<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0234</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0084/2024 - Rapporteur: Luke Ming Flanagan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew (2023/2137(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 45, 24.2.2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0391 – C9‑0256/2023)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/2, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-attività tal-Ombudsman Ewropew għas-sena 2022 u r-rapport tagħha dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0084/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2023/2137(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0084/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-elezzjoni ta’ Ombudsman Ewropew mill-Parlament Ewropew li għandu jingħata s-setgħa li jilqa’ l-ilmenti ta’ kull ċittadin tal-Unjoni jew ta’ kull persuna, kemm fiżika kif ukoll ġuridika, li toqgħod jew ikollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, li jinvolvu każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha. Huwa għandu jinvestiga dawn l-ilmenti u jirrapporta dwarhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 253, 16.7.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni bħalissa qed tiġi riveduta wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”) jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li fl-2022 kien jammonta għal total ta’ EUR 11,6-il biljun, jiġifieri 5,9 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-baġit tal-Ombudsman kien jirrappreżenta 0,1 % tal-approprjazzjonijiet tal-intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, eżaminat kampjun ta’ 60 tranżazzjoni fl-ambitu tal-Amministrazzjoni, l-istess numru bħal fl-2021; jinnota wkoll li l-Qorti tikteb li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani inklużi l-pensjonijiet, li fl-2022 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni, u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-Qorti, bħala parti mill-awditu għall-2022, eżaminat is-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-Ombudsman, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern, il-ġestjoni tar-riskju, u l-funzjonament tal-kontrolli ewlenin definiti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-“Regolament Finanzjarju”), inklużi l-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> fuq il-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li 14 (23 %) mis-60 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, il-Qorti tiddikjara li ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-Ombudsman;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-baġit tal-Ombudsman kien jammonta għal EUR 12 222 108, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta’ EUR 280 000 meta mqabbel mal-2021; jifhem li dan it-tnaqqis huwa r-riżultat ta’ razzjonalizzazzjoni tal-baġit abbażi tal-ħtiġijiet reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienet ta’ 96,97 %, liema rata hija ogħla meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, meta r-rata ta’ implimentazzjoni kienet ta’ 88,8 % minħabba restrizzjonijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li, matul l-2022, l-Ombudsman għamlet sitt trasferimenti baġitarji skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, li jirrappreżentaw total ta’ EUR 344 460 jew 2,8 % tal-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja; jinnota wkoll li n-nomenklatura baġitarja għall-partita “2000” inqasmet f’erba’ subkategoriji sabiex tiżdied it-trasparenza tal-informazzjoni meħtieġa għall-bini tal-Ombudsman fiż-żewġ postijiet tax-xogħol; jirrikonoxxi li l-approprjazzjonijiet ittrasferiti mill-partita baġitarja tal-kera ma ntużawx minħabba li l-Ombudsman ħallset l-ispejjeż kollha mġarrba għax-xogħlijiet ta’ sistemazzjoni tal-binja l-ġdida tal-Ombudsman permezz tal-baġit tal-2021 minflok ma qassmithom fuq sitt snin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrikonoxxi li, minkejja ż-żieda fiż-żmien għall-pagamenti minn 11,35 għal 13-il jum mill-2021 għall-2022, iż-żmien medju għall-pagamenti għadu relattivament qasir; jemmen li l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ fatturazzjoni elettronika mill-2023 tista’ ttejjeb biss l-effiċjenza tal-proċess tal-ħlas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman ma rrapportat l-ebda impatt mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq il-baġit tagħha għall-2022 għall-missjonijiet, l-akkwist jew il-bini; jirrakkomanda li l-Ombudsman tqis li r-reviżjoni annwali li jmiss tal-kera u tal-imposti fuq il-bini f’somma f’daqqa mill-Parlament tista’ twassal għal spejjeż addizzjonali fil-baġit tal-Ombudsman għall-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-baġit għall-missjonijiet tal-persunal naqas minn EUR 135 000 fl-2021 għal EUR 120 000 fl-2022 bħala riżultat tal-iffrankar ibbażat fuq it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 u l-użu wiesa’ tal-faċilitajiet ta’ vidjokonferenzi għal laqgħat interni u esterni fiż-żewġ postijiet tax-xogħol;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman, matul l-2022, kompliet timplimenta azzjonijiet speċifiċi f’konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-istrateġija ta’ ħames snin tal-Ombudsman “Lejn l-2024”, kif stabbilit fil-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali (AMP) tagħha; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-Ombudsman irnexxielha tgħaddi l-abbozz tad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Istatut il-ġdid li jirregola d-dmirijiet tal-Ombudsman lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament għall-konsultazzjoni f’konformità mal-AMP tal-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li, fl-2022, hekk kif innotat in-nuqqas flagranti ta’ informazzjoni pubblika, l-Ombudsman staqsiet antiċipatament lill-Kummissjoni Ewropea kif din se tiżgura t-trasparenza fin-negozjati tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru, kif se tiggarantixxi l-iskrutinju pubbliku tal-istadji importanti milħuqa mill-Istati Membri, u kif se tissorvelja l-awditi<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ombudsman.europa.eu/mt/news-document/en/152993.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Ombudsman irċeviet 2 223 ilment, meta mqabbla ma’ 2 192 fl-2021, li 35 % minnhom kienu jaqgħu taħt il-mandat tal-Ombudsman; jinnota wkoll li l-Ombudsman fetħet 348 inkjesta, inkluż 60 inkjesta ta’ importanza pubblika, u għalqet 330 inkjesta fl-2022 meta mqabbel mal-ftuħ ta’ 338 inkjesta u l-għeluq ta’ 305 inkjesti fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju li l-Ombudsman tirċievi ħafna lmenti miċ-ċittadini dwar dewmien estrem biex jinkiseb aċċess għad-dokumenti mitluba; jappoġġja l-fehmiet tal-Ombudsman li l-aċċess imdewwem huwa effettivament aċċess miċħud u li l-proċessi amministrattivi għandhom jiġu ssimplifikati biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jirċievu aċċess għad-dokumenti fil-ħin<FOOTNOTE><FIELD> https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2023-0295_MT.html.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-iżvilupp ta’ proċess simplifikat biex jiġu ttrattati l-inkjesti “nuqqas ta’ tweġiba”; jilqa’ wkoll l-implimentazzjoni ta’ proċedura simplifikata għall-ipproċessar ta’ lmenti “barra mill-mandat”, u b’hekk iż-żmien biex jiġu ttrattati tali talbiet jitnaqqas minn 15-il jum għal 3 ijiem; jinsab imħasseb, madankollu, li bejn l-2021 u l-2022 iż-żmien medju biex jiġi ttrattat ilment li jaqa’ taħt il-mandat żdied minn 61 għal 91 jum u ż-żmien medju biex tiġi ttrattata inkjesta żdied minn 112 għal 166 jum;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li l-etika u t-trasparenza baqgħu oqsma importanti ta’ ħidma għall-Ombudsman fl-2022 li komplew jikkontribwixxu għall-progress, iżda ffaċċjaw ukoll sfidi, u li l-għadd ta’ lmenti relatati mat-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont kien jammonta għal 32 % tal-każijiet kollha fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kompla jkun prijorità ewlenija għall-Ombudsman fl-2022, b’121 ilment riċevut, l-ogħla numru rreġistrat fi żmien sena, u l-inkjesti rriżultaw f’90 ilment; jilqa’ l-fatt li l-każijiet fil-qasam tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti jiġu pproċessati malajr, b’medja ta’ 46 jum tax-xogħol sal-għeluq tal-ilment u 67 jum tax-xogħol fir-rigward tal-inkjesti biss; jifhem li, minkejja ż-żieda fl-għadd ta’ każijiet, is-sehem ta’ inkjesti rapidi kien jirrappreżenta biss 28 % tal-inkjesti kollha dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, meta mqabbel ma’ 58 % fl-2021; jilqa’ s-sejbiet ta’ inkjesti ewlenin li jikkonċernaw il-Kummissjoni u aġenziji oħra tal-Unjoni, bħall-Frontex, u istituzzjonijiet u korpi bħall-BEI dwar il-ġestjoni amministrattiva tagħhom fil-konfront tat-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li, skont l-Ombudsman Ewropew, ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għad-dokumenti, b’mod partikolari dokumenti leġiżlattivi, għandhom ikunu eċċezzjoni u limitati għal dak li huwa assolutament neċessarju; ifakkar ukoll li kwalunkwe deċiżjoni li ċċaħħad l-aċċess pubbliku għad-dokumenti trid tkun ibbażata fuq eżenzjonijiet legali definiti b’mod ċar u strett, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni motivata u speċifika, biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu ċ-ċaħda ta’ aċċess u jagħmlu użu effettiv mir-rimedji legali disponibbli; iqis li approċċ aktar proattiv jgħin biex jiżgura trasparenza effettiva u biex jipprevjeni tilwim legali li jkun għali u oneruż bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2023-0295_MT.html.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-kompożizzjoni tal-persunal f’termini ta’ status u profili ta’ impjieg baqgħet stabbli f’dawn l-aħħar snin, b’total ta’ 74 membru tal-persunal fi tmiem l-2022, l-istess numru bħal fl-2021; jinnota wkoll li, fl-2022, l-Ombudsman impjegat 39 uffiċjal, meta mqabbla ma’ 37 u 38 fl-2020 u l-2021 rispettivament, 28 membru tal-persunal temporanju, meta mqabbla ma’ 28 u 30 fl-2020 u l-2021 rispettivament, u 7 aġenti kuntrattwali, meta mqabbla ma’ 8 u 6 fl-2020 u l-2021 rispettivament; jinnota li, fl-2022, proporzjon ugwali ta’ madwar 40 % tal-persunal ittratta l-amministrazzjoni (riżorsi umani, finanzi, ġestjoni tal-proċessi) minn naħa u 40 % ttratta l-ilmenti u l-inkjesti min-naħa l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-pożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali ilha vakanti mill-1 ta’ Settembru 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Ombudsman nediet sejħa għal espressjonijiet ta’ interess bl-għan li tistabbilixxi grupp ta’ kandidati, sabiex tirrekluta aġenti temporanji aktar malajr; huwa interessat li jsegwi t-titjib fl-effiċjenza li ġabet magħha din il-proċedura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman irnexxielu jkollha 18-il nazzjonalità rrappreżentata fost il-persunal tagħha, bis-saħħa ta’ komunikazzjoni proattiva u kuntatti ma’ udjenzi aktar diversi, b’mod partikolari permezz tal-kanali tal-media soċjali; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tikseb distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha fost il-persunal tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li, f’termini ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, l-Ombudsman timpjega aktar nisa milli rġiel fil-kategoriji kollha tal-persunal, b’mod partikolari fil-livell maniġerjali, b’rappreżentanza ġenerali ta’ 67 % nisa u 33 % rġiel, meta mqabbla ma’ 68 % nisa u 32 % rġiel fl-2021; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tikseb rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri fost il-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Ombudsman implimentat il-politika l-ġdida tagħha dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu adottata f’Ottubru 2021, li tinkludi dispożizzjonijiet, pereżempju, dwar it-telexogħol, inkluż minn barra l-pajjiż, il-forniment ta’ tagħmir ergonomiku għal xogħol mid-dar, ix-xogħol part-time, il-liv tal-ġenituri, il-ħin flessibbli u d-dritt għall-iskonnessjoni, u jilqa’ l-fatt li din il-politika tapplika għall-kategoriji kollha tal-persunal; jilqa’ r-riżultat ġenerali ta’ stħarriġ tal-persunal imwettaq fl-2023 li juri rata ta’ sodisfazzjon ġenerali ta’ 97 % tal-persunal rigward l-arranġamenti tax-xogħol ibridi u flessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-maniġers għandhom stampa ġenerali tajba tal-ammont ta’ xogħol tal-persunal, jimmonitorjaw id-distribuzzjoni tax-xogħol b’mod regolari, u jirfinawha, meta jkun meħtieġ; jinnota li s-servizz mediku tal-Parlament Ewropew, li jipproċessa kwistjonijiet mediċi relatati mal-persunal tal-Ombudsman, ma ssenjala lill-Ombudsman l-ebda każ ta’ mard fit-tul ikkaġunat minn burnout;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Japprezza li, fl-2022, ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ fastidju; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura ambjent tax-xogħol mingħajr fastidju sesswali u psikoloġiku, b’mod partikolari permezz ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ; jinnota b’sodisfazzjon li stħarriġ li sar fil-kuntest ta’ awditu intern dwar il-qafas etiku wera li, fil-bidu tal-2023, 90 % tal-persunal kien konxju mill-politika u l-linji gwida dwar il-fastidju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-Ombudsman laqgħet 18-il trainee mħallas, meta mqabbel ma’ 16 fl-2021, li jgawdu pakkett ta’ remunerazzjoni u l-istess arranġamenti tax-xogħol bħall-bqija tal-persunal; iħeġġeġ lill-Ombudsman, kif ippjanat għall-2023, tniedi skema ta’ traineeships maħsuba għaż-żgħażagħ b’diżabbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kontinwi biex jissaħħaħ il-qafas etiku tal-istituzzjoni u ssir sensibilizzazzjoni dwaru; jinnota li l-Ombudsman, f’dan ir-rigward, organizzat preżentazzjoni tal-politika tal-Ombudsman dwar l-attivitajiet esterni, taħriġ dwar il-fastidju u sessjoni waqt l-ikla ta’ nofsinhar dwar il-kunflitti ta’ interess għall-persunal kollu; jinnota wkoll li l-formoli għad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess, l-attivitajiet esterni, il-pubblikazzjonijiet u l-eżerċitar ta’ attività okkupazzjonali wara t-tluq mis-servizz pubbliku tal-Unjoni ġew riveduti biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-regoli interni; jilqa’ l-awditu intern dwar il-qafas etiku tal-Ombudsman li tnieda fl-2022 u li r-riżultati tiegħu se jitqiesu biex ikomplu jittejbu l-prattiki f’dak il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi tal-Ombudsman hija bbażata fil-wisa’ fuq il-qafas etiku stabbilit u fuq il-prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet għall-funzjonijiet finanzjarji; jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2022, ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess u l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Ombudsman ma ngħaqditx formalment mar-reġistru tat-trasparenza tal-UE stabbilit bil-ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju iżda allinjat il-prattiki tagħha fuq il-prinċipji tar-reġistru tat-trasparenza, filwaqt li vverifikat li l-kelliema jew l-interlokuturi f’avvenimenti jew laqgħat organizzati mill-Ombudsman kienu rreġistrati fih; jilqa’ l-livell għoli ta’ trasparenza miksub mill-Ombudsman bil-pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha ta’ informazzjoni dwar l-inkjesti, il-missjonijiet, il-laqgħat u l-avvenimenti li fihom tieħu sehem l-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Ombudsman tinforma perjodikament lill-awtorità baġitarja dwar id-diffikultajiet li tkun iltaqgħet magħhom fil-ħidma tagħha dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-Ombudsman ippubblikat gwida għall-pubbliku dwar id-dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti, b’informazzjoni dwar kif l-aħjar jiġi eżerċitat dan id-dritt;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jifraħ lill-Ombudsman għall-promozzjoni attiva tad-diġitalizzazzjoni biex jitnaqqas l-użu tal-karti u biex jiġu aġevolati l-iskambju u l-ħżin tad-dokumenti; jinnota li, fl-2022, in-nefqa fuq l-IT naqset bi 48 % meta mqabbla mal-2021 peress li ma kien meħtieġ l-ebda investiment speċifiku biex tissaħħaħ id-diġitalizzazzjoni; jilqa’ l-użu ġeneralizzat tal-vidjokonferenzi u l-webstreaming, li naqqsu l-ħtieġa tal-ivvjaġġar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, f’termini tal-IT, l-Ombudsman tibbaża fuq il-qafas tal-infrastruttura u taċ-ċibersigurtà tal-Parlament u tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni u l-manutenzjoni tal-għodod korporattivi tal-Unjoni (SYSPER, ABAC, MiPS u ARES) u l-użu ta’ kuntratti qafas tal-IT; jinnota li, minħabba li l-livell ta’ kontroll tagħha fuq id-data huwa limitat, l-Ombudsman ikkonkludiet ftehimiet fil-livell ta’ servizz mal-istituzzjonijiet ikkonċernati biex tiżgura li l-ipproċessar tad-data personali jikkonforma mal-qafas legali applikabbli; jinnota b’sodisfazzjon li l-Ombudsman ma kellha l-ebda attakk ċibernetiku fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Ombudsman taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà); jissuġġerixxi li l-Ombudsman toffri programmi ta’ taħriġ relatati maċ-ċibersigurtà aġġornati regolarment għall-persunal kollu tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2022, l-Ombudsman lestiet erba’ azzjonijiet mill-pjan ta’ azzjoni ta’ ħames punti adottat wara r-Rapport tal-Awditu Intern 21/03 dwar ir-Rieżami tal-Qafas tal-Protezzjoni tad-Data tal-Istituzzjoni, li għandhom l-għan li jkomplu jtejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (l-“EDPS”) ipprovda feedback dwar ilment minn ċittadin bl-argument li l-informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data pprovduta mill-Ombudsman fil-konferma standard tagħha tar-riċevuta ma kinitx biżżejjed; jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS għalaq il-każ mingħajr azzjonijiet ulterjuri wara li l-Ombudsman introduċiet il-bidliet issuġġeriti fil-mudell tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li bħalissa qed tiġi implimentata sistema ta’ fatturazzjoni elettronika f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea (DĠ DIGIT); jitlob lill-Ombudsman tagħti dettalji dwar skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema ta’ fatturazzjoni elettronika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jifraħ lill-Ombudsman talli użat esklussivament software b’sors miftuħ fuq is-sit web tagħha u talli pprijoritizzat l-użu ta’ għodod b’sors miftuħ għal skopijiet interni fejn possibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li, wara ċ-ċaqliq tal-Uffiċċju tal-Ombudsman ta’ Brussell għal faċilitajiet ġodda pprovduti mill-Parlament fl-2021, il-binja ġiet organizzata bħala spazju tax-xogħol kollaborattiv b’għadd verament limitat ta’ uffiċċji individwali u faċilitajiet flessibbli ta’ laqgħat kollaborattivi; jieħu nota pożittiva li l-Ombudsman ma tipprattikax użu flessibbli tal-uffiċċji u li l-membri kollha tal-persunal għandhom l-iskrivanija tagħhom stess bi spazju sew fejn jerfgħu l-affarijiet; jinsab imħasseb li ma ġie organizzat l-ebda stħarriġ tal-persunal mill-Ombudsman qabel ma seħħ iċ-ċaqliq lejn spazju kollaborattiv fl-uffiċċju ta’ Brussell; jinnota li stħarriġ ġenerali tal-persunal li sar fl-2023 wera li l-maġġoranza tal-persunal wieġbet b’mod pożittiv rigward l-arranġamenti fiżiċi l-ġodda; japprezza wkoll li l-persunal inżamm infurmat dwar xi deċiżjonijiet li jikkonċernaw is-sistemazzjoni tal-ispazju tax-xogħol, bħall-iskemi tal-kuluri, qabel iċ-ċaqliq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman irritornat 20,5 % tas-superfiċje mikrija mill-Parlament fi Strażburgu fuq talba ta’ dan tal-aħħar u li l-kera tagħha sussegwentement tnaqqset;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifakkar li l-Ombudsman mhijiex sidt il-bini tagħha stess iżda tikri binja fi Brussell u spazju għall-uffiċċji fi Strażburgu; jinnota b’sodisfazzjon li l-binja Havel fi Strażburgu hija aċċessibbli bis-sħiħ għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew b’diżabbiltà oħra u jesprimi dispjaċir qawwi għall-fatt li l-aċċessibbiltà għall-binja mikrija fi Brussell jeħtieġ li tittejjeb; jistieden lill-Parlament itejjeb l-aċċessibbiltà għall-binja mikrija lill-Ombudsman fi Brussell;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, matul is-snin, l-Ombudsman naqqset l-impronta ambjentali tagħha, b’mod partikolari permezz tad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi u l-pubblikazzjonijiet tagħha bħar-rapport annwali, it-tneħħija ta’ stampaturi individwali u miżuri biex l-avvenimenti jsiru aktar sostenibbli; jinnota li, f’termini tal-impronta ambjentali tal-bini tagħha, l-Ombudsman tibbaża fuq il-miżuri meħuda mill-Parlament fil-kapaċità tiegħu bħala sid il-bini; jirrikonoxxi li l-Ombudsman bagħtet it-talba tagħha lill-Parlament, espressa fil-kwittanza tal-2021, biex tinstalla pannelli solari fuq il-bejt tal-bini tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Ombudsman kompliet tħeġġeġ il-mobbiltà sostenibbli, b’mod partikolari billi pprovdiet appoġġ finanzjarju għall-abbonamenti annwali tat-trasport pubbliku, billi llimitat l-ispazji disponibbli għall-parkeġġ tal-karozzi u billi tejbet il-faċilitajiet u l-parkeġġ għaċ-ċiklisti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar finanzjarju u amministrattiv miksub permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari l-firxa wiesgħa ta’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz konklużi mal-Parlament u mal-Kummissjoni u l-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist interistituzzjonali; jinnota li, fl-2022, l-Ombudsman żviluppat sinerġiji ġodda ma’ istituzzjonijiet oħra u ffirmat ftehimiet dwar il-forniment ta’ servizzi għall-użu taċ-ċertifikati ta’ ffirmar kwalifikati mill-bogħod mill-Kummissjoni u l-forniment ta’ servizzi mill-Front Office għall-Persunal u mill-Punt ta’ Informazzjoni tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li jinżamm livell għoli ta’ skambji u ta’ koordinazzjoni man-Network Ewropew tal-Ombudsmen (ENO); jilqa’ l-organizzazzjoni tal-konferenza annwali u l-webinar tematiku tal-ENO bħala fora ta’ diskussjoni importanti dwar kwistjonijiet attwali li għandhom impatt fuq il-ħidma tal-Ombudsman madwar l-Ewropa fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni li l-Ombudsman iżżomm mal-UPPE, mal-QEA u mal-OLAF bl-għan li jiġu evitati investigazzjonijiet doppji u jiġu diskussi suġġetti ta’ interess reċiproku, bħat-titjib tal-qafas ta’ sorveljanza tal-Unjoni; jilqa’ bl-istess mod il-kanali ta’ kooperazzjoni stabbiliti mal-EDPS biex tiġi żgurata konsultazzjoni reċiproka rapida fil-ħidma ta’ kuljum taż-żewġ istituzzjonijiet u l-Memorandum ta’ Qbil li jiddelinja l-kompetenzi rispettivi ta’ kull istituzzjoni bl-għan li jiġu evitati proċeduri doppji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman għandha kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew dwar inkjesti importanti billi tippreżenta l-ħidma jew direttament fil-laqgħat tal-Kumitati jew permezz ta’ informazzjoni li tintbagħat lill-Presidenti tal-Kumitati; jenfasizza li l-inizjattivi strateġiċi u l-inkjesti mwettqa mill-Ombudsman huma kruċjali għat-titjib tat-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-amministrazzjoni tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li, bejn l-2021 u l-2022, il-baġit ġenerali għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ promozzjoni żdied minn EUR 92 100 għal EUR 132 400, jiġifieri bi 43,8 %; jifraħ lill-Ombudsman talli żviluppat strateġija ta’ komunikazzjoni komprensiva li kkontribwiet għal żieda fis-sensibilizzazzjoni ta’ udjenzi speċjalizzati u tal-pubbliku ġenerali; jinnota li l-media Ewropea ħarġet 60 % aktar artikli tal-istampa dwar l-Ombudsman meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Ombudsman biex twettaq sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini dwar ir-rwol tal-Ombudsman u l-possibbiltà ta’ rikors għall-Ombudsman fil-każ ta’ amministrazzjoni ħażina minn istituzzjoni tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-isforzi li saru biex tiġi pprovduta informazzjoni trasparenti u tiġi ppubblikata data f’format informattiv u faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Ombudsman, għalkemm tali data mhijiex disponibbli f’format miftuħ; jilqa’ l-adozzjoni ta’ logo u ta’ identità viżiva ġodda biex tiżdied il-viżibbiltà tal-ħidma tal-Ombudsman u biex dan jiġi rikonoxxut bħala korp tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Japprezza l-fatt li l-Ombudsman tuża għodda awtomatizzata għat-traduzzjoni tal-każijiet fuq is-sit web u jitlob lill-Ombudsman tiżgura traduzzjoni bla xkiel u fil-ħin tal-każijiet tagħha bil-lingwi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li l-Ombudsman għandha kontijiet tal-media soċjali fuq Instagram, LinkedIn, X (dak li qabel kien twitter), fejn fl-2022 is-segwaċi u r-rati ta’ involviment raw tkabbir ogħla milli fis-snin preċedenti; jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Ombudsman fi proġett pilota mmexxi mill-EDPS li għandu l-għan li jġib lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fuq EU-Voice u EU-Video, li huma żewġ networks tal-media soċjali ħielsa u b’sors miftuħ, ibbażati fuq software Mastodon, li jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinteraġixxu mal-pubbliku billi jaqsmu testi, immaġnijiet, vidjows u podcasts.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>