<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0246</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0099/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2168(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0106/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2168(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0106/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2168(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.1.2023, p. 194.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 50 183 522, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 5,84 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ 99,93 % għall-2022; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 89,22 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 4,64 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li ħarġu diversi ħtiġijiet ġodda ta’ finanzjament matul l-2022, inklużi dawk marbuta ma’ infrastruttura għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet (CMS) il-ġdida, tisħiħ relatat mal-kompiti l-ġodda tal-Bażi ta’ Data ta’ Evidenza dwar Delitti Internazzjonali Ewlenin (CICED) u żidiet fis-salarji minħabba inflazzjoni għolja; jinnota li dawk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament ġew koperti permezz ta’ żewġ baġits emendatorji (b’total ta’ EUR 5,7 miljun) u diversi trasferimenti baġitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota t-tnedija mill-Aġenzija fl-2022 tas-sistema l-ġdida tal-ġestjoni finanzjarja u tal-kontabilità (SUMMA) tal-Kummissjoni u l-kwistjonijiet tekniċi relatati li kellhom impatt fuq l-implimentazzjoni u r-rapportar tal-baġit tal-Aġenzija; jinnota b’mod partikolari l-opinjoni tal-Aġenzija li dawk il-kwistjonijiet kellhom impatt ukoll fuq ir-rata għolja ta’ pagamenti mhux eżegwiti fil-ħin (52,9 %) u kkumplikaw il-monitoraġġ ta’ oqsma b’volatilità għolja tal-ispejjeż bħal laqgħat ta’ koordinazzjoni (CMs); jinnota f’dan il-kuntest l-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija, li tikser xi wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, ma aġġornatx l-istrateġija tagħha ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju biex tkopri r-riskji marbuta mal-implimentazzjoni tas-SUMMA, u lanqas iċ-ċirkwiti finanzjarji tagħha u strateġija ta’ kontrolli ex-ante u ex-post u ma vverifikatx speċifikament id-drittijiet li ġew attribwiti lil utent f’dik is-sistema, li jikkostitwixxi riskju li r-rwoli tal-utent fis-SUMMA jistgħu ma jiġux assenjati u aġġornati b’mod korrett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ma kkonformatx mal-limiti ta’ żmien għall-ħlasijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju għal 1 222 mit-total ta’ 2 308 pagamenti (52,9 %); ifakkar u jissottolinja li f’720 mill-każijiet kollha (31,5 %), il-pagamenti saru tard b’aktar minn 30 jum; jinnota li l-Aġenzija tattribwixxi dan in-nuqqas, li fil-fehma tal-Qorti jesponi lill-Aġenzija għal riskju finanzjarju u reputazzjonali u jmur kontra l-prinċipju tal-ekonomija, għall-implimentazzjoni tas-SUMMA; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li SUMMA kienet f’fażi pilota u kien hemm dewmien u diffikultajiet tekniċi fl-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet li kellhom impatt fuq it-taħriġ tal-persunal u ħolqu xi sfidi fuq il-ġestjoni baġitarja; jinnota fl-aħħar nett li minkejja l-ammont miżjud ta’ pagamenti tard, l-Aġenzija ma ħallset l-ebda imgħax ta’ inadempjenza; jistieden lill-Aġenzija tindirizza bis-sħiħ din l-osservazzjoni, tindirizza d-diffikultajiet tekniċi fl-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress miksub;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jenfasizza l-Istrateġija Pluriennali l-ġdida 2022-2024 (MAS) tal-Aġenzija li tistabbilixxi ħames objettivi li kull wieħed ikopri għadd ta’ oqsma ta’ azzjoni strateġika; josserva li l-Aġenzija ddefiniet 67 KPI fil-pjan ta’ ħidma annwali tagħha għall-2022 u 14-il KPI pluriennali għall-MAS; jinnota li, minbarra l-KPIs meqjusa li ma jistgħux jitkejlu jew mhux rilevanti, l-Aġenzija kisbet il-miri għal 47 KPI minn 59 (88 %), li jirrappreżenta żieda meta mqabbla mal-2021 (73 %); jinnota li fl-2022 l-Aġenzija għamlet progress kostanti lejn il-ksib tal-KPIs pluriennali tagħha b’10 minnhom (72 %) fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira tagħhom u tlieta (21 %) li jeħtieġu aktar attenzjoni, filwaqt li r-riżultati finali għall-KPIs tal-MAS se jiġu rrapportati fl-aħħar tal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-għadd ta’ każijiet riferuti lill-Aġenzija mill-Istati Membri kompla jikber, b’total ta’ 11 544 każ ttrattati fl-2022 (li minnhom 5 227 infetħu ġodda), li jirrappreżenta żieda ta’ 14 % meta mqabbel mal-2021; ifaħħar f’dan il-kuntest il-kontribut tal-Aġenzija fl-għoti ta’ pariri legali, analiżi u assistenza għall-operazzjonijiet li jirriżultaw f’941 riżultat operattiv b’appoġġ għal 528 każ, inkluż fir-rigward ta’ każijiet kumplessi li wasslu għall-arrest ta’ persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ persuni (inklużi migranti), kif ukoll ir-repressjoni jew l-azzjonijiet kontra n-networks kriminali f’oqsma bħall-ħasil tal-flus, l-isfruttament sesswali, il-frodi tal-investiment online jew it-traffikar tad-droga; jinnota barra minn hekk b’sodisfazzjon li, fl-2022, l-Aġenzija appoġġjat 265 Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta (SIK) (li minnhom 78 SIK kienu stabbiliti ġodda), organizzat 528 CM u 22 Ċentru ta’ Koordinazzjoni (CCs), iffaċilitat l-eżekuzzjoni ta’ 1 262 Mandat ta’ Arrest Ewropew (li minnhom 504 kienu każijiet ġodda) u ppermettiet l-użu ta’ 5 415-il Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea (li madwar nofshom infetħu reċentement); jinnota li l-Aġenzija żżomm relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), bil-ħsieb li ssaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-azzjonijiet meħuda bi tweġiba għall-invażjoni illegali u mhux ipprovokata Russa tal-Ukrajna fl-2022; jinnota li tliet ġimgħat wara li bdiet il-gwerra, l-Aġenzija appoġġjat it-twaqqif tas-SIK li tinvestiga allegati reati internazzjonali ewlenin imwettqa fl-Ukrajna bil-għan li tiffaċilita l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet fl-istati kkonċernati; jinnota li l-Aġenzija tat appoġġ legali u operazzjonali lill-uffiċċji nazzjonali relatati mal-estensjoni tal-ftehim tas-SIK għal partijiet ġodda (l-Estonja, il-Latvja, ir-Rumanija u s-Slovakkja), kif ukoll analiżi legali u opinjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-SIK; jinnota barra minn hekk li l-Aġenzija tipprovdi appoġġ operazzjonali lit-Task Force “Iffriżar u Sekwestru tal-UE” stabbilita mill-Kummissjoni billi tikkoordina l-infurzar tal-Istati Membri tas-sanzjonijiet tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, li jsir permezz ta’ diversi azzjonijiet, bħall-kontroverifika regolari tal-lista ta’ individwi u kumpaniji sanzjonati mill-Unjoni mad-data tal-Aġenzija dwar każijiet eżistenti ttrattati mill-Aġenzija u li jiġbru informazzjoni rilevanti fil-livell nazzjonali dwar investigazzjonijiet tal-passat u li għadhom għaddejjin relatati ma’ dawk elenkati fil-lista tas-sanzjonijiet biex jiffaċilitaw il-proċedimenti kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022 l-Aġenzija tejbet il-kooperazzjoni operattiva u strateġika tagħha ma’ diversi partijiet ikkonċernati, bħall-aġenziji Ewropej tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (ĠAI), l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-OLAF, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), kif ukoll in-networks ta’ prattikanti ġudizzjarji, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; jinnota b’mod partikolari l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-Aġenzija għall-Ġestjoni Operattiva ta’ Sistemi tal-IT tal-Unjoni Ewropa fuq Skala Kbira fiż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) dwar rapport konġunt dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (AI) li jappoġġja l-kooperazzjoni transkonfinali fil-ġustizzja kriminali, mal-Aġenzija għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea (CEPOL) fuq 16-il kors li jkopru l-kooperazzjoni ġudizzjarja u mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropewal-Unjoni Ewropea (Europol) dwar il-proġett SIRIUS u s-sistema “hit/no-hit” tal-Europol; mal-awtoritajiet nazzjonali minn 20 Stat Membru, il-Europol, l-OLAF u l-UPPE dwar l-Operazzjoni SENTINAL immirati kontra l-fondi ta’ rkupru tal-COVID-19; jenfasizza l-kontribut tal-Aġenzija għall-inizjattivi tal-Kummissjoni fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja (SIS II, CMS, ECRIS-TCN, fost oħrajn); jinnota li l-Aġenzija ilha tiddependi fuq network dejjem jikber ta’ Punti ta’ Kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi, filwaqt li fl-2022, in-numru totali ta’ Punti ta’ Kuntatt tal-Aġenzija kiber biex jinkludi l-Awstralja, il-Bahrain u l-Marokk; ifaħħar l-espansjoni tal-kooperazzjoni tal-Aġenzija dwar kwistjonijiet kriminali fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari permezz tal-Programm tal-Ġustizzja EuroMed mal-Pajjiżi Sħab tan-Nofsinhar u proġett iffinanzjat mill-UE li jiffoka fuq il-kooperazzjoni transfruntiera fil-ġustizzja kriminali fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Japprezza l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ffaċilitata mill-Aġenzija u l-kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi kollha fil-katina tal-ġustizzja kriminali, li kkontribwiet għall-arrest ta’ aktar minn 4 000 persuna suspettata, il-qbid u/jew l-iffriżar ta’ assi kriminali b’valur ta’ kważi EUR 3 biljun u l-qbid ta’ drogi b’valur ta’ kważi EUR 12-il biljun;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u kisbiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li, minbarra t-tnedija tas-SUMMA, l-Aġenzija kompliet ittejjeb il-proċessi u l-għodod tagħha ta’ Ġestjoni Ibbażata fuq l-Attività, billi żiedet l-effiċjenza, il-kwalità/l-integrità tad-data u l-użabbiltà tal-għodda ta’ ppjanar tagħha, billi introduċiet għodda ġdida għar-reġistrazzjoni tal-attivitajiet, u billi tkompli l-mixja gradwali tagħha mill-output għall-KPIs tar-riżultati; ifaħħar lill-Aġenzija talli bdiet diskussjoni mal-Europol biex tesplora l-kondiviżjoni potenzjali tas-servizzi mediċi fil-futur; ifaħħar ukoll id-deċiżjoni tal-Aġenzija li żżomm ċerti effiċjenzi miksuba matul il-pandemija tal-COVID-19; jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li fl-2022 l-Aġenzija organizzat online 47 % tas-CMs u t-taħriġ tal-persunal u l-proċeduri tal-għażla kollha, u b’hekk naqqset b’mod sinifikanti l-ispejjeż finanzjarji u tar-riżorsi umani relatati, kif ukoll 29 % tas-CMs kollha fil-modalità ibrida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li, bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza, żewġ proġetti madwar l-organizzazzjoni kollha bdew jaħdmu fl-2022, il-Portal tas-Self Service tal-Aġenzija u Pexip, is-sistema l-ġdida ta’ vidjokonferenzi għal CMs u CCs, b’mill-inqas sa 10 interpretazzjonijiet simultanji; jinnota wkoll li l-analiżi għall-migrazzjoni tal-Extranet eżistenti u l-għażla tal-fornituri għas-sostituzzjoni tas-sistema tal-Librerija tlestew, filwaqt li għodda tal-firma elettronika ċċertifikata għadha għaddejja b’riżultat mistenni fl-2024; ifaħħar lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni ta’ erba’ moduli SYSPER ġodda (Valutazzjoni, Titoli tal-impjiegi/Deskrizzjonijiet tal-impjiegi, NDP, Rapportar), flimkien mal-ħames moduli diġà implimentati fis-snin preċedenti; jinnota l-impenn tal-Aġenzija li timplimenta bis-sħiħ is-SYSPER sal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija għadha mhijiex fost l-aġenziji li stabbilew pjanijiet korporattivi sabiex itejbu l-effiċjenza enerġetika u n-newtralità klimatika tal-operazzjonijiet tagħhom, għandhom xi forma ta’ rapportar ambjentali integrat fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom jew irċevew ir-reġistrazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS); ifakkar li fl-2021 l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ konformità EMAS/ISO 14001; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2022 l-Aġenzija rċeviet ir-rapport finali mill-kumpanija ta’ konsulenza esterna, inkluża l-informazzjoni rilevanti kollha rigward ir-regolamenti relatati mal-ambjent fin-Netherlands; jinnota wkoll li matul l-2022, l-Aġenzija ngħaqdet mas-sejħa għall-offerti pubblika għal konsulenza fis-Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali u t-Tnaqqis u t-Tpaċija tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 100 % tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija ġiet eżegwita (l-istess bħal fl-2021), b’221 aġent temporanju maħtur minn total ta’ 221 kariga ta’ aġent temporanju (TAs) awtorizzat fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni għall-2022, filwaqt li 209 minn 221 TA kienu fil-post u ntbagħtu 12-il ittra ta’ offerta; jinnota li, barra minn hekk, 18-il aġent kuntrattwali u 22 espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija fl-2022; jinnota wkoll li sar eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni, li wassal biex 53 membru tal-persunal ġew ikklassifikati mill-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota r-rappreżentanza tal-ġeneru fi ħdan l-Aġenzija għall-2022, b’sitt irġiel (60 %) u erba’ nisa (40 %) fil-maniġment superjuri u intermedju, 16-il raġel (64 %) u disa’ nisa (36 %) fil-bord eżekuttiv tal-Aġenzija, u li l-persunal b’mod ġenerali huwa magħmul minn 85 raġel (33 %) u 175 mara (67 %); jistieden lill-Aġenzija tiżgura bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-persunal u tkompli tħeġġeġ lill-kandidati nisa japplikaw għal pożizzjonijiet maniġerjali, kif ukoll applikazzjonijiet minn kandidati rġiel f’selezzjonijiet esterni għall-bqija tal-pożizzjonijiet tal-persunal; jirrikonoxxi li l-Aġenzija mhijiex responsabbli għall-kompożizzjoni tal-bord eżekuttiv tagħha (minn hawn ’il quddiem “il-Kulleġġ”) peress li l-Membri Nazzjonali tal-Kulleġġ huma maħtura direttament mill-Istati Membri rispettivi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom lill-Kulleġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li bejn l-2017 u l-2022, l-Aġenzija fittxet il-parir minn ditta legali esterna speċjalizzata fil-liġi tas-servizz ċivili tal-Unjoni għal diversi talbiet għall-għajnuna fir-rigward ta’ allegat fastidju psikoloġiku; jinnota li talba għal assistenza riċevuta fl-2021 wasslet għall-ftuħ ta’ żewġ inkjesti amministrattivi separati li fihom l-Aġenzija fittxet l-appoġġ ta’ żewġ investigaturi esterni; jinnota li fiż-żewġ każijiet l-inkjesti ngħalqu mingħajr azzjoni ulterjuri, filwaqt li waħda minnhom ittieħdet anke quddiem il-qorti; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-eżitu ta’ din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li fl-2022 l-Aġenzija adottat regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal li jikkonċernaw, fost oħrajn, it-tmexxija ta’ inkjesti amministrattivi u proċeduri dixxiplinarji, il-liv tad-dar għall-persunal li jservi f’pajjiż terz u l-ħlas tal-benefiċċju tal-edukazzjoni pprovdut lill-membri tal-persunal taħt ċerti kundizzjonijiet; jilqa’ l-miżuri meħuda mill-Aġenzija għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, kif ukoll l-impenn tal-Aġenzija li tadotta, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tar-riżorsi umani, il-“Karta dwar id-diversità u l-inklużjoni” approvata mill-Grupp ta’ Ħidma tan-Network tal-ĠAI dwar id-Diversità u l-Inklużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li l-persunal tal-Aġenzija kienu qed jaħdmu permezz tat-telexogħol sa Marzu 2022; jinnota li, minn April 2022, il-persunal kollu rritorna fil-bini tal-Aġenzija; jinnota f’dan il-kuntest li l-Aġenzija daħħlet fis-seħħ miżuri tranżitorji rigward ix-xogħol fl-uffiċċju u t-telexogħol u organizzat workshops biex tgħin lill-persunal jadatta mentalment għar-ritorn fl-uffiċċju wara telexogħol kontinwu għal sentejn; jinnota wkoll li r-riżultati tal-Istħarriġ tal-Persunal tal-Aġenzija tal-2023 jindikaw li l-miżuri ta’ benessri meħuda mill-Aġenzija fl-2022 effettivament naqqsu l-impatt li kellu t-telexogħol estiż fuq il-persunal; jinnota, b’mod partikolari, li 96 % ta’ dawk li wieġbu kienu pożittivi li jkunu kapaċi jikkoordinaw mal-membri tat-tim minkejja li jaħdmu minn postijiet differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li mill-31 ta’ Diċembru 2022, l-Aġenzija impjegat persunal minn 26 Stat Membru; jinnota li n-nazzjonalitajiet l-aktar rappreżentati fost il-persunal tal-Aġenzija kienu n-Netherlands, l-Italja, Spanja u r-Rumanija; ifakkar fl-importanza tal-bilanċ ġeografiku u jħeġġeġ lill-Aġenzija biex tkompli tieħu l-miżuri meħtieġa biex ikollha rappreżentanza ġeografika bbilanċjata u ġusta;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar fl-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti għall-2020 li kuntratt qafas għall-kiri ta’ vetturi ma’ operatur ekonomiku wieħed ma kienx xieraq għan-natura tas-servizzi meħtieġa u li l-kuntratt mogħti bħala riżultat tal-proċedura, kif ukoll il-pagamenti kollha relatati, kienu irregolari; jinnota mir-rapport tal-Qorti li fl-2022 l-Aġenzija ħallset b’mod irregolari EUR 59 281 taħt dan il-kuntratt u l-osservazzjoni għadha miftuħa; jistieden lill-Aġenzija teżamina l-possibbiltà li jintemm dak il-kuntratt qafas u tniedi proċedura ġdida bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni kif meqjus xieraq mill-Qorti fil-każ ta’ kiri ta’ vetturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija għall-kwittanza tal-2021 (minn hawn ’il quddiem “ir-rapport ta’ segwitu”) li l-Aġenzija tkompli bl-ittestjar tal-Għodda ta’ Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku (PPMT), bl-intenzjoni li tagħmel użu minnha għall-proċeduri l-ġodda tal-akkwist kollha mnedija mill-2024 ’il quddiem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u t-trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota l-proċedura operattiva standard tal-Aġenzija fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess applikabbli għall-kandidati kollha li jiġu offruti pożizzjoni fl-Aġenzija, il-persuni ġodda, il-persunal li jibdel il-pożizzjoni, kif ukoll għall-persunal kollu li jitlaq mill-Aġenzija; jenfasizza li l-Aġenzija stabbiliet Kodiċi ta’ Etika għall-membri tal-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv, madankollu mingħajr politika fil-qasam tar-“revolving doors”; jinnota li, fl-2022, kien hemm każijiet ta’ kunflitti ta’ interess irrapportati u ġestiti, b’mod partikolari fir-rigward tal-involviment tal-membri tal-Kulleġġ fi proċedimenti relatati mal-persunal; jinnota b’apprezzament li l-persuni kkonċernati eskludew lilhom infushom u ma pparteċipawx fid-deliberazzjonijiet u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kulleġġ f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, għalkemm l-Aġenzija ma jkollhiex laqgħat mal-lobbisti, il-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv tal-Aġenzija ma’ mistednin esterni li jżuru l-Aġenzija ġew ippubblikati fuq il-kont tal-Aġenzija fuq Twitter fl-2022 u, mill-2023, fuq is-sit web pubbliku tal-Aġenzija; jiddispjaċih ħafna għall-fatt li, minkejja s-sejħiet ripetuti tal-Parlament f’diversi riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza, l-Aġenzija għadha ma tippubblikax fuq is-sit web tagħha s-CVs tal-persunal kollu tal-maniġment superjuri tagħha u tal-esperti interni u esperti esterni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tippubblika dawk is-CVs jew tispjega r-raġunijiet għaliex l-Aġenzija għadha ma għamlitx dan;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar li fl-2021 kienet għaddejja investigazzjoni tal-OLAF, imwettqa wara lment anonimu rigward allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ; jinnota li fl-2022 l-OLAF irrapporta li ma nstabet l-ebda irregolarità dwar dan; jinnota wkoll f’dan il-kuntest li minħabba li din l-investigazzjoni kienet għadha parzjalment pendenti fl-aħħar tal-2022, u minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, l-OLAF iddeċieda li ma jaqsamx aktar dettalji f’dak l-istadju; jilqa’ mir-rapport ta’ segwitu l-impenn tal-Aġenzija li żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata bi kwalunkwe żvilupp dwar din il-kwistjoni fil-ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li fl-aħħar tal-2022, kien hemm erba’ rakkomandazzjonijiet li kienu mdewma b’mod sinifikanti maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fl-2019 u l-2021; jinnota f’dan il-kuntest li, fir-rigward tar-rakkomandazzjoni tal-IAS mill-2021 fuq inizjattiva proprja dwar il-kompiti operattivi, il-grupp ta’ ħidma intern rilevanti tal-Aġenzija qabel dwar dokument strateġiku u pjan ta’ azzjoni, b’azzjonijiet għal żmien qasir u medju, li wħud minnhom diġà ġew implimentati fl-2023, fejn, soġġett għall-valutazzjoni finali tal-IAS, l-Aġenzija mmarkat dik ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata; jinnota wkoll mir-rapport ta’ segwitu, fir-rigward tar-rakkomandazzjoni tal-IAS mill-2021 biex l-Aġenzija twettaq stħarriġ tal-iCAT biex issaħħaħ il-valutazzjoni tal-kontrolli informali u intanġibbli, li t-tnedija ta’ dak l-istħarriġ, ippjanat fir-raba’ kwart tal-2022, iddewmet minħabba l-implimentazzjoni ta’ proġetti transorganizzazzjonali ewlenin (eż. SUMMA), iż-żieda fil-piżijiet tax-xogħol minħabba prijoritajiet ġodda relatati mal-gwerra fl-Ukrajna, u l-perjodu tranżitorju bejn it-tluq tad-direttur amministrattiv preċedenti u l-ħatra tal-ġdid; jinnota f’dan il-kuntest li l-mistoqsijiet rilevanti tal-iCAT ġew integrati fl-Istħarriġ dwar l-Involviment (SES) tal-Aġenzija mniedi fit-tieni kwart tal-2023; jinnota fl-aħħar nett li, soġġett għall-valutazzjoni finali tal-IAS, dik ir-rakkomandazzjoni hija wkoll meqjusa implimentata mill-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tħaffef l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS miftuħa li fadal, b’mod partikolari dawk li huma mdewma b’mod sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota bi tħassib iż-żieda sinifikanti fin-numru u l-valur ta’ avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità fl-2022 (43 avveniment b’valur ta’ EUR 294 000) meta mqabbel mal-2021 (33 avveniment b’valur ta’ EUR 18 000), filwaqt li tali avvenimenti kienu prinċipalment marbuta ma’ kwistjonijiet bħal li fattura tkun ogħla mill-impenn legali, li l-impenn baġitarju jseħħ wara li jkun assenjat l-impenn legali jew in-nuqqas ta’ ordni ta’ xiri jew kuntratt speċifiku; jinnota li l-Aġenzija tispjega li dik iż-żieda hija marbuta mad-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom fil-ġestjoni baġitarja u finanzjarja fl-2022, minħabba l-introduzzjoni tas-SUMMA; jistieden lill-Aġenzija tindirizza dawn l-osservazzjonijiet u tesplora mudelli biex dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet ma jibqgħux iseħħu fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li fl-2022, il-komponenti u l-prinċipji tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Aġenzija kienu preżenti u kienu qed jaħdmu, u s-sistema kienet b’mod ġenerali effettiva, b’xi titjib meħtieġ fir-rigward, pereżempju, tal-implimentazzjoni tas-SUMMA u l-ħtieġa li jiġi adottat Pjan għall-Irkupru minn Diżastri; ifaħħar lill-Aġenzija għall-adozzjoni ta’ politika dwar funzjonijiet sensittivi, l-abbozz ta’ valutazzjoni tal-kosteffettività u l-benefiċċju tal-ħatra ta’ Kapaċità ta’ Awditjar Intern (IAC), u n-nuqqas ta’ rakkomandazzjonijiet jew osservazzjonijiet kritiċi tal-awditjar fl-2022; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-eżitu tal-valutazzjoni dwar l-IAC; fl-aħħar nett ifaħħar l-azzjonijiet ulterjuri tal-Aġenzija li jsegwu l-adozzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi tal-Aġenzija fl-2021; jinnota f’dan is-sens li fl-2022 l-Aġenzija adottat proċeduri interni ġodda għall-ġestjoni tal-assi u tal-inventarju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-investiment fl-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħha sabiex tgħolli l-viżibbiltà u l-fehim tal-Aġenzija dwar il-ħidma tagħha li tilħaq udjenza wiesgħa; jinnota, bħala riżultat, żieda fil-metriċi tal-media soċjali tal-Aġenzija b’40 %, fin-numru ta’ viżitaturi tas-sit web tal-Aġenzija bi kważi 100 %, u fin-numru ta’ stqarrijiet għall-istampa u aħbarijiet b’16 % fl-2022 meta mqabbel mal-2021, filwaqt li l-indikatur tal-aħħar wassal biex dawn jissemmew kważi ħames darbiet aktar meta mqabbel mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija fl-2022 biex issaħħaħ il-konformità tal-protezzjoni tad-data tagħha; jilqa’ ż-żieda fit-tim tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data (DPO) tal-Aġenzija b’żewġ persunal ieħor għall-kompiti l-ġodda b’rabta mar-Regolament (UE) 2018/1725<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).</FIELD></FOOTNOTE> u l-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija għal reati internazzjonali ewlenin, li żżid r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data; jinnota li fl-2022 id-DPO u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data komplew jorganizzaw laqgħat regolari (kull xahrejn), kif ukoll dawk <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>, u konsultazzjonijiet dwar diversi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data bħal ksur tad-data u lmenti, fost oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifaħħar ukoll lill-Aġenzija talli fl-2022 implimentat diversi miżuri sabiex iżżid iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tar-rekords diġitali fil-pussess tagħha, bħall-iskjerament ta’ telefowns ċellulari korporattivi ġestiti ċentralment u siguri, l-introduzzjoni ta’ sessjonijiet interni ta’ sensibilizzazzjoni CyberCafe u l-implimentazzjoni ta’ protezzjoni kontra attakki distribwiti li jwaqqfu s-servizz, fost oħrajn;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>