<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0244</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0082/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2142(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0080/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/1994 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2142(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0080/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/1994 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2142(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0082/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.1.2023, p. 38.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali taċ-ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (iċ-“Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2022 kien jammonta għal EUR 49 839 955, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 6,02 % meta mqabbel mal-2021; billi 95,80 % tal-baġit taċ-Ċentru jiġi minn kontribuzzjonijiet diretti mill-istituzzjonijiet u minn aġenziji u korpi oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tad-dħul huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; billi l-Qorti identifikat pagamenti irregolari li b’kollox jammontaw għal EUR 1,3 miljun, li minnhom EUR 0,6 miljun jagħmlu parti mid-determinazzjoni tal-Qorti li l-ġustifikazzjonijiet taċ-Ċentru għas-selezzjoni ta’ ċerti proċeduri ta’ akkwist mingħajr notifika minn qabel kienu insuffiċjenti u EUR 0,7 miljun huma relatati mal-fatt li ċ-Ċentru naqas milli jimmonitorja l-konsum tal-limiti massimi finanzjarji fil-livell ta’ proċeduri individwali u kuntratti qafas għat-traduzzjonijiet, li b’mod kumulattiv kienu jirrappreżentaw 2,4 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2022, u b’hekk inqabeż il-livell limitu ta’ materjalità stabbilit għall-awditu u, konsegwentement, dan irriżulta f’opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet taċ-Ċentru; billi, ħlief għal dawk il-pagamenti irregolari, il-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tal-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 89,08 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 5,55 % meta mqabbla mal-2021; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 83,50 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 6,99 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-baġit inizjali taċ-Ċentru għall-2022 (EUR 49,0 miljun) kien soġġett għal baġit emendatorju wieħed adottat mill-bord amministrattiv taċ-Ċentru f’Settembru 2022 u kellu l-għan li jinkludi l-previżjonijiet aġġornati li waslu mingħand il-klijenti u r-riżultat tar-rieżami miċ-Ċentru tal-partiti kollha tan-nefqa; jinnota wkoll li l-eżitu finali tal-baġit tal-2022 jinkludi r-riżultat tal-kalkolu reali tal-eżitu tal-baġit tal-2022 (EUR 0,05 miljun taħt iż-żero) flimkien mal-eżitu tal-baġit tal-2021 ta’ EUR 1,1 miljun, li minnu EUR 2,3 miljun ġew trasferiti għar-“Riżerva għall-istabbiltà tal-ipprezzar” biex tiġi żgurata l-istabbiltà baġitarja taċ-Ċentru fil-futur, u dan irriżulta f’eżitu tal-baġit riportat fl-2023 ta’ defiċit ta’ EUR 1,2 miljun;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni ġenerali tal-programm ta’ ħidma taċ-Ċentru għall-2022 kienet ta’ 89,6 % skont il-baġit emendatorju 1/2022; jiddispjaċih li dik ir-rata hija aktar baxxa milli fl-2021 (93,4 %), u għalhekk intemmet xejra pożittiva ta’ titjib sena wara sena mill-2018 meta r-rata ta’ implimentazzjoni kienet ta’ 82,4 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li bi 348 070 paġna, l-għadd ta’ paġni ta’ dokumenti tradotti, modifikati, editjati u riveduti naqas b’5,2 % meta mqabbel mal-2021 (367 264 paġna); jinnota li fl-2022, fir-rigward tat-trademarks tal-UE, l-għadd ta’ paġni tradotti (239 964) kompla jonqos bi 12,6 % meta mqabbel mal-2021 (274 706 paġna), u b’hekk kompla b’xejra ta’ tnaqqis sinifikanti; josserva li, b’total ta’ 588 033 paġna tradotta fl-2022, il-volum attwali naqas bi 8,4 % mill-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kisbiet taċ-Ċentru fl-2022, bħall-iżvilupp ta’ Strateġija ġdida għall-2024-2027 li għandha l-għan li żżid l-impatt tiegħu fil-kuntest usa’ tal-multilingwiżmu fl-era diġitali, il-forniment ta’ servizzi personalizzati li kienu jinkludu l-forniment ta’ servizzi speċifiċi lil klijent ġdid, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-iżvilupp ulterjuri tal-bażi tad-data tat-terminoloġija interistituzzjonali dwar it-Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa (IATE) u l-appoġġ u ż-żamma tal-portal tat-terminoloġija interistituzzjonali EurTerm; jinnota wkoll li ċ-Ċentru aġġorna t-teknoloġija tat-traduzzjoni assistita mill-kompjuter fis-seħħ, Trados Studio 2021, flimkien mal-aġġornament tal-moduli ddedikati għall-ġestjoni tal-memorji tat-traduzzjoni u l-ħolqien ta’ proġetti f’lottijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li dawk li wieġbu (rata ta’ 36 %) għall-istħarriġ annwali dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti li sar fl-2022 esprimew rati għoljin ta’ sodisfazzjon bis-servizzi taċ-Ċentru u r-relazzjonijiet reċiproċi, filwaqt li l-prijoritajiet tagħhom f’ordni ta’ importanza jibqgħu l-kwalità tat-traduzzjoni, il-kwalità tar-relazzjonijiet, l-iskadenzi, il-prezz, il-kombinazzjonijiet lingwistiċi u l-ifformattjar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-2022 kienet sena diffiċli għaċ-Ċentru, meta jitqies l-ambjent estern bil-gwerra fl-Ukrajna, l-impatt kontinwu tal-COVID-19, iż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija u l-inflazzjoni, u, għalhekk, żieda konsegwenzjali fl-ispejjeż interni għall-bini u s-salarji tal-persunal taċ-Ċentru; jinnota b’apprezzament li, minkejja t-tnaqqis fl-isforzi tat-traduzzjoni ta’ wħud mill-klijenti taċ-Ċentru u bis-saħħa tal-investimenti tiegħu fit-teknoloġiji u t-titjib fl-effiċjenza, iċ-Ċentru ppreżenta struttura tal-ipprezzar tal-2023 bi prezzijiet stabbli, li f’termini reali jirrappreżentaw tnaqqis fil-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti taċ-Ċentru u tas-servizzi tat-traduzzjoni tiegħu fir-razzjonalizzazzjoni tal-metodi ta’ ħidma tal-aġenziji tal-Unjoni, fil-kisba ta’ ekonomiji ta’ skala kif ukoll fl-assorbiment ta’ kwalunkwe surplus ta’ xogħol tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom is-servizzi tat-traduzzjoni tagħhom stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru ħa pass sinifikanti lejn is-sostenibbiltà u l-protezzjoni ambjentali billi ffirma kuntratt ta’ lokazzjoni ġdid u naqqas l-ispazju għall-uffiċċji tiegħu bi 33 %, filwaqt li stabbilixxa spazji tax-xogħol ġodda, inkluża kafetterija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru progressivament ottimizza l-istruttura u l-metodi ta’ ħidma tiegħu u implimenta miżuri ta’ kosteffiċjenza fil-mudell kummerċjali kollu tiegħu, pereżempju, billi introduċa għodod tal-Kummissjoni bħal ABAC, SYSPER, MIPS u ARES; jinnota mir-risposta taċ-Ċentru, fir-rigward ta’ SYSPER, li l-implimentazzjoni ta’ modulu ġdid għad-diġitalizzazzjoni tar-rekords tal-persunal bdiet fl-2022; jinnota wkoll li ċ-Ċentru introduċa Systal (għodda ta’ selezzjoni u reklutaġġ) u kompla jottimizza l-użu tagħha fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li d-Dipartiment tal-Amministrazzjoni taċ-Ċentru tejjeb il-prestazzjoni tiegħu billi rrieżamina u rreveda l-metodi ta’ ħidma, filwaqt li introduċa teknoloġija ġdida biex jissimplifika l-operazzjonijiet tiegħu, u dan irriżulta f’żieda fil-produttività, tnaqqis fl-ispejjeż, u titjib ġenerali tal-kwalità tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li ċ-Ċentru kien waħda mill-aġenziji parteċipanti fl-inizjattiva msejħa “Forzi Konġunti tal-UE dwar l-IA”, imnedija mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota b’apprezzament mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru huwa fost dawk l-aġenziji li għandhom pjanijiet korporattivi biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u n-newtralità klimatika tal-operazzjonijiet tagħhom; jiddispjaċih li ċ-Ċentru għad m’għandux ċertifikat ta’ Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS), iżda jilqa’ l-fatt li qed jistudja b’mod attiv il-possibbiltà li jibda l-proċedura ta’ reġistrazzjoni fl-EMAS fil-futur qrib; jinnota li ċ-Ċentru huwa impenjat li jtejjeb kontinwament il-prestazzjoni ambjentali tiegħu u jiddependi fuq il-prinċipji ġenerali tal-EMAS u tal-ISO 14001 fil-prattiki ta’ kuljum tiegħu; jilqa’ l-miżuri taċ-Ċentru biex inaqqas il-konsum tal-gass u tal-elettriku fil-bini taċ-Ċentru għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Marzu 2023;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kienet implimentata b’perċentwal ta’ 93,78 %, u li kienu nħatru 46 uffiċjal u 135 aġent temporanju minn 51 uffiċjal u 142 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (193 pożizzjoni awtorizzata, bħal fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, 20 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota t-tqassim skont il-ġeneru taċ-Ċentru rrappurtat għall-2022, bi 8 nisa (42 %) u 11-il raġel (58 %) fil-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri u intermedji, 38 raġel (59 %) u 26 mara (41 %) fuq livell ta’ bord amministrattiv u 76 raġel (38 %) u 125 mara (62 %) bħala persunal fuq livell ġenerali; josserva li l-irġiel huma sottorappreżentati fil-persunal ġenerali taċ-Ċentru; ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri u jitlob liċ-Ċentru jaħdem lejn bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal, tal-maniġment superjuri u intermedju u fil-livell tal-bord amministrattiv; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord amministrattiv taċ-Ċentru; jinnota li hemm għadd kbir ta’ membri fuq il-bord amministrattiv, u dan ma jiffaċilitax it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-ġestjoni simplifikata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru għandu fis-seħħ politika komuni dwar il-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali li tinkludi proċedura formali u informali, b’konsulenti kunfidenzjali maħtura li huma kapaċi jittrattaw il-proċedura informali; jinnota r-risposta taċ-Ċentru li fl-2022 ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ fastidju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-għadd ta’ sigħat ta’ sahra mitluba fl-2022 u approvati mill-maniġment fl-2022 żdied minn 112 għal 252, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 125 % meta mqabbel mal-2021; josserva mir-risposta taċ-Ċentru dawran tal-persunal ta’ 7 % (esklużi dawk li rtiraw) għall-2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti li fl-2021 iċ-Ċentru ppreżenta diversi dgħufijiet fi tliet akkwisti pubbliċi billi ffirma l-kuntratti mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, filwaqt li l-ġustifikazzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet esklużivi jew dwar l-urġenza estrema tqieset insuffiċjenti mill-Qorti; jinnota li fl-2022 wieħed biss minn dawn it-tliet kuntratti kien miftuħ u wassal għal pagament wieħed ta’ EUR 0,6 miljun u l-osservazzjoni tal-Qorti għadha miftuħa; josserva li l-opinjoni kwalifikata tal-Qorti rigward in-nefqa taċ-Ċentru għall-2022 tkopri dak il-pagament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-opinjoni kwalifikata tal-Qorti li ssostni li pagamenti li jammontaw għal EUR 0,1 miljun kienu irregolari flimkien maż-żewġ kuntratti ta’ EU 110 000 u EUR 52 000, li magħhom kienu assoċjati dawk il-pagamenti, u li ċ-Ċentru għażel li jinnegozja ma’ fornitur wieħed mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt; jinnota li minkejja li ċ-Ċentru ġġustifika l-għażla tal-proċedura tiegħu permezz ta’ urġenza estrema, il-Qorti sabet li l-ġustifikazzjoni taċ-Ċentru ma kinitx biżżejjed; jinnota wkoll ir-risposta taċ-Ċentru li dan għażel li jakkwista estensjoni tas-servizz permezz ta’ proċedura nnegozjata minħabba li ma nstabet l-ebda soluzzjoni għat-tranżizzjoni bejn il-kuntratt qafas l-antik u dak ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza wkoll l-opinjoni kwalifikata tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li saru fl-2022 b’rabta ma’ 117-il kuntratt qafas separat li jirriżultaw minn proċedura unika relatata mat-traduzzjoni ta’ testi; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-limitu massimu globali għal dik il-proċedura, li kien ta’ EUR 1 miljun, ma kienx stipulat fil-kuntratti qafas assoċjati; jiddispjaċih li din is-sejba kienet bi ksur tal-Artikolu 2(31) tar-Regolament Finanzjarju; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru ma ssorveljax il-konsum ta’ dak il-limitu massimu globali, la fil-livell tal-kuntratt qafas individwali u lanqas għall-proċedura kollha, iżda segwa biss l-infiq relatat fil-livell tal-linja baġitarja kkonċernata; jiddispjaċih li dan wassal biex ammont ta’ EUR 0,5 miljun tħallas b’mod irregolari lil hinn minn dak il-limitu massimu; jinnota mir-risposta taċ-Ċentru l-azzjonijiet meħuda miċ-Ċentru biex itejjeb is-sistemi ta’ kontroll taċ-Ċentru f’dan il-qasam, jiġifieri l-iżvilupp ta’ rapport Business Objects li jelenka l-kuntratti qafas kollha fis-seħħ u jinkludi d-dettalji kollha meħtieġa biex jiġi segwit il-konsum tal-limitu massimu ta’ kull wieħed minn dawk il-kuntratti; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-iżvilupp ta’ karatteristiċi tekniċi li awtomatikament jindividwaw, jenfasizzaw u/jew jibagħtu emails ta’ twissija meta jintlaħqu rati varji ta’ konsum tal-baġit (75 % u 90 %);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li s-CVs tal-membri tal-bord amministrattiv mhumiex ippubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru, filwaqt li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-maġġoranza ta’ dawk il-membri ttellgħu fuq it-tali sit; jinnota li d-dikjarazzjoni ta’ interess u s-CV tad-Direttur huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; jinnota, mir-rapport taċ-Ċentru dwar il-miżuri meħuda miċ-Ċentru fid-dawl tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2021, li ċ-Ċentru għadu qed jaħdem fuq is-soluzzjoni li se tippermetti lill-membri tal-bord amministrattiv itellgħu fuq l-internet id-dikjarazzjoni ta’ interess u s-CVs u jżommuhom aġġornati huma stess; iħeġġeġ liċ-Ċentru jiffinalizza dan il-pass tekniku u jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar f’din il-kwistjoni sakemm jiġu ppubblikati d-dokumenti kollha tal-membri kollha tal-bord;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess jiġu ffirmati mill-kandidati u mill-persunal qabel ma jiġu reklutati, matul l-impjieg u qabel ma jirritornaw mil-liv għal raġunijiet personali jew mil-liv bla ħlas; jilqa’ wkoll il-fatt li l-persunal involut fil-kumitati ta’ selezzjoni għar-reklutaġġ ta’ persunal jew fil-kumitati ta’ evalwazzjoni għas-sejħiet għall-offerti jeħtieġlu jimla dikjarazzjoni ta’ kunfidenzjalità u ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess; jinnota mir-risposta taċ-Ċentru li ma kien hemm l-ebda każ ta’ kunflitti ta’ interess jew ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li, minħabba n-natura tal-kompiti ewlenin taċ-Ċentru, mhi qed issir l-ebda laqgħa mal-lobbisti u ċ-Ċentru bħalissa mhux qed jippjana li jintroduċi strateġija interna kontra l-korruzzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjoni li fi tliet proċeduri ta’ akkwist awditjati għas-servizzi, l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta ħallew barra kriterji importanti għall-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi u professjonali tal-offerenti u ma ddefinewx sett ta’ livelli minimi rilevanti, speċifiċi u li jistgħu jitkejlu tal-kapaċità finanzjarja, li taħthom l-offerenti ma jiġux aċċettati; jinnota r-risposta taċ-Ċentru li dawk il-proċeduri użaw mudelli aktar antiki għad-dokumenti tal-offerti u l-mudelli l-ġodda użati miċ-Ċentru jirrikjedu li ċ-ċifri rilevanti jkunu speċifikati u mimlija b’mod ċar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, fil-bidu tal-2022, iċ-Ċentru kellu ħames rakkomandazzjonijiet miftuħa tal-awditjar li rriżultaw minn żewġ awditi tas-Servizzi tal-Awditjar Intern (IAS); jirrikonoxxi, f’dan il-kuntest, li sa tmiem l-2022, ingħalqu ż-żewġ rakkomandazzjonijiet relatati mal-awditu tal-IAS tal-2019 dwar is-sistema taċ-Ċentru għall-ġestjoni tal-fluss tax-xogħol tat-traduzzjoni u waħda mit-tliet rakkomandazzjonijiet mill-awditu tal-IAS tal-2021 dwar l-ippjanar u l-ibbaġitjar; jinnota wkoll li, għaż-żewġ rakkomandazzjonijiet li fadal, li l-ebda waħda minnhom ma kienet immarkata bħala “importanti ħafna” jew “kritika”, ittieħdu azzjonijiet u r-riskju residwu għal dawn huwa minimu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, b’segwitu għall-osservazzjoni tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2021 rigward dgħufijiet identifikati fid-dokumentazzjoni taċ-Ċentru f’diversi proċeduri ta’ akkwist pubbliku, iċ-Ċentru sadanittant irreveda l-proċeduri u l-mudelli ta’ akkwist tiegħu; jinnota li l-istatus ta’ dik l-osservazzjoni issa huwa magħluq; jinnota li, fl-2022, iċ-Ċentru ffinalizza u adotta pjan ta’ azzjoni ġdid kontra l-frodi għall-2022 u l-2023, u ffinalizza l-aħħar azzjonijiet pendenti mill-pjan preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-awditi tal-kwalità kkompletati b’suċċess fl-2022 li jipprovdu aċċertament addizzjonali lill-maniġment taċ-Ċentru dwar l-effikaċja, l-effiċjenza u l-konformità tal-proċeduri awditjati; jinnota li ma kien hemm l-ebda devjazzjoni rreġistrata għall-proċeduri awditjati u għadd ta’ rimarki u suġġerimenti għal titjib ġew identifikati u maqbula fir-rapporti tal-awditjar, u ġew trasposti ulterjorment fil-pjanijiet ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi taċ-Ċentru fl-2022 biex iżid il-viżibbiltà pubblika tiegħu; jinnota l-indikaturi mtejba tal-media soċjali taċ-Ċentru, b’żieda ta’ 11 % fl-għadd ta’ abbonati għall-kontijiet tal-media soċjali (Facebook, LinkedIn, Twitter) fl-2022; ifaħħar liċ-Ċentru talli kompla jiffoka l-isforzi tiegħu biex il-portafoll imkabbar tas-servizzi tiegħu jsir aktar magħruf mal-klijenti tiegħu, mal-fornituri esterni tas-servizzi lingwistiċi, mas-sħab istituzzjonali u mal-pubbliku, permezz ta’ fuljetti, tutorials bil-vidjo għall-għodod tal-fluss tax-xogħol interni u esterni, jew permezz ta’ filmati li jippromwovu s-servizz ta’ posteditjar, bħala mod kif tintlaħaq udjenza usa’; jinnota li l-iskambji tal-aħjar prattiki mal-universitajiet u l-komunità tat-traduzzjoni globali (podcast dwar memoQ, konferenza ta’ Nordic Techkomm Denmark) komplew ikunu parti mill-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni taċ-Ċentru fl-2022;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirreferi, fir-rigward ta’ kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>