<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0241</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0104/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2157(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0095/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1322 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 166, 30.6.2023, p. 6.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2157(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0095/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1322 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 166, 30.6.2023, p. 6.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2157(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 141/06, 29.3.2022, p. 33.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (“iċ-Ċentru”); għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 18 893 136, u dan ifisser tnaqqis ta’ 0,71 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment (94 %) derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 98,78 %, (tnaqqis ta’ 1,22 % meta mqabbla mal-2021); jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 96,65 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,30 % meta mqabbla mal-2021; jinnota wkoll li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati mill-2021 għall-2022 kienet ta’ 88,98 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru, għalkemm ħallas l-imgħax għal pagament tard wieħed biss, kellu għadd sinifikanti ta’ pagamenti li kienu mmarkati b’mod żbaljat bħala pagamenti tard (107 minn 1 595) mill-ġestjoni finanzjarja u tal-kontabbiltà taċ-Ċentru (Kontabbiltà bbazata fuq id-dovuti (ABAC)) minħabba parametrizzazzjonijiet skorretti jew inputs ta’ data skorretti, jew it-tnejn li huma, rigward id-data dovuta għall-pagament jew il-wasla tad-dokumenti li jinvolvu obbligu ta’ pagament; jinnota mir-risposta taċ-Ċentru li l-immarkar inkonsistenti tal-pagamenti tard ma affettwax ir-regolarità tal-operazzjonijiet involuti; jinnota wkoll li ċ-Ċentru adotta xi miżuri biex inaqqas ir-riskju msemmi ta’ “pożittiv falz” u biex jiżgura aktar li s-sistema ABAC tiegħu tkun tista’ tipprovdi stampa ċara u preċiża tal-pagamenti tard attwali; jistieden lill-Aġenzija tkompli timmonitorja din il-kwistjoni u tnaqqas ir-riskji futuri possibbli għar-reputazzjoni assoċjati ma’ din il-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-mudell il-ġdid ta’ kejl tal-prestazzjoni taċ-Ċentru jidentifika għadd limitat (10) ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) komposti, li jintużaw biex ikejlu l-effikaċja tat-twassil tar-riżultati mixtieqa u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi allokati, u li huma kkomplementati minn KPIs ta’ livell ogħla li jiffukaw fuq l-eżiti u l-impatti; jinnota li għall-valutazzjoni tal-KPIs, iċ-Ċentru ddefinixxa 65 mira annwali, li minnhom intlaħqu 57 mira (87 %) fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li għall-programm ta’ ħidma tal-2022, iċ-Ċentru kiseb 152 minn 188 mill-outputs/riżultati (81 %), parzjalment kiseb 12 % minnhom (jiġifieri 23 output/riżultat, li sofrew dewmien u kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2022), filwaqt li 12-il riżultat (6 %) ma ġewx implimentati u żewġ riżultati ma kinux applikabbli; josserva li l-fehma taċ-Ċentru hi li l-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ dewmien jew tal-kanċellazzjonijiet tal-attivitajiet fl-2022 kienu kkawżati minn nuqqas ta’ riżorsi; jinnota wkoll li, għall-implimentazzjoni tal-mandat il-ġdid tiegħu (li mistenni japplika mill-2024), iċ-Ċentru beda tħejjijiet fl-2022 li involvew riżorsi ewlenin u li kienu jeħtieġu xi aġġustamenti f’xi wħud mill-attivitajiet tiegħu li kienu ppjanati qabel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi taċ-Ċentru u l-progress li għamel fit-tliet oqsma tax-xogħol tiegħu (is-saħħa, is-sigurtà u l-ixpruni tan-negozju); jinnota b’mod partikolari r-rilaxx tar-Rapport Ewropew dwar id-Drogi (EDR) il-ġdid, li jagħti l-aħħar ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni tad-droga fl-Ewropa sal-2022, it-tnedija tal-pjattaforma ta’ tagħlim elettroniku PLATO li tospita l-Kurrikulu Ewropew għall-Prevenzjoni, li huwa mfassal biex iħarreġ professjonisti involuti fit-tfassil ta’ deċiżjonijiet, opinjonijiet u politiki ta’ prevenzjoni fl-Ewropa, ir-rilaxx ta’ seba’ minigwidi li jkopru r-reazzjonijiet għad-drogi fl-ambjenti rikreattivi, fil-komunitajiet lokali, fl-iskejjel u fil-ħabsijiet, kif ukoll iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-familji u tal-popolazzjonijiet mingħajr dar, u l-pubblikazzjoni ta’ tliet rapporti emblematiċi dwar il-kmamar tal-konsum tad-droga, l-iċċekkjar tad-droga u l-intervent tas-saħħa elettronika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li fl-2022 iċ-Ċentru ħareġ studju rapidu ġdid tax-xejriet b’metodu mħallat biex jivvaluta r-reazzjoni inizjali tas-servizz għall-ħtiġijiet tal-Ukreni spostati fil-pajjiżi ġirien fl-Unjoni; ifaħħar liċ-Ċentru għall-kollaborazzjoni mal-Europol għat-tħejjija tar-raba’ edizzjoni tar-rapport konġunt bit-titolu “EU Drug Markets: In-depth analysis” (Is-Swieq tad-Drogi fl-UE: Analiżi fil-fond), li s-sejbiet tagħha huma ppreżentati f’serje ta’ moduli, li kull wieħed minnhom jiffoka fuq is-suq għal droga partikolari u jkopri xejriet tul il-katina tal-provvista mill-produzzjoni u t-traffikar sad-distribuzzjoni u l-użu; ifaħħar, f’dan il-kuntest, it-tnedija fl-2022 tal-ewwel żewġ moduli dwar il-kokaina u l-metamfetamina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, iċ-Ċentru kompla jimplimenta s-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-Unjoni Ewropea (EWS) f’kollaborazzjoni mas-sħab tiegħu; jinnota, fl-istess kuntest, li fl-2022 l-EWS ġiet innotifikata formalment għall-ewwel darba dwar 41 sustanza psikoattiva ġdida (SPĠ); jinnota wkoll li żewġ SPĠ li kienu ġew ivvalutati skont ir-riskju miċ-Ċentru fl-2021 (3-klorometkatinon (3-CMC) u 3-metilmetkatinon (3-MMC)) ġew inklużi fid-definizzjoni ta’ “droga” mid-direttiva delegata tal-Kummissjoni fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni taċ-Ċentru f’avvenimenti ta’ taħriġ u fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet relatati mad-droga, li ppermettewlu jittrasferixxi l-għarfien tiegħu lil kważi 950 professjonist li jaħdmu fil-qasam tad-droga, inkluż l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika; jinnota, barra minn hekk, li madwar 1 200 professjonist li jaħdmu fil-qasam tad-drogi madwar id-dinja kollha attendew is-seba’ webinars li ġew organizzati miċ-Ċentru fl-2022; ifaħħar liċ-Ċentru talli, flimkien mas-sħab tiegħu, organizza r-raba’ Konferenza Ewropea dwar l-Imġiba ta’ Dipendenza u d-Dipendenzi: Id-Dipendenzi ta’ Liżbona 2022, li, taħt it-tema ġenerali ta’ “Dipendenzi Globali”, laqqgħet flimkien numru rekord ta’ 1 757 parteċipant minn 84 pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi bla heda taċ-Ċentru biex jenfasizza l-aspetti soċjali tad-drogi u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà, jippromovi politiki ta’ riintegrazzjoni soċjali għal dawk li jużaw id-droga, u jindirizza s-suġġett tad-drogi b’approċċ multidixxiplinari; iqis li huwa essenzjali li titkompla s-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-prevenzjoni u ta’ approċċ innovattiv ibbażat fuq is-saħħa mentali għall-politiki dwar id-drogi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar miċ-Ċentru fl-ambitu ta’ analiżi fil-fond konġunta bit-titolu “EU Drug Markets: In-depth analysis” (Is-Swieq tad-Drogi fl-UE: Analiżi fil-fond), f’kollaborazzjoni mal-Europol, b’moduli dwar drogi speċifiċi ppubblikati matul l-2022 u b’oħrajn previsti fl-2023; jilqa’ l-ħidma fl-2022 dwar it-titjib tal-kwalità u d-disponibbiltà tad-data ewlenija dwar il-provvista, f’kollaborazzjoni mal-Punti ta’ Fokus Nazzjonali Reitox u l-Europol; jilqa’ l-implimentazzjoni tal-kompiti kollha taċ-Ċentru fl-ambitu tal-pjanijiet ta’ azzjoni operazzjonali tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Kontra t-Theddid Kriminali għal dak li jirrigwarda l-kannabis, il-kokaina u l-eroina; ifakkar li t-traffikar tad-droga ġie identifikat bħala sors ewlieni ta’ profitt u mezz ta’ reklutaġġ għall-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u jissottolinja l-kontribut taċ-Ċentru għal Ewropa aktar sikura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni li għaddejja bejn iċ-Ċentru u l-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fil-livell reġjonali, permezz tal-proġett ta’ assistenza teknika EU4MD, kif ukoll l-implimentazzjoni li għaddejja bħalissa tal-proġett bilaterali EMCDDA4GE mal-Georgia; jilqa’ l-istabbiliment ta’ sħubija uffiċjali fil-Programm ta’ Kooperazzjoni bejn l-Amerika Latina, il-Karibew u l-Unjoni Ewropea dwar il-Politiki dwar id-Drogi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifaħħar liċ-Ċentru għall-impenn li jtejjeb b’mod kostanti l-effikaċja u l-effiċjenza tal-attivitajiet tiegħu u jimmassimizza l-użu tar-riżorsi, l-għarfien espert u l-għarfien prattiku tiegħu sabiex fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxi għal Ewropa aktar sigura u aktar f’saħħitha, b’mod partikolari permezz ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-aġenziji fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u s-saħħa; jinnota l-miżuri li ħa ċ-Ċentru sabiex inaqqas l-ispejjeż operattivi tal-bini tiegħu, bħall-użu ta’ dell solari fuq iż-żoni tal-ħġieġ u swiċċijiet tal-kontroll tal-klima mat-twieqi; jinnota wkoll il-ftehim mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima biex jaqsmu l-użu ta’ spazji komuni (kantin, żona ta’ parkeġġ taħt l-art u faċilitajiet tal-konferenzi) fil-bini fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tagħhom u l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ aġenziji dwar l-akkwist konġunt ta’ servizzi kondiviżi (eż. sigurtà, tindif, forniment tal-ikel, fost oħrajn) u l-organizzazzjoni konġunta ta’ attivitajiet ta’ taħriġ ta’ interess komuni għall-persunal taż-żewġ aġenziji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li ċ-Ċentru għandu pjan strateġiku (“Strateġija Ambjentali 2021-2025”) biex isir newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju u li fir-rapport annwali tal-attività tiegħu inkluda metrika rigward il-prestazzjoni ambjentali u l-impronta tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> taċ-Ċentru, b’titjib kontinwu fir-riżultati annwali sa mill-2014; jilqa’ d-deċiżjoni tad-Direttur taċ-Ċentru meħuda fl-2022 biex jikseb iċ-ċertifikazzjoni EMAS, li l-proċess tagħha kien mistenni li jiġi konkluż fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, iċ-Ċentru implimenta diversi proġetti mfassla biex isaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali, billi jtejjeb il-konsum tal-elettriku, jinstalla ċelloli tal-enerġija solari fuq is-saqaf tal-bini, kif ukoll jinstalla stazzjonijiet ta’ car-sharing elettriċi bil-ħsieb li l-flotta tal-vetturi taċ-Ċentru tiġi sostitwita b’vetturi elettriċi jew ibridi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kienet implimentata b’rata ta’ 97 %, b’sitt uffiċjali u 68 aġent temporanju maħtura minn seba’ uffiċjali u 69 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (76 pożizzjoni awtorizzata fl-2022, l-istess bħal fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, 27 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2022; jilqa’ l-eżerċizzju ta’ skrinjar tal-persunal tal-2022 taċ-Ċentru u l-allokazzjoni effikaċi u effiċjenti tar-riżorsi tiegħu bi 72,44 % tal-persunal taċ-Ċentru allokat għal attivitajiet operattivi, 18,20 % għal appoġġ amministrattiv u koordinazzjoni, u 9,35 % għal operazzjonijiet newtrali; ifaħħar liċ-Ċentru għar-rata baxxa tiegħu ta’ dawran tal-persunal (2,9 %) fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru rrapporta li għandu żewġ nisa (22 %) u sebat irġiel (78 %) fil-maniġment superjuri tiegħu, filwaqt li għandu 20 mara (37 %) u 34 raġel (63 %) fil-bord ta’ ġestjoni tiegħu; jinnota li l-persunal b’mod ġenerali huwa magħmul minn 36 raġel (38 %) u 58 mara (62 %); ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri tal-persunal u jistieden liċ-Ċentru jqis dan l-aspett fir-rigward ta’ ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord ta’ ġestjoni taċ-Ċentru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jieħu nota tar-rapport taċ-Ċentru fir-rigward tal-miżuri ta’ segwitu meħuda fid-dawl tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport taċ-Ċentru”) biex itejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan iċ-Ċentru; josserva li tali miżuri ttieħdu fil-kuntest tal-proċeduri ta’ reklutaġġ taċ-Ċentru u t-tixrid fl-Istati Membri ta’ informazzjoni dwar il-proċess ta’ selezzjoni taċ-Ċentru; ifaħħar lill-President tal-bord ta’ ġestjoni taċ-Ċentru talli indirizza lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, tan-Norveġja u tat-Turkija fir-rigward tal-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomina tal-membri tagħhom tal-bord ta’ ġestjoni taċ-Ċentru; jinnota wkoll mir-rapport taċ-Ċentru, rigward l-osservazzjoni dwar in-nuqqas ta’ użu ta’ SYSPER, li ċ-Ċentru żviluppa u stabbilixxa l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni tiegħu stess għall-ġestjoni diġitalizzata tar-riżorsi umani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar mir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-aġenziji tal-Unjoni għall-2018 fl-osservazzjoni rigward ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema interim permezz ta’ kuntratt qafas mingħajr ma jiġu rrispettati r-rekwiżiti tad-Direttiva Nru 2008/104/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija, (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).</FIELD></FOOTNOTE> u l-liġi tax-xogħol Portugiża; jinnota mir-rapport tal-Qorti li dik l-osservazzjoni hija magħluqa, filwaqt li l-kuntratt qafas inkwistjoni skada f’Marzu 2022, u l-aħħar pagament rigward il-ħaddiema interim sar f’Jannar 2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-ammont (EUR 75 000) li jikkorrispondi għal kuntratt konkluż fl-2022 ma kienx kopert kompletament minn impenn baġitarju korrispondenti, u dan wassal għal defiċit li jammonta għal EUR 8 000; jinnota li fl-2021 iġġarrbet sitwazzjoni simili għall-istess tip ta’ kuntratt u fiż-żewġ każijiet iċ-Ċentru, skont ir-rapport tal-Qorti, ma kienx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10(3) u 73(2) tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru; jirrikonoxxi madankollu mir-risposta taċ-Ċentru li l-ispiża għall-kuntratt ġiet kondiviża skont il-ftehimiet li saru ma’ żewġ entitajiet oħra li jużaw il-bini taċ-Ċentru f’Liżbona; josserva, f’dan il-kuntest, li ċ-Ċentru kellu jerfa’ biss parti mill-ispiża/nefqa totali għall-kuntratt li kienet tiddependi fuq impenji baġitarji korrispondenti, filwaqt li l-bqija tal-ispejjeż kienu jiddependu fuq operazzjonijiet ta’ kontabbiltà ta’ tpaċija/approvazzjoni peress li dawk l-ispejjeż kienu mġarrba miż-żewġ entitajiet l-oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi tiegħu biex jiżgura t-trasparenza, jipprevjeni u jimmaniġġja l-kunflitti ta’ interess, u jagħti protezzjoni lill-informaturi; jinnota li fl-2022 ma ġie rrappurtat, investigat jew konkluż l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru ppubblika fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-persunal tal-maniġment superjuri tiegħu, tal-membri tal-bord ta’ ġestjoni tiegħu u tal-esperti esterni li huma membri tal-kumitat xjentifiku taċ-Ċentru; ifakkar li fil-każ tal-membri tal-bord ta’ ġestjoni, sommarju tal-attivitajiet professjonali attwali tagħhom biss huwa disponibbli fuq is-sit web taċ-Ċentru; jinnota l-impenn taċ-Ċentru li jindirizza sa tmiem l-2023 il-fattibbiltà li jinkludi wkoll fis-CVs ippubblikati l-attività professjonali tal-passat ta’ dawk il-membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru ma ltaqax mal-lobbisti fl-2022; jinnota wkoll li, abbażi tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-Kummissjoni u mill-Ombudsman Ewropew dwar din il-kwistjoni, iċ-Ċentru adotta kodiċi ta’ kondotta u rakkomandazzjonijiet/linji gwida prattiċi għall-interazzjoni possibbli tal-persunal tiegħu ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess; jinnota wkoll li, f’każ li jsiru tali laqgħat, dawk il-linji gwida jirrakkomandaw li l-laqgħa tiġi rreġistrata u ssir pubblika; jistieden liċ-Ċentru jsegwi dawk il-linji gwida u jippubblika tali laqgħat mingħajr dewmien;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq żewġ awditi għaċ-Ċentru, jiġifieri dwar il-kooperazzjoni internazzjonali u dwar l-adegwatezza tal-koordinazzjoni u l-arranġamenti ta’ ħidma ta’ direttorati ġenerali sħab u partijiet ikkonċernati oħra, kif ukoll tal-qafas ta’ governanza tal-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni; jinnota li riżultati tal-awditjar għaż-żewġ proġetti tal-awditjar kienu t-tnejn għadhom mhumiex disponibbli fi tmiem l-2022, f’liema punt ma kien hemm l-ebda riskju kritiku jew rakkomandazzjoni pendenti mill-IAS, ħlief għal rakkomandazzjoni pendenti waħda, dwar il-komunikazzjoni interna, minn awditu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika mwettaq fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ r-riżultat tal-valutazzjoni tal-2022 tal-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll intern taċ-Ċentru li huwa li l-komponenti kollha huma preżenti u jiffunzjonaw; jinnota li l-valutazzjoni identifikat ħames prinċipji tal-Qafas ta’ Kontroll Intern fejn jista’ jkun meħtieġ xi titjib, fir-rigward tal-ambjent ta’ kontroll, l-attivitajiet ta’ kontroll u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni; jinnota wkoll li fl-2022 twettaq eżerċizzju komprensiv ta’ identifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskju mmirat biex itejjeb il-ġestjoni tar-riskju fiċ-Ċentru, b’riskji identifikati relatati mal-mandat il-ġdid taċ-Ċentru u l-mudell kummerċjali l-ġdid tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jindirizza n-nuqqasijiet kollha identifikati fl-okkażjoni tad-diversi valutazzjonijiet imwettqa fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru adotta strateġija riveduta kontra l-frodi fl-2021, bi tliet objettivi strateġiċi u pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni fl-2022, li, sa tmiem is-sena, ġiet implimentata b’mod wiesa’, tant li waħda biss minn 12-il azzjoni għadha miftuħa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifaħħar liċ-Ċentru għall-isforzi ta’ komunikazzjoni li kienu ffukati fuq l-iżgurar tal-produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet ta’ kwalità għolja, b’66 pubblikazzjoni xjentifika u istituzzjonali prodotti fl-2022, u 16-il artiklu xjentifiku u kapitolu ta’ kotba miktuba jew miktuba b’mod konġunt miċ-Ċentru u ppubblikati f’ġurnali prestiġjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda sinifikanti fl-udjenza taċ-Ċentru milħuqa fl-2022 fil-kanali kollha; jinnota, f’dak il-kuntest, li ċ-Ċentru kellu madwar 2,6 miljun viżitatur uniku fuq is-sit web, numru rekord (żieda ta’ kważi 50 % mill-2021), 1,6 miljun viżwalizzazzjoni tal-filmati tiegħu (żieda ta’ 15 % meta mqabbel mal-2021), u żieda fis-segwaċi fuq żewġ kanali ewlenin tal-midja soċjali, LinkedIn (+57 %) u Instagram (+37 %);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden liċ-Ċentru jiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tiegħu lill-pubbliku ġenerali, u jikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u strumenti oħra tal-midja; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-aċċessibbiltà għall-utenti tar-rapporti maħluqa miċ-Ċentru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-paġna tar-riżorsi, EMCDDA 4 Ukraine, maħluqa għall-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tad-drogi fl-Ewropa u li jappoġġjaw lill-persuni spostati mill-Ukrajna;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirreferi, fir-rigward ta’ kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>