<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0237</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-“UPPE”)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0117/2024 - Rapporteur: Luke Ming Flanagan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2139(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06179/2024 – C9‑0077/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi] din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2139(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06179/2024 – C9‑0077/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2139(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur pubbliku Ewropew (UPPE) huwa l-uffiċċju indipendenti tal-prosekuzzjoni pubblika tal-Unjoni u huwa responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex jitressqu quddiem il-qorti dawk li jwettqu, u l-kompliċi tagħhom, reati kriminali previsti fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.</FIELD></FOOTNOTE> u indikati bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017, li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kompetenza tal-UPPE tinkludi diversi tipi ta’ frodi, u fosthom tinkludi frodi tal-VAT b’danni ta’ aktar minn EUR 10 miljuni, ħasil tal-flus, korruzzjoni u oħrajn li fil-konfront tagħhom l-UPPE jeżerċita l-funzjonijiet ta’ prosekutur fil-qrati kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti, sakemm finalment ikun ġie indirizzat il-każ;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UPPE huwa wieħed mill-komponenti tal-arkitettura tal-Unjoni Ewropea kontra l-Frodi u, bħala tali, l-azzjonijiet tiegħu huma kkoordinati ma’ dawk tal-komponenti l-oħra tal-arkitettura msemmija, u komplementari għalihom, biex jinkiseb riżultat finali li jkun akbar mis-somma tal-partijiet tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-UPPE jintervjeni f’xenarju li fih l-awtoritajiet nazzjonali biss jistgħu jinvestigaw u jressqu l-qorti dawn ir-reati, iżda l-prerogattivi tagħhom jieqfu fil-fruntieri ta’ pajjiżhom, u organizzazzjonijiet oħrajn bħall-Eurojust, l-OLAF u l-Europol ma kellhomx is-setgħat meħtieġa biex iwettqu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali rilevanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-atti proċedurali tal-UPPE huma soġġetti għal rieżami ġudizzjarju mill-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) – permezz ta’ deċiżjonijiet preliminari jew rieżamijiet ġudizzjarji ta’ dawk l-atti – għandha setgħat residwi biex tiżgura applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UPPE huwa magħmul minn livell ċentrali, bil-kwartieri ġenerali tiegħu fil-Lussemburgu, li jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew, 22 Prosekutur Ewropew (wieħed għal kull pajjiż parteċipanti tal-UE) u d-Direttur Amministrattiv, u minn livell deċentralizzat (nazzjonali) li jikkonsisti mill-Prosekuturi Delegati Ewropej (EDPs) fit-22 Stat Membru parteċipanti tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fil-livell ċentrali, il-Kap Prosekutur Ewropew u t-22 Prosekutur Ewropew jiffurmaw il-Kulleġġ tal-UPPE responsabbli għas-superviżjoni tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet li jitwettqu mill-EDPs fil-livell nazzjonali, li joperaw b’indipendenza sħiħa mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2017/1939 id-Direttur Amministrattiv tal-UPPE, li jaġixxi bħala l-uffiċjal awtorizzanti tal-Uffiċċju, għandu jimplimenta l-baġit tiegħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti awtorizzati fil-baġit u għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet ta’ kwalunkwe proċedura ta’ evalwazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 50(2) tar-Regoli Finanzjarji tal-UPPE, l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-UPPE u huwa responsabbli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali, li jiġu kkonsolidati ma’ dawk tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, fl-ambitu tal-qafas attwali, il-kontijiet annwali finali jiġu skrutinizzati mill-Qorti u huwa f’idejn il-Kunsill li jirrakkomanda u l-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk jagħtix il-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għal sena finanzjarja partikolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Uffiċċju beda l-attivitajiet operattivi tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2021 u jopera b’mod awtonomu fl-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu biss mill-24 ta’ Ġunju 2021, u li dan il-perjodu ta’ żmien qasir jippermetti analiżi komparattiva limitata u identifikazzjoni tax-xejriet;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-regoli li jirregolaw il-ġestjoni tar-riżorsi tal-UPPE u n-nefqa relatata jeħtieġ li jiġu aġġustati għall-partikolaritajiet tal-prosekuzzjoni u tal-azzjonijiet investigattivi u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju qed jiġu diskussi fir-riformulazzjoni ta’ dak ir-regolament u, f’kuntest usa’, bejn l-UPPE u l-Kummissjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-opinjoni pożittiva tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-UPPE għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022 u dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-pagamenti sottostanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar fl-appoġġ qawwi tal-Parlament għall-istabbiliment tal-UPPE; jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-UPPE bħala bħala korp indipendenti tal-Unjoni u jenfasizza r-responsabbiltà partikolari li dan jimponi fuqu fir-rigward tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-pubbliku ġenerali f’oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tas-sistema legali; jirrispetta ħafna u jesprimi apprezzament għall-ħidma li jagħmel l-UPPE fl-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kisba tal-ġustizzja għal reati kontra l-baġit tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħall-frodi, il-korruzzjoni u l-frodi transfruntiera serja tal-VAT; jirrikonoxxi r-rwol importanti li għandu l-UPPE fil-kontribut għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-baġit tal-Unjoni; ifakkar li r-rwol uniku tal-UPPE fil-qafas tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni bħala servizz ta’ prosekuzzjoni joħloq obbligu għall-UPPE li jinvestiga l-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fil-kompetenza tiegħu, meta jinġiebu għall-attenzjoni tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali globali allokat lill-UPPE għall-2022 kien ta’ EUR 51,2 miljun, imnaqqas mill-allokazzjoni inizjali li tammonta għal EUR 57,1 miljun, u żdied b’mod raġonevoli mill-EUR 35,4 miljun allokati fl-2021; jirrimarka li l-ammont irritornat taf EUR 5,9 miljun (li jirrappreżenta 10 % tal-baġit inizjali għall-2022) huwa titjib meta mqabbel mal-2021, meta l-ammont ta’ EUR 9,5 miljun ġie rritornat għall-baġit tal-Unjoni (li jirrappreżenta 21 % tal-baġit inizjali għall-2021); josserva li tali ammont ġie rritornat gradwalment fl-2022 minħabba li parzjalment kien stmat iżżejjed fir-rigward tal-ħtiġijiet effettivi (għas-servizz lingwistiku kien 65 % ogħla), parzjalment kien impossibbli li jintuża għar-rimborż tal-investigazzjonijiet eċċezzjonalment għaljin tal-Istati Membri parteċipanti, pereżempju, l-Artikolu 91(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (ipprevenut mir-Regolament Finanzjarju sakemm tingħata deroga fl-2023) u, fl-aħħar nett, minħabba d-dewmien fit-tnedija tal-għażla u r-reklutaġġ ta’ membri ġodda tal-persunal (li kellhom jiġu ppjanati fl-2021 iżda saru possibbli biss aktar tard, meta ġie adottat il-baġit 2022);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li huwa possibbli biss li titqabbel il-prestazzjoni baġitarja tal-UPPE għall-perjodu wara l-awtonomija finanzjarja tiegħu, li bdiet f’Ġunju 2021; jilqa’ l-livell sodisfaċenti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 98,1 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn (meta mqabbel ma’ 97,4 % fl-2021) u ta’ 76,6 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament (meta mqabbel ma’ 78,2 % fl-2021); japprezza li r-rata ta’ eżekuzzjoni għall-pagamenti għamlet progress fl-2022 b’76,6 % tal-approprjazzjonijiet imħallsa li tlestew fil-baġit finali, meta mqabbla ma’ 71 % fl-2021; josserva li ż-żmien medju tal-ħlas żdied għal 23,8 jum fl-2022 meta mqabbel ma’ 21,0 jum fl-2021 u jifhem li din ix-xejra hija marbuta maż-żieda sostanzjali fit-talbiet għall-ħlas ipproċessati fis-sena (2 316 talba għall-pagament meta mqabbla ma’ 657 fl-2021 tirrappreżenta żieda ta’ 252 %); iħeġġeġ lill-UPPE, għal darba oħra, jimplimenta aktar il-modulu tal-fatturazzjoni elettronika (fatturazzjoni elettronika) li beda biss fl-2023, biex inaqqas il-piżijiet amministrattivi, iż-żmien għall-ħlas u l-ispejjeż ġenerali tal-ipproċessar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Josserva li, wara l-kisba tal-awtonomija finanzjarja tiegħu, f’Ġunju 2021, l-UPPE ta prijorità lin-nefqa operattiva relatata mal-miżuri ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u sigurtà, u b’hekk jillimita n-nefqa mhux operattiva għal rekwiżiti ta’ konformità essenzjali u servizzi ta’ appoġġ ta’ livell bażiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jindika x-xejra ’l fuq f’għadd ta’ linji tan-nefqa operattiva; jinnota li r-remunerazzjoni tal-Prosekuturi Delegati Ewropej laħqet EUR 8,7 miljuni, u tirrappreżenta n-nefqa operattiva ewlenija minħabba l-għadd akbar ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej stabbiliti matul l-2022; josserva li l-missjonijiet u l-ispejjeż tal-laqgħat operattivi kienu jirrappreżentaw 5,2 % tan-nefqa operattiva (EUR 1,1 miljun) meta mqabbla ma’ 2,9 % fl-2021, u għall-missjonijiet waħedhom iż-żieda fl-2022 meta mqabbla mal-2021 (wara li l-UPPE kiseb awtonomija finanzjarja) kienet ta’ 170 %, bħala konsegwenza taż-żieda fil-persunal u fl-attivitajiet esterni fl-ewwel sena sħiħa tal-operazzjonijiet; jinnota wkoll li ġew impenjati EUR 2,8 miljun għal servizzi ta’ traduzzjoni, li jirrappreżentaw 14 % tan-nefqa operattiva, meta mqabbla ma’ 7,6 % fl-2021; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ riżorsi addizzjonali għat-traduzzjoni minħabba ż-żieda mistennija fil-każijiet investigattivi fis-snin li ġejjin; jitlob lill-UPPE jinforma lill-Parlament dwar il-pjanijiet tiegħu biex ikompli jespandi l-użu tas-servizzi tat-traduzzjoni awtomatizzata mill-“portal tat-traduzzjoni” żviluppat internament u bl-użu akbar ta’ tradutturi ġuramentati nazzjonali mħallsa mill-Istati Membri parteċipanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Josserva li previżjoni tan-nefqa relatata mal-attivitajiet tal-UPPE hija kumplessa ħafna minħabba l-livell ta’ detezzjoni ta’ frodi, it-tipoloġija u n-natura tal-każijiet, l-effiċjenza tal-UPPE fl-investigazzjonijiet u fil-prosekuzzjonijiet ewlenin b’kunsiderazzjoni tan-natura obbligatorja tagħhom u tal-proċeduri u r-restrizzjonijiet tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, in-nuqqas ta’ korrelazzjoni fissa bejn l-għadd ta’ investigazzjonijiet u l-ispejjeż tagħhom, u fl-aħħar iżda mhux l-anqas, id-daqs tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li għandhom jiġu protetti, inklużi l-pjanijiet tal-Polonja u l-Iżvezja li jissieħbu mal-UPPE; josserva wkoll li huwa diffiċli li tiġi stmata l-previżjoni tan-nefqa għall-volum ta’ każijiet relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) minħabba l-mod ta’ implimentazzjoni mingħajr preċedent u l-volum kbir ta’ riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex iqis l-impatt tal-varar tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-previżjoni li l-UPPE għandu jikkomunika lill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja; jaqbel mal-fehma li l-ammont ta’ xogħol tal-UPPE, inizjalment sottovalutat għadda minn tkabbir sinjifikanti u se jkompli jiżdied fis-snin li ġejjin, b’mod partikolari fir-rigward tal-għadd ta’ każijiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (fl-2022 infetħu biss 15-il każ, iżda se jinfetħu aktar fl-2023 hekk kif jilħaq il-livell massimu ta’ implimentazzjoni tiegħu) u li għadd akbar ta’ każijiet fil-fażi tal-proċess se jirrikjedu enfasi differenti minn dawk fil-fażi tal-investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-UPPE jikkontribwixxi b’mod ċar għall-valur miżjud Ewropew f’termini ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni mal-Istati Membri fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li l-UPPE kien qed jilħaq l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 f’dak ir-rigward; jistenna li l-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi legali u jirrapportaw il-każijiet rilevanti kollha lill-UPPE; jinnota bi tħassib li f’diversi każijiet l-Istati Membri kienu qed jiddikjaraw reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE, bħala każijiet nazzjonali; jinnota li kwistjonijiet ta’ kompetenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Prosekuturi Delegati Ewropej nqalgħu f’ammont imdaqqas ta’ każijiet f’diversi pajjiżi; huwa konxju li, skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939, każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-kompetenzi tal-UPPE għandhom jiġu deċiżi mill-istess awtorità ġudizzjarja nazzjonali li hija responsabbli biex tiddetermina l-korp kompetenti għall-prosekuzzjoni fil-livell nazzjonali; jiddispjaċih li f’ħafna Stati Membri parteċipanti l-proċeduri fis-seħħ u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bid-deċiżjonijiet dwar tali każijiet rigward kunflitti ta’ kompetenza mhumiex stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939; jenfasizza li f’każijiet ta’ kunflitti ta’ kompetenza bejn l-UPPE u awtorità ta’ prosekuzzjoni nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti biex tiddeċiedi dwar l-attribuzzjoni ta’ kompetenza tista’ tasal għal konklużjoni mingħajr ma titlob deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja iżda pjuttost tieħu deċiżjoni li hija vinkolanti fuq l-UPPE u jirrimarka li dan imur kontra l-ispirtu tar-Regolament (UE) 2017/1939, li jiddikjara li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’konformità mal-Artikolu 267 tat-TFUE, għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi b’mod preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni dwar il-kunflitti ta’ kompetenza bejn l-UPPE u l-awtoritajiet nazzjonali; jemmen li s-sitwazzjoni attwali hija nieqsa miċ-ċarezza legali; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jaħdmu aktar mill-qrib mal-UPPE; jenfasizza li l-kompetenza tal-UPPE hija deskritta b’mod ċar fl-Artikolu 22(1) u (2), u fl-Artikolu 23, u li l-Istati Membri kollha għandhom jirrispettaw ir-Regolament (UE) 2017/1939; jinnota li meta l-Istati Membri jkollhom dubji dwar il-kompetenza tal-UPPE f’każ partikolari, hemm il-possibbiltà li titressaq mistoqsija preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 tat-TFUE u l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1939; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, li meta jkun hemm ksur tar-Regolament (UE) 2017/1939, tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jinnota bi tħassib li l-kwistjoni tal-kompetenza tista’ tikkawża waqfien tal-investigazzjoni; jinsab imħasseb dwar it-telf potenzjali ta’ evidenza meta jiġu sospiżi l-każijiet; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor informazzjoni dwar każijiet li jittrattaw kunflitti ta’ kompetenza għar-rapport ta’ evalwazzjoni li se jiġi ppreżentat fl-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Josserva li, fl-2022, mill-15-il każ attiv tal-RRF elenkati fir-Rapport Annwali tal-UPPE, seħħew disa’ każijiet fl-Italja, tnejn fil-Portugall, tlieta fir-Rumanija, u każ wieħed fil-Kroazja; iħeġġeġ bil-qawwa lill-UPPE jfittex xejriet ta’ frodi fil-pajjiżi fejn seħħ aktar minn każ wieħed tal-RRF, u jinforma kemm lill-OLAF kif ukoll lit-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza dwar dawn ix-xejriet bit-tir prinċipali li jitnaqqsu l-każijiet ta’ frodi li jseħħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-UPPE bħalissa għandu madwar 170 investigazzjoni attiva f’aktar minn seba’ pajjiżi li jinvolvu każijiet tal-RRF u li d-danni f’dawn l-investigazzjonijiet attivi bħalissa huma stmati għal EUR 530 miljun; jinnota li l-UPPE jistma li l-għadd ta’ investigazzjonijiet attivi ġodda li jinvolvu fondi għall-irkupru u r-reżiljenza se jiżdied hekk kif aktar pajjiżi jsiru r-riċevituri tal-fondi tal-RRF; iħeġġeġ lill-UPPE jippjana l-baġit u l-kapaċitajiet tiegħu kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Fir-rigward tal-ammont ta’ riżorsi allokati lill-UPPE, jissottolinja li r-riżorsi baġitarji u umani allokati għandhom ikunu adegwati biex jippermettu t-twettiq effiċjenti u b’suċċess tal-mandat tiegħu u t-trattament normali tal-proċeduri amministrattivi relatati; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-qafas baġitarju tal-UPPE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE biex issib modi adegwati biex tappoġġjah fil-ħidma tiegħu, bl-għarfien li fil-kuntest ta’ għadd dejjem jikber ta’ każijiet kumplessi, se jkunu meħtieġa riżorsi addizzjonali u dawn ma għandhomx ikunu dipendenti fuq ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939 u/jew il-mandat tiegħu; jinnota li, anke f’dan ir-rigward, huwa mistenni għadd dejjem akbar ta’ sfidi legali, li jqajmu dubji dwar l-interpretazzjoni tal-qafas legali tal-UPPE u l-integrazzjoni tiegħu fis-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri jew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Fir-rigward tal-użu tar-riżorsi allokati lill-UPPE, jifhem li l-UPPE jinvolvi ruħu f’aġġornament u reviżjoni kontinwi tar-regoli finanzjarji interni tiegħu li jirregolaw l-aspetti finanzjarji tal-operazzjonijiet tiegħu; jilqa’, għal dan il-għan, id-djalogu kontinwu mal-Kummissjoni u huwa konxju li, f’konformità mas-suġġerimenti li saru lill-Kummissjoni, Deċiżjoni reċenti tal-Kulleġġ tal-UPPE emendat ir-regoli finanzjarji tiegħu billi żiedet il-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u li jiġu konklużi kuntratti mingħajr ma jsir rikors għal proċedura ta’ akkwist pubbliku, meta l-akkwist ma jkunx possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jifhem li, fl-2022, tnieda ftehim qafas pilota, għar-rimborż ta’ talbiet li saru skont l-Artikolu 91(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939, biex ikopri miżuri ta’ investigazzjoni għaljin b’mod eċċezzjonali mwettqa fil-livell nazzjonali f’isem l-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrimarka l-ħtieġa li l-Artikolu 91(6) tar-Regolament (UE) 2017/1939 jiġi implimentat kif xieraq u jissottolinja li għandhom jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tan-nefqa tal-prosekuzzjoni u l-investigazzjoni (inklużi l-każijiet eċċezzjonali tan-nefqa operattiva tal-UPPE rregolata mill-Artikolu 91.6); jiddispjaċih li l-proposta mressqa fin-negozjati tat-trilogu riformulata twaqqfet; isostni li l-Kummissjoni, fi djalogu mal-UPPE, għandha tesplora toroq alternattivi biex tippermetti implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tad-dispożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li wara l-bidu tal-attività operattiva tal-UPPE, id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tal-2017 ma kinitx għadha adattata għall-iskop tagħha minħabba ammont ta’ xogħol sottovalutat b’mod sinifikanti, u ma ġie propost l-ebda aġġornament tagħha; jemmen, f’dan ir-rigward, li n-nuqqas ta’ rieżami baġitarju ta’ nofs it-terminu għall-UPPE jipprevjeni lill-UPPE milli jkollu fehim ċar tar-riżorsi disponibbli għall-attivitajiet futuri tal-każijiet diġà eżistenti u li jantiċipa l-attivitajiet preparatorji għall-implimentazzjoni tal-baġit qabel it-tmiem tal-proċess ta’ adozzjoni baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Itenni l-fehma tiegħu li n-nuqqas ta’ qafas ta’ riżorsi ta’ nofs it-terminu għall-UPPE, kemm f’termini ta’ baġit kif ukoll ta’ persunal, fi żmien meta l-operazzjonijiet jeħtieġ li jiżdiedu malajr u jiġu stabbiliti pedamenti amministrattivi, jillimita l-għażliet li għandhom isiru disponibbli biex tinkiseb flessibbiltà massima fl-iżvilupp ta’ infrastruttura organizzazzjonali għal proġett innovattiv daqs l-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>huwa konxju li l-UPPE kien qed jaħdem għal kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-Istati Membri dwar kif il-frodi li taffettwa l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tiġi rrappurtata lill-UPPE u ttrattata fil-livell investigattiv u matul il-fażi tal-prosekuzzjoni, u dwar kif l-UPPE jista’ jintervjeni b’mod effettiv f’dan ir-rigward; jemmen li l-involviment tal-UPPE fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ frodi li jaffettwaw il-fondi tal-RRF huwa essenzjali fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; Ifakkar li l-UPPE huwa korp indipendenti tal-Unjoni u jtenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni li tipprovdi gwida adegwata lill-UPPE dwar kif għandu jappoġġja u jrawwem l-adozzjoni tal-miżuri ta’ rimedju li jsegwu l-investigazzjoni indipendenti tal-UPPE u l-prosekuzzjoni tal-frodi li taffettwa l-RRF u li l-Kummissjoni żżomm lill-awtorità baġitarja infurmata dwar l-għażliet disponibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Josserva ż-żieda fir-rapporti ta’ reati ppreżentati lill-UPPE (3 318 fl-2022 meta mqabbla ma’ 2 832 fl-2021) u konsegwentement iż-żieda fl-investigazzjonijiet miftuħa (865 fl-2022 b’danni stmati li jammontaw għal EUR 9,9 biljun, meta mqabbla ma’ 576 fl-2021 b’danni stmati li jammontaw għal EUR 5,4 biljun); jinnota li l-għadd ta’ każijiet magħluqa (251 fl-2022 meta mqabbel ma’ 57 fl-2021) u l-għadd ta’ akkużi (87 fl-2022 meta mqabbla ma’ ħamsa fl-2021) flimkien mal-ordnijiet ta’ ffriżar miksuba mill-UPPE ammontaw għal EUR 359,1 miljun fl-2022 biss (meta mqabbel mal-EUR 516-il miljun mitluba); jinnota li, fl-2022, ġew konklużi 20 każ fil-Qorti, u jqis li huwa importanti li l-UPPE jirrapporta sistematikament dwar is-segwitu għal dawn il-każijiet f’termini tal-miżuri finanzjarji adottati (konfiska u/jew irkupru) biex jipprovdi fehim aktar ċar tal-impatt tal-azzjonijiet tal-UPPE; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-aktar mezzi xierqa biex jassistu lill-UPPE fl-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ segwitu, b’tali mod li r-riżorsi tal-UPPE ma jiġux iddevjati mill-kompiti investigattivi u ta’ prosekuzzjoni tagħhom; jinkoraġġixxi lill-UPPE, meta possibbli u xieraq, biex jinvolvi ruħu f’kooperazzjoni aħjar ma’ komponenti oħra tal-Arkitettura kontra l-Frodi, bħall-Eurojust u l-Europol, jew billi juża - permezz tal-OLAF - is-Servizzi ta’ Koordinazzjoni kontra l-Frodi (AFCOS) stabbiliti fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-UPPE jistabbilixxi sistema biex jimmonitorja t-titjib fl-effiċjenza, l-iffrankar ta’ ħin u ta’ spejjeż u japprezza l-adozzjoni ta’ sistema għall-ġestjoni tal-kwalità biex jiġu ottimizzati l-proċessi ewlenin u tinkiseb żieda fil-prestazzjoni organizzazzjonali, fil-kwalità tas-servizz u fil-kosteffettività; jifhem li xi proċeduri tfasslu mill-ġdid biex inaqqsu l-piż amministrattiv u s-sensji bla bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jifhem li l-UPPE juża approċċ ibbażat fuq ir-riskju fl-attivitajiet tiegħu kollha, b’enfasi fuq l-identifikazzjoni ta’ żoni b’riskju għoli; jilqa’ l-adozzjoni tal-Politika Amministrattiva għall-Ambjent ta’ Kontroll Intern tal-UPPE u jistieden lill-maniġment tal-UPPE jimmonitorja l-implimentazzjoni effettiva tas-17-il prinċipju ta’ kontroll intern biex jivverifika li dawn jiġu adattati fuq bażi kontinwa għall-perkors ta ’ tkabbir tal-maturità organizzazzjonali tal-UPPE; japprezza, f’dan ir-rigward, il-valutazzjoni li saret dan l-aħħar li rriżultat fi pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni li jiffoka fuq in-nuqqasijiet identifikati; jirrimarka li ż-żoni ewlenin ta’ riskju għoli residwu ġew identifikati bħala li joriġinaw minn nuqqas ta’ riżorsi (fejn l-UPPE jkun imġiegħel jagħżel bejn attivitajiet li huma ugwalment essenzjali għat-twettiq tal-mandat tiegħu jew fejn ikun hemm nuqqas ta’ twassil ta’ aċċertament raġonevoli dwar il-konformità mal-istandards amministrattivi kollha);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni ta’ Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) kemm għall-attivitajiet operattivi kif ukoll għal dawk amministrattivi, marbuta mal-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali; josserva li l-KPIs ewlenin għall-attivitajiet operattivi ma jinkludu l-ebda referenza speċifika għall-ammonti rkuprati mill-baġit tal-Unjoni, li s-salvagwardja tagħhom fl-aħħar mill-aħħar hija r-raison d’être tal-Arkitettura kontra l-Frodi li l-UPPE huwa komponent importanti tagħha; jitlob lill-UPPE jadotta indikaturi marbuta mal-kisba ta’ dan il-kompitu essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Japprezza l-adozzjoni mill-Kulleġġ tal-UPPE, fl-2022, tal-Karta tal-Awditjar Intern tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern u tal-pjan tal-awditjar ibbażat fuq ir-riskju, li jidentifikaw il-prijoritajiet tal-Awditjar Intern għall-2022-2024; iħeġġeġ lis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) u lill-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom bil-għan li jagħtu pariri u jassistu lill-UPPE fl-istabbiliment tal-proċessi ewlenin tiegħu u fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għal sistema aħjar ta’ monitoraġġ tar-riżultati u li ssegwi l-impatt finanzjarju tal-ħidma tal-UPPE; jinnota l-ħtieġa għal aktar data aggregata dwar il-każijiet sabiex jiġu identifikati aħjar ix-xejriet ta’ frodi; jinkoraġġixxi koordinazzjoni kontinwa mal-Europol f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrimarka li l-UPPE għandu l-għan li jikseb konformità sħiħa mal-istandards tal-ġestjoni tal-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni, u jfakkar li l-adozzjoni ta’ pjan komprensiv ta’ kontinwità tal-operat hija fost dawn ir-rekwiżiti bażiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Josserva x-xejra ’l fuq fl-għadd ta’ persunal, li żdied minn 58 fl-2020, għal 122 fl-2021, għal 217 sa tmiem l-2022; huwa konxju li, għall-2022, l-UPPE talab 171 aġent temporanju, 48 aġent kuntrattwali u 29 espert nazzjonali sekondat, li jirrappreżentaw total ta’ 248 pożizzjoni (meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2021, b’95 aġent temporanju, 35 aġent kuntrattwali, u 0 SNE għal total ta’ 130 pożizzjoni); jinnota li l-awtorità baġitarja approvat il-pożizzjonijiet kollha mitluba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrimarka li, fl-2022, l-isforzi tal-UPPE biex jimpjega għadd adegwat ta’ persunal kwalifikat bi proċeduri rapidi rriżultaw fir-reklutaġġ ta’ 85 aġent statutorju fl-uffiċċju ċentrali u 22 EDP fl-uffiċċji nazzjonali; jinnota li, b’217 mit-248 pożizzjoni bbaġitjati li mimlija fi tmiem l-2022, ir-rata ta’ okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet mimlija minn aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u SNEs naqset għal 87,5 % (meta mqabbla ma’ 94 % fl-2021) billi jiġi kkunsidrat li, filwaqt li għall-EDPS ir-rata ta’ okkupazzjoni żdiedet għal 82,1 % (b’115 mill-140 pożizzjoni tal-EDP ibbaġitjati mimlija) meta mqabbla ma’ 68 % fl-2021 (b’95 mill-140 pożizzjoni tal-EDP ibbaġitjat biss li mtlew) u b’hekk ir-rata globali tal-okkupanza tiżdied għal 85,56 % (meta mqabbla ma’ 81 % fl-2021);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja li matul iż-żjara fl-UPPE matul il-Missjoni ta’ Kontroll tal-Baġit fil-Lussemburgu fl-2023, l-UPPE esprima l-ħtieġa urġenti għal aktar esperti legali biex jittrattaw l-għadd kbir ta’ investigazzjonijiet; jinnota li, fl-2022, kien hemm aktar minn 1117 investigazzjoni attiva (2022 statistika tal-UPPE); jirrikonoxxi li l-Kummissjoni diġà kienet attiva f’dan il-qasam iżda jitlob li jiġu ssodisfati aktar kapaċitajiet speċjalment meta jitqies ix-xogħol b’lura u l-każijiet addizzjonali relatati mal-RRF u l-frodi estensiva tal-VAT; jirrimarka li l-Kummissjoni setgħet issottovalutat il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet; jirrikonoxxi li d-DĠ Baġit u l-Kummissjoni s’issa ssodisfaw it-talbiet tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jifhem li l-funzjonijiet ta’ appoġġ amministrattiv u ċentrali huma mistennija jikbru, f’konformità mal-popolazzjoni operattiva akbar, u li r-reklutaġġ addizzjonali se jkun kruċjali wkoll fil-qasam tas-Servizzi Diġitali u tas-Sigurtà; japprezza li l-ħtiġijiet operattivi addizzjonali ġew inklużi fid-Dokument ta’ Programmazzjoni Uniku tal-UPPE 2024-2026 u fit-Talba baġitarja għall-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Huwa konxju li s-suq tax-xogħol Lussemburgiż huwa kompetittiv ħafna, u li l-kundizzjonijiet offruti mill-amministrazzjoni tal-Unjoni la huma attraenti meta mqabbla mas-suq lokali (soġġetti għal indiċizzar tal-pagi varjat matul is-sena), lanqas ma jqisu b’mod adegwat l-għoli tal-ħajja (speċjalment fid-dominju tal-akkomodazzjoni); jifhem li din is-sitwazzjoni diffiċli hija saħansitra aktar akuta għat-trainees u għall-aġenti kuntrattwali, minħabba din ir-raġuni, l-aġenti kuntrattwali jinsabu fil-proċess li jitneħħew gradwalment favur pożizzjonijiet ta’ aġenti temporanji peress li jibbenefikaw minn kuntratt aktar favorevoli; jinnota li l-attrazzjoni u ż-żamma tal-persunal saru saħansitra aktar diffiċli fl-2022 minħabba r-rata tal-inflazzjoni u ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, u li ċ-ċifri tal-kumpens ma għandhomx l-istess impatt pożittiv bħal fl-amministrazzjoni tal-Unjoni, fejn l-indiċizzar tal-pagi nazzjonali żamm il-protezzjoni tal-kapaċità tal-akkwist taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-UPPE mhuwiex attraenti daqs l-erba’ istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni li joperaw mil-Lussemburgu, peress li ma jistax joffri l-possibbiltà li wieħed isir Uffiċjal tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-UPPE joffri salarji attraenti lill-aġenti kuntrattwali u temporanji, li huma kompetittivi ma’ dak li qed jiġi offrut fis-settur privat, inklużi s-servizzi legali u s-servizzi tal-IT, sabiex jattira l-aħjar u l-aqwa talent b’esperjenza internazzjonali; jenfasizza li s-salarji u l-baġit attwali jista’ jkollhom bżonn jiġu aġġustati biex jirriflettu dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Josserva li, fi tmiem l-2022, il-bilanċ ġeografiku u bejn il-ġeneri huwa segwit b’mod adegwat b’mod ġenerali b’rabta mal-217-il membru tal-persunal (b’122 raġel u 95 mara); jilqa’ l-fatt li t-tqassim tan-nazzjonalità tal-popolazzjoni tal-UPPE huwa mmonitorjat b’mod kostanti mill-persunal li jimpjega, bil-għan li jiġi żgurat bilanċ, speċjalment, fid-dawl tad-distribuzzjoni mhux uniformi tal-applikanti; jirrimarka, madankollu, li d-distribuzzjoni tal-ġeneru fost il-pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri u medju (erbgħa għal wieħed) għadha subottimali u jtenni li dan l-aspett għandu jittejjeb fil-qafas tal-istrateġija ġenerali dwar id-diversità, inkluż l-inkoraġġiment adegwat għall-persuni b’diżabilità biex japplikaw; itenni t-talba tiegħu lill-UPPE biex jadotta l-karta tiegħu dwar id-diversità u l-inklużjoni mingħajr dewmien, fid-dawl taż-żieda tal-persunal fl-aħħar sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrimarka li, sa tmiem l-2022, 275 minn 332 membru tal-persunal (82,83 % meta mqabbel ma’ 186 membru tal-persunal li huwa 86 % fl-2021) ġew skjerati f’attivitajiet investigattivi (aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali, SNEs u EDPs) filwaqt li 57 membru tal-persunal kienu involuti f’Funzjonijiet ta’ Appoġġ u ta’ Kontroll Amministrattiv (17,17 %) u disa’ pożizzjonijiet investigattivi baqgħu vakanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-ħatra tal-prosekuturi delegati Ewropej hija responsabbiltà kondiviża tal-UPPE u l-Istati Membri; jisħaq li l-proċedura tal-ħatra trid dejjem tkun konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2017/1939 u l-prinċipju tal-awtonomija proċedurali nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Huwa kuntent bl-għadd akbar ta’ EDPs reklutati f’diversi Stati Membri; huwa konxju li l-parteċipazzjoni ta’ kandidati kwalifikati tista’ tissaħħaħ, u l-proċess ta’ ħatra jista’ jkun aktar selettiv billi tiġi adottata perspettiva ċara tal-karriera u dixxiplina amministrattiva aktar favorevoli dwar il-kopertura tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tas-saħħa; jemmen li l-ħolqien ta’ status speċifiku għall-EDPs, kif issuġġerit min-natura tal-funzjoni ġudizzjarja tagħhom, jagħmel dawn il-pożizzjonijiet aktar attraenti; jistieden lill-UPPE u lill-Kummissjoni jesploraw is-soluzzjonijiet kollha possibbli sabiex itejbu d-djalogu tagħhom biex jintlaħaq dan ir-riżultat, filwaqt li jqisu l-benefiċċji li dan joħloq f’termini ta’ kompetenzi u effiċjenza operazzjonali; itenni l-fehma tiegħu li din is-sitwazzjoni tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-appell għal reviżjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939 u tal-istatus tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Josserva li l-UPPE għadu jimpjega fornituri esterni tas-servizzi li jaħdmu fuq il-post (39 membru tal-persunal fl-2022); huwa konxju li, għal darba oħra, matul l-2022, l-UPPE kellu jirrikorri għall-użu ta’ persunal interim għal tranżazzjonijiet finanzjarji, bi ksur tar-regoli finanzjarji tiegħu stess; jifhem li din id-deċiżjoni, li ġiet iddivulgata b’mod trasparenti, ġiet imposta mill-ħtieġa li jiġi skjerat il-persunal statutorju disponibbli fi rwoli investigattivi u ta’ prosekuzzjoni; jinnota, madankollu, li l-UPPE waqaf jibbaża fuq persunal interim biex jipproċessa t-tranżazzjonijiet finanzjarji wara ż-żieda fil-kapaċità tal-persunal tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Josserva ż-żieda fl-ispejjeż tal-korsijiet ta’ taħriġ fl-2022 u jifhem li dan irriżulta f’użu aktar intensiv tal-pjattaforma tal-UE għat-tagħlim, li l-ispiża tagħha kważi rduppjat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li żewġ korpi ta’ regoli bħalissa jiddefinixxu arranġamenti ta’ ħidma flessibbli u r-reġim tat-telexogħol, id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-UPPE dwar il-ħin tax-xogħol adottata f’Ottubru 2021 hija applikabbli biss għall-prosekuturi u għad-direttur amministrattiv, u d-Deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-UPPE adottata f’Diċembru 2022 hija applikabbli għall-bqija tal-persunal; jisħaq li ż-żewġ Deċiżjonijiet huma stabbiliti u applikati simultanjament għad-destinatarji rispettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jifhem li l-ewwel deċiżjoni hija aktar restrittiva u adattat il-ħin tax-xogħol u l-għażliet relatati għal-livelli ta’ maniġment għat-talbiet tal-UPPE, biex tiggarantixxi l-konsistenza u l-kontinwità tal-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li t-tieni waħda għandha l-għan li tottimizza l-bilanċ bejn il-ħajja privata u dik tax-xogħol; josserva li distinzjoni simili hija adottata għar-reġim tat-telexogħol, fejn il-maniġment huwa intitolat li jwettaq telexogħol għal massimu ta’ 60 jum kull sena kalendarja, filwaqt li persunal ieħor jista’ jagħżel li jaħdem fuq bażi ta’ telexogħol bejn 20 % u 60 % tal-ħin tax-xogħol ta ’ kull ġimgħa; jinnota li ż-żewġ gruppi tal-persunal jistgħu jwettqu telexogħol minn barra l-pajjiż sa limitu ta’ 10 ijiem tax-xogħol; iħeġġeġ lill-UPPE jikkonsulta lill-persunal tiegħu billi jniedi stħarriġ biex jivverifika l-livell ta’ sodisfazzjon u jikkonsulta lill-Kumitat tal-Persunal dwar kwalunkwe deċiżjoni ulterjuri li għandha tittieħed dwar din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ burnout jew ta’ fastidju u li n-numru ta’ liv tal-mard fit-tul huwa limitat ħafna; jilqa’ l-adozzjoni ta’ proċedura strutturata għar-rappurtar ta’ każijiet ta’ fastidju mill-Kap Prosekutur Ewropew u mill-Prosekuturi Ewropej kif ukoll għad-divulgazzjoni tagħha lill-persunal kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-benesseri tal-persunal se jirrappreżenta dimensjoni ewlenija tal-implimentazzjoni usa’ tal-Qafas tar-Riżorsi Umani u l-UPPE se jiddedika riżorsi dejjem akbar għall-benesseri tal-persunal; jħeġġeġ bil-qawwa lill-UPPE biex jarmonizza l-politiki attwali u futuri tiegħu dwar l-inklużjoni, il-fastidju u l-ugwaljanza u biex kull tant żmien iniedi stħarriġ fost il-persunal tiegħu, billi jippromwovi fejn possibbli rieżami bejn il-pari ma’ komponenti oħra tal-arkitettura kontra l-frodi (il-Eurojust, l-OLAF, eċċ.) u b’mod ġenerali jinkoraġġixxi d-diversità biex il-post tax-xogħol isir aktar attraenti għall-kandidati bi ħtiġijiet speċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Josserva li fl-2022 ma ġie rreklutat l-ebda trainee iżda l-ħidma preparatorja biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-komponenti futuri tal-ġestjoni tar-riżorsi umani kienet tinkludi t-traineeships; japprova l-proposta u l-eżekuzzjoni ta’ programm pilota ta’ traineeship fil-bidu tal-2023, li r-riżultati tiegħu bħalissa qed jiġu eżaminati bil-għan li jiġi implimentat programm ta’ traineeship li jibda fl-2024; jisħaq li l-isfidi imposti mill-għoli tal-ħajja fil-Lussemburgu jirrappreżentaw ostaklu sinifikanti għal trainees potenzjali; jafferma li t-traineeship għandu jiġi remunerat sabiex jiġi allinjat mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar Traineeships ta’ Kwalità fl-Unjoni (2020/2005 (INL)) li tirrakkomanda li l-interns kollha fl-Ewropa għandhom jitħallsu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UPPE jiddeskrivi l-istandards ta’ mġiba mistennija għall-impjegati fil-livelli kollha u li, matul l-2022, il-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet etiċi ssaħħew bl-implimentazzjoni ta’ linji gwida speċifiċi għall-indirizzar ta’ dilemmi etiċi u t-teħid ta’ deċiżjonijiet etiċi dwar attivitajiet esterni u l-aċċettazzjoni ta’ rigali u ospitalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Josserva li jiġu organizzati sessjonijiet ta’ taħriġ regolari (darbtejn fix-xahar) għall-persunal tal-UPPE dwar il-qafas etiku tal-UPPE, il-Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba u l-Istrateġija kontra l-Frodi u li fl-2022 tnediet taqsima dedikata tal-intranet tal-UPPE dwar il-qafas etiku; jirrimarka, f’dan ir-rigward, li l-parteċipazzjoni attwali tal-persunal f’korsijiet ta’ sensibilizzazzjoni tidher limitata (ipparteċipaw total ta’ 69 membru tal-persunal f’korsijiet ta’ taħriġ fl-2022); jitlob lill-UPPE jesplora għażliet vijabbli li għandhom l-għan li jżidu l-parteċipazzjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li għadu ma tnediex stħarriġ sabiex tiġi vvalutata s-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar l-etika u jħeġġeġ lill-UPPE jintensifika d-djalogu tiegħu mal-persunal permezz ta’ stħarriġiet u jrawwem l-attendenza tal-persunal f’laqgħat ġenerali perjodiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li fl-2022 ma nkixef l-ebda każ effettiv ta’ kunflitt ta’ interess; jilqa’ l-politika dwar il-kunflitt ta’ interess li qed tiġi żviluppata bħalissa; jinnota li ġew stabbiliti regoli dedikati dwar il-kunflitt ta’ interess għall-membri tal-Kulleġġ tal-UPPE, għall-EDPs, u għall-membri tal-persunal tal-unità operattiva; josserva li kodiċi ta’ standards professjonali għall-persunal tal-UPPE responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-karta tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-uffiċjali awtorizzanti b’delega jipprovdu r-regoli applikabbli f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess possibbli; josserva, madankollu, li filwaqt li l-UPPE jikkonforma mad-dispożizzjoni ġenerali skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, dan ma adottax politika mmirata dwar ir-revolving doors; iħeġġeġ lill-UPPE jadotta tali politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Uffiċjal għall-Kontroll Intern tal-UPPE wettaq rieżami tal-pjan ta’ azzjoni għall-2021-2022 tal-Istrateġija kontra l-Frodi tal-UPPE, li warajh, fl-1 ta’ Marzu 2023, ġiet adottata verżjoni aġġornata (Strateġija kontra l-frodi 2023-2025) immirata lejn in-nuqqasijiet u r-riskji emerġenti identifikati matul l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq li proċedura dedikata għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u kontra r-ritaljazzjoni għadha mhijiex ifformalizzata iżda qed tiġi żviluppata matul l-2023 u li, bħalissa, ir-Regoli Finanzjarji tal-UPPE jipprovdu struzzjonijiet dwar il-miżuri li għandhom jiġu segwiti minn membru tal-persunal jew impjegat ieħor, inklużi esperti nazzjonali sekondati fl-UPPE; jenfasizza li l-politika dwar il-whistleblowing u kontra r-ritaljazzjoni għandha tiġi formalizzata malajr kemm jista’ jkun biex jiġi żgurat post tax-xogħol sikur u protett; iħeġġeġ li tali mekkaniżmu jiġi ppjanat u strutturat bir-reqqa biex jissepara whistleblowers awtentiċi minn dawk li jagħmlu akkużi foloz; jafferma li għandhom jinbnew protezzjonijiet għal dawk akkużati b’mod falz jew malafamati; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ standards simili għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni f’dan ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni, Ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jifhem li l-Kummissjoni, permezz tad-Direttorat Ġenerali tagħha għall-Informatika (li issa ngħata l-isem ġdid ta’ Servizzi Diġitali) mhux se tkun tista’ tipprovdi lill-UPPE b’servizzi diġitali fuq il-post tax-xogħol wara nofs l-2024, minħabba bidla fis-sistemi tal-IT tal-Kummissjoni u politika tal-IT li tillimita l-forniment ta’ servizzi diġitali fuq il-post tax-xogħol għas-servizzi tal-Kummissjoni biss; jinnota li l-approċċ inizjali tal-UPPE kien li jagħti prijorità lir-riżorsi dwar l-istabbiliment u l-ħidma ta’ servizzi diġitali essenzjali marbuta mal-attivitajiet operattivi tiegħu, bħas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet tiegħu, filwaqt li jirrikonoxxi li s-servizzi diġitali tal-UPPE, li huma mill-anqas parzjalment diverġenti minn dawk tal-Kummissjoni, kien ikun meħtieġ, f’nofs it-terminu, approċċ imfassal apposta; josserva li l-interruzzjoni maħsuba tas-servizz mill-Kummissjoni tista’ toħloq problema addizzjonali għall-organizzazzjoni tal-UPPE fil-fażi kruċjali tal-konsolidazzjoni tal-istabbiliment tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni taġevola t-tranżizzjoni tal-UPPE lejn livell sodisfaċenti ta’ awtonomija diġitali fis-servizzi ewlenin tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa li s-servizz tal-IT tal-Kummissjoni ma jiġix interrott sakemm l-UPPE jkollu sistema tal-IT affidabbli biex jiġi evitat it-telf ta’ data b’mod partikolari dwar il-fajls tal-każijiet; jenfasizza li komunikazzjoni ċara u koordinazzjoni operattiva dwar dan huma meħtieġa fl-ogħla livelli bejn il-Kummissjoni u l-UPPE; jissottolinja li tranżizzjoni bla xkiel u kontinwa bejn is-sistemi hija essenzjali għall-kontinwità tal-fluss tax-xogħol, l-affidabbiltà tad-data u strutturi operattivi li jiffunzjonaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li l-UPPE qed jiltaqa’ ma’ ostakli relatati mal-ipproċessar ta’ dokumenti mhux diġitalizzati miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali u partijiet privati fil-kuntest tal-investigazzjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jiddiġitalizzaw id-dokumenti u l-proċeduri tagħhom biex l-UPPE jkun aktar kosteffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jifhem li l-isfida attwali fid-diġitalizzazzjoni qed ittejjeb it-tfittxijiet u l-kompiti awtomatizzati sabiex iżżid il-prestazzjoni u l-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet tal-UPPE, li hija essenzjali biex l-UPPE jingħata deskrizzjoni ġenerali tan-networks kriminali u jiġu identifikati rabtiet bejn il-każijiet; josserva li t-tnaqqis tal-esternalizzazzjoni u t-tisħiħ tas-sigurtà huma materjali għal rispons effiċjenti għal żieda fit-theddid fiżiku u ċibernetiku għall-uffiċċji ċentrali u deċentralizzati tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota l-baġit akbar investit fi proġetti tal-IT fl-2022 (EUR 11,3-il miljun meta mqabbel ma’ EUR 6,1 miljun fl-2021 fil-perjodu tal-awtonomija finanzjarja); japprezza b’mod partikolari l-attenzjoni ddedikata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet (CMS) tal-UPPE li hija mistennija tipprovdi l-kapaċità ta’ interoperabbiltà ma’ 22 Stat Membru; jifhem li l-effiċjenza tal-għodod eżistenti f’termini ta’ interoperabbiltà hija subottimali u li l-adozzjoni biss ta’ ftehimiet komuni minimi ta’ skambju ta’ data u għodod ta’ interoperabbiltà ġudizzjarja tippermetti skambju effettiv ta’ informazzjoni u kooperazzjoni permezz tal-pjattaformi differenti użati mid-diversi Stati Membri; iħeġġeġ lill-UPPE jkompli jsegwi l-koordinazzjoni mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni mal-IBOAs rilevanti biex ifassal mudell ta’ skambju komuni meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali fejn hit-no-hit tkun ibbażata fuq mudelli bilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jissottolinja t-theddida akbar għall-integrità strutturali tal-IT tal-UPPE li tirriżulta mill-aggressività tal-kriminalità organizzata, li jiġġieled kontriha l-UPPE, u li tirriżulta fil-ħtieġa li tiżdied is-sigurtà fiżika u diġitali; japprova l-intenzjoni tal-UPPE li jibni fuq il-kapaċità taċ-ċibersigurtà tiegħu stess biex jissupplimenta u jikkollabora mas-servizzi tas-CERT-EU u tad-DĠ DIGIT; jappoġġja lill-UPPE fit-talba tiegħu biex jiġu allokati riżorsi addizzjonali għall-protezzjoni taċ-ċibersigurtà tiegħu; iħeġġeġ lill-persunal tal-UPPE jesprimi b’mod attiv il-ħtieġa ta’ infrastruttura addizzjonali taċ-ċibersigurtà jew taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà kemm fi ħdan l-organizzazzjoni nnifisha kif ukoll lill-Parlament u lill-Kummissjoni permezz tal-mezzi xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Japprezza l-iżvilupp mill-UPPE tal-Ekosistema tiegħu stess għall-Ġestjoni tal-Każijiet li l-komponenti tagħha huma kollha ospitati fiċ-ċentru tad-data tal-UPPE u ġestiti mill-persunal tal-UPPE, u dan jiggarantixxi l-kontroll, iż-żamma u s-sjieda tal-UPPE tas-sistemi u tad-data pproċessata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa tal-UPPE għal tagħmir, ċibersigurtà u sistemi tal-IT aġġornati biex jittratta reati dejjem aktar ikkumplikati li spiss jinvolvu elementi diġitali; jinnota l-preżentazzjoni tal-UPPE matul il-Missjoni ta’ Kontroll tal-Baġit fil-Lussemburgu f’Ottubru 2023 dwar iż-żieda kostanti ta’ reati li jinvolvu elementi diġitali, inkluża l-frodi tal-munita ċibernetika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lis-Servizzi Diġitali tal-Kummissjoni u lill-UPPE jistabbilixxu indirizzi tal-email faċilment identifikabbli għall-UPPE li mhumiex qarrieqa, peress li bħalissa s-suffiss “ext.ec” fl-indirizzi tal-email jista’ joħloq konfużjoni għall-persunal f’istituzzjonijiet oħra u għall-komunikazzjoni esterna peress li dan huwa suffiss normalment mogħti biss lil konsulenti esterni u jimmina l-leġittimità tal-persunal tal-UPPE li juża dan l-indirizz tal-email;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Iħeġġeġ lis-servizzi tal-UPPE u tal-PDE ikomplu l-ħidma tagħhom b’mod ikkoordinat u jiżguraw is-sorveljanza effettiva tal-attivitajiet ta’ pproċessar tad-data, u fl-istess ħin jiggarantixxu r-rispett lejn id-drittijiet tal-individwi għall-protezzjoni tad-data;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bini u sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-iffirmar tal-kuntratt ta’ lokazzjoni mal-awtoritajiet tal-Lussemburgu għall-użu tal-bini li bħalissa jospita l-kwartieri ġenerali tal-UPPE (bini TOB) u l-formalizzazzjoni tad-dispożizzjoni tal-uffiċċji attwali tal-UPPE li jikru mingħajr ħlas sal-31 ta’ Diċembru 2029; jifhem li tali ftehim jista’ jiġi estiż b’mod taċitu fuq bażi annwali, sakemm ma jiġix itterminat minn waħda mill-partijiet b’avviż ta’ tnax-il xahar; josserva li l-UPPE jħallas tariffa ta ’ servizz ta’ EUR 716 724 fis-sena u spejjeż ta’ darba għal sigurtà addizzjonali u faċilitajiet addizzjonali oħra mitluba mill-UPPE; jirrimarka li r-rinnovazzjoni bdiet fl-2022 għal żewġ sulari addizzjonali tat-TOB (il-bini tat-Torri) li għandhom jintużaw mill-UPPE u li għandhom jiġu adattati għan-natura tal-ħidma tal-UPPE, li mhijiex kompletament kompatibbli ma’ spazji miftuħa u ma’ użu flessibbli tal-uffiċċju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jisħaq li, f’termini ta’ sigurtà fiżika, l-UPPE implimenta miżuri, tagħmir u proċessi ta’ sigurtà biex jindirizza t-theddid għall-bini, l-assi u l-persunal tiegħu; jirrimarka li għadd ta’ politiki, proċeduri u linji gwida jappoġġjaw ukoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri fiżiċi ta’ sigurtà; japprezza, f’dan ir-rigward, it-twettiq fl-2022 ta’ valutazzjoni fiżika tar-riskju għas-sigurtà biex jiġu identifikati d-distakki u biex dawn jiġu indirizzati; huwa konxju li, f’Ġunju 2023, l-UPPE talab 21 pożizzjoni addizzjonali biex itejjeb il-kapaċità tiegħu ta’ sigurtà; itenni li din il-ħtieġa għas-sigurtà ġiet enfasizzata aktar mill-persunal tal-UPPE waqt il-Missjoni ta’ Kontroll tal-Baġit fil-Lussemburgu f’Ottubru 2023u li tali talba ġiet issodisfata f’Novembru 2023 b’baġit emendatorju li jkopri tmien pożizzjonijiet, u t-13-il pożizzjoni li jifdal se jiġu inkorporati fil-baġit għall-2024; jissottolinja l-ħtieġa li l-UPPE jkompli jkollu parti adegwata mill-baġit allokat għall-miżuri ta’ sigurtà u l-persunal tas-sigurtà biex jipproteġi aħjar lill-persunal kollu, b’mod partikolari meta titqies in-natura kunfidenzjali tal-investigazzjonijiet ta’ każijiet ta’ frodi ta’ livell għoli u b’ishma għoljin; iħeġġeġ li l-prosekuturi u l-persunal għandhom ikunu protetti sew sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom bis-sħiħ mingħajr it-theddida ta’ vjolenza fiżika jew psikoloġika u mingħajr influwenza jew pressjoni esterna;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Huwa konxju li minħabba li l-kwartieri ġenerali tal-UPPE jinsabu fil-Lussemburgu u s-servizzi rilevanti jiġu pprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali, li huma responsabbli wkoll mill-investimenti relatati mas-sostenibbiltà u l-prestazzjoni enerġetika, l-UPPE ma kien involut fl-ebda azzjoni speċifika għall-enerġija rinnovabbli bħall-installazzjoni ta’ pannelli solari, ir-regoli tal-EMAS u l-kumpens tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jifhem li l-binja TOB tinsab qrib it-trasport pubbliku u jistieden lill-UPPE jibni fuq is-sitwazzjoni attwali biex jadotta strateġija għall-mobbiltà sostenibbli tal-persunal tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi li saru mill-UPPE biex jinvolvi ruħu f’kooperazzjoni u f’koordinazzjoni intensivi mas-sħab u mal-partijiet ikkonċernati u jemmen li r-rwol tal-UPPE bħala l-komponent operattiv ewlieni tal-arkitettura kontra l-Frodi jimplika sforz kontinwu ta’ komunikazzjoni u koordinazzjoni mad-diversi sħab, li l-azzjoni tagħha tkun ġiet iddisinjata biex tkun reċiprokament komplementari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jieħu nota li l-UPPE indika li mit-3,318 rapport dwar il-kriminalità li waslu fl-2022, 103 kienu minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni (55 mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, 16 mill-Kummissjoni, disa’ mill-Eurojust, tmienja mill-Qorti tal-Awdituri, tlieta mill-Bank Ċentrali Ewropew, u wieħed mill-Parlament), japprezza l-kooperazzjoni interistituzzjonali effettiva bejn l-UPPE u l-istituzzjonijiet rilevanti f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jirrimarka l-importanza tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni operattivi bejn l-UPPE u l-OLAF, b’kunsiderazzjoni speċifika tal-ftuħ ta’ investigazzjonijiet komplementari tal-OLAF u investigazzjonijiet amministrattivi b’appoġġ għall-UPPE; jistieden liż-żewġ Uffiċċji jkomplu jipprogressaw fid-djalogu tagħhom biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fid-dawl tal-benefiċċji li jirriżultaw minnu f’termini ta’ użu tajjeb tar-riżorsi disponibbli; jistieden ukoll lill-UPPE u lill-OLAF jevitaw it-trikkib u d-duplikazzjoni tal-attivitajiet, u jħeġġeġ kollaborazzjoni sinċiera, reċiproka u sinerġistika fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom, bl-għan li tiġi massimizzata l-effiċjenza tal-azzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jissottolinja li n-notifiki mill-UPPE lill-Kummissjoni previsti mill-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939 jirrappreżentaw għodda innovattiva għas-salvagwardja tal-baġit tal-Unjoni; josserva li f’dan ir-rigward speċifiku għadu ma ngħata l-ebda feedback minn xi waħda mill-partijiet, u dan ma jippermettix lil-leġiżlaturi jiksbu fehim komprensiv tal-kwistjonijiet sottostanti; jilqa’ l-isforzi tal-UPPE u tal-Kummissjoni biex itejbu l-mekkaniżmu intern li jiżgura t-trażmissjoni ta’ tali notifiki u jisħaq li l-grupp ta’ ħidma stabbilit reċentement mal-Kummissjoni għandu jiżgura li n-notifiki tal-UPPE, għall-finijiet tal-irkupru amministrattiv kif previst fl-Artikolu 103(2)(c), b’mod xieraq u effettiv jippermettu lill-Kummissjoni timmassimizza l-irkupru għall-baġit tal-Unjoni, filwaqt li tikkonforma mal-kunfidenzjalità u mat-twettiq xieraq tal-azzjonijiet investigattivi; jinsisti li l-laqgħat annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Arranġament ta’ Ħidma tal-Kummissjoni-UPPE għandhom jiffukaw fuq il-koordinazzjoni tal-adozzjoni ta’ miżuri protettivi u korrettivi biex jiġi ssalvagwardjat il-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-UPPE jagħti pariri lill-Prosekuturi Delegati fl-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jappoġġjaw l-azzjonijiet tal-Kummissjoni ħalli jiġi ssalvagwardjat il-baġit tal-Unjoni; jitlob, għal darba oħra, kemm lill-UPPE kif ukoll lill-Kummissjoni jirrappurtaw dwar din il-kwistjoni speċifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota li ġew iffirmati arranġamenti ta’ ħidma u ftehimiet ta’ ħidma bejn l-UPPE u s-sħab ewlenin tiegħu: il-Europol, il-Eurojust, l-OLAF, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-Grupp tal-BEI fl-oqsma tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-analiżi u l-intervent; jifhem li l-UPPE qed jibni kapaċità interna biex jappoġġja l-ħidma tiegħu b’analiżi każ b’każ; iħeġġeġ lill-UPPE u lis-sħab tiegħu jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jibnu fuq is-sett ta’ kompetenzi u esperjenzi li diġà ġew ittestjati, biex jiġu evitati d-duplikazzjoni u t-telf ta’ enfasi fuq il-qalba tal-mandat ta’ kull komponent tal-Arkitettura kontra l-Frodi u li jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Minħabba l-għadd kbir ta’ każijiet attivi li jinvolvu fondi tal-RRF, iħeġġeġ lill-UPPE jinnotifika lill-Kummissjoni dwar żieda fil-każijiet attivi tal-RRF, iħeġġeġ lill-UPPE jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni, b’mod partikolari t-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza, dwar distakki possibbli fis-sorveljanza jew fil-kontroll jew xejriet ta’ frodi f’każijiet attivi tal-RRF sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ taġġorna l-istrumenti u l-mekkaniżmi fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni u fil-komunikazzjoni dwar id-distakki mal-Istati Membri sabiex tiġi evitata frodi futura; ifakkar lill-atturi kollha li l-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huma fondi Ewropej u mhux nazzjonali u jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jifhem li n-negozjati mal-Parlament biex jiġu aġġornati l-arranġamenti ta’ ħidma għadhom għaddejjin; jemmen li din is-sitwazzjoni tista’ tipprovdi opportunità biex jiġu esplorati opportunitajiet ġodda għall-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-Kumitati Parlamentari kompetenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jiddispjaċih dwar l-apprezzament insuffiċjenti muri mill-UPPE fit-trattament tat-talbiet għat-tneħħija tal-immunitajiet indirizzati lill-Parlament għat-tneħħija tal-immunità fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Ifakkar li ġie stabbilit reċentement, iżda madankollu jistiednu, fir-rapporti uffiċjali li huwa mitlub jiżviluppa mal-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni, jinforma lilu nnifsu dwar id-diversi proċeduri li huma jimplimentaw u jikkonforma magħhom u li joqgħod attenti li ma jimminax l-istatus u l-kompiti tiegħu.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-UPPE kien iffirma 20 Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS) jew Memorandum ta’ Qbil (MtQ) ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni u li dan ippermetta l-massimizzazzjoni tal-iffrankar baġitarju mill-istrumenti kuntrattwali stabbiliti, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jkun hemm djalogu produttiv ma’ Stati Membri mhux parteċipanti bl-għan li jintlaħqu arranġamenti ta’ ħidma effettivi magħhom; jinnota li, fl-2022, il-ħames Stati Membri mhux parteċipanti kienu involuti f’86 investigazzjoni tal-UPPE (meta mqabbla ma’ 48 investigazzjoni fl-2021);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Josserva li l-kooperazzjoni, ibbażata fuq l-atti rilevanti tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, taħdem bla xkiel mad-Danimarka, mal-Ungerija u mal-Iżvezja, anke jekk b’pass differenti minn dak mal-pajjiżi parteċipanti; jinnota li, mal-Polonja, l-arranġament ta’ ħidma ġie ffinalizzat fil-livell tekniku iżda ma ġiex iffirmat fl-2022 minħabba li l-emendi għall-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Kriminali (li jirrikonoxxi l-UPPE bħala awtorità kompetenti għall-istrumenti rilevanti tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali) daħlu fis-seħħ biss fis-27 ta’ Diċembru 2022; jinnota li dan irriżulta wkoll fir-rappurtar mill-UPPE lill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, dwar in-nuqqas sistematiku ta’ kooperazzjoni tal-Polonja matul l-2021 u l-2022 li għandu impatt negattiv dirett fuq il-kapaċità tal-UPPE li jipproteġi l-baġit tal-Unjoni permezz ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali; jilqa’ bil-qawwa, għalhekk, il-bidu tal-proċess ta’ sħubija mal-UPPE wara l-applikazzjonijiet ippreżentati mill-Gvern Pollakk il-ġdid f’Diċembru 2023 u mill-Iżvezja, kif imħabbar f’Jannar 2024, u huwa konvint li mas-sħubija tal-Iżvezja u l-Polonja fl-UPPE se tissaħħaħ il-protezzjoni ġenerali tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fl-2022, l-awtoritajiet Irlandiżi rrifjutaw li jikkooperaw mal-UPPE u li jeżegwixxu diversi talbiet għal assistenza legali reċiproka mibgħuta mill-EDPs, billi invokaw nuqqas ta’ bażi legali; Jirrimarka wkoll li dan irriżulta f’rapport mill-EPPO dwar is-sitwazzjoni lill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jilqa’, madankollu, d-deċiżjoni reċenti tal-awtoritajiet Irlandiżi li jemendaw il-leġiżlazzjoni domestika tagħhom u l-qafas legali issa jinkludi dispożizzjonijiet għal assistenza legali reċiproka lill-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Itenni li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-UPPE minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, kemm jekk jipparteċipaw kif ukoll jekk le fil-kooperazzjoni msaħħa, iġib ir-riskju li jinħolqu niċeċ ta’ immunità u privileġġ li l-aktar, l-aktar jagħmlu d-difiża tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni mhux uniformi u ineffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri konċernati jagħmlu kull sforz possibbli biex jintegraw ix-xenarju attwali mal-ftit komponenti neqsin iżda xorta importanti ħafna, billi jippromwovu l-estensjoni tal-parteċipazzjoni fl-UPPE mill-Istati Membri l-oħra li għadhom mhux parteċipanti b’tali mod li tissaħħaħ l-effettività tal-protezzjoni tal-baġits tal-Unjoni u dawk nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjoni ta’ diversi arranġamenti ta’ ħidma ma’ awtoritajiet minn pajjiżi terzi b’mod partikolari l-Ukrajna, l-Albanija, il-Moldova, il-Montenegro, il-Georgia u l-Maċedonja ta’ Fuq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Komunikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi tal-UPPE biex itejjeb il-komunikazzjoni interna u esterna; huwa konxju li l-komunikazzjoni interna tjiebet biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-unitajiet u taġevola l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki; japprezza l-azzjonijiet intensivi mwettqa permezz ta’ pjattaformi ta’ network soċjali u qed jimmonitorja x-xejriet sabiex jaħtaf l-opportunitajiet offruti minn pjattaformi ta’ network soċjali awtoospitati b’sors miftuħ mingħajr ħlas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jemmen li l-isforzi tal-UPPE fil-komunikazzjoni tal-attivitajiet tiegħu u fis-sensibilizzazzjoni fost il-kontribwenti dwar id-daqs tal-azzjonijiet tiegħu huma importanti ħafna; jilqa’ f’dan ir-rigward iż-żieda fl-għadd ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u l-isforzi biex tiżdied il-viżibbiltà tal-funzjonalità “Report A Crime” (Irrapporta Reat) fuq is-sit web korporattiv tal-UPPE; jistieden lill-UPPE jikkomunika b’mod ċar ir-riżultati u s-sejbiet, filwaqt li jsib l-aħjar bilanċ bejn it-trasparenza u l-interess pubbliku, minn naħa waħda, u l-kunfidenzjalità u t-twettiq xieraq tal-investigazzjoni min-naħa l-oħra; jistieden lill-UPPE jiżgura komunikazzjoni newtrali rigward l-attivitajiet tiegħu u jiżgura li kwalunkwe kwistjoni osservata qabel tiġi indirizzata b’mod adegwat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-effett tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jifhem li, fl-2022, iż-żieda fir-rata tal-inflazzjoni, konsegwenza tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kellha impatt fuq l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-UPPE, (li rriżultat f’indiċjar ta’ 6,9 % fir-remunerazzjoni tal-persunal u żieda ġenerali fil-prezzijiet għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-azzjonijiet tal-UPPE maħsuba biex iżommu komunikazzjoni u skambji intensivi mal-awtoritajiet Ukreni, kif ukoll mas-sħab l-oħra tal-Unjoni involuti f’attivitajiet ta’ detezzjoni tan-nefqa u tal-frodi fl-Ukrajna, sabiex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Japprezza l-isforz li sar mill-UPPE biex jiċċara li r-reati li jaffettwaw il-fondi tal-Unjoni allokati lil pajjiżi terzi jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, anke jekk jitwettqu kompletament jew parzjalment barra mit-territorji kkombinati tat-22 Stat Membru parteċipanti, kull meta r-reat jitwettaq minn ċittadin ta’ Stat Membru parteċipanti jew minn uffiċjal tal-Unjoni, jew meta element kostitwenti tar-reat iseħħ fil-Belġju jew fil-Lussemburgu -meqjus bħala s-sede tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni involuti fin-nefqa tal-baġit tal-Unjoni- u anke jekk l-elementi kostitwenti l-oħra tar-reat ikunu seħħew fl-Ukrajna jew f’pajjiż terz ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Josserva li l-UPPE ffirma żewġ arranġamenti ta’ ħidma mal-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna u mal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni biex tiġi aġevolata l-kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet abbażi tal-Konvenzjoni tal-1959 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assistenza reċiproka f’materji kriminali; jinnota li jiġu organizzati korsijiet ta’ taħriġ fil-bini tiegħu għall-prosekuturi u l-investigaturi Ukreni biex jaqsmu l-għarfien espert tagħhom f’investigazzjonijiet finanzjarji u kumplessi u li saru laqgħat regolari fil-livell strateġiku u operattiv minn meta ġew iffirmati l-arranġamenti ta’ ħidma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ r-rieda tal-uffiċċju ċentrali tal-UPPE li jattiva task force mal-awtoritajiet Ukreni biex jikkoordina l-investigazzjonijiet; jemmen li, fil-kuntest tal-mekkaniżmi futuri tal-Faċilità tal-Ukrajna, il-qafas eżistenti u s-sħubija stabbilita mal-awtoritajiet Ukreni jappoġġjaw l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni u jaġevolaw kooperazzjoni malajr affidabbli; jistieden lill-awtoritajiet ikkonċernati jadottaw ftehim ġdid fl-assistenza reċiproka f’materji kriminali bejn l-Unjoni u l-Ukrajna biex ikomplu jsaħħu l-kooperazzjoni fil-kuntest speċifiku tal-mekkaniżmu tal-Faċilità, b’mod partikolari għall-qbid, il-konfiska u l-irkupru tal-assi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jieħu nota, madankollu, tar-rata għolja ta’ korruzzjoni u frodi preżenti fl-Ukrajna, kemm qabel il-gwerra attwali kif ukoll fil-preżent; iwissi li għandhom jittieħdu prekawzjonijiet addizzjonali fil-kooperazzjoni dwar l-investigazzjonijiet, sabiex jiġu protetti l-persunal u x-xhieda; jinnota, pereżempju, li l-Qorti tal-Awdituri fl-2021 sabet li l-Inizjattiva tal-UE Kontra l-Korruzzjoni ffinanzjata mill-Unjoni li twaqqfet fl-2017 kienet ineffettiva fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Parlament Ukren, il-Verkhovna Rada, fil-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea, u jinnota li huma meħtieġa aktar sforzi kontra l-korruzzjoni sabiex jintlaħqu b’suċċess l-għanijiet ta’ trasparenza.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>