<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0233</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0073/2024 - Rapporteur: Luke Ming Flanagan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni (2023/2136(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 45, 24.2.2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0391 – C9‑0255/2023)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/2, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-attività tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2022 u r-rapport tiegħu dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2023/2136(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kumitat tar-Reġjuni (il-“Kumitat”) huwa assemblea politika ta’ 329 membru eletti fir-reġjuni, fil-bliet, fl-irħula u fil-muniċipalitajiet tas-27 Stat Membru tal-Unjoni, li topera bħala korp konsultattiv għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bil-missjoni li tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u fl-istess ħin tikkontribwixxi biex l-Unjoni ssir aktar effettiva u tkun eqreb taċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f’ċerti każijiet, filwaqt li l-Kumitat jista’ jadotta wkoll opinjonijiet fuq inizjattiva proprja tiegħu u jgawdi minn qasam wiesa’ għal riferiment, kif stabbilit fit-Trattati, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-attivitajiet tal-Kumitat huma definiti abbażi tal-istrateġija politika ġenerali tiegħu kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-2020-2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 324, 1.10.2020, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>, u billi l-Kumitat adotta tliet prijoritajiet politiċi għall-mandat tal-2020-2025, akkumpanjati minn tliet kampanji ta’ komunikazzjoni: Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini, Nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti, u Nippromwovu l-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali jammontaw għal terz tal-infiq pubbliku, nofs l-investiment pubbliku u kwart tad-dħul mit-taxxa u, f’ħafna Stati Membri, għandhom kompetenzi f’oqsma ewlenin bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u s-servizzi ta’ interess ġenerali, għalhekk, il-koordinazzjoni tal-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej iżżid il-leġittimità tal-leġiżlazzjoni, ittejjeb is-sjieda u ssegwi b’mod aktar effettiv il-benefiċċju taċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kumitat isegwi l-għan politiku tiegħu li jsaħħaħ l-involviment tiegħu fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv kollu tal-Unjoni filwaqt li ssir aktar b’saħħitha r-rabta maċ-ċittadini tal-Unjoni li jużaw il-membri tal-Kumitat bħala multiplikaturi b’saħħithom fil-komunitajiet tagħhom u fl-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi aktar minn 400 programm nazzjonali u reġjonali stabbiliti għat-twettiq tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 se jagħmlu disponibbli madwar EUR 380 biljun, fl-ambitu ta’ fondi differenti, biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni, il-bliet, il-villaġġi u l-muniċipalitajiet fl-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, bħala istituzzjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat huwa meħtieġ jadotta l-kontijiet annwali tiegħu stess, imħejjija f’konformità mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (Regoli Kontabilistiċi tal-Unjoni Ewropea) u abbażi tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku, li fl-aħħar mill-aħħar huma kkonsolidati f’dawk tal-Unjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kumitat jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal total ta’ EUR 11,6-il biljun fl-2022, jiġifieri 5,9 % tal-infiq tal-baġit tal-UE; jinnota li, fl-2022, il-baġit tal-Kumitat kien jirrappreżenta 0,95 % tal-approprjazzjonijiet tal-intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, eżaminat kampjun ta’ 60 tranżazzjoni taħt “Amministrazzjoni”, l-istess għadd li kien eżaminat fl-2021; jinnota wkoll li l-Qorti tikteb li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani, inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2022 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni, u li l-ħidma tagħha tul ħafna snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-awditu tagħha għall-2022, il-Qorti eżaminat is-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-Kumitat, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern, il-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonament tal-kontrolli ewlenin definiti fir-Regolament Finanzjarju, inklużi kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> fuq il-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li 14 (23 %) mis-60 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti, fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, tiddikjara li ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-Kumitat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-baġit finali adottat għall-Kumitat ammonta għal EUR 109 976 858, inkluż il-Baġit Emendatorju 5/2022, li jirrappreżenta żieda ġenerali ta’ 3,03 % meta mqabbel mal-2021; jinnota li l-approprjazzjonijiet fuq il-linja baġitarja 1004 għall-“allowances għall-ivvjaġġar u għas-sussistenza, attendenza fil-laqgħat u nefqa assoċjata” żdiedu minn EUR 4 244 488 għal EUR 8 158 838, jiġifieri bi 92 %, bejn l-2021 u l-2022, minħabba t-tkomplija tal-ivvjaġġar wara l-pandemija tal-COVID-19; jinnota li, inkella, id-distribuzzjoni tal-approprjazzjonijiet bejn il-linji baġitarji fil-baġit tal-2022 baqgħet komparabbli mad-distribuzzjoni tas-snin preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-missjonijiet għall-2022 kien jammonta għal EUR 419 657, meta mqabbel ma’ EUR 169 856 fl-2021, jiġifieri żieda ta’ 147 %, li jista’ jiġi spjegat mill-għadd ta’ laqgħat online fl-2021 u fil-bidu tal-2022 minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll iż-żieda fil-prezzijiet tal-ivvjaġġar fl-2022; jinnota li l-allowance għall-Presidenza tal-Kumitat (għall-President u l-Viċi President) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-laqgħat, li huma ffinanzjati mill-baġit ġenerali għall-ispejjeż tal-Membri, żdiedu minn EUR 49 852 għal EUR 71 810, jiġifieri żieda ta’ 44 %, bejn l-2021 u l-2022; jilqa’ l-gwida lejn politika ta’ missjoni aktar kosteffettiva, bi skop u sostenibbli li ġiet iċċirkolata f’Ġunju 2022 bil-għan li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-missjonijiet tal-persunal tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li fl-2022, ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienet ta’ 99,2 %, li hija kemxejn ogħla minn dik fl-2021, meta r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienet ta’ 98,9 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li ż-żmien medju għall-pagament fl-2022 kien ta’ 17,87-il jum, li huwa ogħla minn dak fl-2021 meta kien ta’ 16,11-il jum; jinnota li, fl-istess ħin, il-perċentwal tal-fatturazzjoni elettronika żdied minn 32 % għal 68 %; jirrimarka li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn iż-żewġ ċifri u jistieden lill-Kumitat ilesti d-diġitalizzazzjoni tal-fluss tax-xogħol tal-pagamenti bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza u l-puntwalità tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ħolqot pressjoni baġitarja għall-Kumitat, inkluż permezz ta’ żieda fl-inflazzjoni u fl-aġġustamenti tas-salarji, żieda qawwija fl-ispejjeż tal-enerġija u l-ispiża tal-kostruzzjoni u tal-materja prima; jinnota wkoll li l-Kumitat immobilizza l-appoġġ politiku tiegħu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ukreni u organizza attivitajiet fir-rigward tal-gwerra kontra l-Ukrajna, li kellhom impatt fuq il-baġit għall-missjonijiet, l-istudji u t-taħriġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li fl-2022, is-servizzi proprji tal-Kumitat organizzaw 14-il sejħiet għall-offerti fir-rigward tal-akkwist, inklużi 11-il proċedura ta’ akkwist innegozjati għal servizzi ta’ interpretazzjoni mill-bogħod fl-Istati Membri; jinnota li l-proċeduri ta’ akkwist fil-qasam tal-loġistika tnedew mis-servizzi konġunti li l-Kumitat jikkondividi mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-“KESE”);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat jikkontribwixxi għall-politika tal-Unjoni u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-perspettiva tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Unjoni, u jipprovdi qafas biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej, u biex l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha; jilqa’ r-rilevanza tal-kontribut tal-Kumitat għal suġġetti importanti tal-Unjoni bħall-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif rifless fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 32, 27.1.2023, p. 42.</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat jassisti lill-membri tiegħu biex jipparteċipaw fi djalogi lokali maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat isegwi l-missjoni tiegħu permezz ta’ opinjonijiet, li jirreferu għal proposti leġiżlattivi magħmula mill-Kummissjoni (referenzi), opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jistiednu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni, u riżoluzzjonijiet, li jenfasizzaw il-pożizzjonijiet tal-Kumitat dwar suġġetti speċifiċi; jinnota li, fl-2022, il-Kumitat adotta 55 opinjoni u tmien riżoluzzjonijiet, li huwa kemxejn anqas mill-2021, meta l-Kumitat adotta 60 opinjoni u disa’ riżoluzzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jsaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jipprovdi evidenza fil-prattika lill-istituzzjonijiet prinċipali tal-Unjoni bl-użu ta’ data, analiżijiet empiriċi u kumpilazzjonijiet tal-aħjar prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota b’mod pożittiv li l-Kumitat ħa passi konkreti biex isaħħaħ l-involviment tiegħu fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv kollu tal-Unjoni f’konformità mal-prerogattivi tiegħu skont it-Trattati; jilqa’, b’mod partikolari, il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat, u l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kumitat u bosta kumitati parlamentari, intergruppi u Direttorati Ġenerali; jinnota li, fl-2022, il-Kumitat organizza 56 laqgħa preparatorja u ta’ segwitu mal-Parlament għar-rapporteurs tal-opinjonijiet tiegħu; jinnota wkoll li fl-2022, 20 rapporteur tal-Kumitat intervjenew fil-laqgħat tal-kumitati tal-Parlament; jawgura lill-Kumitat għat-tisħiħ tal-involviment tiegħu fit-trilogi leġiżlattivi, b’mod partikolari billi ngħata aċċess għad-dokumenti tat-trilogu; iqis li l-membri tal-Kumitat u tal-KESE għandhom jiġu mistiedna għal skambji parlamentari rilevanti, inklużi l-laqgħat tal-kumitati, dwar kwistjonijiet li qed jittrattaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-miżuri meħuda mill-Kumitat matul l-2022 biex jottimizza r-riżorsi tiegħu u biex itejjeb il-kosteffettività filwaqt li jżid l-impatt tal-ħidma politika tiegħu fil-kuntest tal-programm “Going for IMPact”, u b’mod partikolari t-43 proġett ta’ simplifikazzjoni u diġitalizzazzjoni li jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Kumitat u għad-diġitalizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol bħala parti minn “Strateġija dwar is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-Kumitat għall-perjodu 2020-2025”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-involviment attiv tal-Kumitat fix-xogħlijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (“CoFE”) b’delegazzjoni ta’ 30 membru, li 12 minnhom kienu jirrappreżentaw l-assoċjazzjonijiet Ewropej tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; jinnota li, wara l-ħidma mwettqa fl-2021, fl-2022 il-Kumitat organizza 14-il laqgħa mad-delegati tal-CoFE u disa’ laqgħat preparatorji; jenfasizza li l-Kumitat ħoloq task force dedikata, “Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa”, biex tikkoordina l-ħidma tad-direttorati u l-unitajiet kollha involuti; jinnota li l-proposti li jinsabu fir-rapport finali tal-CoFE, maħruġ fid-9 ta’ Mejju 2022, ġew adottati fil-proġett tal-Kumitat “Nisfruttaw il-potenzjal tal-awtoritajiet reġjonali u lokali biex isaħħu l-UE”, li ġie implimentat matul l-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja li fir-rapport finali tiegħu, l-assemblea plenarja tal-CoFE fir-rakkomandazzjoni nru. 40 tagħha, taħt it-tielet miżura, tappella biex il-Kumitat jiġi riformat biex jinkludi kanali adegwati ta’ djalogu għar-reġjuni kif ukoll għall-bliet, il-villaġġi u l-muniċipalitajiet, filwaqt li jingħata rwol imsaħħaħ fl-arkitettura istituzzjonali, jekk ikunu kkonċernati kwistjonijiet ta’ impatt territorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kumitat irrieżamina u saħħaħ il-qafas ta’ kontroll intern tiegħu fil-livelli ta’ ppjanar u ta’ rapportar, sistemi, verifikazzjoni finanzjarja u funzjonijiet sensittivi; jawgura lill-Kumitat għall-iżvilupp tal-għodda u l-pjattaforma ta’ konverġenza apposta għall-ippjanar, ir-rapportar, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontinwità tal-operat; jinnota li l-politika l-ġdida dwar il-pożizzjonijiet sensittivi daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022 u ġiet ikkomunikata lill-persunal fis-27 ta’ Jannar 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li, sa April 2022, il-laqgħat kollha saru online, filwaqt li minn April 2022, il-laqgħat statutorji ġew organizzati bi preżenza fiżika, filwaqt li laqgħat oħra setgħu jiġu organizzati mill-bogħod jew f’format ibridu; jinnota li, sar-reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat fl-2023, baqgħet titħallas allowance għal-laqgħat b’rata fissa ta’ EUR 200 għal-laqgħat mill-bogħod u dawk ibridi skont ir-regoli li ilhom stabbiliti mill-2021; jinnota li minn Lulju 2023, l-allowance għal-laqgħat mill-bogħod ġiet stabbilita għal 50 % tal-allowance standard għal-laqgħat (jiġifieri bħalissa 50 % ta’ EUR 359, u b’hekk tammonta għal EUR 179,50); iqis li l-attendenza mill-bogħod hija strument importanti għall-istituzzjonijiet moderni, minħabba li, fost l-oħrajn, din tnaqqas l-ispejjeż tal-laqgħat u tippermetti parteċipazzjoni usa’, speċjalment matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, kif muri matul il-pandemija tal-COVID-19; jinnota b’sodisfazzjon li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditu intern dwar l-adegwatezza tal-ippjanar u l-ġestjoni tal-allowances u r-rimborżi lill-membri għall-attendenza fil-laqgħat ġew implimentati b’mod sodisfaċenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, il-Kumitat kellu total ta’ 533 membru tal-persunal, meta mqabbel ma’ 547 fl-2021 u 537 fl-2020; jinnota li 56 aġent kuntrattwali u 89 aġent temporanju kienu impjegati mill-Kumitat fi tmiem l-2022, li minnhom 21 aġent kuntrattwali kellhom kuntratt indefinit u tliet aġenti temporanji kienu impjegati f’pożizzjoni temporanja, b’kuntratt indefinit f’żewġ każijiet u, fil-każ tas-Segretarju Ġenerali, għal durata fissa ta’ ħames snin; jinnota li, barra minn hekk, il-Kumitat impjega tmien aġenti interim u 14-il membru estern tal-persunal li jaħdmu fuq il-post, esklużi fornituri esterni tas-servizzi fl-oqsma tal-loġistika u tal-IT; jinnota li, fl-2022, ir-rata ta’ okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal kienet ta’ 96 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li proġett pilota ġdid dwar reġim ta’ ħidma ibrida, li għandu l-għan li jallinja l-qafas tar-riżorsi umani ma’ modi ġodda ta’ ħidma, daħal fis-seħħ f’April 2022, u jipprovdi l-possibbiltà li l-persunal tal-Kumitat jorganizza l-ħidma tiegħu ta’ kull ġimgħa u ta’ kuljum b’livell għoli ta’ flessibbiltà u li jagħmel telexogħol sa 60 % tal-ħin tax-xogħol tiegħu; jilqa’ l-fatt li r-reġim il-ġdid jippermetti l-possibbiltà ta’ għadd ta’ formuli part-time bbażati fuq id-drittijiet statutorji previsti fir-Regolament tal-Persunal; jinnota b’sodisfazzjon li 90,25 % ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ tal-persunal ta’ Diċembru 2022 indikaw is-sodisfazzjon tagħhom b’dawk l-arranġamenti flessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota bi tħassib li fl-2022 ġew irrapportati 16-il każ ta’ eżawriment fil-Kumitat; jinnota wkoll li fl-2022 il-Kumitat irnexxielu jintegra mill-ġdid 15-il membru tal-persunal wara assenza fit-tul b’riżultat ta’ eżawriment, bis-saħħa ta’ segwitu personalizzat tal-liv minħabba mard fit-tul; jilqa’ l-azzjonijiet preventivi meħuda mill-Kumitat biex jitnaqqsu r-riskji psikosoċjali u l-eżawriment; japprezza f’dan ir-rigward l-approċċ proattiv tas-servizz mediku u l-konferenzi, it-taħriġ u l-korsijiet ta’ sensibilizzazzjoni organizzati mill-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat kompla joħloq sensibilizzazzjoni dwar il-miżuri stabbiliti għall-ġlieda kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, f’konformità mad-Deċiżjoni tiegħu tas-26 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tad-dinjità fuq il-post tax-xogħol, il-ġestjoni tal-kunflitt u l-ġlieda kontra l-fastidju, b’mod partikolari permezz ta’ gwida apposta, komunikazzjoni interna u l-organizzazzjoni ta’ bosta sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-persunal u għall-maniġers; jinnota li, fl-2022, il-Kumitat kellu jittratta allegazzjoni ġdida ta’ fastidju psikoloġiku minn membru tal-persunal tal-KESE kontra membru tal-persunal tal-Kumitat, li għadha qiegħda tiġi eżaminata miż-żewġ Kumitati; jistieden lill-Kumitat jirrapporta dwar is-segwitu għal dawk l-allegazzjonijiet, b’mod partikolari billi titqies il-perspettiva interistituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, il-Kumitat kien qed jimpjega 56,8 % nisa u 43,2 % irġiel, meta mqabbel ma’ 56,6 % nisa fl-2021 u 55,5 % nisa fl-2020; jinnota bi tħassib li d-distribuzzjoni tan-nisa fil-gradi u fl-istatus issegwi l-istess xejra bħal fis-snin preċedenti u jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja l-ħatra ta’ direttur ġdid mara fl-2023 u xi sforzi biex jiġu attirati aktar nisa lejn pożizzjonijiet maniġerjali, is-sitwazzjoni tibqa’ partikolarment żbilanċjata kemm fil-livelli ta’ maniġment superjuri kif ukoll f’dawk ta’ maniġment medju; iħeġġeġ li l-avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti jsiru aktar inklużivi u li aktar nisa jiġu mħeġġa japplikaw għal pożizzjonijiet fil-maniġment superjori u intermedju, inkluż billi jiżgura rappreżentanza bbilanċjata fil-bordijiet tas-selezzjoni u billi joffru possibbiltajiet ta’ taħriġ għall-persunal femminili li jixtieq iħejji għal karriera maniġerjali u jipproponi arranġamenti aktar flessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fis-7 ta’ Lulju 2022, il-Kumitat adotta strateġija u pjan ta’ azzjoni ġodda ta’ ħames snin mill-2022 sal-2026 dwar id-diversità u l-inklużjoni; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli bl-isforzi tiegħu biex jilħaq il-miri stabbiliti f’dik l-istrateġija u fil-pjan ta’ azzjoni, b’mod partikolari l-mira għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri ta’ 40 % tan-nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri sal-2024 permezz tal-introduzzjoni tal-parità bħala għan aħħari; jilqa’ s-sensibilizzazzjoni u l-miżuri mmirati stabbiliti biex jippromwovu u jtejbu post tax-xogħol aktar divers u inklużiv fil-livell ta’ rappreżentanza tal-persunal u punti ta’ kuntatt madwar id-dipartimenti kollha tal-Kumitat taħt il-koordinazzjoni ta’ koordinatur iddedikat għad-diversità u l-inklużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kumitat impjega membri tal-persunal li jirrappreżentaw in-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni u membru wieħed tal-persunal ta’ nazzjonalità Ukrena; jinnota li, filwaqt li jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex jikseb bilanċ fid-distribuzzjoni ġeografika fost il-persunal tiegħu, il-bilanċ ġeografiku xorta għadu ma ntlaħaqx peress li xi nazzjonalitajiet għadhom rappreżentati żżejjed meta mqabbla ma’ oħrajn; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jieħu azzjoni biex jikseb distribuzzjoni ġeografika xierqa fost il-persunal tiegħu, b’enfasi partikolari fuq il-livell ta’ maniġment; jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Kumitat fit-taskforce interistituzzjonali dwar il-bilanċ ġeografiku li għandu l-għan li jikkondividi l-aħjar prattiki u joħloq sinerġiji fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kumitat mexxa, għall-ewwel darba, skema pilota interistituzzjonali ta’ job shadowing li tinvolvi tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni u 25 parteċipant, bil-għan li żżid il-fehim tal-metodi ta’ ħidma u l-proċessi ta’ istituzzjonijiet oħra, issaħħaħ il-kollaborazzjoni interistituzzjonali, tippromwovi l-mobbiltà u tipprevedi forza tax-xogħol aktar flessibbli; jawgura lill-Kumitat għat-tnedija ta’ din l-inizjattiva interistituzzjonali innovattiva li mbagħad ġiet estiża u ġiet adottata mill-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni mill-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li fl-2022 il-Kumitat kellu 60 trainee, li minnhom 48 kienu trainees imħallsa u 12 kienu studenti viżitaturi li f’żewġ każijiet irċevew allowance soċjali; jilqa’ r-regoli l-ġodda approvati fl-2022 fir-rigward tar-remunerazzjoni tat-trainees, li bihom iż-żjarat ta’ studju jistgħu jiġu approvati biss jekk it-trainees jirċievu finanzjament minn sors ieħor, jew it-traineeship ikun obbligatorju fil-kuntest tal-istudji tat-trainee, u fejn it-tipi kollha ta’ trainees jistgħu jitolbu allowance soċjali f’każijiet debitament ġustifikati; jilqa’ l-fatt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trainees huma allinjati ma’ dawk tal-persunal skont l-arranġamenti l-ġodda tax-xogħol flessibbli hekk kif it-trainees jistgħu jagħmlu telexogħol minn barra l-pajjiż ġurnata fix-xahar matul it-traineeship;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex itejjeb l-għarfien etiku fost il-persunal tiegħu u l-infurzar tar-regoli tal-etika fi proċeduri differenti, bħar-reklutaġġ, u tal-obbligi u d-drittijiet etiċi f’sitwazzjonijiet amministrattivi differenti, bħal attivitajiet esterni, taħriġ u tluq mis-servizz, bħala segwitu għall-awditu intern dwar is-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar l-etika; jinnota li d-dokumenti u r-regoli bażiċi li fuqhom huwa bbażat il-qafas etiku ġew ippubblikati fl-intranet tal-Kumitat sabiex issir sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar ir-regoli tal-etika; jinnota wkoll li fl-2022 il-Kumitat organizza 14-il kors ta’ taħriġ kollettiv speċifikament dwar suġġetti relatati mal-etika, li pparteċipaw fihom 107 membri tal-persunal, u li, matul l-2022, 75 % tal-persunal attenda l-kors ġenerali ta’ taħriġ dwar l-etika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kumitat kompla l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta tiegħu għall-2020 għall-membri u, f’dak ir-rigward, intensifika l-isforzi tiegħu biex jiġbor dikjarazzjonijiet finanzjarji neqsin tal-membri; jinnota li sitt membri supplenti li nħatru f’Jannar 2020 kienu għadhom ma ppreżentawx id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom sa Ġunju 2023 u li, għalkemm l-ebda wieħed minn dawk is-sitt membri ma attenda għal kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat mill-ħatra tiegħu, il-Kumitat nieda l-proċedura ta’ infurzar stabbilita fil-kodiċi ta’ kondotta tal-membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li fl-2022, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) investiga tliet każijiet, li fosthom każ wieħed kien ġdid u kien jikkonċerna attivitajiet esterni bi qligħ u żewġ każijiet li kienu għadhom għaddejjin u li ngħalqu fl-istess sena, u li kienu jikkonċernaw rispettivament pagament mhux dovut ta’ allowances għall-ivvjaġġar u allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina finanzjarja, fastidju u ġestjoni ħażina f’servizz konġunt tal-Kumitat u tal-KESE; jinnota li l-każ dwar il-pagament ta’ allowances mhux dovuti għall-ivvjaġġar ingħalaq fil-bidu tal-2022 bit-talba tal-Kumitat lill-membru inkwistjoni biex jirrimborża l-allowance li ngħatat għal raġunijiet etiċi fin-nuqqas ta’ bażi legali biex jiġu rkuprati tali ammonti; jinnota li, fil-bidu tal-2024, il-membru inkwistjoni kkomunika l-intenzjoni tiegħu li jirrimborża l-ammont inizjalment mitlub mill-OLAF għal raġunijiet etiċi, u li s-servizzi finanzjarji tal-Kumitat kienu lesti jieħdu l-passi kollha meħtieġa f’dan ir-rigward; jitlob lill-Kumitat jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bi kwalunkwe segwitu għal dan il-każ f’konformità mal-obbligi statutorji tal-persunal skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari minħabba li l-każ kien jinvolvi membru tal-Kumitat li, fl-istess ħin, kien assistent parlamentari akkreditat, u peress li Brussell kien il-post tax-xogħol kuntrattwali, ma kienx hemm bżonn ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar għal-laqgħat tal-Kumitat li jsiru fi Brussell stess; jinnota li l-każ li jikkonċerna allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina finanzjarja, fastidju u ġestjoni ħażina f’servizz konġunt wassal għal eżerċizzju ta’ ġestjoni tal-kunflitti li jinvolvi lill-persuni kkonċernati, il-ġerarkija tagħhom u d-dipartimenti rispettivi tar-riżorsi umani bi pjan ta’ azzjoni ta’ ħames punti li ġie implimentat tul l-2021 u l-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kumitat kompla jimplimenta miżuri ta’ trasparenza, bħall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess finanzjarju tal-membri fuq is-sit web tiegħu, iżda ma ngħaqadx formalment mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE, stabbilit bil-ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju (FII)<STRING SUPERSCRIPT="on">3</STRING>; huwa konxju li miżuri ġodda ta’ trasparenza li jiffukaw fuq il-membri fil-kariga u r-rapporteurs, f’konformità mal-prinċipji tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE, ġew adottati mill-Kumitat f’deċiżjoni meħuda mill-Bureau tiegħu f’Lulju 2023 u nnotifikati lill-Bord tat-Tmexxija tar-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE; jinnota li, fl-20 ta’ Novembru 2023, il-Bord tat-Tmexxija tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE kkunsidra l-miżuri ta’ trasparenza konsistenti mal-objettivi segwiti mill-FII u laqa’ r-regolament tal-Kumitat bħala pass importanti fit-tisħiħ ulterjuri tal-qafas konġunt u fit-trawwim ta’ kultura komuni ta’ trasparenza fil-livell tal-Unjoni; jilqa’ l-fatt li l-Kumitat ingħaqad formalment mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE mill-1 ta’ Jannar 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kumitat ma identifika l-ebda kunflitt ta’ interess, li kien ikun jirrikjedi segwitu mill-amministrazzjoni; jinnota li l-Kumitat kompla jiddependi fuq regoli diġà fis-seħħ sabiex jiġu pprevenuti l-kunflitti ta’ interess u biex jiġu evitati revolving doors bejn is-settur pubbliku u dak privat, u kompla jiddependi mir-regoli stabbiliti u jippromwovihom permezz ta’ taħriġ dwar l-etika u s-sensibilizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li fl-2022 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta lill-Kumitat; jinnota li l-Kumitat kompla jiddependi fuq il-miżuri li ilhom fis-seħħ mill-2015 dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u jippromwovihom permezz ta’ taħriġ dwar l-etika u s-sensibilizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kumitat ma adottax strateġija interna kontra l-frodi; itenni l-istedina tiegħu lill-Kumitat fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2021 li jniedi analiżi interna tar-riskju ta’ frodi u jikkoordina mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni bil-għan li jadotta strateġija interna adegwata kontra l-frodi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li fl-2022 il-baġit tal-IT ikkombinat tal-Kumitat u tal-KESE ammonta għal EUR 11 712 000, inkluż it-tisħiħ ta’ EUR 750 000 bi trasferiment tal-baġit intern matul is-sena, meta mqabbel ma’ EUR 12 860 000 fl-2021, jiġifieri tnaqqis ta’ 9 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat għandu strateġija diġitali bil-għan li jipprovdi servizzi tal-IT skont l-aħjar prattiki tal-ġestjoni tal-IT filwaqt li jottimizza l-użu tar-riżorsi umani u finanzjarji; jinnota li tul l-2022 il-Kumitat ħadem fuq l-adattament u l-iżvilupp ta’ bosta għodod strateġiċi tal-IT bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-ħidma politika tal-Kumitat u tal-proċessi amministrattivi u l-flussi tax-xogħol tiegħu; jinnota li l-proġett ewlieni tal-infrastruttura tal-IT fl-2022 kien jikkonċerna adattament tat-tipoloġija tan-network meħtieġa għall-kamra l-ġdida tal-kompjuters fil-bini Jacques Delors (JDE) f’konformità mal-pjan direzzjonali ibridu dwar il-cloud;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li fl-2022 il-Kumitat żied l-ammont ta’ laqgħat ibridi sabiex jadatta għax-xogħol ibridu u jallinja l-prattiki tiegħu mal-gwida l-ġdida lejn politika tal-missjonijiet aktar kosteffettiva, bi skop u sostenibbli, li ġiet iċċirkulata f’Ġunju 2022 mis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat u li tirrikjedi li l-Kumitat jottimizza l-mod ta’ ħidma tiegħu u jissostitwixxi kemm jista’ jkun il-missjonijiet tal-persunal permezz ta’ vidjokonferenzi; jifhem li dan il-mod ġdid ta’ ħidma kien jirrikjedi titjib tekniku f’termini ta’ tagħmir għal kmamar tal-laqgħat ibridi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li fl-2022 il-Kumitat adotta regoli interni ġodda dwar il-protezzjoni tad-data li fihom restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ attivitajiet u proċeduri mwettqa mill-Kumitat; jinnota wkoll li fl-2022 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma wettaq l-ebda investigazzjoni jew inkjesta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li fl-2022 il-Kumitat ma kellu l-ebda attakk ċibernetiku; jinnota li l-Kumitat u d-direttorat konġunt il-ġdid tal-Kumitat u tal-KESE għall-innovazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni huwa magħmul minn tliet unitajiet, jiġifieri unità għat-trasformazzjoni diġitali, oħra għas-soluzzjonijiet diġitali u oħra għall-pjattaformi diġitali; jinnota li l-unità għall-pjattaformi diġitali hija responsabbli, fost l-oħrajn, għaċ-ċibersigurtà; jitlob lill-Kumitat jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar kif il-ħolqien ta’ din l-istruttura l-ġdida kkontribwixxa għat-tisħiħ tat-tħejjija għaċ-ċibersigurtà tal-persunal tiegħu, f’konformità mal-qafas taċ-ċibersigurtà tal-NIST (l-Istitut Nazzjonali tal-Istandards u t-Teknoloġija) u f’kooperazzjoni mas-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE); iħeġġeġ lill-Kumitat iżid is-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà tal-Membri u tal-persunal tiegħu, iwettaq valutazzjonijiet tar-riskju regolari tal-infrastruttura tal-IT tiegħu u jiżgura awditi u testijiet regolari tad-difiżi ċibernetiċi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex irawwem teknoloġija b’sors miftuħ fis-sistemi tiegħu stess, b’mod partikolari l-applikazzjonijiet operattivi ewlenin użati għall-ġestjoni tal-ħidma politika tal-Kumitat (“Agora” u “Phoenix”); jinnota wkoll li l-Kumitat isegwi l-użu ta’ teknoloġiji b’sors miftuħ fil-portafoll tal-IT annwali tiegħu sabiex jiġu applikati għal applikazzjonijiet ġodda;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat u l-KESE tilfu 5 000 m² ta’ spazju għal uffiċċji wara t-teħid tal-kuntratt ta’ kiri tal-bini preċedenti tas-SEAE f’Belliard 100 (B100), li daħal fis-seħħ f’Settembru 2021, u l-iskambju tal-bini bejn il-Belliard 68 u t-Trèves 74 tal-Kumitat u tal-KESE, u l-Van Maerlant 2 (VMA) tal-Kummissjoni, li daħal fis-seħħ f’Settembru 2022; jinnota li x-xogħlijiet ta’ installazzjoni fiż-żewġ binjiet li għadhom kif ġew akkwistati kienu meħtieġa biex jippermettu użu aktar ikkonċentrat tal-ispazju tal-uffiċċji; jilqa’ l-istabbiliment, fl-2022, ta’ task force konġunta dwar modi ġodda ta’ ħidma biex tiġi riflessa l-ottimizzazzjoni possibbli tal-mod kif jiġi organizzat ix-xogħol u kif jintuża l-ispazju għal uffiċċji, filwaqt li titnaqqas l-impronta ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-baġit ġenerali tal-Kumitat għax-xogħlijiet ta’ installazzjoni fil-binjiet kien jammonta għal EUR 883 792; jinnota li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni mwettqa mill-Kumitat u mill-KESE fuq il-bini B100 u VMA integraw l-użu ta’ teknoloġiji intelliġenti b’komponent ambjentali b’saħħtu; jitlob lill-Kumitat jipprovdi aġġornament dwar ir-redditu fuq l-investiment ta’ dawk l-installazzjonijiet teknoloġiċi, iżda madankollu jagħti parir ta’ kawtela kontra d-dħul f’impenji fit-tul dwar spazju ġdid għal uffiċċji qabel ma dawn il-miżuri jiġu esplorati bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-istrateġija tal-bini tal-Kumitat u tal-KESE għamlet enfasi fuq il-konċentrazzjoni ġeografika tal-bini li nkisbet bil-konnessjoni fiżika tal-bini kollu użat mill-Kumitat u mill-KESE mal-bini ewlieni tagħhom (JDE); jilqa’ l-konnessjoni fiżika l-ġdida mal-binjiet tal-Parlament, li saret operattiva f’Novembru 2022, li toffri perkors aktar dirett, aktar faċli u iqsar b’125 m bejn il-binjiet tal-Kumitat u l-KESE u l-binjiet tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat u l-KESE nedew proġett pluriennali relatat mat-titjib tekniku tas-sistema tal-interpretazzjoni għall-kmamar tal-konferenzi kollha li beda fl-2022; jinnota li fl-2022 ġie allokat ammont ta’ EUR 200 000 mill-Kumitat għal dan il-proġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kumitat u tal-KESE li japplikaw b’mod sistematiku l-prinċipju ta’ disinn universali għall-infrastruttura tagħhom, filwaqt li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-bini tagħhom skont id-disinn; jinnota li l-Kumitat u l-KESE ħadu firxa ta’ miżuri differenti biex jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-bini tagħhom għal persuni b’diversi tipi ta’ diżabilitajiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibilità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-prattiki ekoloġiċi u b’mod partikolari l-approċċ mingħajr karti tal-Kumitat u tal-KESE li kkontribwixxa biex titnaqqas l-impronta ambjentali tagħhom f’konformità mal-istrateġija diġitali tagħhom; jinnota li l-applikazzjoni “Phoenix”, li tintuża biex tappoġġja l-ħidma politika tal-Kumitat, ġiet adattata fl-2022 sabiex tiġġenera r-“rapporti dwar il-karbonju” għall-ivvjaġġar u tippermetti lill-Kumitat u lill-KESE jikkalkulaw il-bilanċ tal-karbonju tagħhom; jinnota li l-pjan ta’ azzjoni li jirriżulta mill-awditu dwar il-prestazzjoni skont l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) ġie implimentat b’azzjonijiet fl-oqsma tad-dokumentazzjoni, ir-rieżami tal-proċeduri, it-titjib tal-ippjanar, il-ġestjoni tar-riskju u s-superviżjoni; jifraħ lill-Kumitat u lill-KESE talli laħqu u qabżu l-objettivi tal-EMAS għall-2021-2025, ħlief l-objettivi relatati mal-konsum tal-gass;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-produzzjoni totali tal-elettriku ġġenerata minn pannelli solari fuq il-bini tal-Kumitat u tal-KESE kienet ta’ madwar 15,5-il MWh, li tirrappreżenta 0,25 % tal-konsum annwali totali tal-Kumitat u tal-KESE; jinnota li, mis-16 ta’ Settembru 2022, il-JDE biss kien mgħammar b’pannelli solari; huwa konxju li minħabba proċeduri amministrattivi, il-Kumitat u l-KESE se jiffaċċjaw dewmien qabel ma jkunu jistgħu jestendu l-installazzjoni tagħhom tal-pannelli solari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat stabbilixxa pjan ta’ mobilità sostenibbli li jinkludi kontribuzzjoni finanzjarja għall-abbonamenti tat-trasport pubbliku tal-persunal u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni; jinnota li fl-2022 ma ġie organizzat l-ebda stħarriġ ġdid tal-persunal dwar il-mobilità għalkemm hemm wieħed previst għall-2024; jilqa’ l-fatt li 76 % tal-persunal tal-Kumitat juża mezzi tat-trasport ekoloġiċi għal skopijiet ta’ vjaġġar lejn ix-xogħol u lura;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar baġitarju u amministrattiv miksub permezz tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari l-kooperazzjoni mill-qrib stabbilita fil-livell amministrattiv mal-KESE li miegħu l-Kumitat jikkondividi l-bini u s-servizzi konġunti fl-oqsma tat-traduzzjoni, l-infrastruttura, il-loġistika u l-IT, filwaqt li jżomm l-awtonomija istituzzjonali sħiħa tiegħu; jinnota li, fl-1 ta’ Ottubru 2022, inħoloq Direttorat konġunt għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni bħala parti mill-ftehim ta’ kooperazzjoni l-ġdid iffirmat bejn il-Kumitat u l-KESE fl-2022;  jinnota wkoll li fl-2022 inġabru flimkien 470 membru tal-persunal u EUR 55 miljun mill-Kumitat u mill-KESE, minbarra n-nefqa relatata mas-salarji; jistieden lill-Kumitat isegwi u jespandi dik il-kooperazzjoni f’oqsma oħra bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu ssimplifikati aktar il-kostijiet operatorji tas-servizzi disponibbli fil-bini kondiviż mill-Kumitat u l-KESE; jistieden lill-Kumitat u lill-KESE jesploraw il-possibbiltà li jistabbilixxu amministrazzjoni unika għas-servizzi konġunti tagħhom, filwaqt li jżommu separati lid-direttorati jew lill-unitajiet għas-servizzi li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-mandati speċifiċi u indipendenti tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ t-tfittxija tal-Kumitat għal sinerġiji billi jixtri servizzi minn istituzzjonijiet oħra permezz ta’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz u billi jipparteċipa f’korpi ta’ koordinazzjoni interistituzzjonali u fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jistieden lill-Kumitat jesplora sinerġiji ma’ istituzzjonijiet oħra, kemm f’termini ta’ loġistika, servizzi diġitali, servizzi tas-sewwieqa u kompiti amministrattivi oħra, kif ukoll ċerti attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn il-membri tal-Kumitat għandhom networks ta’ appoġġ varjati u jiddependu purament fuq il-persunal lokali tagħhom stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ r-rieda tal-Kumitat li jiżviluppa aktar il-kooperazzjoni tiegħu ma’ istituzzjonijiet oħra, b’mod partikolari mal-Parlament, qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 permezz ta’ pjan direzzjonali li jipprevedi intensifikazzjoni ulterjuri tal-kooperazzjoni u rwol akbar għall-Kumitat u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dak il-kuntest; jinnota r-rieżami tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kummissjoni, kif deċiż mill-Konferenza tal-Presidenti f’Novembru 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat jikkoopera mal-Kummissjoni (għal tariffa annwali) għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet tar-riżorsi umani u l-użu ta’ diversi pjattaformi tal-IT għall-ġestjoni finanzjarja u r-riżorsi umani; jinnota li l-Kumitat jorganizza s-sessjonijiet plenarji tiegħu fil-bini tal-Parlament u tal-Kummissjoni biex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ kapaċità tal-kmamar tal-konferenzi tiegħu stess u li l-Kumitat jixtri servizzi ta’ interpretazzjoni minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet; jinnota li l-Kumitat qiegħed iħares lejn il-possibbiltajiet li jintużaw faċilitajiet ta’ interpretazzjoni mill-bogħod fid-dawl tal-iżvilupp rapidu ta’ dak is-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat jippromwovi l-viżibbiltà u l-impatt tal-ħidma tiegħu bbażata fuq il-kooperazzjoni interistituzzjonali permezz ta’ preżentazzjoni mmirata tar-rapporti tiegħu lil istituzzjonijiet oħra, eż. preżentazzjonijiet ta’ 11-il rapport lill-Parlament fl-2022, laqgħat bilaterali fil-livell tar-rapporteur, skambji politiċi matul avvenimenti u konferenzi formali, distribuzzjoni mmirata tal-opinjonijiet u tax-xogħol fin-networks;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-baġit ġenerali tal-Kumitat għall-komunikazzjoni kien ta’ EUR 2,2 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 2,1 miljun fl-2021, jiġifieri żieda ta’ 4 %; jinnota li, f’dak il-baġit, intużaw madwar EUR 439 000 għall-avvenimenti, EUR 795 000 għall-media u EUR 1 099 000 għall-komunikazzjoni diġitali; jinnota li l-għan tal-komunikazzjoni tal-Kumitat huwa li jtejjeb il-profil istituzzjonali u politiku tal-Kumitat bħala l-assemblea tar-reġjuni, il-bliet, il-villaġġi u l-muniċipalitajiet tal-Unjoni u r-rwol tal-membri tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat kompla jospita l-laqgħat regolari tad-diretturi ġenerali għall-komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni fl-2022, b’enfasi fuq it-tħejjija ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni kkoordinati fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej fl-2024; iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli bl-appoġġ tiegħu għall-kampanja ta’ komunikazzjoni istituzzjonali tal-Parlament għall-elezzjonijiet Ewropej fl-2024 permezz tan-networks lokali u reġjonali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija ta’ komunikazzjoni mmexxija mid-data żviluppata mill-Kumitat biex jersaq eqreb taċ-ċittadini tal-Unjoni fil-livelli lokali u reġjonali permezz ta’ kanali ta’ multiplikazzjoni, bħan-networks Ewropej ta’ konsulenti reġjonali u lokali li sat-tmiem l-2022 kellhom 2 037 membru rreġistrat u l-programm tal-politiċi żgħażagħ eletti b’775 parteċipant f’avvenimenti għalihom fl-2022, jiġifieri żieda ta’ 15 % meta mqabbel mal-2021; jinnota li l-Kumitat ipprovda wkoll taħriġ u bini tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-involviment taċ-ċittadini u d-demokrazija parteċipattiva msejħa “A new chapter for participatory democracy” (Kapitolu ġdid għad-demokrazija parteċipattiva); jinnota li, f’Novembru 2022, il-Bureau tal-Kumitat stieden lil kull membru biex ikollu mill-inqas djalogu wieħed fil-kostitwenza tiegħu kull sena; jinnota li l-Kumitat stabbilixxa sinerġiji man-network ta’ ċentri ta’ Europe Direct fl-Istati Membri għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinnota li fl-2022 il-Kumitat kompla jimplimenta tliet kampanji ta’ komunikazzjoni f’konformità mal-prijoritajiet politiċi għall-mandat tal-2020-2025 bit-titoli Nressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini, Nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti, u Nippromwovu l-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-UE; jilqa’ l-isforzi tal-Kumitat biex jestendi l-udjenza tiegħu permezz tal-komunikazzjoni diġitali u l-ilħuq tal-media, u jinnota li fl-2022 il-Kumitat issemma 18 890 darba fuq il-media, jiġifieri żieda ta’ 20 % bejn l-2020 u l-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, il-Kumitat kellu 175 000 segwaċi fuq il-kanali tal-media soċjali tiegħu, jiġifieri 16 % aktar milli fl-2021, li minnhom 54 800 segwaċi (żieda ta’ 8 %) fuq X (preċedentement Twitter), 58 100 (żieda ta’ 6 %) fuq Facebook, 52 100 (żieda ta’ 33 %) fuq LinkedIn u 10 500 (żieda ta’ 67 %) fuq Instagram;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat jikkontribwixxi għall-portal tad-data miftuħa tal-Kummissjoni b’settijiet ta’ data dwar id-data tal-membri u d-data tal-opinjoni iżda juża u jippromwovi wkoll data miftuħa fost l-awtoritajiet lokali u dawk reġjonali, u b’hekk japprova trasparenza akbar fl-operazzjonijiet tiegħu permezz ta’ data aċċessibbli liberament f’formati li jinqraw mill-bniedem u mill-magni u jsaħħaħ ir-rabta tiegħu maċ-ċittadini.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>