<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0242</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0130/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2149(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0087/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0130/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2149(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0087/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0130/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2149(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0130/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.01.2023, p.6.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien jammonta għal EUR 88 173 021, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 35,93 % meta mqabbel ma’ dak għall-2021; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni u mill-kontribuzzjoni tal-EFTA (63,32 %) u mill-kontribuzzjonijiet fl-ambitu ta’ ftehimiet speċifiċi (36,67 %);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fir-rigward tas-settur tal-akkwist tal-Aġenzija, ma ġiet irrapportata l-ebda kwistjoni li tirrikjedi azzjonijiet korrettivi għall-2022, u lanqas ma hemm azzjonijiet korrettivi għaddejjin jew pendenti mill-awditi u l-valutazzjonijiet tas-snin preċedenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali, l-istess bħall-2021; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 86,66 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 1,75 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti kkonkludiet fir-rapport tagħha fl-2021 li l-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel biex jiġi emendat kuntratt qafas billi l-baġit inizjali jiġi rduppjat għal EUR 1 miljun kien irregolari u b’riżultat ta’ dan, il-pagamenti sussegwenti kollha li saru b’rabta ma’ din il-proċedura huma irregolari; jinnota, barra minn hekk, li l-kuntratt skada f’Diċembru 2022 u l-pagamenti assoċjati tal-2022 ammontaw għal EUR 470 660; jinnota li l-istatus attwali tal-osservazzjoni tal-Qorti fuq dan diġà huwa magħluq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-qafas ta’ prestazzjoni tal-Aġenzija huwa strutturat madwar ħames objettivi ta’ prestazzjoni mmonitorjati minn 17-il indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) pluriennali li jinkludu, fost l-oħrajn, r-rata ta’ okkupanza tal-persunal, l-eżekuzzjoni tal-baġit u t-twettiq tal-programm ta’ ħidma annwali; josserva li r-rata ta’ twettiq tal-programm ta’ ħidma annwali fir-rigward tar-rapporti ewlenin u l-valutazzjoni laħqet 95 % u 96 %, rispettivament, fir-rigward tal-indikaturi tas-sett ewlieni aġġornati, it-tnejn li huma ogħla mill-mira stabbilita ta’ 90 %; jieħu nota tal-indikaturi li għadhom ma ntlaħqux jew li għadhom lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022 l-Aġenzija kompliet taqdi rwol ewlieni biex tinforma dwar azzjonijiet ta’ appoġġ għall-ambjent, tirrispondi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (it-8 EAP), kif ukoll għall-ambizzjonijiet ġenerali u l-impenji globali tal-Ewropa; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija kompliet twettaq l-azzjonijiet u l-kompiti miftiehma, u ħadet oħrajn ġodda b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-implimentazzjoni tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, filwaqt li rabtet l-azzjonijiet mal-istrateġija ta’ adattament tal-UE; jinnota, barra minn hekk, li din kienet it-tieni sena tal-implimentazzjoni tan-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet) 2021-2030, li għandu l-għan li jagħti lil dawk li jfasslu l-politika tal-Unjoni u lill-pubbliku l-aħjar għarfien disponibbli biex jintlaħqu l-miri dwar l-ambjent u s-sostenibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Josserva li fl-2022, fost mewġiet ta’ sħana, nixfiet u nirien forestali li affettwaw partijiet kbar tal-Ewropa kif ukoll fid-dawl li l-kontinent esperjenza l-aktar sajf sħun irreġistrat, l-Aġenzija ssemmiet f’27 000 artiklu online, u diversi membri tal-persunal ġew intervistati mill-mezzi tal-media madwar l-Ewropa bħala riżultat ta’ interess sinifikanti tal-media, b’enfasi fuq il-kawżi u l-konsegwenzi ta’ temp estrem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li, fl-2022, l-Aġenzija bdiet twettaq kompiti ġodda b’appoġġ lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u l-implimentazzjoni tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, bħat-tnedija tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, filwaqt li rabtet l-azzjonijiet mal-istrateġija ta’ adattament tal-UE, u kabbret ir-rwol tal-Aġenzija fl-appoġġ għat-twettiq tal-miri klimatiċi tal-Ewropa; japprezza l-appoġġ tal-Aġenzija mogħti lil membri tal-Kumitat tal-Parlament għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) permezz ta’ data u informazzjoni bbażati fuq ix-xjenza u aġġornati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment fl-2022 taċ-Ċentru Tematiku Ewropew dwar il-Bijodiversità u l-Ekosistemi l-ġdid għall-perjodu 2023-2026;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li f’konformità mal-approċċ f’dawn l-aħħar snin, fl-2022, l-Aġenzija kompliet tfittex titjib fl-effiċjenza permezz tal-kondiviżjoni tas-servizzi mal-Kummissjoni, ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, u man-Network tal-Aġenziji tal-UE (EUAN) – Uffiċċju ta’ Appoġġ Komuni fi Brussell; jinnota li skont dik il-prattika, l-Aġenzija wettqet akkwist konġunt mas-servizzi tal-Kummissjoni u l-EUAN, jew billi akkwistat u mexxiet kuntratti qafas li jintużaw ukoll mill-Kummissjoni u minn aġenziji oħra tal-Unjoni jew billi użat kuntratti qafas immexxija minn oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija tuża wkoll varjetà ta’ servizzi tal-Kummissjoni (eż. pagi, sigurtà tal-IT) u sistemi (eż. ABAC, Sysper, Ares, e-Prior) f’konformità mat-titjib fl-effiċjenza marbuta ma’ użu akbar ta’ għodod elettroniċi biex jappoġġjaw il-proċessi amministrattivi, inkluż fl-akkwist, il-finanzi u r-riżorsi umani; jinnota wkoll li, b’rispons għas-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija qed tuża r-reklutaġġ online, appoġġjat mill-implimentazzjoni tal-pjattaforma ta’ reklutaġġ (Systal), li ppermetta lill-Aġenzija tlesti għadd kbir ta’ proċeduri ta’ reklutaġġi kemm fl-2021 u fl-2022, biex ikollha rata baxxa ta’ pożizzjonijiet vakanti fi tmiem is-sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota, barra minn hekk, li l-pass kontinwu tal-Aġenzija lejn xogħol ibbażat fuq l-attività kkontribwixxa għal titjib fl-effiċjenza fl-użu dinamiku u flessibbli tal-ispazju rinnovat għall-uffiċċji, flimkien mal-possibbiltà estiża ta’ telexogħol għall-persunal tal-Aġenzija; jinnota wkoll b’sodisfazzjon li l-Aġenzija qalbet għal sistema ta’ telefons “mobbli biss”, li min-naħa tagħha pproduċiet iffrankar konsiderevoli fl-ispejjeż tat-telefon;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, dwar il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni kontra l-attakki ċibernetiċi jew it-tentattivi ta’ infiltrazzjoni b’mod partikolari dawk li joriġinaw mir-Russja jew miċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u trawwem djalogu mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kellha rata ta’ implimentazzjoni ta’ 97,33 %, bi tliet uffiċjali permanenti u 143 aġent temporanju maħtura mit-total ta’ 150 pożizzjoni awtorizzata fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 140 pożizzjoni awtorizzata fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, fl-2022, 84 membru tal-persunal bil-kuntratt u 13-il espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija; jinnota li mill-2021 sal-2023, it-tabella tal-persunal awtorizzata skont il-baġit tal-Unjoni żdiedet b’25 membru tal-persunal temporanju u 14-il membru tal-persunal bil-kuntratt biex jindirizzaw kompiti ġodda li jirriżultaw mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku dwar it-Tibdil fil-Klima, ir-Regolament LULUCF, id-Direttiva Seveso u l-leġiżlazzjoni dwar ir-restawr tan-natura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn sitta minn disgħa (67 %) huma rġiel; jinnota b’sodisfazzjoni li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord ta’ Mmaniġġjar tal-Aġenzija, bi 18 minn 36 (50 %) huma rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’118 minn 221 (53 %) huma nisa; jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri; jinnota li l-Aġenzija ma adottatx il-“Kapitolu dwar id-diversità u l-inklużjoni” u jħeġġeġ lill-Aġenzija tadottah u tipparteċipa b’mod attiv f’inizjattivi li jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqajjem tħassib dwar il-bilanċ ġeografiku fi ħdan il-maniġment superjuri u intermedju tal-Aġenzija li ma għandha l-ebda persunal maniġerjali mill-Ewropa Ċentrali tal-Lvant; jinsisti li jrid isir titjib; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lura dwar dan lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija għandha koordinatur għall-benesseri u wettqet ħidma estensiva fuq is-sensibilizzazzjoni u l-istabbiliment ta’ proċessi għall-persunal li jirritorna minn assenza fit-tul u f’każ li jkun meħtieġ, il-persunal jiġi offrut assistenza professjonali permezz tal-konsulent mediku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Josserva li biex jitnaqqas ir-riskju ta’ eżawriment, l-Aġenzija introduċiet app għall-monitoraġġ tal-istress (imsejħa “Howdy”) mal-fornitur tas-saħħa tagħha; jieħu nota tal-fatt li l-persunal huwa rreġistrat fl-app u jiġi mistoqsi sensiela ta’ mistoqsijiet fuq bażi regolari biex ikunu mmonitorjati l-livelli ta’ stress tiegħu u jekk ikun hemm żieda f’dan il-livell, jiġi kkuntattjat minn psikologu mediku biex jiddiskuti l-eżitu; jinnota li hemm l-għażla għall-persunal li jikkonsulta, sa tliet żjarat, ma’ psikologu tal-fornitur mediku tal-Aġenzija biex jaħdem fuq il-kwistjonijiet; jenfasizza li dan kollu jiġi ttrattat b’mod anonimu u hija biss statistika li tingħata lura lill-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali, u li l-Aġenzija hija parti minn task force interaġenzjali ta’ konsulenti kunfidenzjali; jistenna bil-ħerqa li jirċievi r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; jinnota li ma kien hemm l-ebda każ ta’ fastidju rrappurtat fl-2022 u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli u tiżviluppa l-ħidma biex tipprevjeni każijiet fil-futur ukoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota bi tħassib li minkejja n-natura pluriennali tal-kompiti tal-Aġenzija, jeżisti żbilanċ fir-rigward tal-għadd ta’ pożizzjonijiet permanenti meta mqabbel ma’ dak ta’ pożizzjonijiet kuntrattwali, kif ukoll fir-rigward tal-għadd ta’ persunal operattiv meta mqabbel ma’ dak ta’ persunal ta’ appoġġ, u dan iwassal għal ħtieġa kostanti ta’ taħriġ mill-ġdid kif ukoll piż żejjed ta’ xogħol amministrattiv għax-xjenzati; jistieden lill-Aġenzija tirrieżamina l-politika tagħha dwar il-persunal; jikkunsidra li filwaqt li titqies iż-żieda sostanzjali fl-ammont ta’ xogħol, u sabiex jitwettqu kif xieraq il-kompiti marbuta mal-għanijiet tal-Unjoni, fost l-oħrajn, fir-rigward tan-newtralità klimatika, l-ekonomija ċirkolari u r-restawr tan-natura, l-għadd ta’ persunal tal-Aġenzija għandu jkompli jikber b’mod sostanzjali fis-snin li ġejjin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li l-membri tal-maniġment superjuri u l-membri tal-Bord ta’ Mmaniġġjar għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta’ interess li tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota li l-membri tal-maniġment superjuri għandhom, bħala parti mid-djalogu dwar l-iżvilupp tal-karriera, jaġġornaw l-għarfien dwar il-kunflitt ta’ interess abbażi ta’ awtodikjarazzjoni (bħala parti mill-awtovalutazzjoni), fejn il-membru tal-maniġment superjuri, bħala membru tal-persunal, għandu jiddikjara jekk wettaqx kwalunkwe impenn ġdid jew attività ġdida, jew jekk dawn għandhomx jitwettqu, u li jistgħu jwasslu għal kunflitt ta’ interess potenzjali; josserva li meta jiġi ffinalizzat il-pjan ta’ żvilupp tal-karriera, is-superjur ġerarkiku dirett responsabbli għandu jispeċifika l-valutazzjoni tiegħu stess tal-kwistjoni tal-kunflitt ta’ interess; jinnota li ma kien hemm l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess identifikat fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija tkompli ssegwi s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi ppreżentati għall-membri tal-bord ta’ mmaniġġjar u l-maniġers superjuri u li dawn jiġu ppubblikati fis-sit web tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li skont l-osservazzjonijiet dwar is-segwitu għall-kwittanza tal-2021, l-Aġenzija tinsab fil-proċess li tirrieżamina l-politika tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess biex tivvaluta l-idoneità u r-rilevanza tagħha skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju; jinnota li meta tagħmel dan, l-Aġenzija se tikkunsidra l-mekkaniżmi tagħha ta’ kontroll intern u ta’ kontra l-korruzzjoni u se tagħmel aġġustamenti għal kwalunkwe lakuna li tista’ tidentifika; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni msemmija hawn fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi l-viżibbiltà miksuba tal-Aġenzija; huwa tal-fehma li għad hemm lok għal viżibbiltà akbar fil-media, fuq l-internet, u l-media soċjali sabiex iċ-ċittadini jsiru jafu bil-ħidma tagħha u l-perikli għall-ambjent tagħna;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jieħu nota li fl-2022, l-Aġenzija kompliet taħdem fuq il-bidliet strutturali fil-modi ta’ ħidma tagħha mnedija fl-2021; jinnota li ladarba l-bidliet ikunu kompletament fis-seħħ, se tingħata attenzjoni sħiħa lill-aġġornament tad-dokumentazzjoni tal-proċeduri, li se jirrimedja d-dgħufijiet identifikati fil-qafas ta’ kontroll intern tal-Aġenzija; jinnota li l-approċċ ta’ ġestjoni tar-riskju tal-Aġenzija huwa parzjalment konformi, peress li jidentifika u janalizza r-riskji fl-organizzazzjoni kollha, iżda l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u s-segwitu sistematiċi tar-riskji fil-livell tal-grupp ta’ proġett kienu limitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Josserva li l-attivitajiet ta’ kontroll biex jittaffew ir-riskji huma wkoll parzjalment konformi, peress li, minħabba bidliet strutturali fl-2022, huma skaduti; jinnota li l-politika taċ-Ċentru Tematiku Ewropew u l-politika għall-għotjiet huma wkoll skaduti minħabba l-bidla fl-istruttura ta’ verifika li ġiet stabbilita fl-2022; fir-rigward tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat, dawn huma stabbiliti u ntużaw b’mod effettiv matul il-kriżijiet, iżda l-miżuri tagħhom huma mifruxa f’diversi dokumenti u ma ġewx aġġornati biex jirriflettu modi ġodda ta’ ħidma; jistieden lill-Aġenzija biex tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex tiġi aġġornata d-dokumentazzjoni tal-proċeduri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li f’Settembru 2022, ir-reġistrazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE għall-Aġenzija ġiet estiża b’suċċess minn korp kompetenti għal sena oħra; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija hija fost l-aġenziji li joħorġu dikjarazzjoni ambjentali annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-isforzi kontinwi tagħha lejn il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online fl-2022, bħall-iżvilupp ta’ pubblikazzjoni korporattiva diġitali interattiva “EEA 2021: the year in brief” (EEA 2021: is-sena fil-qosor) biex tispjega l-Aġenzija x’inhi u x’qed tagħmel u l-proġett web pluriennali li għaddej bħalissa li wettaq l-elementi ewlenin fl-2022, fosthom loġika tan-navigazzjoni ċċentrata fuq l-utent u kontenut aġġornat fl-oqsma ewlenin tal-għarfien abbażi ta’ analiżi intensa tal-utenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija talli ħadet sehem f’task force speċjali biex tiġbor flimkien l-għarfien, it-tagħrif espert u d-data għall-immappjar tal-impatt ambjentali tal-attakk mhux provokat u mhux ġustifikat tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>