<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0238</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0080/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2143(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0081/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0080/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2143(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0081/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0080/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2143(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0080/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 73, 28.2.2023, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (iċ-“Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 18 434 420, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,29 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, minbarra l-kontribuzzjoni tal-Unjoni ta’ EUR 17 960 000, il-baġit taċ-Ċentru disponibbli fl-2022 kien jinkludi ammont ta’ EUR 464 420 f’kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati (in-Norveġja u l-Iżlanda), u ammont ieħor ta’ EUR 43 960 ta’ dħul proprju mixxellanju u ammonti rimborżati;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi ċ-Ċentru beda jaderixxi mal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023, skont liema ċ-Ċentru se jirċievi kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati permezz tal-baġit taż-ŻEE-EFTA;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fir-rigward tas-settur tal-akkwist taċ-Ċentru, ma ġiet irrapportata l-ebda kwistjoni li tirrikjedi azzjonijiet korrettivi għall-2022, u lanqas ma hemm azzjonijiet korrettivi li għadhom għaddejjin jew pendenti mill-awditi u l-valutazzjonijiet tas-snin preċedenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju rriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,98 % fl-2022, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,02 % meta mqabbla ma’ dik tal-2021; jesprimi dispjaċir għal-livell baxx tar-rata ta’ approprjazzjoni ta’ pagament tas-sena kurrenti (77,64 %), li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 2,38 % meta mqabbla ma’ dik tal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar l-osservazzjoni formulata fir-rapport tal-Qorti għall-2021 dwar id-dgħufijiet fit-tranżizzjoni taċ-Ċentru lejn sistema kontabilistika (minn hawn ’il quddiem l-“ABAC”) ġdida użata wkoll mill-Kummissjoni; josserva mir-rapport tal-Qorti li fl-2022 ġew osservati wkoll okkorrenzi simili (inkonsistenzi bejn id-data finali tal-implimentazzjoni tal-impenji legali u d-data rreġistrata fl-ABAC) fl-impenji baġitarji riportati mill-2022 għall-2023; jinnota b’apprezzament mir-rapport ta’ segwitu taċ-Ċentru għall-kwittanza tal-2021 (minn hawn ’il quddiem ir-“rapport ta’ segwitu”) li sadanittant iċ-Ċentru stabbilixxa sistema ta’ monitoraġġ biex jidentifika dawk it-tipi ta’ inkonsistenzi li, ladarba jiġu identifikati, jiġu kkoreġuti immedjatament fl-ABAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota l-osservazzjoni formulata mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru ma applikax b’mod korrett il-metodu ta’ kalkolu tal-kontribuzzjonijiet stabbilit fid-dikjarazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn iċ-Ċentru u l-EFTA b’rabta mal-emenda Nru 1 għall-baġit taċ-Ċentru; jinnota, b’riżultat ta’ dan, li għall-2022 il-kontribuzzjonijiet tal-Iżlanda u tan-Norveġja għall-baġit taċ-Ċentru minn naħa waħda, u l-kontribuzzjoni tal-Unjoni min-naħa l-oħra kienu ogħla u rispettivament aktar baxxi milli suppost kienu; jieħu nota wkoll tar-rikonoxximent tal-Qorti li emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet ġiet iffirmata u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023 u, għalhekk, mill-2023, il-kwistjoni tal-aġġustamenti tal-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi tal-EFTA minħabba emendi għall-baġit taċ-Ċentru mhux se tibqa’ tinqala’;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li, minkejja l-isfidi kontinwi ppreżentati mill-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra mhux ġustifikata fl-Ukrajna, il-kriżi tal-enerġija u l-emerġenza klimatika li qed teskala, iċ-Ċentru implimenta bis-sħiħ il-programm ta’ ħidma tiegħu fl-2022, b’kisbiet notevoli fit-tliet oqsma strateġiċi ta’ operazzjoni kollha taċ-Ċentru li jmorru lil hinn minn dawk ippjanati fil-programm ta’ ħidma tal-2022; jinnota li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ġew identifikati bħala oqsma ta’ interess għall-kooperazzjoni fl-ambitu tal-inizjattiva taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni għall-perjodu 2021-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota, fost diversi kisbiet fl-2022: (i) it-tnedija tal-Osservatorju Ekoloġiku taċ-Ċentru li eżamina l-implikazzjonijiet tat-tranżizzjoni ekoloġika għall-bliet u tliet oqsma ewlenin (il-ġestjoni tal-iskart, is-settur agroalimentari u l-ekonomija ċirkolari); (ii) l-analiżi miċ-Ċentru tal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali, li jippreżentaw riformi u inizjattivi nazzjonali attwali u futuri fil-qasam tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET); (iii) il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istudju taċ-Ċentru dwar il-mikrokredenzjali li kkontribwixxa għall-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar dak is-suġġett; (iv) l-istudju ta’ fattibbiltà mwettaq miċ-Ċentru għal stħarriġ tal-għalliema u l-ħarrieġa tal-VET inizjali; (v) it-tlestija tat-tieni proġett “Il-Futur tal-VET” li jikkontribwixxi għal fehim ġenerali aħjar tal-isfidi u l-opportunitajiet li qed jiffaċċja l-VET Ewropej fis-snin li ġejjin; u (vi) il-ħruġ tat-tieni Stħarriġ Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Impjiegi (ESJS) li għen biex jinxteħet dawl fuq id-diġitalizzazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-impjiegi u l-ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Japprezza l-attivitajiet u l-ħidma ta’ kwalità għolja taċ-Ċentru, li jipprovdi riċerka, analiżi u konsulenza u għarfien espert tekniċi fil-politiki tal-VET, tal-kwalifiki u tal-ħiliet, bil-għan li jippromwovi taħriġ ta’ kwalità għolja mfassal għall-ħtiġijiet tal-individwi u tas-suq tax-xogħol; ifakkar fl-importanza tar-rwol taċ-Ċentru biex jiżgura li l-ħiliet diġitali jiġu integrati fil-VET fl-Unjoni kollha u tar-rwol tiegħu biex jissorvelja l-implimentazzjoni u l-impatt tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-VET għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza kif ukoll għall-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali; jenfasizza l-ħtieġa li jibqgħu jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu liċ-Ċentru jwettaq il-mandat tiegħu u jkompli jimplimenta l-programm ta’ ħidma tiegħu b’rata għolja ta’ tlestija tal-attivitajiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifaħħar il-prattika konsolidata taċ-Ċentru li jikkollabora u jikkondividi informazzjoni mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound); jinnota li ċ-Ċentru u l-ETF jaħdmu flimkien fuq proġetti kondiviżi fir-rigward tal-VET, il-pubblikazzjonijiet, l-ekonomija tal-pjattaformi/ix-xogħol fuq il-pjattaformi dwar it-tqabbil tal-ħiliet u l-antiċipazzjoni jew l-identifikazzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi tal-progress tal-pajjiżi, kif ukoll l-ESJS; jinnota wkoll li fl-2022 iċ-Ċentru kompla jsaħħaħ il-kooperazzjoni fit-tul tiegħu mal-Eurofound fir-rigward tal-attivitajiet operattivi billi ħejja b’mod konġunt it-tieni rapport ewlieni dwar il-ħiliet ibbażat fuq l-Istħarriġ Ewropew tal-Kumpaniji, billi ħadem aktar mill-qrib fuq tranżizzjoni ekoloġika ġusta u billi mexxa b’mod konġunt it-tħejjija u l-organizzazzjoni tal-avveniment “Youth first” (Iż-żgħażagħ l-ewwel) ta’ ħames aġenziji tal-Unjoni li sar fil-Parlament; ifaħħar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Qbil speċifiku bejn iċ-Ċentru u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol li jkopri l-kondiviżjoni tal-għarfien u s-sinerġiji b’enfasi fuq il-ħiliet u x-xejriet tas-suq tax-xogħol u l-mobbiltà transfruntiera tal-forza tax-xogħol; jinnota l-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz taċ-Ċentru mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex jiġu kondiviżi s-servizzi kontabilistiċi u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà f’oqsma bħall-protezzjoni tad-data, l-akkwist u l-ICT, fost l-oħrajn, kif ukoll id-diskussjoni li għaddejja mal-ETF dwar uffiċjal taċ-ċibersigurtà kondiviż; jistieden ukoll liċ-Ċentru u lil aġenziji oħra jesploraw u jidentifikaw sinerġiji u oqsma ġodda ta’ kooperazzjoni sabiex jiżdiedu l-kisbiet fl-effiċjenza u jitnaqqsu l-ispejjeż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota b’apprezzament l-impenn taċ-Ċentru li jsir newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2030 u l-adozzjoni, fl-2023, tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu lejn in-newtralità klimatika; jinnota f’dan il-kuntest azzjonijiet speċifiċi li diġà ttieħdu fl-2022, bħall-installazzjoni ta’ blinds tat-twieqi effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-finalizzazzjoni tal-ħidma ta’ tħejjija biex jiġu installati pannelli fotovoltajċi fl-2023, biex jiġi prodott l-elettriku rinnovabbli proprju li huwa mistenni li jwassal għal redditu fuq l-investiment ta’ madwar 50 %; ifaħħar liċ-Ċentru għas-suċċess tiegħu fil-kisba jew il-qbiż tal-miri tiegħu għall-2022, li għandu bħala bażi s-sena 2019, fir-rigward ta’ tnaqqis fl-użu tal-elettriku (b’27 %), taż-żejt għat-tisħin (b’43 %) u tal-karta (b’73 %), kif ukoll tnaqqis tal-ispejjeż tal-missjonijiet (b’71 %) u spejjeż tal-laqgħat (b’attendenza fiżika) (b’56,5 %);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifaħħar it-tisħiħ tal-attivitajiet kummerċjali ewlenin taċ-Ċentru permezz ta’ sforzi li jissimplifikaw u jirrazzjonalizzaw l-amministrazzjoni, il-kondiviżjoni tal-għarfien u r-riżorsi ma’ aġenziji oħra, id-diġitalizzazzjoni, is-simplifikazzjoni u r-riorganizzazzjoni tal-kompiti, kif ukoll it-tnaqqis tal-laqgħat b’attendenza fiżika u ż-żieda fil-parteċipazzjoni online għall-avvenimenti; jinnota l-eżitu ta’ dawk l-isforzi, fost l-oħrajn it-trasformazzjoni ta’ tliet karigi ta’ assistent f’karigi ta’ esperti u l-iffrankar ta’ madwar EUR 390 000 minħabba t-tnaqqis tal-laqgħat b’attendenza fiżika, li kollha kkontribwew għal żieda ta’ min ifaħħarha fis-sehem tal-attività prinċipali minn 66,5 % fl-2021 għal 73,2 % fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifaħħar liċ-Ċentru għall-progress kontinwu tiegħu fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tiegħu fil-qasam tal-ICT u d-diġitalizzazzjoni biex ikompli jikseb titjib fl-effiċjenza; jinnota li fl-2022 iċ-Ċentru ddiġitalizza l-flussi tax-xogħol kollha, introduċa għodda diġitali għall-proċeduri tas-selezzjoni u ambjent diġitali ġdid ta’ ħidma u kollaborazzjoni, kif ukoll ħejja u nieda l-użu tal-għodda għall-ġestjoni tal-akkwist pubbliku minn Jannar 2023; ifaħħar il-fatt li ċ-Ċentru ħareġ firem diġitali għall-persunal kollu tiegħu u l-maniġers qed jużaw ċertifikati EU-Sign għall-kuntratti, il-formoli għall-ordnijiet u d-dokumenti legalment vinkolanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru mhuwiex fost l-aġenziji li għandhom xi forma ta’ rapportar ambjentali integrat fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom u li rċevew ir-reġistrazzjoni fl-EMAS; jieħu nota madankollu tas-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali taċ-Ċentru li tgħinu jilħaq il-miri ambjentali tiegħu, inkluż bl-użu ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija, l-ilma, il-karta, kif ukoll dwar l-iskart u l-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>; jinnota b’sodisfazzjon li s-sistema ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni taċ-Ċentru tinkludi indikatur ambjentali (tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2) li jivvaluta l-prestazzjoni ambjentali taċ-Ċentru bl-użu tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u dawk tal-iskart ġenerali; jinnota wkoll l-impenn taċ-Ċentru li jaġġorna s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu u jieħu passi biex mill-2025 jiġi ċċertifikat mill-EMAS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kienet implimentata sa 95,60 %, b’79 aġent temporanju maħtura minn 83 postijiet temporanji u 8 uffiċjali minn 8 postijiet awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, li 20 aġent kuntrattwali minn 25 post awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni, u erba’ esperti nazzjonali sekondati u ħames ħaddiema interim ħadmu fiċ-Ċentru fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri rrappurtat għall-2022, il-maniġment superjuri taċ-Ċentru huwa magħmul minn erba’ rġiel (66,7 %) u żewġ nisa (33,3 %); jinnota wkoll li l-Bord tat-Tmexxija huwa magħmul minn 78 raġel (53 %) u 68 mara (47 %); ifakkar fil-mandat taċ-Ċentru u li l-għadd kbir ta’ membri tal-bord tat-tmexxija (146) jirriżulta mill-kompożizzjoni speċifika tiegħu abbażi tal-prinċipju tripartitiku, u b’hekk jinkludi rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab soċjali; jirrikonoxxi li permezz tal-membri tiegħu l-bord tat-tmexxija jiżgura l-allinjament meħtieġ bejn il-ħidma taċ-Ċentru u l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-partijiet ikkonċernati tiegħu; jinnota wkoll li fir-rigward tal-persunal taċ-Ċentru b’mod ġenerali, it-tqassim skont il-ġeneru huwa ta’ 44 % irġiel (47) u 56 % nisa (61); ifakkar fl-importanza tal-bilanċ ġeografiku u jilqa’, f’dak ir-rigward, kif indikat fir-rapport ta’ segwitu, l-impenn taċ-Ċentru li jibbilanċja mill-ġdid ġeografikament il-persunal tiegħu billi juża listi ta’ riżerva ta’ aġenziji oħra, inkluż billi jaħdem flimkien magħhom u jwessa’ t-tixrid tal-avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Josserva b’apprezzament li ċ-Ċentru jaħdem b’mod proattiv biex itejjeb il-benesseri tal-persunal u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jinnota, f’dak ir-rigward, li fl-2022 iċ-Ċentru offra taħriġ dwar, fost oħrajn, il-ġestjoni tal-ansjetà fuq il-post tax-xogħol, il-ġestjoni tajba tal-istress u l-benesseri diġitali, mexxa “stħarriġiet qosra u regolari” tar-riżorsi umani, tejjeb il-kumitat konġunt tiegħu li jservi biex jippromwovi l-benesseri u s-saħħa tajba tal-persunal u stabbilixxa programm ta’ assistenza 24/7 għall-impjegati għal appoġġ kunfidenzjali fir-rigward ta’ diversi sfidi relatati mal-ħajja jew max-xogħol li jiffaċċja l-persunal taċ-Ċentru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru nieda l-Istħarriġ tal-Involviment tal-Persunal regolari tiegħu fl-2022, li r-riżultati tiegħu wrew tweġibiet favorevoli minn 65 % tal-persunal taċ-Ċentru (rata ta’ rispons ta’ 75 %), filwaqt li 10 minn 12-il dimensjoni ta’ analiżi rreġistraw bidliet pożittivi meta mqabbla mar-riżultati tal-istħarriġ tal-2019, minkejja l-perjodu ta’ tfixkil kbir mill-aħħar stħarriġ dik is-sena, filwaqt li xi oqsma jeħtieġu aktar attenzjoni bħall-ammont ta’ xogħol, it-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni interna; jilqa’ l-fatt li r-riżultati tal-istħarriġ ġew ippreżentati lill-persunal kollu f’assemblea ġenerali u permezz ta’ laqgħat iddedikati b’ħin allokat għall-mistoqsijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’, fil-qafas tal-politika taċ-Ċentru dwar l-opportunitajiet indaqs u d-diversità u fir-rigward tal-appoġġ għall-persuni b’diżabilità, il-miżuri meħuda bħal taħriġ (dwar kwistjonijiet ta’ diversità u inklużjoni) u gwida (kif jiġi identifikat u miġġieled il-preġudizzju inkonxju) ipprovduti lill-persunal tar-riżorsi umani u lill-bordijiet tal-għażla, kif ukoll l-akkomodazzjoni lill-applikanti b’diżabilità; jieħu nota wkoll tat-tweġibiet taċ-Ċentru għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament, tal-pjanijiet taċ-Ċentru li jadotta l-“Karta dwar id-diversità u l-inklużjoni” fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjoni li ċ-Ċentru, fil-perjodu 2017-2022, ħallas allowances ta’ sussistenza ta’ kull xahar u ta’ kuljum lil żewġ ċittadini Griegi impjegati bħala esperti nazzjonali sekondati; jinnota f’dan il-kuntest li ż-żewġ esperti nazzjonali sekondati ma kinux intitolati għal dawn l-allowances skont ir-regoli interni taċ-Ċentru, peress li ċ-Ċentru jinsab fil-Greċja u għalhekk it-total tal-pagamenti assoċjati li saru liż-żewġ esperti nazzjonali sekondati matul dak il-perjodu u li jammontaw għal EUR 222 647 (meta mqabbla mal-EUR 36 608 għall-2022) huma meqjusa irregolari; jinnota, barra minn hekk, li meta ċ-Ċentru identifika l-kwistjoni fl-2022, huwa rreġistra ż-żewġ każijiet fir-reġistru tan-nuqqas ta’ konformità u l-eċċezzjonijiet, iddeċieda li ma jitlobx lura l-ammonti mħallsa b’mod irregolari u introduċa perjodu ta’ tneħħija gradwali ta’ tliet xhur għall-esperti nazzjonali sekondati li kien għadu fis-seħħ f’dak iż-żmien; jappella għal monitoraġġ strett u l-evitar ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn fil-futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; josserva li ċ-Ċentru jitlob lill-membri tal-persunal tiegħu jiddikjaraw interessi potenzjali jew reali jekk jaġixxu f’sitwazzjoni fejn jista’ jinqala’ kunflitt ta’ interess; jinnota f’dan il-kuntest li ċ-Ċentru għandu fis-seħħ il-mekkaniżmu tiegħu stess, li jinkludi miżuri <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> b’azzjonijiet ta’ mitigazzjoni, kontrolli <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, kif ukoll assistenza mill-koordinatur tal-kontroll intern taċ-Ċentru li jirċievi informazzjoni fir-rigward ta’ kunflitti ta’ interess iddikjarati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li, skont ir-Regolament (UE) 2019/128, il-membri u s-sostituti kollha li jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, jew li jeżerċitaw id-dritt tal-vot, iridu jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ interess; jilqa’ l-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija (u s-sostituti), kif ukoll tal-persunal taċ-Ċentru f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri jew intermedji ġew ippubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; josserva mit-tweġibiet taċ-Ċentru għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li, mill-2022, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija (jew sostituti) li ma jipprovdux dikjarazzjoni ta’ interess ffirmata ma għadhomx jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, ma jirċevux dokumenti tal-Bord tat-Tmexxija u ma jipparteċipawx fi proċeduri bil-miktub biex jieħdu deċiżjonijiet; jinnota l-pubblikazzjoni, għalkemm mhux formalment meħtieġa, tas-CVs tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija; josserva li s-CVs ta’ xi membri tal-Bord tat-Tmexxija għadhom neqsin, inkluż dak tal-President tal-Bord tat-Tmexxija; jistieden liċ-Ċentru jippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija tiegħu (membri sħaħ u sostituti);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru jirrikonoxxi l-importanza ta’ sitwazzjonijiet ta’ “revolving doors” u regolarment iqajjem kuxjenza fost il-persunal kollu tiegħu rigward ir-regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-attivitajiet u l-assenjazzjonijiet esterni u l-attivitajiet okkupazzjonali wara t-tluq mis-servizz; ifaħħar il-fatt li l-persunal kollu li jitlaq miċ-Ċentru huwa mitlub jiffirma ittra dwar l-obbligi tiegħu wara li jitlaq mis-servizz, inkluż li kwalunkwe impjieg futur ma għandux jinterferixxi mal-obbligu tagħhom ta’ kunfidenzjalità lejn iċ-Ċentru;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-ispiża totali tal-kontroll intern ammontat għal EUR 1 101 755 għas-sena 2022 (EUR 29 024 fi spejjeż diretti u EUR 1 072 731 fi spejjeż indiretti), u dan jirrappreżenta 6 % tal-baġit taċ-Ċentru; jieħu nota wkoll tad-dikjarazzjoni taċ-Ċentru li ż-żieda moderata fl-ispejjeż meta mqabbla mal-2021 (5,3 %) hija dovuta għal żieda fl-ispejjeż tas-salarji u t-taħlita ta’ persunal involut f’kompiti ta’ kontroll intern, li jwassal għal spejjeż indiretti ogħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi l-fatt li, skont il-politika ta’ evalwazzjoni tiegħu, iċ-Ċentru jwettaq evalwazzjonijiet<STRING ITALIC="on"> ex ante</STRING> għal proċeduri ta’ akkwist ta’ aktar minn EUR 500 000 u evalwazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> għal proġetti/attivitajiet li jinvolvu nefqa totali ta’ aktar minn EUR 500 000; jinnota li rapport tal-2022 mill-kap tal-finanzi u l-akkwist ikkonkluda li l-proċeduri ta’ akkwist imnedija fil-perjodu eżaminat kienu konformi mar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>; jinnota li fl-2022 iċ-Ċentru wettaq evalwazzjoni<STRING ITALIC="on"> ex post</STRING> ta’ attività ffukata fuq kuntratt qafas fil-qasam tal-intelliġenza tas-suq tax-xogħol u l-analiżi tal-ħtiġijiet tal-ħiliet (valur tal-kuntratt ta’ EUR 1 088 350); jinnota li l-eżitu tal-evalwazzjoni kkonferma li dik l-attività kienet effettiva, effiċjenti, koerenti u ġabet valur miżjud tal-UE; josserva wkoll li, fl-2022, grupp ta’ ħidma maħtur mid-Direttur Eżekuttiv ikkonkluda li, fir-rigward ta’ kampjun ta’ tliet proċeduri ta’ akkwist, il-kriterji relatati mal-kontroll intern effettiv u effiċjenti kienu fis-seħħ u segwiti, mingħajr il-ħtieġa ta’ azzjonijiet korrettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru, fl-2022, irreġistra 57 avveniment ta’ nuqqas ta’ konformità u talbiet ta’ eċċezzjoni marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-kuntratti u ġestjoni finanzjarja; jinnota wkoll li r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Koordinatur tal-Kontroll Intern ġew implimentati u ngħataw segwitu biex tiġi evitata riokkorrenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Josserva li l-valutazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern ġenerali taċ-Ċentru, imwettqa mill-Koordinatur tal-Kontroll Intern bl-użu tal-għodda pprovduta mid-DĠ BUDG, ikkonkludiet li dan il-qafas huwa effettiv, il-komponenti kollha tiegħu huma fis-seħħ u jiffunzjonaw tajjeb u għall-iskop maħsub tagħhom, b’xi titjib meħtieġ fir-rigward tal-komponent ta’ kontroll intern “attivitajiet ta’ kontroll”; jinnota b’apprezzament mir-rapport ta’ segwitu li ċ-Ċentru, bħala parti mill-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tiegħu dwar kwistjonijiet ta’ etika, integrità u kontroll intern, jipprovdi sessjonijiet obbligatorji regolari dwar il-governanza tajba, inklużi kwistjonijiet relatati mal-frodi, lill-persunal kollu kif ukoll lill-membri tal-bord tat-tmexxija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi taċ-Ċentru biex jikkomunika b’modi li jgħinu biex jintlaħqu udjenzi usa’, anki billi jimplimenta magna tat-traduzzjoni awtomatika fuq is-sit web taċ-Ċentru biex il-paġni web kollha tiegħu jsiru aċċessibbli fil-lingwi kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li, fl-2022, iċ-Ċentru investa f’diversi prodotti innovattivi bħall-produzzjonijiet tal-vidjo korporattivi, il-grafika tal-moviment, l-animazzjonijiet (fuq is-sistemi tal-VET tal-pajjiżi li kellhom il-presidenza tal-Unjoni fl-2022, jiġifieri Franza u ċ-Ċekja), podcasts, kif ukoll viżwalizzazzjonijiet ġodda tad-data u bażijiet tad-data online li saħħew il-portal web taċ-Ċentru; jinnota b’apprezzament li l-pubblikazzjonijiet u n-noti ta’ informazzjoni taċ-Ċentru laħqu għexieren ta’ eluf ta’ persuni permezz ta’ tniżżil dirett; ifaħħar fl-aħħar nett liċ-Ċentru għaż-żieda fil-metriċi tal-media soċjali tiegħu fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li l-VET u l-edukazzjoni għall-adulti huma prijoritajiet ewlenin għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) lejn l-irkupru ekoloġiku u diġitali, filwaqt li l-FSE+ għandu baġit ta’ kważi EUR 99,3 biljun għall-perjodu 2021-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota l-fatt li minħabba r-rati għoljin ta’ inflazzjoni, u l-aġġustament tas-salarji relatat, iż-żidiet fis-salarji ogħla mill-projezzjonijiet inizjali flimkien ma’ żieda fil-fattur ta’ ponderazzjoni, il-flessibbiltà biex jiġu żgurati riżorsi addizzjonali għall-attività prinċipali kienet limitata;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>