<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0235</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0086/2024 - Rapporteur: Luke Ming Flanagan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2023/2138(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 45, 24.2.2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0391 – C9‑0257/2023)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/2, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2023/2138(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq li huwa partikolarment importanti li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ aktar permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali, protett mil-liġi Ewropea u minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-ħarsien tar-regoli relatati mal-protezzjoni tal-individwi, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali dwarhom, għandu jkun soġġett għall-kontroll minn awtorità indipendenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2018/1725 jipprevedi l-istabbiliment ta’ awtorità indipendenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (l-“EDPS”), responsabbli mill-protezzjoni u l-garanzija tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza, u inkarigat mill-kompitu li jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jħaddnu kultura b’saħħitha ta’ protezzjoni tad-data;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-EDPS iwettaq il-funzjonijiet tiegħu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data (DPAs) sħab bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), u jservi l-interess pubbliku filwaqt li jkun iggwidat mill-prinċipji tal-imparzjalità, l-integrità, it-trasparenza u l-pragmatiżmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, sat-13 ta’ Novembru 2022, l-EDPS iddelega s-setgħat tal-Uffiċjal Awtorizzanti lid-Direttur u mbagħad lill-Kap tal-Amministrazzjoni, f’konformità mal-istatut tal-kompiti u r-responsabbiltajiet li jikkonċernaw il-baġit u l-amministrazzjoni tal-EDPS, previst fl-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li l-funzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-EDPS għandha titwettaq mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-1 ta’ Marzu 2017;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-EDPS jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kienet tammonta għal total ta’ EUR 11,6-il biljun, jiġifieri 5,9 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni, fl-2022; jinnota li l-baġit tal-EDPS kien jirrappreżenta 0,17 % tal-approprjazzjonijiet tal-intestatura 7 tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, eżaminat kampjun ta’ 60 tranżazzjoni fl-ambitu tal-Amministrazzjoni, l-istess għadd bħal fl-2021; jinnota wkoll li l-Qorti tikteb li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani inklużi l-pensjonijiet, li fl-2022 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-Qorti, bħala parti mill-awditu għall-2022, eżaminat is-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-EDPS, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern, il-ġestjoni tar-riskju, u l-funzjonament tal-kontrolli ewlenin definiti fir-Regolament Finanzjarju, inklużi l-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> fuq il-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li 14 (23 %) mis-60 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, il-Qorti tiddikjara li ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-EDPS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali adottat għall-EDPS kien ta’ EUR 20 266 000 fl-2022, liema ammont jirrappreżenta żieda ta’ 4,12 % meta mqabbel mal-2021; jinnota li l-EDPS irċieva EUR 50 000 ta’ dħul assenjat relatat mas-servizzi pprovduti lill-Awtorità Superviżorja tal-EFTA permezz ta’ Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz; jinnota li l-baġit tal-EDPS ikopri wkoll il-ħidma tas-Segretarjat indipendenti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (il-“Bord”);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienet ta’ 98 % fl-2022, liema rata hija ogħla mis-sena ta’ qabel, meta r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienet ta’ 86 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ħolqot pressjoni baġitarja għall-EDPS, inkluż permezz ta’ żieda fl-inflazzjoni u l-aġġustamenti tas-salarji, żieda qawwija fl-ispejjeż tal-enerġija u l-ispiża tal-prodotti u tas-servizzi permezz ta’ akkwist pubbliku u ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ istituzzjonijiet oħra; jilqa’ r-riallokazzjonijiet interni fil-kapitoli baġitarji mwettqa matul l-2022 sabiex tiġi ottimizzata l-implimentazzjoni tal-baġit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, iż-żmien medju għall-pagament kien ta’ 21,54 jum, u dan jirrappreżenta żieda meta mqabbel mal-2021 meta ż-żmien medju kien ta’ 19,98-il jum; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ pagament elettroniku biex jiġu pproċessati fatturi relatati mal-ispejjeż tal-missjonijiet imħallsa minn qabel mill-aġenzija tal-ivvjaġġar, li hija mistennija tgħin biex tnaqqas iż-żmien meħtieġ biex isiru l-pagamenti jsiru ladarba tkun kompletament operattiva; jistieden lill-EDPS iqis il-possibbiltà li din is-sistema tiġi estiża għal tipi oħra ta’ pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-EDPS għall-missjonijiet tal-persunal żdied minn EUR 41 000 għal EUR 251 000, jiġifieri żieda ta’ 512 %, bejn l-2021 u l-2022 wara l-issoktar tal-ivvjaġġar wara l-pandemija tal-COVID-19; jinnota wkoll li, f’dan il-baġit ġenerali, l-EDPS kellu baġit għall-missjonijiet speċifiku għall-Kontrollur ta’ EUR 33 000 fl-2022 meta mqabbel ma’ EUR 5 000 fl-2021, jiġifieri żieda ta’ 560 %; jinnota li ż-żieda fl-inflazzjoni u ż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-enerġija fl-2022 marbuta mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kellhom effett negattiv fuq il-biljetti tat-titjiriet u l-ispejjeż tal-lukandi, u b’hekk wasslu għal żieda fl-ispejjeż tal-missjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-EDPS wettaq rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija 2020-2024 tiegħu li ffoka fuq tliet pilastri “Prospettiva, Azzjoni u Solidarjetà” u stabbilixxa viżjoni u prijoritajiet b’orjentament ġdid tal-EDPS għall-perjodu 2022-2024 bil-għan li “jissawwar futur diġitali aktar sikur”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi l-bidliet organizzattivi ewlenin, u r-reviżjoni korrispondenti tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, imwettqa mill-EDPS fl-2022 biex jappoġġja l-evoluzzjoni tal-kompiti tiegħu u jtejjeb l-effiċjenza tal-proċessi tiegħu fid-dawl tal-ambjent internazzjonali li qed jinbidel malajr; jinnota li, b’mod partikolari, bħala riżultat ta’ dawn il-bidliet, l-EDPS ħoloq funzjoni ġdida ta’ Kap tas-Segretarjat tal-EDPS fil-livell ta’ Segretarju Ġenerali, funzjoni speċifika ta’ servizz legali, settur ta’ governanza u ta’ konformità interna, żewġ setturi operattivi ġodda fl-unità tas-superviżjoni u l-infurzar, settur finanzjarju ġdid fl-unità tar-riżorsi umani, il-baġit u l-amministrazzjoni u antenna fi Strażburgu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, bid-dħul fis-seħħ, fit-28 ta’ Ġunju 2022, tar-Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (ĠU L 169, 27.6.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).</FIELD></FOOTNOTE> li jistabbilixxi l-Europol, il-funzjonijiet ta’ sorveljanza tal-EDPS fir-rigward tad-data personali operattiva pproċessata mill-Europol fil-qafas tal-mandat tiegħu issaħħu tassew; jinnota li l-bidliet organizzattivi introdotti fl-2022, b’mod partikolari l-ħolqien ta’ sottosettur ġdid fl-unità tas-superviżjoni u l-infurzar b’persunal speċjalizzat, kienu notevolment jirrappreżentaw tentattiv ta’ riflessjoni dwar is-setgħat speċifiċi tal-EDPS fir-rigward tas-superviżjoni tal-aġenziji tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (“AFSJ”), b’kunsiderazzjoni wkoll tas-setgħat superviżorji l-ġodda tal-EDPS fir-rigward tal-Europol; jistieden lill-EDPS iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar kwalunkwe estensjoni ulterjuri tal-mandat tiegħu u l-impatt fuq ir-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, bħala parti mill-bidliet implimentati fl-2022, l-EDPS ħabrek biex jissimplifika l-proċeduri interni tiegħu bil-għan li jittratta l-investigazzjonijiet b’mod aktar rigoruż u li jassenja mill-ġdid persunal speċjalizzat; jinnota li l-investigazzjoni tal-ilmenti f’kuntest ta’ infurzar tal-liġi, eż. ilmenti kontra r-risposti mill-Europol għal talbiet ta’ aċċess għas-suġġetti ta’ data miċ-ċittadini, spiss tinvolvi livell għoli ta’ kumplessità u tieħu, bħala medja, aktar fit-tul mill-investigazzjoni ta’ lmenti oħra meta wieħed iqis l-involviment ta’ diversi partijiet ikkonċernati fil-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-EDPS irċieva 367 ilment fl-2022, jiġifieri 47 aktar milli fl-2021, li minnhom 65 kienu ammissibbli u 302 kienu inammissibbli, minbarra l-129 ilment ammissibbli li kienu għadhom għaddejjin fl-2022; jilqa’ l-isforzi li saru mill-EDPS biex inaqqas l-għadd kbir ta’ lmenti inammissibbli, li rduppjaw mill-2019 ’il hawn, u għalhekk żdiedet il-ħtieġa ta’ riżorsi biex jiġu ttrattati; jinnota li l-EDPS ħareġ risposta, opinjoni jew deċiżjoni finali fi 23 minn 65 każ ta’ lment li rċieva fl-2022 fi żmien medju ta’ 42 jum; jinnota wkoll li l-ilmenti dwar ir-risposti mill-Europol għal talbiet ta’ aċċess għas-suġġetti ta’ data miċ-ċittadini ġew ittrattati, bħala medja, f’perjodu ta’ bejn 5 xhur u 12-il xahar; jinnota li l-EDPS qiegħed kontinwament jevalwa mill-ġdid il-proċeduri tiegħu u jimplimenta titjib fejn meħtieġ abbażi tat-tagħlimiet meħuda fil-passat sabiex ikompli jissimplifika t-trattament tiegħu tal-ilmenti bil-għan li l-ilmenti jiġu riżolti aktar malajr minkejja r-restrizzjonijiet fuq ir-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-EDPS wettaq żewġ investigazzjonijiet preliminari fejn kien hemm tħassib dwar ksur possibbli tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data minn istituzzjoni tal-Unjoni u kompla tliet investigazzjonijiet formali li kienu għaddejjin fil-forma ta’ awditi tal-protezzjoni tad-data, li waħda minnhom ġiet konkluża f’April 2022; jinnota, barra minn hekk, li l-EDPS nieda wkoll erba’ investigazzjonijiet fil-forma ta’ awditi tal-protezzjoni tad-data bbażati fuq ilmenti li jikkonċernaw siti web ta’ ċerti istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni (EUIs) u inkjesta waħda fis-settur tal-AFSJ, u kompla bl-investigazzjonijiet li kienu għaddejjin li tnedew fis-snin preċedenti; jinnota li l-awditu tal-EDPS fir-rigward tal-ipproċessar min-naħa tal-Europol ta’ data personali ta’ minorenni taħt l-età ta’ 15-il sena mmarkati bħala persuni suspettati, ipprovdut lill-Aġenzija minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, ġie konkluż f’Settembru 2023 wara investigazzjoni ta’ kważi 10 xhur u wara li s-suġġett kien diġà tqajjem inizjalment mill-EDPS b’rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Europol f’Diċembru 2018 dwar l-ipproċessar ta’ data sensittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-EDPS itejjeb il-proċedura u jipprijoritizza t-trattament ta’ data personali relatata ma’ minorenni taħt l-età ta’ 15-il sena, peress li dawn huma gruppi vulnerabbli li jeħtieġu livell ogħla ta’ protezzjoni, u għalhekk dan jiġġustifika status ta’ prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li, fis-16 ta’ Settembru 2022, l-EDPS ressaq azzjoni għall-annullament ta’ żewġ dispożizzjonijiet tar-Regolament emendat tal-Europol quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), li aktar tard ġiet miċħuda mill-QĠUE; jissottolinja li l-fatt li kwistjonijiet legali importanti jitressqu quddiem il-QĠUE mill-EDPS fir-rwol superviżorju tiegħu ma għandux jitqies bħala li jaffettwa l-kooperazzjoni leali u r-relazzjonijiet tajbin bejn l-EDPS u l-entitajiet li jissorvelja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS żviluppa qafas ġdid ta’ ġestjoni tar-riskju fi tmiem l-2022, u b’hekk saħħaħ il-qafas ta’ kontroll intern tiegħu u inkluda l-analiżi tar-riskju fl-ippjanar annwali tiegħu, u dan għandu jiddetermina l-kontribut għall-prijoritajiet tal-EDPS fuq bażi annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Japprezza r-rwol importanti ta’ konsultazzjoni u konsulenza tal-EDPS fil-proċess leġiżlattiv; jinnota li l-konsulenza tal-EDPS ħadet il-forma ta’ 27 opinjoni (12 fl-2021), 49 kumment formali (76 fl-2021) u 30 kumment informali (29 fl-2021) lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi b’rispons għat-talbiet ta’ konsultazzjoni leġiżlattiva fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-EDPS jirrieżamina r-regoli ta’ proċedura tiegħu biex jiżgura rieżami f’waqtu tal-ilmenti miċ-ċittadini, filwaqt li jqis l-informazzjoni rilevanti kollha u jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar f’dan il-qasam;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, l-EDPS kellu 127 membru tal-persunal, meta mqabbla ma’ 124 fi tmiem l-2021 u 114 fi tmiem l-2020; jinnota li l-EDPS impjega 52 membru tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3(b) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra u 6 membri tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(b) u 2(c); jinnota wkoll li, fl-2022, l-EDPS impjega 8 fornituri esterni tas-servizzi li jaħdmu fuq il-post; jistieden lill-EDPS jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bil-miżuri stabbiliti biex jiġi żgurat li l-aċċess għall-informazzjoni mill-fornituri esterni tas-servizzi jkun ġie ġestit f’konformità mal-livell ta’ kunfidenzjalità meħtieġ mill-kwistjonijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jemmen li minħabba ż-żieda fl-ammont ta’ xogħol ikkawżata minn kompiti u responsabbiltajiet ġodda allokati lill-EDPS, kif ukoll ħafna aktar konsultazzjonijiet leġiżlattivi u settijiet ta’ data li jridu jiġu mmonitorjati, l-EDPS jeħtieġ żieda proporzjonata fil-persunal biex jibqa’ jkollu flussi tax-xogħol effiċjenti bi żminijiet ta’ rispons raġonevoli; iħeġġeġ lill-EDPS jipprovdi kuntratti permanenti lill-impjegati tiegħu biex jiggarantixxi l-kontinwità tal-operat u s-sigurtà tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li r-rata ta’ okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal kienet ta’ 86,9 % fi tmiem l-2022; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rata ta’ okkupanza tat-tabella tal-persunal kienet aktar baxx mill-mira tal-2022; jirrikonoxxi n-nuqqas ta’ professjonisti speċjalizzati; iħeġġeġ lill-EDPS jeżamina strateġiji utli biex iżid il-viżibbiltà tal-pożizzjonijiet vakanti tiegħu; jinnota li, fl-2022, l-EDPS organizza proċedura ta’ selezzjoni esterna biex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva ta’ kandidati speċjalizzati fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ mill-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, filwaqt li qies it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, l-EDPS adotta deċiżjoni ġdida dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu f’Mejju 2022, skont liema deċiżjoni l-persunal jista’ jvarja b’mod partikolari l-ħin tax-xogħol tiegħu skont reġim ta’ ħin flessibbli u ta’ telexogħol sa tlitt ijiem fil-ġimgħa; jilqa’ r-riżultati tal-istħarriġ tal-persunal imwettaq wara l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, li indika li l-maġġoranza tal-persunal kienet issodisfata bl-arranġamenti ta’ ħidma l-ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jifraħ lill-EDPS talli kellu 22 nazzjonalità rrappreżentata fost il-persunal tiegħu fl-2022, liema fatt jirrappreżenta titjib meta mqabbel ma’ 21 fl-2021 u huwa, minkejja r-rappreżentanza żejda ta’ 5 nazzjonalitajiet, punteġġ eċċellenti għal istituzzjoni tant żgħira; jistieden lill-EDPS jagħmel ħiltu biex jikseb rappreżentanza ġeografika aktar ekwa fost l-Istati Membri kollha, b’attenzjoni partikolari għall-indirizzar tas-sottorappreżentanza ta’ ċerti pajjiżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-EDPS impjega total ta’ 64 % nisa u 36 % rġiel, bl-istess xejra bħal fis-snin preċedenti, meta d-distribuzzjoni bejn in-nisa u l-irġiel kienet ta’ 63 % u 37 % rispettivament; jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma kienx hemm nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri fl-2022, filwaqt li l-proporzjon bejn il-ġeneri ta’ erba’ maniġers intermedji laħaq bilanċ matul is-sena; jistieden lill-EDPS ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri fost il-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2022 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta’ burnout jew fastidju fost il-persunal tal-EDPS; jilqa’ l-fatt li l-EDPS waqqaf grupp ta’ ħidma biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mad-distribuzzjoni u l-allokazzjoni tax-xogħol wara r-riżultati tal-istħarriġ biennali dwar is-sodisfazzjon tal-persunal li sar f’Ġunju 2022, skont liema stħarriġ xi membri tal-persunal tal-EDPS ħassew li l-ammont ta’ xogħol ma kienx kondiviż b’mod ugwali jew distribwit tajjeb fost it-timijiet u l-kollegi; jitlob lill-EDPS iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata bl-eżitu tad-diskussjonijiet tal-grupp ta’ ħidma u d-dettalji tal-pjan ta’ azzjoni li qed jitħejja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-EDPS biex itejjeb b’mod attiv il-benesseri fiżiku u mentali tal-persunal tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2022, l-EDPS irrekluta 18-il trainee, li ġew remunerati u li gawdew l-istess arranġamenti ta’ xogħol bħall-bqija tal-persunal;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-EDPS iffoka l-isforzi tiegħu fuq iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar il-qafas etiku tal-EDPS/EDPB billi organizza sessjonijiet ta’ taħriġ speċifiċi obbligatorji għall-persunal kollu u taħriġ ta’ introduzzjoni għal dawk li ngħaqdu ġodda mal-EDPS/EDPB; iħeġġeġ lill-EDPS ikompli s-sensibilizzazzjoni u jorganizza stħarriġ biex jivvaluta l-livell ta’ kemm il-persunal huwa konxju mill-qafas etiku tal-EDPS/EDPB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-livell ġenerali għoli ta’ trasparenza miksub mill-EDPS rigward l-attivitajiet tiegħu, b’mod partikolari rigward il-pubblikazzjoni tal-aġenda u d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-Kontrollur u tal-Kap tal-Amministrazzjoni tal-EDPS, f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-Kontrollur tal-2019; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-EDPS iddeċieda li japplika l-kodiċi ta’ kondotta tal-Kontrollur għall-Kap tal-Amministrazzjoni tal-EDPS minflok ma adotta kodiċi ta’ kondotta speċifiku għall-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS qatt ma kien involut f’xi investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) minn mindu ġie stabbilit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2022, ingħalqu żewġ inkjesti miftuħa mill-Ombudsman dwar l-EDPS mingħajr l-ebda sejba ta’ amministrazzjoni ħażina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-EDPS għadu ma ngħaqadx formalment mar-reġistru tat-trasparenza; jilqa’ madankollu l-allinjament tar-regoli ta’ trasparenza tal-EDPS mal-prinċipji tar-reġistru tat-trasparenza fir-rigward ta’ kontrolli minn qabel obbligatorji fir-reġistru tat-trasparenza għal laqgħat ta’ partijiet terzi mal-Kontrollur u mal-Kap tal-Amministrazzjoni tal-EDPS; jenfasizza li t-trasparenza tista’ tiġi sostnuta aħjar permezz ta’ reġistrazzjoni attiva fir-reġistru tat-trasparenza; itenni t-talbiet lill-EDPS biex jingħaqad mar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li l-EDPS stabbilixxa qafas biex jipprevjeni kunflitti ta’ interess fil-livell tal-maniġment superjuri u tal-persunal permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, sensibilizzazzjoni u dikjarazzjonijiet; jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2022. ma nstab l-ebda kunflitt ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li l-EDPS għandu regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, li jiddefinixxu rotot u kanali sikuri li permezz tagħhom il-persunal jista’ jqajjem tħassib dwar il-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe mġiba ħażina serja oħra mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-identità tal-informatur u tal-informazzjoni rrapportata; jinnota li fl-2022 ma ġie rrapportat l-ebda żvelar ta’ informazzjoni protetta;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-2022 għat-tagħmir u l-proġetti tal-IT kien ogħla b’21 % meta mqabbel mal-2021; jinnota li din l-informazzjoni trid tiġi vvalutata fl-isfond li l-baġit tal-2021 għall-IT kien huwa stess ogħla b’20 % meta mqabbel mal-baġit tal-2020;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-EDPS stħarreġ l-istrateġiji tal-IT ta’ diversi EUIs fil-qafas ta’ studju kbir dwar il-fattibbiltà tal-IT, li serva bħala bażi għad-definizzjoni tal-istrateġija tal-IT tal-EDPS għas-snin li ġejjin; jistieden lill-EDPS iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata bl-eżitu ta’ din l-analiżi u l-impatt tagħha fuq ir-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li l-Parlament jipprovdi tagħmir u servizzi tal-IT lill-EDPS, bħala l-fornitur tas-servizzi korporattivi tiegħu; jilqa’ l-isforzi tal-EDPS biex itejjeb b’mod kostanti l-ispazju tax-xogħol diġitali tiegħu f’termini ta’ effettività u sigurtà lil hinn minn dak li huwa pprovdut mill-Parlament; jinnota li dan kien jinvolvi t-titjib tal-kwalità u tal-prestazzjoni tal-kompjuters ipprovduti lill-persunal tal-EDPS, f’kollaborazzjoni mal-Parlament, bil-ħsieb tal-ġeneralizzazzjoni tax-xogħol ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-EDPS fit-tisħiħ tat-tħejjija tal-EUIs fil-qasam taċ-ċibersigurtà; jinnota li, fl-2022, l-EDPS kompla jtejjeb ir-rieda tiegħu li jipproteġi d-data personali u l-informazzjoni sensittiva kontra l-attakki ċibernetiċi fid-dawl tax-xenarju tat-theddid taċ-ċibersigurtà li qed jinbidel malajr; jifraħ lill-EDPS talli rrieżamina l-politiki u l-metodoloġiji tas-sigurtà tiegħu u adatta r-rekwiżiti kuntrattwali taċ-ċibersigurtà tiegħu f’konformità mal-gwida CERT-UE, qabel id-dħul fis-seħħ tal-att tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà, għall-benefiċċju tal-istituzzjonijiet kollha; jinnota li l-EDPS ma ffaċċja l-ebda attakk ċibernetiku fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li l-EDPS qed imexxi u jiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT b’sors miftuħ innovattivi u li jirrispettaw il-privatezza; jemmen li l-EDPS għandu jaqsam dawk l-esperjenzi mal-EUIs l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ l-azzjonijiet ta’ segwitu mill-EDPS għas-sentenza Schrems II, b’enfasi speċjali fuq il-kuntratti tal-EUIs ma’ entitajiet privati fl-2022, b’mod partikolari l-fornituri l-kbar tal-ICT, u fuq l-arranġamenti bejn l-EUIs u l-korpi pubbliċi mhux tal-UE/taż-ŻEE jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Binjiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-EDPS u l-EDPB kienu l-uniċi kerrejja tal-binja tal-Parlament fejn kienu jinsabu, wara ċ-ċaqliq tal-Ombudsman fi tmiem l-2021; jinnota li, wara dan iċ-ċaqliq, tliet sulari tal-binja ġew rinnovati kompletament sabiex jakkomodaw il-persunal tal-EDPS u tal-EDPB u jadattaw il-bini għall-kundizzjonijiet tax-xogħol il-ġodda prevalenti wara l-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li, f’termini ta’ aċċessibbiltà għall-binja tiegħu, l-EDPS jibbaża fuq id-deċiżjonijiet li ttieħdu u li ġew implimentati mill-Parlament, bħala parti mill-politika immobiljari tiegħu; jistieden lill-EDPS biex jippromwovi l-ħtieġa li ssir enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew b’diżabbiltà u biex jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bi kwalunkwe deċiżjoni ġdida meħuda f’dan ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li l-EDPS ma ngħaqadx mal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) iżda implimenta diversi miżuri biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu, bħat-tnaqqis tal-karti wara d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tar-riżorsi umani jew ir-riċiklaġġ tal-iskart; jinnota li, f’termini ta’ infrastrutturi ambjentali, ma ġie installat l-ebda pannell solari fuq il-binja mikrija mill-Parlament; jistieden lill-EDPS jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bi kwalunkwe deċiżjoni ġdida biex jiġu installati pannelli solari fuq il-binja tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-EDPS ikompli jippromwovi l-mobbiltà sostenibbli tal-persunal tiegħu billi jirrimborża 50 % tal-abbonamenti ta’ kull xahar/annwali għall-użu tat-trasport pubbliku u billi jalloka biżżejjed spazju fil-faċilitajiet tal-garaxxijiet tiegħu għall-membri tal-persunal biex jipparkjaw ir-roti tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar baġitarju u amministrattiv miksub permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari l-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz mal-Parlament għall-kiri tal-bini tiegħu u l-użu tal-applikazzjonijiet tas-sistema tal-IT tiegħu, il-provvisti tal-hardware u l-manutenzjoni, u mal-Kummissjoni għas-servizzi tal-ICT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li l-EDPS jikkoopera mill-qrib, għalkemm b’mod informali, mal-OLAF, mal-UPPE u mal-Qorti, u joffrilhom konsulenza dwar proġetti u mistoqsijiet speċifiċi, komplementari għar-rwol superviżorju tiegħu; jilqa’, b’mod partikolari, id-djalogu regolari mal-UPPE, bħala istituzzjoni maħluqa ġdida, fl-2022; jilqa’ l-fatt li l-EDPS għandu kooperazzjoni aktar strutturata mal-Ombudsman permezz ta’ memorandum ta’ qbil li għandu l-għan li jiddefinixxi l-arranġamenti għall-kooperazzjoni tagħhom fil-livell tat-trattament tal-ilmenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li l-kooperazzjoni interistituzzjonali mal-EDPS, fir-rwol superviżorju tiegħu, hija kruċjali għall-EUIs l-oħra biex jittejjeb il-livell ta’ konformità tagħhom mal-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data; jifraħ lill-EDPS talli assuma rwol ta’ tmexxija fl-għoti ta’ kuntratt interistituzzjonali għall-forniment ta’ servizzi Nextcloud lill-EUIs firmatarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ r-rwol ċentrali li kellu l-EDPS fl-2022 fil-koordinazzjoni tal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data (DPAs) tal-Istati Membri rrappreżentati fl-EDPB biex jippromwovu protezzjoni konsistenti tad-data madwar l-Unjoni; jinnota li l-EDPS ipparteċipa fl-azzjoni ta’ infurzar koordinata tal-EDPB tal-2022 dwar l-użu tas-servizzi tal-cloud fl-Unjoni, li l-għan tagħha kien li l-għarfien u l-prattiki tajbin jinqasmu bejn l-EDPS, l-EUIs u d-DPAs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li l-baġit għall-komunikazzjoni pubblika u l-attivitajiet promozzjonali fl-2022 kien jammonta għal EUR 304 665, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 19 % meta mqabbel mal-2021; jilqa’ l-istrateġija ta’ komunikazzjoni komprensiva li għandha l-għan li twettaq sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol tiegħu u l-importanza li jiġu rrispettati r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, immirati lejn l-EUIs, l-esperti tal-protezzjoni tad-data tal-UE kif ukoll il-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS organizza diversi avvenimenti ta’ komunikazzjoni b’mod ibridu fl-2022, b’mod partikolari konferenza internazzjonali ewlenija dwar “Il-futur tal-protezzjoni tad-data: infurzar effettiv fid-dinja diġitali”, li fiha ħadu sehem aktar minn 2000 parteċipant, kemm fiżikament kif ukoll mill-bogħod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li l-EDPS jikkomunika online permezz tas-sit web tiegħu u l-kontijiet tal-media soċjali tiegħu fuq X (dak li qabel kien Twitter) (29 100 segwaċi), LinkedIn (63 000 segwaċi), YouTube (275 000 segwaċi), EU-Voice (5 100 segwaċi) u EU-Video (690 segwaċi); jinnota li l-EDPS nieda diversi kampanji tal-media soċjali fl-2022, immirati lejn il-promozzjoni ta’ inizjattivi partikolari jew imwettqa fi sħubija ma’ EUIs oħra sabiex iqajjem sensibilizzazzjoni u sabiex iżomm l-udjenza tiegħu infurmata tajjeb dwar l-attivitajiet tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota r-rwol ta’ tmexxija li jiżvolġi l-EDPS fil-pilotaġġ u l-promozzjoni ta’ kanali tal-media soċjali li jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-Unjoni għad-data u s-sovranità diġitali f’konformità mal-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-EDPS biex jimmonitorja, u jispjegaw lill-pubbliku inġenerali, l-iżviluppi emerġenti fit-teknoloġija u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, pereżempju permezz tar-rapporti TechDispatch u TechSonar; ikompli jħeġġeġ lill-EDPS iżid il-kapaċitajiet tiegħu fil-qasam tal-monitoraġġ tat-teknoloġija u jniedi kampanji ta’ informazzjoni dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>