkluż it-tisħiħ tas-servizz ta’ shuttle tal-Qorti, l-għoti ta’ abbonamenti mingħajr ħlas lill-membri tal-persunal għas-servizz tar-roti tal-Belt tal-Lussemburgu, iż-żieda fl-għadd ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti, inklużi spazji għar-roti elettriċi u l-installazzjoni ta’ ċarġers għal karozzi ibridi u elettriċi; jistieden lill-Qorti tappoġġja aktar il-mobbiltà sostenibbli inkluż billi tiskambja l-aħjar prattiki ma’ istituzzjonijiet oħra u żżomm lill-Parlament informat dwar inizjattivi ulterjuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li l-Qorti se tanalizza kif għandhom jiġu integrati l-aspetti ambjentali tal-missjonijiet fi gwida aġġornata tal-missjoni; jinnota barra minn hekk li ġie propost tnaqqis fl-ivvjaġġar għan-negozju għal kull ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time ta’ 5 % għall-perjodu 2023-2025; jistieden lill-Qorti tipprova timplimenta dik il-mira filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li jsiru l-missjonijiet ta’ awditjar meħtieġa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota li matul l-2022 ġew aġġornati diversi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u ftehimiet oħra ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali, inklużi ftehimiet mal-uffiċċju ta’ investigazzjoni u dixxiplina tal-Kummissjoni u maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota l-ftehim bejn it-tliet partijiet bejn il-Qorti, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (il-“BEI”) minn Novembru 2021; jilqa’ l-fatt li l-Qorti hija tal-fehma li dak il-ftehim iċċara u ssimplifika xi proċessi u li l-Qorti kisbet aċċess imtejjeb għall-informazzjoni li hija relatata mal-operazzjonijiet iffinanzjati jew iggarantiti mill-baġit tal-Unjoni; madankollu, jesprimi dispjaċir għall-fatt li dak il-ftehim, bħala minimu, ma jiżgurax li l-Qorti tista’ tagħmel awditjar tal-aspetti tal-prestazzjoni tal-attivitajiet imwettqa waqt l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jisħaq li l-Parlament huwa tal-opinjoni, b’mod fundamentali, li l-limitazzjonijiet attwali fir-rwol tal-Qorti bħala awditur tal-BEI joħolqu distakk regolatorju u superviżorju u li l-Qorti għandha tkun tista’ tawditja l-operazzjonijiet kollha tal-grupp tal-BEI; jisħaq fl-istess ħin li l-Parlament, bħala l-korp elett b’mod demokratiku, għandu jiġi fdat jagħti kwittanza lill-BEI sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika ta’ dik l-istituzzjoni importanti tal-Unjoni u, b’hekk, jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u l-governanza tajba tar-riżorsi finanzjarji u umani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tikkoopera mill-qrib kemm mal-OLAF kif ukoll mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), inkluż billi torganizza workshops, avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni u skambju ta’ għarfien u esperjenza; jinnota wkoll b’apprezzament li l-Qorti, fl-2022, ressqet 14-il każ ta’ frodi suspettata lill-OLAF u sitt każijiet lill-UPPE; jissottolinja l-opinjoni tiegħu li s-suspetti ta’ frodi dejjem għandhom jingħaddew lill-OLAF u lill-UPPE biex jiġu investigati bir-reqqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tikkoopera mal-EDPS permezz tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (DPO) tagħha u tikkonsulta lill-EDPS dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data, u li fl-2022 każ li jikkonċerna ksur ta’ data personali ngħalaq bi ftit rakkomandazzjonijiet; jilqa’ l-fatt li l-DPO tal-Qorti jipparteċipa f’network ta’ DPOs, li jaħdem fuq kwistjonijiet rikorrenti, jikkondividi eżempji tal-aħjar prattiki u jgħin fl-organizzazzjoni tal-laqgħa biannwali tad-DPOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinnota li l-Qorti kienet qed tikkoopera mal-Ombudsman Ewropew u pprovdiet l-informazzjoni kollha mitluba fl-investigazzjonijiet miftuħa mill-Ombudsman Ewropew; jilqa’ l-fatt li l-Qorti ħadet sehem fid-diskussjonijiet interistituzzjonali dwar il-komunikazzjoni moderna, inklużi l-messaġġi istantanji, u li l-Qorti qed tieħu l-linji gwida tal-Ombudsman Ewropew f’dan il-qasam bħala punt ta’ riferiment;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Komunikazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li f’Jannar 2022 il-Qorti adottat strateġija ta’ komunikazzjoni ġdida li tqiegħed lill-pubbliku ġenerali fiċ-ċentru tal-isforzi ta’ komunikazzjoni tagħha u jfaħħar il-fatt li l-Qorti issa tista’ torganizza laqgħat ta’ informazzjoni għall-istampa u konferenzi mxandra fuq il-web skont standard tekniku tajjeb; jilqa’ wkoll il-fatt li fl-2023 il-Qorti aġġornat is-sit web tagħha biex tipprovdi esperjenza aħjar għall-utenti u ħolqot portal li jista’ jagħmel id-data relatata mal-awditi aktar aċċessibbli għal udjenza wiesgħa inklużi studenti, akkademiċi u l-pubbliku ġenerali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>