<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0236</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0102/2024 - Rapporteur: Monika Hohlmeier)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2023/2134(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 45, 24.2.2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0391 – C9/2023) – C9‑0253/2023)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/2, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 260 sa 263 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0102/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2023/2134(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0102/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-infiq amministrattiv tal-Kwartieri Ġenerali tiegħu fi Brussell u għan-network tal-144 delegazzjoni u uffiċċju tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-responsabbiltà tas-SEAE ġiet estiża biex tkopri l-ġestjoni amministrattiva tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet permezz ta’ sensiela ta’ Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-rwol tad-delegazzjonijiet huwa li jirrappreżentaw lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha madwar id-dinja billi jibnu networks u sħubijiet, u li jippromwovu l-valuri tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-pekuljarità tas-SEAE tibqa’ fin-natura u l-oriġini tiegħu, kif kienet meta ġie ffurmat bl-amalgamazzjoni ta’ persunal li jappartjeni għal dawk li kienu d-dipartimenti tar-relazzjonijiet esterni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li fihom ġew integrati d-diplomatiċi mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont ir-Regoli Interni tas-SEAE, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b’delega għall-istituzzjoni u d-direttur ġenerali għall-ġestjoni tar-riżorsi għandu r-rwol ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega prinċipali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-baġit hija regolata mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli Interni ta’ implimentazzjoni tal-Baġit tas-SEAE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tas-SEAE jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, li kien jammonta għal total ta’ EUR 11,6-il biljun fl-2022 (li jirrappreżenta 5,9 % mill-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tas-SEAE ta’ madwar EUR 1,1 biljun jirrappreżenta madwar 9,4 % tan-nefqa amministrattiva totali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, eżaminat kampjun ta’ 60 tranżazzjoni fl-ambitu tal-“Amministrazzjoni”, l-istess numru li ġie eżaminat fl-2021; jinnota wkoll li l-Qorti tikteb li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani li tinkludi l-pensjonijiet, li fl-2022 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-ħidma tagħha fuq ħafna snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 14 (23 %) mis-60 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma l-livell ta’ żball li kien taħt il-livell limitu ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022 tosserva li sabet żewġ żbalji kwantifikabbli fil-pagamenti magħmula mis-SEAE, wieħed li kien jikkonċerna n-nuqqas ta’ kuntratt sottostanti validu għas-servizzi ta’ sigurtà akkwistati minn Delegazzjoni tal-Unjoni, u l-ieħor li kien relatat mal-benefiċċji tat-tfal riċevuti minn membru tal-persunal minn sorsi oħra iżda mhux imnaqqsa mill-paga tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-baġit għall-2022 għas-SEAE kien ta’ EUR 786 947 220 li jirrappreżenta żieda ta’ 2,5 % mill-2021, li hija anqas miż-żieda ta’ 5,0 % mill-2020 għall-2021; josserva li, minbarra l-baġit tiegħu stess, is-SEAE uża wkoll EUR 241,4 miljun (inkluż dħul assenjat u ammonti riportati) mill-Kummissjoni biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li dan ammonta għal żieda ta’ 14,3 % mill-2021; jinnota li s-SEAE rċieva wkoll kontribuzzjonijiet addizzjonali biex ikopri l-ispejjeż komuni tal-persunal tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fid-Delegazzjonijiet u ammonti oħra li jġibu l-baġit totali disponibbli għas-SEAE (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn) għal EUR 1 143,6 miljun, li jirrappreżenta żieda ta’ 4,8 % mill-2020; jiddispjaċih għall-fatt li l-baġit amministrattiv tas-SEAE għall-2022 ma kienx ibbaġitjat biżżejjed minkejja r-rwol importanti tal-istituzzjoni fil-kuntest internazzjonali usa’ fil-bidu tal-2022 u ż-żieda fl-ispejjeż li implika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, 99,99 % tal-baġit finali tas-SEAE fl-impenji ġie eżegwit, li kien saħansitra ogħla minn dak fl-2021 meta ġie eżegwit 99,37 % u ogħla b’mod sinifikanti milli fl-2020 meta ġie eżegwit 95,01 %; jinnota wkoll li 90,56 % tal-baġit għall-pagamenti ġie eżegwit fl-2022, li hija żieda sinifikanti meta mqabbla ma’ rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 84,47 % fl-2021 u 82,34 % fl-2020;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE wara t-trasferimenti ammonta għal EUR 308,1 miljun fl-2022, li jirrappreżenta żieda ta’ 4,4 % mill-2021; jinnota li 100 % tal-baġit f’impenji ġie eżegwit; jinnota li ġew eżegwiti EUR 269,2 miljun f’pagamenti, ugwali għal 87,4 % tal-baġit, li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 30,9 miljun mill-2021 meta ġew eżegwiti 80,8 % tal-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali għad-delegazzjonijiet tas-SEAE wara t-trasferimenti ammonta għal EUR 478,9 miljun fl-2022, li jirrappreżenta żieda ta’ 1,3 % mill-2021; jinnota li 100 % tal-baġit f’impenji ġie eżegwit; jinnota li ġew eżegwiti EUR 443,4 miljun f’pagamenti, ugwali għal 92,6 % tal-baġit, li jirrappreżenta żieda assoluta ta’ EUR 33,3 miljun mill-2021 meta ġew eżegwiti 86,8 % tal-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li s-SEAE eżegwixxa 20 trasferiment tal-baġit f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, li tlieta minnhom kienu jinvolvu informazzjoni dwar l-awtorità baġitarja; jinnota li l-ammont totali soġġett għal trasferimenti kien ta’ EUR 38,2 miljun, li żied il-baġit tad-Delegazzjonijiet tas-SEAE b’EUR 0,9 miljun u naqqas il-baġit tal-persunal tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE b’EUR 0,5 miljun u l-baġit tal-Bini u t-tagħmir tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE b’EUR 0,4 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota bi tħassib li s-SEAE jirrapporta li l-baġit tal-2022 kien partikolarment impenjattiv minħabba kompiti ġodda u żieda fl-ispejjeż operatorji u li l-miżuri ta’ mitigazzjoni kienu jinkludu t-tnaqqis jew il-kanċellazzjoni tan-nefqa mhux essenzjali kollha fid-Delegazzjonijiet, li l-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet ġiet ikkunsidrata bir-reqqa u diversi ġew iffriżati għal perjodu, l-aġġornamenti tas-salarji u aġġornamenti tal-pożizzjonijiet mhux obbligatorji twaqqfu jew ġew posposti meta kien possibbli u l-irkupru tal-pretensjonijiet fir-rigward ta’ partijiet terzi ġie aċċelerat meta kien possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ħolqot pressjonijiet baġitarji għas-SEAE, inkluż permezz ta’ żieda fl-inflazzjoni u fl-aġġustamenti tas-salarji, żieda qawwija fil-ispejjeż tal-enerġija u fi spejjeż oħra tal-kuntratturi għal għadd ta’ oġġetti u servizzi; Jisħaq fuq l-importanza li tiġi stabbilita bażi finanzjarja robusta u sigura għas-SEAE, filwaqt li jenfasizza r-rwol ċentrali tiegħu fl-eżekuzzjoni effettiva tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-pressjoni baġitarja kompliet fl-2023 u wasslet sabiex is-SEAE jiddeċiedi li ma jibgħat l-ebda persunal fuq kwalunkwe waħda mill-missjonijiet ta’ segwitu ppjanati għall-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali minħabba nuqqas fil-baġit tal-ivvjaġġar għal parti kbira mill-2023; iqis li s-SEAE għandu jingħata r-riżorsi meħtieġa sabiex jiżgura segwitu xieraq għal dawn il-missjonijiet importanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-għadd totali ta’ kolokazzjonijiet mal-Istati Membri u ma’ sħab oħra tal-UE fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni żdied minn 122 fl-2021 għal 135 fl-2022; jilqa’ l-fatt li s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE adotta Deċiżjoni dwar il-politika ta’ kolokazzjoni, li tipprovdi qafas strutturali komprensiv u trasparenti li jarmonizza l-prattika ta’ kolokazzjoni tas-SEAE billi jistabbilixxi prinċipji u objettivi komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-ispejjeż imħallsin totali tal-missjonijiet għas-SEAE kienu ta’ EUR 24,065 miljun fl-2022, li jirrappreżentaw żieda sinifikanti minn EUR 6,128 miljun fl-2021 iżda li huma aktar komparabbli mal-livell ta’ qabel il-COVID-19 fl-2019 meta l-ammont imħallas kien ta’ EUR 20,972 miljun; jinnota wkoll li s-SEAE ma għandux linja baġitarja separata għall-missjonijiet u l-ivvjaġġar għar-Rappreżentant Għoli/Viċi President u li l-missjonijiet u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għar-Rappreżentant Għoli/Viċi President huma kondiviżi bejn is-SEAE u l-Kummissjoni skont l-iskop tal-missjoni; jinnota fl-aħħar nett li għall-2022, is-SEAE kellu spejjeż ta’ EUR 3 502,73 fuq sitt missjonijiet għar-Rappreżentant Għoli/Viċi President u spejjeż tat-taxi tal-ajru ta’ EUR 178 320,76; jitlob lis-SEAE jinforma lill-Parlament dwar kemm-il darba r-Rappreżentant Għoli/Viċi President ivvjaġġa b’ajruplani kummerċjali u kemm-il darba ntużaw ajruplani noleġġati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota l-użu estensiv ta’ kiri ta’ ġettijiet privati għal vjaġġi uffiċjali mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President u jifhem li l-ivvjaġġar huwa inerenti u essenzjali għall-mandat tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li jinkludi li jirrappreżenta l-Unjoni f’laqgħat, konferenzi u summits ta’ livell għoli madwar id-dinja; jemmen li t-trasparenza tal-attivitajiet relatati max-xogħol u l-ġestjoni finanzjarja tajba meta jintużaw il-fondi pubbliċi tal-Unjoni għandhom ikunu fil-qalba tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jemmen ukoll li l-membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaġixxu bħala eżempju għall-pubbliku fir-rigward li jsegwu l-politiki dwar il-klima skont l-inizjattiva ewlenija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar fit-tweġiba li waslet wara l-mistoqsija bil-miktub tal-Membru tal-Kumitat CONT dwar id-dettalji tal-ivvjaġġar tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President b’taxis tal-ajru; jiddispjaċih li minbarra li jsemmi r-rotot ivvjaġġati, is-SEAE naqas milli jispeċifika l-ammonti li ntefqu fuq dawk il-vjaġġi u jindika liema vjaġġi u liema ammonti kienu koperti mill-baġits tas-SEAE u tal-Kummissjoni rispettivament; jisħaq fuq l-importanza li din l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità ta’ kwittanza; jinnota wkoll il-fatt li l-ispejjeż tat-taxis tal-ajru żdiedu minn EUR 0 fl-2021 għal EUR 178 320,76 fl-2022, u dan huwa naturalment spjegat bil-pandemija tal-COVID-19; jirrakkomanda li t-taxis tal-ajru jintużaw biss meta ma jkun hemm l-ebda għażliet kummerċjali xierqa jew meta jkun hemm tħassib dwar is-sigurtà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li matul l-2022, il-miżuri eċċezzjonali relatati mal-pandemija tal-COVID-19 tneħħew gradwalment u l-istituzzjonijiet bdew jerġgħu jibdew jiffunzjonaw b’mod normali, filwaqt li s-SEAE kien affettwat mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna kif ukoll minn kriżijiet tas-sigurtà fl-Afganistan, fil-Haiti u fis-Saħel; jinnota wkoll li tliet Delegazzjonijiet tal-Unjoni ġew immarkati bħala Livell 3 fil-livell ta’ evakwazzjoni, li jfisser li l-persunal essenzjali biss seta’ jibqa’ fil-pajjiż tal-istazzjonar, l-Ukrajna (minn Frar 2022), il-Haiti (minn Ġunju 2022) u l-Burkina Faso (minn Diċembru 2022);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE ħareġ nota ta’ istruzzjoni lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, li fiha talabhom b’mod partikolari jirrapportaw fil-ħin fi żminijiet ta’ kriżi (“rapportar aktar regolari, dirett u sistematiku”); iqis li huwa ta’ tħassib li l-ambaxxaturi tas-SEAE kienu pjuttost tard biex jinfurmaw dwar il-bidliet fuq il-post u jirreaġixxu għalihom, speċjalment fl-Ukrajna u fl-Afganistan, u dan wassal biex il-persunal tal-Unjoni kellu jiġi evakwat ta’ malajr; jemmen li s-SEAE għandu jirrieżamina l-metodoloġija tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu, li tintuża biex tiġi evalwata s-sitwazzjoni tas-sigurtà għall-membri tal-persunal fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li bħala rispons għall-kriżijiet differenti matul l-aħħar sentejn, is-SEAE ħoloq iċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet f’Lulju 2022, li jikkomunika mas-sħab esterni bħall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri u jiġbor internament flimkien kapaċitajiet diplomatiċi, tas-sigurtà u tal-intelligence;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li d-Direttorat Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi, li se jkompli jittratta l-aspetti amministrattivi tal-kriżijiet kollha, ġie rristrutturat f’żewġ direttorati u l-għadd ta’ Diviżjonijiet tnaqqas minn 16 għal 13 billi nġabru flimkien funzjonijiet simili u relatati u t-tim ta’ koordinazzjoni marbut mad-Direttur Ġenerali ssaħħaħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li, fl-2021, is-SEAE ħoloq Kumitat ta’ Kontroll Intern, li minn dak iż-żmien iltaqa’ darbtejn fis-sena, sabiex jippermetti lill-maniġers superjuri jiddiskutu miżuri ta’ mitigazzjoni mfassla sabiex jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati fil-kontrolli interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-ebda Delegazzjoni tal-Unjoni ma ppreżentat riżervi fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li elementi differenti tal-baġit tas-SEAE qed jiġu awditjati mill-Awditur Intern tiegħu, mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Awdituri; jinnota b’sorpriża li s-SEAE ma nieda l-ebda awditu intern fl-2022, iżda li żewġ awditi ġew iffinalizzati fl-2022 u li kienu għadhom għaddejjin tliet awditi; jisħaq fuq l-importanza li l-awditi interni jitwettqu b’mod diliġenti u regolari speċjalment wara li s-SEAE kien introduċa metodoloġija ġdida fis-sistema ta’ awditjar intern tiegħu fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li erba’ rakkomandazzjonijiet kritiċi mis-Servizz tal-Awditjar Intern baqgħu miftuħa fl-2022; jilqa’ l-fatt li r-rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà fid-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Mali qed tiġi mmonitorjata mill-qrib; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Washington għadhom miftuħin u li l-ħolqien ta’ Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata (LLC) ħoloq kwistjonijiet legali kumplessi; jitlob li l-Parlament jinżamm aġġornat dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni rigward dik l-LLC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li s-Servizzi ta’ Spezzjoni tas-SEAE ħarġu ħames rakkomandazzjonijiet kritiċi matul l-2022 u japprezza li tlieta ġew implimentati jew solvuti bis-sħiħ filwaqt li l-aħħar tnejn qed jiġu segwiti mill-qrib; jitlob lis-SEAE jipprovdi aktar informazzjoni fis-segwitu tar-rapport ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jissottolinja li l-enfasi tas-sena l-oħra fuq il-proċeduri ta’ akkwist u ta’ reklutaġġ organizzati mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni minħabba l-konstatazzjonijiet tal-Qorti għadha raġuni ta’ tħassib; jinnota li s-SEAE argumenta favur diversi bidliet fir-Regolament Finanzjarju biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi; jisħaq li filwaqt li ċerta flessibbiltà tista’ tkun ġustifikabbli, id-differenzi bejn l-iskadenzi u r-regoli għal kull pajjiż ospitanti jistgħu jwasslu għal aktar żbalji u inkonsistenzi fil-proċeduri tal-akkwist; minkejja dan, u filwaqt li jitqies l-eżitu finali tan-negozjati dwar ir-Regolament Finanzjarju, jistieden lis-SEAE jadotta miżuri meħtieġa biex jiżgura li jitnaqqas l-għadd ta’ żbalji mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u jirrapporta lill-Parlament dwar il-miżuri adottati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li d-delegazzjoni tal-Unjoni għar-Renju Unit fetħet fl-1 ta’ Frar 2020 fl-ispazju tal-uffiċċji li qabel kien okkupat mir-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni mill-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLO); jinnota b’apprezzament li, wara l-iffirmar ta’ Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz bejn is-SEAE u l-Parlament, l-istess drittijiet u obbligi se japplikaw għall-persunal tal-Parlament stazzjonat Londra bħad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Stabbiliment għall-Persunal tad-Delegazzjonijiet, u li d-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Londra tinnotifika lill-awtoritajiet tar-Renju Unit il-persunal tal-Parlament f’konformità mal-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li, sa tmiem l-2022, kien hemm 5 188 persuna impjegati mis-SEAE, li minnhom 2 419 (46,6 %) kienu stazzjonati l-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u 2 769 (53,4 %) ħadmu fid-Delegazzjonijiet u fl-Uffiċċji tal-Unjoni, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,3 % mill-5 072 persuna li kienu jaħdmu fis-SEAE fi tmiem l-2021 b’2 303 fil-Kwartieri Ġenerali u 2 769 fid-Delegazzjonijiet u fl-Uffiċċji; jinnota li ż-żieda ta’ 116-il membru tal-persunal kienu kollha impjegati fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE; jinnota fl-aħħar nett li, għall-2022, is-SEAE rċieva 32 ekwivalenti għall-full time addizzjonali mill-Awtorità Baġitarja u li erba’ pożizzjonijiet (tliet AD u AST wieħed) ġew ittrasferiti lill-Kummissjoni bħala parti mill-baġit amministrattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, il-persunal kien magħmul minn 1 247 uffiċjal, minn 468 aġent temporanju, minn 596 membru tal-persunal bil-kuntratt, minn 491 espert nazzjonali sekondat, minn 1 573 aġent lokali, minn 144 trainee, minn 39 professjonist subaltern fid-Delegazzjonijiet u minn 630 membru tal-persunal estern, interim u membru ieħor tal-persunal; jinnota fl-aħħar nett li, barra minn hekk, kien hemm 3 316-il membru tal-persunal tal-Kummissjoni impjegati fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, minn 1 715-il uffiċjal u aġent temporanju, 881 (51,4 %) kienu rġiel u 834 (48,6 %) kienu nisa, li jirrappreżentaw żieda żgħira mill-2021 meta 48,1 % tal-membri tal-persunal kienu nisa; jinnota li fost il-membri tal-persunal bil-kuntratt, 55,9 % kienu nisa, ftit anqas minn 57,7 % fl-2021 filwaqt li fost l-esperti nazzjonali sekondati 25,1 % kienu nisa, li jirrappreżenta wkoll żieda minn 22,2 % fl-2021; madankollu, jinnota li n-nisa huma partikolarment sottorappreżentati f’pożizzjonijiet superjuri bħal AD 9–12 u AD 13–16, filwaqt li huma rrappreżentati b’mod eċċessiv prinċipalment f’pożizzjonijiet AST;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota bi tħassib li għall-maniġment superjuri fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet, kien hemm 18-il mara (29,0 %) u 44 raġel (71,0 %) fi tmiem l-2022, li jirrappreżentaw żieda żgħira fis-sehem relattiv tan-nisa minn 26,8 % fl-2021; jilqa’ l-fatt li għall-Kwartieri Ġenerali, is-sehem tan-nisa f’pożizzjonijiet fil-maniġment superjuri żdied minn 25,0 % fl-2021 għal 30,6 % fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li għall-maniġment intermedju fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet, kien hemm 86 mara (38,4 %) u 138 raġel (61,6 %) f’pożizzjonijiet tal-maniġment intermedju fl-aħħar tal-2022; jinnota li dan jirrappreżenta żieda fis-sehem tan-nisa fosthom minn 34,2 %, iżda li s-sehem tan-nisa għadu baxx b’mod mhux sodisfaċenti; jilqa’ wkoll il-fatt li għall-Kwartieri Ġenerali, is-sehem tan-nisa f’pożizzjonijiet fil-maniġment intermedju żdied minn 40,7 % fl-2021 għal 44,4 % fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jkompli jieħu azzjoni biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri aktar evidenti fl-organizzazzjoni tiegħu fil-livelli kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli/Viċi President, bi tweġiba għas-sejħiet mill-Parlament, adotta Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-2021-2025 bħala miżura trażversali għall-aspetti kollha tal-politika barranija bħala l-ewwel pass lejn diplomazija femminista ġenwina; jilqa’ l-fatt li l-Ambaxxatur tal-UE għall-Ġeneri u għad-Diversità tkompli tippromwovi l-qafas ta’ politika tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-djalogi diplomatiċi u politiċi kollha u jilqa’ t-tnedija tan-Network tal-UE ta’ Diplomatiċi Nisa bejn l-Istati Membri u s-SEAE biex jiġu promossi l-valuri tal-Unjoni dwar id-diversità u l-ugwaljanza u biex tiġi appoġġjata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-bqija tad-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq li l-GAP III jiddetta li sa l-2025 85 % tal-azzjonijiet il-ġodda tal-UE jridu jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet, filwaqt li s-SEAE jeħtieġlu jħaffef il-progress biex jinkisbu l-għanijiet tal-GAP III billi, fil-ħidma tiegħu ta’ kuljum, jiffoka b’mod sinifikanti fuq l-oqsma ewlenin ta’ involviment tal-GAP III, inkluż il-fatt li tintemm il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-promozzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, id-drittijiet ekonomiċi u soċjali, l-emanċipazzjoni, il-parteċipazzjoni ugwali u t-tmexxija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-istatus globali tad-drittijiet tal-LGBTIQ+ u r-reżistenza dejjem tikber għad-drittijiet tan-nisa, għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jindirizzaw l-ostakli fir-rikonoxximent u fil-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-appoġġ immirat lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u lill-komunitajiet li jippromwovu s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, id-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-komunità LGBTIQ+ u gruppi emarġinati oħra, inklużi miżuri msaħħa biex tiġi dekriminalizzata l-omosesswalità; ifakkar li minimu ta’ 85 % tal-azzjonijiet ġodda fl-ambitu tal-istrument NDICI-GE għandhom jagħtu prijorità lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mill-inqas 5 % iddedikati speċifikament għad-drittijiet u għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Istati Membri kollha huma rrappreżentati fil-membri tal-persunal tas-SEAE; jinnota, madankollu, li għad hemm żbilanċi sinifikanti b’25 Stat Membru rrappreżentati fil-kategoriji kollha tal-persunal, filwaqt li kien hemm żewġ ċittadini biss mil-Lussemburgu (membru wieħed tal-persunal bil-kuntratt u espert nazzjonali sekondat wieħed), u Malta ma kellha l-ebda ċittadin fil-kategorija tal-membri tal-persunal bil-kuntratt; jinnota li l-Belġju huwa l-aktar Stat Membru rrappreżentat b’mod eċċessiv, u jifforma 12,7 % tal-persunal impjegat mis-SEAE, inklużi 15,4 % tal-uffiċjali; jinnota li tliet Stati Membri (l-Ungerija, il-Lussemburgu u Malta) ma għandhom l-ebda cittadin minn fost il-141 Ambaxxatur tal-Unjoni, u Ċipru u s-Slovenja għandhom cittadin wieħed biss kull wieħed, u b’mod partikolari dan huwa wieħed inqas mill-2021, filwaqt li l-Istati Membri li għandhom l-aktar Ambaxxaturi huma Franza b’20, Spanja bi 18, l-Italja bi 17, il-Ġermanja b’14 u l-Belġju bi 11, li jimplika li dawn il-ħames pajjiżi għandhom 80 mill-141 pożizzjoni, li huwa ugwali għal 57 %; jinnota b’sodisfazzjon li dan huwa tnaqqis meta mqabbel mas-sena l-oħra, meta l-istess ħames pajjiżi kellhom 61 % tal-pożizzjonijiet ta’ Ambaxxatur; jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li l-ammont ta’ pożizzjonijiet ta’ Ambaxxaturi okkupati mill-Istati Membri li ssieħbu fl-2004 jew aktar tard (UE13) naqas għal 17 % fl-2022, meta mqabbel ma’ 18 % fl-2021; jistieden lis-SEAE jippubblika, kull sena, diżaggregazzjoni skont il-ġeneru u n-nazzjonalità tal-pożizzjonijiet maniġerjali fil-livell intermedju u superjuri; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-iżbilanċ ġeografiku rigward il-pożizzjoni ta’ Kap tad-delegazzjoni u jitlob lis-SEAE jkompli jtejjeb il-bilanċ ġeografiku sabiex ikollu rappreżentanza xierqa taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha li tirrifletti d-diversità tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jippromwovi ambjent tax-xogħol flessibbli, diġitali u bbażat fuq il-fiduċja biex itejjeb l-effiċjenza, jipproteġi s-saħħa u l-benesseri tal-persunal, u jtejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jinnota li r-regoli tat-telexogħol fis-SEAE fl-2022 kienu jfissru li l-persunal fil-Kwartieri Ġenerali kien awtorizzat jagħmel telexogħol sa tlett ijiem fil-ġimgħa, filwaqt li l-persunal fid-Delegazzjonijiet kien awtorizzat jagħmel telexogħol jum wieħed fil-ġimgħa; jinnota wkoll li regoli ġodda dwar it-telexogħol daħlu fis-seħħ f’Ottubru 2023 u li l-miżuri tranżizzjonali kienu jinkludu l-awtorizzazzjoni ta’ 10 ijiem ta’ telexogħol minn barra l-post tax-xogħol kemm għall-persunal fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet, li fuq bażi ta’ każ b’każ jistgħu jiġu estiżi għall-persunal b’sitwazzjonijiet tal-familja kumplessi; jitlob lis-SEAE jżomm lill-Parlament infurmat dwar ir-regoli l-ġodda tat-telexogħol u kif dawn jiġu vvalutati kemm mill-persunal kif ukoll mill-maniġment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li l-għadd ta’ membri tal-persunal fuq liv fit-tul minħabba mard għal aktar minn 50 jum żdied minn 91 membru tal-persunal fl-2021 għal 111-il membru tal-persunal fl-2022, ekwivalenti għal żieda ta’ 22 %; jinnota fl-istess ħin li s-SEAE għandu diversi inizjattivi stabbiliti biex jiżgura l-appoġġ u biex jeduka lill-persunal dwar strateġiji biex jiġi evitat il-burnout, inkluż l-għoti ta’ kompiti lill-maniġers bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-allokazzjoni tal-kompiti tkun raġonevoli u li, fil-każ ta’ burnout, jiġu stabbiliti gwida u arranġamenti speċjali dwar il-ħin tax-xogħol biex jiġi aġevolat ir-ritorn għax-xogħol; jistieden lis-SEAE jikkunsidra aktar kif jista’ jiġi evitat kemm jista’ jkun il-mard fit-tul, inkluż il-burnout, u biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-benesseri tal-persunal tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon li, matul l-2022, is-SEAE intensifika l-isforzi tiegħu u nieda għadd ta’ inizjattivi biex iqajjem kuxjenza dwar il-fastidju, inkluż “Ġimgħa ta’ Sensibilizzazzjoni Kontra l-Fastidju” f’Ottubru 2022 u l-adozzjoni ta’ “Prinċipji ġodda ta’ mġiba professjonali fis-SEAE”; jinnota li, matul l-2022, ġew sottomessi żewġ talbiet għal assistenza fir-rigward tal-fastidju, b’waħda minnhom li ngħalqet fl-2022 u l-oħra ngħalqet fl-2023, it-tnejn mingħajr sanzjonijiet; jinnota li tliet talbiet oħra mill-2021 u waħda mill-2020 ngħalqu matul l-2022 u l-2023; jinnota wkoll li d-domanda għas-servizzi ta’ medjazzjoni tas-SEAE żdiedet matul l-2022, u laħqet 218-il każ ta’ medjazzjoni u 19-il każ ta’ konsulenza kunfidenzjali; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-iżvilupp fl-għadd ta’ każijiet ta’ fastidju u jekk jiġu imposti sanzjonijiet fi kwalunkwe wieħed minnhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li s-SEAE ma jafx l-għadd eżatt ta’ membri tal-persunal b’diżabbiltà iżda li t-tweġibiet fi stħarriġ anonimu mill-2021 indikaw li 24 mill-1 075 rispondent iddikjaraw diżabbiltà u 23 iddikjaraw diżabbiltà għal terminu qasir jew temporanja; jilqa’ l-fatt li d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni pproduċew “skedi informattivi dwar l-aċċessibbiltà” li jipprovdu informazzjoni dwar l-adegwatezza u l-aċċessibbiltà tal-bini tad-Delegazzjoni sabiex jiżguraw li l-persunal b’diżabbiltà jkollu informazzjoni rilevanti qabel ma japplika għal stazzjonar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jkompli jimpjega għadd relattivament kbir ta’ trainees, billi joffri 63 traineeship tal-Blue Book, erba’ traineeships għal terminu qasir fil-Kwartieri Ġenerali u 365 traineeship f’102 Delegazzjonijiet; jinnota li traineeship waħda għal terminu qasir fil-Kwartieri Ġenerali u 22 traineeship fid-Delegazzjonijiet ma kinux iffinanzjati u twettqu minn studenti li kienu meħtieġa jtemmu traineeship bħala parti mill-istudji tagħhom bi skambju għal krediti akkademiċi; jilqa’ l-fatt li, b’mod simili għall-persunal, it-trainees ibbenefikaw minn arranġamenti ta’ ħidma ibridi f’konformità mal-linji gwida maħruġa mid-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi; itenni l-appell tiegħu lill-istituzzjonijiet kollha biex jiżguraw li t-trainees kollha jirċievu remunerazzjoni raġonevoli mill-istituzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob li tiġi stabbilita struttura permanenti u li jingħataw ir-riżorsi meħtieġa għall-Akkademja Diplomatika Ewropea, li tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp sħiħ ta’ diplomazija awtonoma tal-UE b’diplomazija komuni bbażata fuq perspettiva tal-UE; iqis li fil-futur din l-Akkademja għandha tinkludi sistema ta’ għażla, reklutaġġ u taħriġ ta’ ċittadini Ewropej li jkunu temmew l-edukazzjoni għolja u li ma jkunux diplomatiċi tal-Istati Membri; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu esplorati u deċiżi modi ta’ aċċess għas-SEAE għal dawk li jiggradwaw minn din l-Akkademja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE qed ikompli jipprovdi taħriġ dwar l-etika fil-qafas tas-Sessjonijiet ta’ Merħba għall-Parteċipanti Ġodda u tas-seminars ta’ qabel l-istazzjonar għall-Ambaxxaturi tal-Unjoni u għall-Kapijiet tal-Amministrazzjoni; jitlob lis-SEAE jipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji biex jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal jiġu mfakkra l-prinċipji importanti bħall-etika, it-trasparenza, il-kunflitti ta’ interess u l-ġlieda kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li għadd limitat ta’ każijiet relatati mal-frodi li jinvolvu miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni minn membri tal-persunal fid-Delegazzjoni tal-Unjoni ġew investigati mill-OLAF matul l-2022 u li xi wħud għadhom għaddejjin; jissottolinja li l-OLAF jeħtieġ li jikkonkludi l-investigazzjonijiet tiegħu qabel ma jkunu jistgħu jinħarġu l-konklużjonijiet, iżda fl-istess ħin iħeġġeġ lis-SEAE jieħu l-passi kollha neċessarji biex isegwi malajr il-kritika possibbli mill-OLAF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, is-SEAE ttratta 16-il talba mill-Ombudsman, li minnhom 11-il każ kienu jikkonċernaw proċeduri amministrattivi u ħamsa kienu jikkonċernaw l-aċċess għad-dokumenti; jinnota li 13 mis-16-il investigazzjoni ġew konklużi fl-2022 u li ma nstabet l-ebda amministrazzjoni ħażina fi 11-il każ filwaqt li nstabet amministrazzjoni ħażina parzjali waħda u amministrazzjoni ħażina waħda fiż-żewġ każijiet l-oħra; jilqa’ l-fatt li s-SEAE jagħmel ħiltu biex jilħaq rata ta’ implimentazzjoni ta’ 100 % tas-suġġerimenti jew tar-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, f’Ottubru 2022, is-SEAE adotta l-“Prinċipji ta’ mġiba professjonali fis-SEAE” li jiġbru fil-qosor l-imġiba professjonali mistennija mill-membri tal-persunal u li jeħtiġilhom jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’ fl-eżerċizzju ta’ dmirijiethom, billi jibagħtu formola lit-tim tal-etika tas-SEAE; jinnota li s-SEAE għadu jirrifletti dwar aġġornamenti possibbli tal-qafas tal-etika tas-SEAE; jitlob li l-Parlament jinżamm aġġornat bis-sħiħ dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq li filwaqt li s-SEAE mhuwiex Istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tat-TUE u ma għandux rwol dirett fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, madankollu, dan għandu rwol importanti relatat mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw sanzjonijiet u n-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali, li għandhom impatt regolatorju konsiderevoli; jinnota li jkun ta’ rilevanza kbira għas-SEAE li jissieħeb fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-Unjoni abbażi ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz; jistieden lis-SEAE jippubblika l-laqgħat kollha mat-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet ta’ lobbjar, inklużi dawk tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, sabiex tittejjeb it-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, is-SEAE rċieva erba’ dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess u li dawn ġew ittrattati b’mod professjonali u fuq bażi individwali; jinnota li s-SEAE rrifjuta li jagħti permess għal attività esterna u permezz ta’ tneħħija ta’ impjegat mid-dmirijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet, finanzjament jew ġestjoni ta’ proġetti tal-impjegatur preċedenti tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, is-SEAE rċieva tliet notifiki ta’ intenzjonijiet ta’ sħubija ma’ kumpanija privata minn 15-il notifika ta’ attivitajiet ta’ wara s-servizz; jinnota b’sodisfazzjon li ġie impost perjodu ta’ preklużjoni ta’ sentejn fuq uffiċjal stabbilit għal attività ta’ konsulent għal ditta legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jimmonitorja l-pożizzjonijiet tal-persunal anzjan preċedenti u tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet, minħabba r-rwol politiku sensittiv tagħhom; jistieden lis-SEAE jirrieżamina sistematikament it-tranżizzjonijiet potenzjalment problematiċi lejn is-settur privat jew lejn organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u jkompli jimmonitorja l-impjieg ta’ dawk li qabel kienu uffiċjali għolja sa tmiem il-perjodu obbligatorju ta’ preklużjoni, peress li kunflitt ta’ interess li jibqgħu ma jiġux indirizzati jistgħu jikkompromettu l-infurzar ta’ standards etiċi għolja fl-amministrazzjoni kollha tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li s-SEAE adotta strateġija ġdida kontra l-frodi fl-2023, li issa qed tiġi implimentata; jitlob li jiġi aġġornat dwar l-implimentazzjoni u se jirritorna għall-kwistjoni matul il-kwittanza tal-2023; jinnota, fl-istess ħin, li s-SEAE, flimkien mal-Kummissjoni, diġà qed jipprovdi korsijiet ta’ taħriġ dwar il-frodi u li tali taħriġ huwa parti obbligatorja mit-taħriġ ta’ qabel l-istazzjonar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jieħu nota li għaddej proċess ta’ riflessjoni dwar l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni awtonomi dwar attivitajiet u missjonijiet esterni fis-SEAE; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar kwalunkwe eżitu u jfakkar fl-importanza ta’ tali qafas sabiex jiġu protetti l-immaġni u r-reputazzjoni tal-Unjoni b’mod partikolari fil-każ tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li s-SEAE ma rċieva l-ebda każ li jikkonċerna l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u li s-SEAE japplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-Iżvelar ta’ Informazzjoni Protetta; iħeġġeġ, madankollu, lis-SEAE sabiex jadotta l-politika tiegħu stess adattata għall-karatteristiċi speċifiċi tas-SEAE dwar din il-kwistjoni importanti u jistabbilixxi mezz sikur għall-informaturi potenzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li s-SEAE jopera ċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà tiegħu stess, li jittratta l-indirizzar ta’ inċidenti, u jinsab fil-Kwartieri Ġenerali: iwissi li 129 attakk ċibernetiku fuq is-SEAE ġew ikkonfermati fl-2022 u jinnota li s-SEAE huwa mira probabbli ħafna għall-atturi b’riżorsi kbar li jridu joħolqu diffikultajiet għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, speċjalment għal dawk l-atturi li huma sponsorizzati minn Stati barranin; jesprimi dispjaċir għall-fatt li inċident kbir wieħed tas-sigurtà li seħħ fl-2022 ma ġiex identifikat, minħabba l-kumplessità tiegħu, qabel l-2023; jilqa’ l-fatt li ma ġiet kompromessa l-ebda informazzjoni kunfidenzjali; jistieden lis-SEAE jkompli jixħet enfasi qawwija fuq iċ-ċibersigurtà u fuq it-theddid ibridu u jaħdem flimkien ma’ Istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u mal-Istati Membri biex jidentifika tali theddid u jipproteġi l-infrastruttura tal-Unjoni kemm jista’ jkun; jissottolinja li s-sensibilizzazzjoni ċibernetika u programm ta’ taħriġ sistematiku għall-persunal kollu, inkluż għall-maniġment, huma elementi ewlenin f’qafas effettiv taċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS ma nieda jew ma lesta l-ebda inkjesta jew investigazzjoni speċifikament immirata lejn is-SEAE fl-2022; jilqa’ d-deċiżjoni tas-SEAE li ma jużax il-Microsoft 365 minħabba tħassib dwar is-sigurtà iżda li jkompli juża applikazzjonijiet tal-cloud interni ospitati fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota wkoll b’sodisfazzjon li s-SEAE adotta politika ta’ hosting u jżomm repożitorju ċentrali tas-sistemi ta’ informazzjoni u tas-servizzi tekniċi kollha relatati mal-applikazzjonijiet u s-servizzi operazzjonali; jinnota wkoll li fil-każ tas-sistemi ta’ informazzjoni ospitati fil-bini, kemm is-sistema kif ukoll id-data tagħha huma fuq servers li huma direttament proprjetà tas-SEAE, u huma kkontrollati minnu, u li l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jiżgura li hemm fis-seħħ kontrolli sodi tal-protezzjoni tad-data; jilqa’ b’sodisfazzjon li s-sistemi ta’ informazzjoni ospitati fuq cloud fihom klawżoli dwar il-protezzjoni tad-data bbażati fuq rakkomandazzjonijiet konġunti mill-EDPS u mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li l-politika tas-sors miftuħ tas-SEAE għas-soluzzjonijiet diġitali timplika li s-sors miftuħ huwa soluzzjoni vijabbli jekk wara valutazzjoni, l-għodod u l-applikazzjonijiet kollha jitqiesu ugwali; jinnota li s-SEAE qed juża serje ta’ prodotti ta’ sors miftuħ biex iżomm kompletament is-sjieda u l-kontroll tad-data tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jisħaq li, fid-dawl tal-isfidi ġeopolitiċi u l-kriżijiet madwar id-dinja li qed jiżdiedu, l-UE jeħtieġ li tkun tista’ tiddependi fuq l-informazzjoni diretta meħtieġa dwar kwistjonijiet globali li jseħħu barra mill-fruntieri tagħha; jappella, f’dan ir-rigward, li jissaħħu l-INTCEN tal-UE, iċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE u s-SatCen billi jiżdiedu l-persunal u r-riżorsi finanzjarji tiegħu, kif ukoll il-kapaċitajiet tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Bini u sigurtà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li s-SEAE jokkupa u jimmaniġġja portafoll ta’ bini kumpless ħafna li jinkludi l-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE fi Brussell u għadd kbir ta’ uffiċċji u residenzi għall-Ambaxxaturi madwar id-dinja; jinnota li, fil-bidu tal-2022, is-SEAE fi Brussell ħa aktar minn 8 334 m<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> fi spazju ta’ bini mill-Kummissjoni, li qabel kien okkupat mill-EPSO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2022, is-SEAE kien is-sid ta’ madwar 58 000 m<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> fi spazju għall-uffiċċji u ta’ madwar 20 % tal-153 residenza għall-ambaxxaturi; jinnota li s-SEAE jistma li l-iffrankar totali miksub mis-sjieda ta’ dan il-bini huwa ta’ madwar EUR 20 miljun fis-sena; jilqa’ b’sodisfazzjon kbir li s-SEAE żviluppa qafas ta’ politika għal strateġija ta’ xiri, li ġiet ippreżentata lill-Awtorità Baġitarja fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li, mill-2020, is-SEAE kien qed jiżviluppa l-politika tiegħu dwar il-ġestjoni tal-uffiċċju lejn kunċetti ta’ uffiċċju kollaborattiv u flessibbli kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet; jitlob li dan l-iżvilupp isir f’kooperazzjoni mill-qrib mal-persunal biex jiġi żgurat li jitqiesu t-tħassib u l-perspettivi leġittimi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jagħmel enfasi fuq l-iżgurar li l-bini tiegħu jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa; jinnota li l-bini fi Brussell diġà jissodisfa tali rekwiżiti u jilqa’ l-fatt li għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-proċeduri tal-għażla tas-SEAE jipprevedu kostruzzjoni mingħajr ostakli bħala kriterji ewlenin tal-għażla għal binjiet ta’ uffiċċji ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinnota li l-ispejjeż addizzjonali ewlenin għas-sigurtà fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni rriżultaw mir-ritorn tas-SEAE lejn Kabul bħala l-unika missjoni Ewropea f’Kabul wara t-teħid tal-kontroll mit-Taliban, is-sitwazzjoni ta’ sigurtà li qed tiddeterjora f’pajjiżi u f’żoni bħall-Ukrajna u s-Saħel u l-ħtieġa ta’ aktar tagħmir ta’ sigurtà fid-Delegazzjonijiet; jinnota li l-ispejjeż kienu koperti billi ġew differiti jew posposti spejjeż oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon li, f’April 2022, is-SEAE ffirma kuntratt qafas biex jassisti fit-tħejjija ta’ Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) għall-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u għad-Delegazzjonijiet, filwaqt li aċċetta li, minħabba limitazzjonijiet lokali, f’ħafna Delegazzjonijiet se jkollha tiġi applikata Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EMS) anqas kumplessa; jitlob li l-Parlament jiġi aġġornat dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-iskemi kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li kemm il-bini tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE kif ukoll l-20 binja tad-Delegazzjonijiet ġew mgħammra b’pannelli fotovoltajċi sa tmiem l-2022 u li tliet Delegazzjonijiet ġew mgħammra b’tali pannelli matul is-sena; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli jiżviluppa l-installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il-binjiet kollha tiegħu, peress li b’hekk itejjeb l-impronta ambjentali ta’ Delegazzjoni, jiffranka l-emissjonijiet, l-enerġija u l-flus, inaqqas id-dipendenza fuq il-ġeneraturi u l-fjuwil u juri wkoll li s-SEAE jmexxi bl-eżempju b’appoġġ għall-“Patt Ekoloġiku”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2022, is-SEAE żviluppa l-ewwel Pjan ta’ Vvjaġġar lejn ix-xogħol u lura tiegħu bl-objettiv li jżid is-sehem tal-membri tal-persunal li jivvjaġġaw lejn ix-xogħol permezz ta’ mezzi sostenibbli, lil-għadd ta’ postijiet ta’ parkeġġ tar-roti fil-bini ewlieni tas-SEAE ġie rduppjat u li s-SEAE jkompli jirrimborża nofs l-ispejjeż tat-trasport pubbliku fi Brussell għall-membri tal-persunal li ma japplikawx għal badge għall-parkeġġ tal-karozzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ftehimiet ta’ kolokazzjoni bħalissa ma jinkludux klawżoli relatati mas-sostenibbiltà; jinnota li jekk tali ftehimiet fil-futur jiżguraw ukoll element espliċitu dwar l-ilħuq ta’ ċerti standards u miri ambjentali, dan jibgħat sinjal qawwi dwar l-impenn tas-SEAE li jiżgura s-sostenibbiltà ambjentali; jistieden lis-SEAE jesplora għażliet fattibbli u jinkoraġġixxi aġġornamenti tal-effiċjenza enerġetika anke fid-Delegazzjonijiet li qed joperaw bħala kolokazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Ifakkar li l-impatti diretti u indiretti tat-tibdil fil-klima jimminaw il-paċi u s-sigurtà globali filwaqt li japprofondixxu l-vulnerabbiltajiet u l-inugwaljanzi eżistenti u joħolqu riskji għad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jfasslu u jwettqu diplomazija robusta tal-UE dwar il-klima bil-għan li trawwem il-kooperazzjoni internazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, issaħħaħ id-dimensjoni esterna tal-Patt Ekoloġiku Ġdid u tipprovdi appoġġ tanġibbli għal miri ambizzjużi ta’ tnaqqis tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> f’pajjiżi terzi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE qabel fuq żewġ Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz matul l-2022 mal-Parlament, l-ewwel wieħed dwar is-sekondar ta’ uffiċjali tal-Parlament għal għadd inizjali ta’ tliet Delegazzjonijiet (in-Nazzjonijiet Uniti fi New York, l-Unjoni Afrikana fl-Etjopja u l-ASEAN f’Jakarta), fejn il-persunal sekondat se jintegra fis-subsezzjoni dwar l-affarijiet parlamentari tat-taqsimiet politiċi tad-Delegazzjonijiet, u t-tieni dwar il-persunal tal-Parlament fl-uffiċċji ta’ kollegament f’Londra u f’Washington;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinnota li l-proċess ta’ sostituzzjoni tal-ftehim interistituzzjonali tal-2002 bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar l-aċċess tal-Parlament għal informazzjoni klassifikata fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) qed ikompli bil-mod ħafna u jidher li saret laqgħa teknika waħda biss matul l-2022 u waħda fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jiddikjara li jikkoopera b’mod eċċellenti mal-OLAF, mal-UPPE u mal-Qorti u li hemm laqgħat u skambji regolari ta’ informazzjoni ma’ dawk l-istituzzjonijiet; jilqa’ wkoll il-fatt li s-SEAE qed jinnegozja arranġamenti ta’ ħidma dedikati bejn is-SEAE u l-UPPE u jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar kwalunkwe progress li jsir f’dawn in-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jagħmel enfasi fuq ir-regoli tal-akkwist meta jinnegozja arranġamenti ta’ ħidma ddedikati mal-UPPE, peress li ċerti proċeduri jistgħu jinvolvu informazzjoni sensittiva ħafna u saħansitra relatata mas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jikkoopera b’mod attiv mal-EPDS permezz tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tiegħu, inkluż billi jipparteċipa f’diskussjonijiet madwar mejda, laqgħat biex jiġu ddefiniti l-objettivi futuri tan-network tal-UPD, u billi jikkontribwixxi għall-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasferimenti Internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jikkoopera mill-qrib mal-Ombudsman u li l-Ombudsman issa hija sistematikament mistiedna għas-seminars ta’ qabel l-istazzjonar tas-SEAE biex tippreżenta l-ħidma tagħha sabiex tqajjem kuxjenza dwar il-prinċipji ta’ mġiba amministrattiva tajba;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Komunikazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jinnota li s-SEAE kellu baġit totali ta’ EUR 15,352 miljun għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ promozzjoni pubbliċi u li l-komunikazzjoni pubblika intensifikat b’mod sinifikanti bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE adotta miżuri sabiex jiżgura titjib fl-użu korporattiv tal-media soċjali, inkluż l-iżgurar li tali użu jikkonforma mar-regoli dwar is-sigurtà tal-IT u l-protezzjoni tad-data, jaġġorna l-linji gwida u jissospendi r-reklamar imħallas fuq il-kont korporattiv; jieħu nota wkoll li nħarġu linji gwida dwar l-użu privat tal-media soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-SEAE ssieħeb fil-proġett pilota tal-pjattaforma tal-media soċjali b’sors miftuħ EU Voice mill-EDPS u jħeġġu jissieħeb ukoll fil-pjattaforma EU Video, filwaqt li jqis l-evoluzzjoni tal-popolarità tagħha; jilqa’ wkoll il-fatt li s-SEAE jikkoopera ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni sabiex jaqsmu l-esperjenza u l-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinnota li l-baġit għall-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin, inklużi l-attivitajiet ta’ diżinformazzjoni rrappreżentaw total ta’ EUR 7,150 miljun fl-2022; jilqa’ bil-qawwa l-fatt li s-SEAE investa b’mod sinifikanti fit-tisħiħ u l-bini tar-reżiljenza għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-indħil barrani fl-affarijiet tal-Unjoni; jisħaq li s-SEAE huwa l-istituzzjoni ewlenija tal-Unjoni responsabbli għall-ġlieda kontra l-interferenza barranija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jinnota li t-Task Force East StratCom saħħet l-isforzi tagħha biex tesponi l-kampanji ta’ diżinformazzjoni tal-Kremlin wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u li t-Task Force ħadmet mill-qrib mal-media indipendenti u ma’ sħab tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Ewropa tal-Lvant biex tiġġieled il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin u li kontenut magħżul fuq is-sit web EUvsDisinfo ġie tradott f’diversi lingwi inklużi l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni kif ukoll l-Ukren, il-Georgjan, l-Armen, l-Ażerbajġan, ir-Russu u ċ-Ċiniż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-viċinat tagħna u fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent iżidu l-involviment tagħhom sabiex jappoġġjaw politika ta’ komunikazzjoni aktar attiva u effettiva dwar il-perspettiva Ewropea u jkunu ppreparati biex jipprovdu l-aħjar assistenza possibbli lill-pajjiżi involuti f’riformi favur id-demokrazija u favur l-Ewropa; jistieden lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni japplikaw approċċ aktar kredibbli u bbażat fuq il-mertu abbażi tal-kriterji ta’ Copenhagen, b’mod partikolari l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment minħabba l-progress limitat li sar minn xi pajjiżi fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsaħħu l-appoġġ għall-atturi demokratiċi ġenwini u s-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent kif ukoll jiddenunzjaw bil-qawwa u pubblikament azzjonijiet minn atturi illiberali u mhux demokratiċi li jmorru kontra l-interess tal-Unjoni u jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-IPA III tkun konformi mal-objettivi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Ikompli jħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jippromwovu l-atturi lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali f’pajjiżi terzi, u jikkollaboraw magħhom, biex jiġi stimolat id-djalogu soċjali u d-djalogu dwar l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll biex jesponu bħala foloz kampanji ta’ diżinformazzjoni li jheddu l-valuri demokratiċi orkestrati minn atturi Statali barranin; jitlob lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jipprovdu appoġġ loġistiku u teknoloġiku għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-popli indiġeni, b’mod partikolari lin-nisa; jistieden lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkomplu bl-isforzi koordinati tagħhom biex iżidu l-viżibbiltà tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, b’mod partikolari fil-pajjiżi kandidati; jistieden lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jirrispettaw standards għoljin għall-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza meta jinvolvu ruħhom mas-sħab reġjonali; jitlob lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni mogħtija f’pajjiżi terzi jintużaw b’mod effettiv, effiċjenti u f’konformità mal-valuri, il-politiki u r-regoli finanzjarji tal-Unjoni minquxa, fost l-oħrajn, fir-Regolament Finanzjarju, li jistabbilixxi t-trasparenza bħala wieħed mill-prinċipji baġitarji gwida tiegħu; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu evitati ostakli burokratiċi bla bżonn u jiġu appoġġjati l-benefiċjarji biex jiġu evitati żbalji li jħallu impatt fuq ir-rata ta’ żball; jistieden lis-SEAE jsaħħaħ id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu assistiti l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li qed ibatu mill-aggressjoni militari tar-Russja fuq l-Ukrajna u li l-politiki tal-Unjoni jiġu kkomunikati b’mod aktar effettiv liċ-ċittadini tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Iħeġġeġ lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jimmonitorjaw mill-qrib l-istat tad-demokrazija fid-diversi pajjiżi u jagħtu appoġġ loġistiku u teknoloġiku lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-popli indiġeni, b’mod partikolari lin-nisa.
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u s-sitwazzjoni f’Gaża</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jinnota li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kellha impatt qawwi ħafna fuq il-baġit tas-SEAE permezz ta’ inflazzjoni dejjem ogħla, mhux l-anqas f’ħafna partijiet tad-dinja fejn is-SEAE jwettaq il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu, u tali inflazzjoni kellha wkoll impatt fuq iż-żieda fl-ispejjeż għas-sigurtà u t-tagħmir tal-IT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jinnota li d-delegazzjoni fl-Ukrajna għandha 108 membri tal-persunal li madwar 60 % minnhom kienu persunal lokali u 40 % persunal espatrijat qabel l-invażjoni u li l-persunal mhux essenzjali ntalab jitlaq ġimgħa qabel ma faqqgħet l-invażjoni; jinnota wkoll li d-Delegazzjoni tal-Unjoni għar-Russja f’Jannar kellha 25 membru tal-persunal espatrijat u 36 membru tal-persunal lokali u żewġ membri tal-persunal mill-BEI u li r-Russja, f’April 2022, keċċiet 18-il membru tad-Delegazzjoni wara li 19-il membru tal-missjoni Permanenti Russa għall-UE fi Brussell ġew iddikjarati bħala <STRING ITALIC="on">personae non gratae</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jenfasizza li l-Unjoni jeħtieġ li tkompli tiżviluppa servizz estern robust u reżiljenti, bi tmexxija politika ċara, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tiġi żgurata l-koerenza tal-politika barranija tal-Unjoni; f’dak ir-rigward, jinnota r-rwol ewlieni tas-SEAE u speċjalment tad-Delegazzjonijiet tiegħu fil-kuntest tal-impatt ġeopolitiku tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-ħtieġa li tirriżulta li jiġu appoġġjati l-pajjiżi sħab madwar id-dinja u li jissaħħu l-alleanzi globali; jenfasizza l-importanza li jkompli jkun hemm impenn politiku b’saħħtu u effett ta’ ingranaġġ f’livell bilaterali, fid-diplomazija pubblika u kulturali biex jiġu promossi l-valuri, il-prinċipji u l-interessi tal-Unjoni, kif ukoll fil-komunikazzjonijiet strateġiċi biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni; jitlob li jiġi introdott użu aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli biex jiġi evitat li l-effettività tal-Unjoni fix-xena internazzjonali titpoġġa f’riskju; jistieden lis-SEAE jkompli bl-isforzi tiegħu biex jimmodernizza l-approċċi tiegħu u jinvesti f’ħiliet u kapaċitajiet ġodda filwaqt li jżid il-kosteffiċjenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinsab ferm imħasseb dwar l-impenn kontinwu tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban mal-President Russu minkejja s-sanzjonijiet tal-Unjoni u mandat ta’ arrest min-naħa tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal delitti tal-gwerra kontra Putin fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja kontra l-Ukrajna; jisħaq li, skont l-Artikolu 24(3) tat-TUE, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jappoġġjaw il-politika esterna u ta’ sigurtà tal-Unjoni b’mod attiv u mingħajr riżervi fi spirtu ta’ lealtà u solidarjetà reċiproka, u għandhom joqogħdu lura minn azzjonijiet li jmorru kontra l-interess tal-Unjoni; ifakkar lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President fl-obbligu tiegħu li jiżgura li l-Istati Membri jkunu konformi mal-prinċipji skont dan l-Artikolu, u jistiednu, f’dan l-isfond, jirrapporta lill-Parlament dwar il-kunsiderazzjoni tiegħu tal-politika tal-Prim Ministru Ungeriż fil-konfront tar-Russja u l-konformità ma’ dan l-Artikolu tat-Trattat, kif ukoll dwar kwalunkwe azzjoni potenzjali li jkun ħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru bħala arma tal-gwerra fl-Ukrajna, u jikklassifikaha bħala delitt tal-gwerra; jenfasizza r-rapporti dejjem akbar ta’ traffikar tal-bnedmin, vjolenza sesswali, sfruttament, stupru, u abbuż li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u t-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna lejn l-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u l-bniet fiċ-ċentri ta’ akkoljenza, filwaqt li jiżguraw li jingħataw appoġġ immedjat f’każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-Unjoni u lill-pajjiżi ospitanti u ta’ tranżitu jiggarantixxu l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati; jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw lill-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi u kenn lis-superstiti tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru fost ir-rifuġjati nisa u bniet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna għall-vjolenza sesswali kollha relatata mal-kunflitti; jenfasizza li din il-forma mmirata ta’ tortura u vjolenza sesswali brutali kontra n-nisa tintuża sistematikament f’kunflitti tal-gwerra bil-ħsieb li titterrorrizza lill-popolazzjoni u tumiljaha; f’dan il-kuntest, jiddeplora bil-qawwa t-tbatija devastanti tan-nisa matul l-attakki tal-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru 2023 li fihom il-Ħamas wettaq stupru u forom oħra ta’ tortura sesswali feroċi kontra nisa, tfajliet u bniet Iżraeljani u ta’ ċittadinanzi oħrajn, skont rapport tal-missjoni tan-NU u rapport tal-Assoċjazzjoni taċ-Ċentri ta’ Kriżi għall-Istupru f’Iżrael; jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ tmexxija tas-SEAE u tal-Kummissjoni u d-dewmien fir-reazzjonijiet tagħhom għal dawn l-attakki krudili; jistieden bil-qawwa lis-SEAE biex jistabbilixxi strateġija globali aħjar ħalli jipprevjeni dawn it-tipi ta’ attakki, biex jipprovdi appoġġ lin-nisa li jgħixu f’żoni ta’ riskju u ta’ kunflitt u biex ikompli jikkundanna pubblikament kwalunkwe tip ta’ vjolenza sesswali u tortura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li r-Rappreżentant Għoli/Viċi President laqqa’ Kunsill straordinarju għall-Affarijiet Barranin fl-10 ta’ Ottubru 2023 ftit wara l-attakk terroristiku tal-waħx tal-Ħamas kontra Iżrael; jieħu nota wkoll li l-Kunsill Ewropew stabbilixxa pożizzjoni komuni dwar is-sitwazzjoni f’Iżrael u fil-Palestina fil-laqgħa straordinarja tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2023, inkluż pjan ta’ azzjoni b’diversi fergħat ta’ ħidma; jinsab imħasseb ħafna dwar spekulazzjonijiet li l-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni jistgħu jintużaw mill-Ħamas, minflok ma jkunu ta’ benefiċċju għall-popolazzjoni ċivili Palestinjana, u għaldaqstant jinnota b’sodisfazzjoni li r-rieżami tal-assistenza tal-Unjoni għall-Palestina li ġiet iffinalizzata f’Novembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Review of ongoing financial assistance for Palestine” (Rieżami tal-assistenza finanzjarja li qed tingħata lill-Palestina), C(2023)8300 final.</FIELD></FOOTNOTE> uriet li ma nstabet l-ebda evidenza s’issa li l-flus marru għal għanijiet li ma kinux intenzjonati għalihom; jinsab imħasseb dwar l-allegazzjonijiet serji li saru minn Iżrael li 12-il impejgat tal-UNRWA setgħu kienu involuti f’atti ta’ terroriżmu u jinnota li l-Aġenzija temmet il-kuntratti tagħhom immedjatament, nediet investigazzjoni tan-NU u ħatret grupp ta’ rieżami indipendenti; jinnota l-monitoraġġ kostanti mis-SEAE bil-għan li jipprevjeni l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni minn organizzazzjonijiet terroristiċi bħall-Ħamas; jinnota li r-rieżami wera wkoll li l-Kummissjoni tapplika kontrolli adegwati ex ante u ex post u li s-salvagwardji fis-seħħ huma effettivi; ifakkar fir-rwol insostitwibbli tal-Aġenzija għar-rispons umanitarju f’Gaza, u jiżgura l-forniment kontinwu ta’ servizzi vitali għal rifuġjati vulnerabbli Palestinjani fil-Lvant Nofsani; jitlob lis-SEAE jżomm lill-Parlament infurmat dwar il-bidliet fil-kooperazzjoni bejn is-SEAE u l-Awtorità Palestinjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u s-sitwazzjoni f’Gaża jimponu piż finanzjarju fuq l-Istati Membri, iċ-ċittadini Ewropej, u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza li jiġu rieżaminati r-riżorsi finanzjarji allokati għall-Ukrajna u Gaża biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fl-użu ta’ dawn il-fondi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>