<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0249</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0116/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2145(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0083/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lill-Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2145(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0083/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2145(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 73, 28.2.2023, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 224 265 965, li jirrappreżenta żieda ta’ 10,04 % meta mqabbel mal-2021; billi EUR 39 678 000 tal-baġit tal-Aġenzija huma derivati mill-baġit tal-Unjoni u EUR 120 435 000 huma dħul minn tariffi u imposti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), tafferma li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 97,08 %, li jirrappreżenta żieda ta’ 0,77 % meta mqabbel mal-2021; jinnota wkoll li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 87,18 %, li turi tnaqqis żgħir ta’ 0,16 % meta mqabbel mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija temmet is-sena b’riżultat baġitarju tat-tariffi u l-imposti ta’ negattiv EUR 8,2 miljun (meta mqabbel ma’ EUR 11,2-il miljun fl-2021); josserva, b’konsegwenza, li s-surplus akkumulat ta’ tariffi u imposti tnaqqas minn EUR 72,1 miljun għal EUR 63,9 miljun; jinnota li r-rata ta’ approprjazzjonijiet ikkanċellati relatati ma’ impenji riportati għall-2022 kienet ta’ 2,82 %, taħt il-limitu massimu ta’ 5 % stabbilit mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija tiġbor tariffi u imposti għall-forniment ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni, iżda ma tiddokumentax il-kontrolli li twettaq biex tiżgura li dan id-dħul jinġabar b’mod korrett, u għalhekk ma tikkonformax mal-Artikoli 74(5) u 75 tar-Regolament Finanzjarju; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li permezz tagħha l-Aġenzija timpenja ruħha li tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiggarantixxi li l-kontrolli jiġu ddokumentati kif xieraq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li fl-2022 l-Aġenzija użat ċerti miżuri biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha, permezz ta’ taħlita ta’ 128 objettiv u 66 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPIs) fi 11-il qasam ewlieni tal-operat; jinnota li fl-2022 l-Aġenzija kellha prestazzjoni tajba ħafna b’rata ta’ implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha għall-2022 ta’ 97 % u 77 % tal-KPIs tal-Aġenzija mexjin fit-triq it-tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kisbiet ewlenin u l-progress tal-Aġenzija fl-2022 f’oqsma emerġenti marbuta mas-soluzzjonijiet ekoloġiċi u mad-diġitalizzazzjoni; jinnota, f’dan il-kuntest, li l-Aġenzija żiedet l-isforzi tagħha għal avjazzjoni nadifa permezz tal-Programm tal-Avjazzjoni Sostenibbli tal-EASA - 2022 b’diversi azzjonijiet bħall-pubblikazzjoni tat-tielet edizzjoni tar-Rapport Ambjentali tal-Avjazzjoni Ewropea u l-kontribut ta’suċċess għall-konklużjonijiet dwar l-ambjent tal-41 Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO); jinnota li fl-2022 l-Aġenzija wettqet rieżami komprensiv tal-prijoritajiet strateġiċi għall-indirizzar tar-riskji għas-sistema b’rabta mas-sistema tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EPAS); jinnota, f’dan il-kuntest, li r-rieżami rriżulta f’enfasi aktar b’saħħitha fuq il-ġestjoni tal-interdipendenzi tar-riskju, kif ukoll fuq il-kompetenzi tal-persunal, u inkluda prijoritajiet addizzjonali għall-integrazzjoni sikura ta’ teknoloġiji emerġenti u kunċetti kummerċjali ġodda; jinnota li dawn il-prijoritajiet strateġiċi ġodda huma inklużi fl-edizzjoni 2023-2025 tal-EPAS adottata fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota l-azzjonijiet tal-Aġenzija fl-2022 għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għall-Mobbiltà bl-Ajru Urbana permezz tal-pubblikazzjoni tal-gwida għat-tfassil tal-vertiports, il-qafas regolatorju ġdid propost għall-operat tat-taxis tal-ajru fil-bliet, il-linji gwida biex jiġu stabbiliti l-livelli tal-istorbju tad-droni ta’ inqas minn 600 kg u l-Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità u Materjal ta’ Gwida biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni armonizzata, sikura u effiċjenti tal-U-space fl-Unjoni kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifaħħar it-trasformazzjoni diġitali tal-ajru Ewropew, inklużi għażliet ta’ mobbiltà mtejba u kwalifiki simplifikati għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru, il-ħruġ ta’ liċenzji u t-taħriġ u s-Sistemi tal-Art tal-ATM; jitlob li jiġu emendati l-frażjoloġiji SERA RT għall-komunikazzjoni bejn il-bdoti u l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru; jenfasizza li t-trasformazzjoni diġitali tal-ajru Ewropew tinkludi diversi komponenti individwali u elementi kostituttivi li huma soluzzjonijiet kritiċi għall-arkitettura futura tal-ispazju tal-ajru u li għandhom l-għan li jappoġġjaw is-sikurezza, l-effiċjenza u l-prestazzjoni ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-Ajru Uniku Ewropew li jindirizza l-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew u jimmira li jtejjeb il-prestazzjoni tal-ATM mill-perspettivi tas-sikurezza, il-kapaċità, il-kosteffiċjenza u l-ambjent; jilqa’ l-ħidma tal-Aġenzija fir-riforma tal-Ajru Uniku Ewropew 2+ fl-2022, b’mod partikolari fl-armonizzazzjoni tal-ATCOs permezz tal-ħruġ ta’ liċenzji u ċ-ċertifikazzjoni mill-Aġenzija tas-sistemi tal-art tal-ATM/ANS; ifaħħar il-fatt li ż-żewġ riformi jnaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-kapaċità għall-ATM, u jipprovdu valur miżjud sinifikanti għall-pakkett ta’ inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew 2+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jifhem it-tħassib dwar il-flotot tal-passiġġieri Russi; jilqa’, b’mod partikolari, l-involviment tal-Aġenzija fit-Tim tas-Sikurezza tal-Ispazju tal-Ajru Ċivili-Militari tal-Ukrajna, speċjalment fir-rigward tat-talbiet dejjem jiżdiedu għall-ispazju tal-ajru biex jiġu ffaċilitati l-eżerċizzji militari nazzjonali u tan-NATO; jirrikonoxxi l-implimentazzjoni b’suċċess tal-programm ta’ ħidma mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), li saħħet b’mod sinifikanti l-kollaborazzjoni fil-fruntiera emerġenti tal-innovazzjoni; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija appoġġjat l-inizjattivi tal-Kummissjoni fil-qafas tal-programm RescEU (il-kuntratt tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u l-kapaċità tal-MEDEVAC/trasport ajrunawtiku);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-azzjonijiet tal-Aġenzija b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni fil-konfront tal-Ukrajna, bħall-pubblikazzjoni ta’ Bullettin ta’ Informazzjoni dwar iż-Żoni ta’ Kunflitt li jirrakkomanda lill-operaturi biex ma jtirux fuq iż-żoni b’attività militari intensa jew intensiva, u l-pubblikazzjoni tal-Bullettin ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza fir-rigward tal-qtugħ intermittenti tal-GNSS qrib iż-żoni ta’ kunflitt fl-Ukrajna; ifaħħar, f’dan il-kuntest, il-fatt li wara l-fażi ta’ prova tal-inizjattiva, il-Pjattaforma Ewropea għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni u l-Kooperazzjoni dwar iż-Żoni ta’ Kunflitt bdiet topera bil-għan li tikkondividi informazzjoni dwar it-theddid għall-avjazzjoni ċivili li jirriżulta minn żoni ta’ kunflitt jew ribelljoni armata; jenfasizza wkoll li l-invażjoni illegali tal-Ukrajna rriżultat fi problemi ġodda għas-sikurezza u aggravat dawk li kienu jeżistu diġà; itenni l-appell tiegħu għal relazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet tal-Avjazzjoni tal-Istat u Militari Ewropej, u l-EDA, l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fl-Armamenti (OCCAR) u n-NATO, kif xieraq għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139, biex jittejbu s-sikurezza u s-sigurtà tat-titjiriet fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Aġenzija kkonformat mas-sanzjonijiet u l-politiki stabbiliti mill-Kummissjoni wara l-invażjoni illegali Russa tal-Ukrajna fl-2022 u l-attivitajiet kollha ta’ kooperazzjoni mar-Russja ġew sospiżi, filwaqt li l-Aġenzija ffukat l-attenzjoni tagħha fuq attivitajiet li jappoġġjaw lill-Ukrajna; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-fatt li t-tim ta’ Koordinament tar-Rampa tal-Aġenzija appoġġja lill-Kummissjoni fl-istabbiliment ta’ lista ta’ reġistrazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru li huma użati jew ikkontrollati minn ċittadini Russi, filwaqt li l-lista ġiet aġġornata 38 darba u kopriet aktar minn elf inġenju tal-ajru fl-2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-kondiviżjoni tar-riżorsi dwar kompiti u kompetenzi li jikkoinċidu ma’ Aġenziji oħra, inkluż fl-oqsma tas-servizzi konsultattivi tar-riżorsi umani, id-diġitalizzazzjoni u l-għodod, it-tagħlim elettroniku u l-istħarriġ, kif ukoll għall-parteċipazzjoni f’sejħiet għall-offerti interistituzzjonali u bejn l-aġenziji; jinnota li l-Aġenzija qed tikkollabora mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-elaborazzjoni ta’ rapporti bħar-Rapport Ambjentali tal-Avjazzjoni Ewropea, mal-Eurocontrol għal opportunitajiet reċiproċi f’soluzzjonijiet ta’ tagħlim relatati mal-avjazzjoni u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji permezz ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni ffirmat fl-2022 li jistabbilixxi djalogu strutturat regolari u jsaħħaħ il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-għarfien u l-esperjenza f’diversi oqsma ta’ kooperazzjoni; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija għandha sħubijiet strateġiċi għall-kondiviżjoni tar-riżorsi u tal-informazzjoni ma’ kważi l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni kollha kompetenti fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Aġenzija stabbiliet numru ta’ sħubijiet ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni biex ittejjeb l-effiċjenza u l-koerenza, fosthom l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u l-Impriża Konġunta SESAR 3; jilqa’ pożittivament il-kooperazzjoni ma’ diversi aġenziji fil-qasam ta’ soluzzjonijiet ta’ apprendiment dwar temi ta’ interess komuni fl-ambiti tas-servizzi ta’ konsulenza fil-qasam tar-riżorsi, id-diġitalizzazzjoni u l-għodod, l-apprendiment elettroniku u l-istħarriġ, fosthom l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li fl-2020, il-programm ta’ trasformazzjoni istituzzjonali “Destination: Future proof” (Destinazzjoni: validi għall-futur) ġie stabbilit biex inaqqas l-ispejjeż, itejjeb l-effiċjenza u jindirizza l-ixpruni ewlenin tal-Aġenzija; jinnota li dak il-programm, konkluż formalment fl-2022, wettaq bidliet ewlenin li jinkludu, fost l-oħrajn, proċedura simplifikata ta’ tfassil tar-regoli, servizzi ta’ qabel l-applikazzjoni għal teknoloġiji innovattivi u proċess imtejjeb ta’ programmazzjoni korporattiva, kif ukoll gwadann ta’ 12 % fil-produttività (meta jitqabblu l-outputs tal-2022 ma’ dawk tal-2019) ekwivalenti għal tnaqqis fl-ispejjeż ġenerali tal-Aġenzija ta’ 36 ekwivalenti għall-full time; jilqa’ l-fatt li ġew stabbiliti l-approċċ tal-programm biex tinkiseb l-effiċjenza kif ukoll l-infrastruttura biex jinbdew inizjattivi ġodda sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tkompli ttejjeb il-proċessi u d-diġitalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija għall-monitoraġġ u għall-ġestjoni tal-impronta ambjentali tagħha f’oqsma relatati, fost l-oħrajn, mal-bini, mas-servizzi ta’ utilità pubblika u l-provvisti tagħha; jinnota, f’dan il-kuntest, li l-Aġenzija ottimizzat l-użu tal-enerġija u l-konsum tal-ilma fil-bini tagħha, tixtri enerġija elettrika 100 % rinnovabbli, iċċentralizzat punti ta’ ġbir tal-iskart fl-ispazji tat-tim tal-Aġenzija u għandha miżuri fis-seħħ biex tnaqqas il-karti u l-provvisti għall-uffiċċju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija tkompli tapplika l-kriterji u r-rekwiżiti rilevanti tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku bl-użu tal-għodod disponibbli fis-sejħiet għall-offerti tagħha; jinnota wkoll li fl-2022 membru wieħed tal-persunal ġie reklutat bl-għan li jiġu żgurati riżorsi biex terġa’ tinbeda l-analiżi tal-istrumenti ta’ titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet, b’enfasi primarja fuq l-EMAS u l-ISO 14001; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati ta’ dik l-analiżi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 95,59 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet implimentata, u nħatru 651 aġent temporanju minn 681 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 680 pożizzjoni awtorizzata fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, fl-2022 95 aġent kuntrattwali u 23 espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija għamlet investimenti sinifikanti fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi matul l-2022 u offriet opportunitajiet ta’ progress fil-karriera b’politika ta’ kompetenza mġedda; jinnota, f’dan il-kuntest, li fl-2022 l-Aġenzija rreklutat b’suċċess aktar minn 60 membru ġdid tal-persunal, attwat it-tielet ġenerazzjoni tal-Junior Qualification Programme (JQP) (Programm ta’ Talent Żagħżugħ), offriet opportunitajiet interni għall-iżvilupp tal-karriera lil aktar minn 70 membru tal-persunal u tat 98 % tat-taħriġ tekniku ppjanat lill-persunal; ifaħħar ir-rata baxxa ħafna ta’ dawran tal-persunal (0,1 %) tal-Aġenzija fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Josserva bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġment superjuri u intermedju tal-Aġenzija, fejn 17 minn 22 (77 %) huma rġiel u fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija, li fih 59 minn 79 (75 %) huma rġiel; jinnota wkoll il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’525 minn 757 (69 %) huma rġiel; jinnota li l-Aġenzija qed timmonitorja sistematikament id-distribuzzjoni tal-ġeneri fost l-applikanti u tattira b’mod attiv lil kandidati nisa, billi tippubblika l-pożizzjonijiet fil-fora adatti, tħeġġeġ b’mod espliċitu applikazzjonijiet minn kandidati nisa u tforni deskrizzjoni tal-pożizzjonijiet b’informazzjoni preċiża peress li dan jista’ jaffettwa l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tilħaq il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali u ġenerali tal-persunal permezz ta’ azzjonijiet konkreti li jattiraw applikazzjonijiet minn nisa għal pożizzjonijiet offruti mill-Aġenzija; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-Aġenzija baqgħet tagħti attenzjoni lill-bilanċ bejn il-ġeneri, lill-bilanċ ġeografiku u lid-diversità; ifakkar fl-importanza li tiġi żviluppata politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-offerta ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-iżvilupp tal-karriera, ix-xogħol mid-dar, id-dritt għall-iskonnessjoni, it-titjib tal-bilanċ ġeografiku biex ikun hemm rappreżentanza xierqa tal-Istati Membri kollha u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà kif ukoll il-promozzjoni tat-trattament ugwali tagħhom l-opportunitajiet offruti lilhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Aġenzija fir-rigward tal-miżuri ta’ segwitu meħuda fid-dawl tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (ir-“rapport tal-Aġenzija”), li, abbażi tal-programm tagħha għall-ġestjoni tal-kompetenzi u l-ippjanar strateġiku tal-forza tax-xogħol, l-Aġenzija identifikat xenarju stabbli fir-rigward tal-persunal 2022+ b’investimenti sinifikanti fir-riżorsi esterni f’oqsma ta’ għarfien espert tekniku u istituzzjonali kemm għal kompiti tradizzjonali kif ukoll għal oqsma emerġenti bbażati fuq il-prijoritajiet strateġiċi ta’ nofs it-terminu tal-Aġenzija, inklużi pereżempju t-teknoloġiji ġodda, iċ-ċibersigurtà, il-valutazzjoni tas-sikurezza, it-testijiet tat-titjira u r-riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li fl-2022 ġie rrappurtat każ wieħed ta’ fastidju li għalih l-Aġenzija użat is-servizzi ta’ investigatur estern tan-network interaġenziji, bil-konklużjoni li l-fastidju ma setax jiġi kkonfermat; jinnota wkoll li fl-2022 ġew irrapportati total ta’ 4 każijiet ta’ eżawriment, l-istess ċifra bħal fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar mir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-aġenziji tal-Unjoni għall-2021, fl-osservazzjoni rigward in-nuqqas ta’ konformità tal-Aġenzija mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, dik l-osservazzjoni baqgħet miftuħa; jinnota, madankollu, mir-rapport tal-Aġenzija li l-Aġenzija sadanittant stabbiliet formalment Kumitat Konġunt, minbarra li rrevediet il-proċeduri tagħha biex tindirizza d-dgħufijiet identifikati mill-Qorti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija kkonkludiet kuntratt ma’ fornitur ta’ servizzi wieħed għall-iżvilupp kontinwu ta’ sistema ta’ rapportar tal-inċidenti għall-valur ta’ EUR 1,9 miljun bl-użu ta’ proċedura ta’ urġenza estrema; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li peress li l-kundizzjonijiet ġuridiċi għall-użu ta’ dik il-proċedura ma ġewx issodisfati, il-proċedura kienet irregolari, bħalma kienu wkoll il-pagamenti assoċjati kollha (EUR 261 385) li saru fl-2022; jinnota, madankollu, ir-risposta tal-Aġenzija li l-kuntrattur li ngħata l-kuntratt kien l-uniku wieħed li seta’ jkompli l-iżvilupp ta’ dik is-sistema mingħajr ma joħloq tfixkil u riskju immedjat għas-sikurezza b’konsegwenzi li jistgħu jkunu katastrofiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li, skont l-osservazzjonijiet tal-Qorti, l-Aġenzija, wara li nediet proċedura ta’ sejħa għall-offerti għas-servizzi ta’ ġestjoni tal-avvenimenti, immodifikat il-prezz tal-offerta mingħajr ma segwiet id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 151 tar-Regolament Finanzjarju; josserva li wara lment mill-offerent, l-Aġenzija wettqet it-tieni evalwazzjoni li wasslet għall-esklużjoni tal-offerent għar-raġuni li “ma ssodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti”, madankollu mingħajr ma speċifikat liema rekwiżiti ma ġewx issodisfati; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-esklużjoni tal-offerent ma kinitx iġġustifikata kif xieraq; jistieden lill-Aġenzija tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiggarantixxi li, fi proċeduri ta’ akkwist futuri, kwalunkwe korrezzjoni fil-prezz jew esklużjoni tal-offerenti tkun iġġustifikata skont il-bażi ġuridika applikabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi s-sistema eżistenti tal-Aġenzija għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess li tinkludi eżerċizzju annwali li matulu l-persunal jintalab jirrieżamina u jaġġorna (jekk ikun meħtieġ) kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tagħhom li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali; jinnota li, fl-2022, mid-dikjarazzjonijiet ta’ interess kollha ppreżentati mill-persunal f’diversi kuntesti (dikjarazzjoni annwali, impjegati ġodda, attivitajiet ta’ wara l-impjieg jew esterni/liv fuq raġunijiet personali) u vvalutati mill-Aġenzija f’konformità mal-proċedura applikabbli, 4 każijiet ġew riferuti għal opinjoni lill-Kumitat tal-Etika tal-Aġenzija; jilqa’ l-fatt li fl-2022 ma kien hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ kunflitti ta’ interess u l-każijiet kollha li fihom ġie identifikat riskju ta’ kunflitt ta’ interess reali jew potenzjali setgħu jiġu mitigati permezz ta’ miżuri speċifiċi, pereżempju perjodu ta’ preklużjoni, projbizzjonijiet ta’ lobbying jew in-nuqqas ta’ involviment f’ċerti kompiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord u tal-maniġers superjuri u intermedji huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota wkoll li l-Aġenzija ma telenkax il-laqgħat kollha tagħha mal-lobbisti jew mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess fuq il-paġna web tagħha u jistieden lill-Aġenzija tagħmel dan mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija hija miftuħa għall-possibbiltà ta’ strateġija interna kontra l-korruzzjoni għall-futur, iżda f’dan il-mument iqis li, skont id-data rreġistrata f’dawn l-aħħar snin, ma hemm l-ebda theddida f’dan ir-rigward; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija tevalwa mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha u tieħu passi biex tistabbilixxi strateġija interna kontra l-korruzzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li fl-2022, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni li vvaluta jekk il-kontrolli fis-seħħ jipprovdux aċċertament raġonevoli rigward il-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni humiex organizzati b’mod effiċjenti biex jappoġġjaw b’mod effettiv il-kisba tal-objettivi kummerċjali tal-Aġenzija; jinnota wkoll li bħala riżultat ta’ dak l-awditu, tqajmu tliet rakkomandazzjonijiet li għalihom l-Aġenzija abbozzat pjan ta’ azzjoni li għandu jiġi implimentat matul l-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-programm ta’ awditjar tal-2022 tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija kien jikkonsisti minn 8 inkarigi, jiġifieri 4 awditi ta’ aċċertament, inkluż awditu wieħed imwettaq mill-IAS, 2 konsultazzjonijiet, u 2 awditi ta’ segwitu; jinnota li matul l-awditi ta’ segwitu tal-2022, 2 mit-13-il azzjoni identifikata fl-awditi inizjali mill-2021 setgħu jingħalqu, filwaqt li sitt azzjonijiet ġew ivvalutati bħala parzjalment implimentati u ħames azzjonijiet baqgħu miftuħa; jistieden lill-Aġenzija tieħu l-miżuri meħtieġa biex tindirizza dawk l-azzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifaħħar l-attenzjoni li tagħti l-Aġenzija lill-integrazzjoni tal-Ukrajna bħala pajjiż kandidat fi ħdan is-sistema tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota, mir-rapport tal-Aġenzija, li fl-2022 l-Aġenzija wettqet studju komprensiv dwar l-utilizzabbiltà li jinvolvi t-“tree testing” u intervista individwali mal-utenti; jinnota li l-istudju pprovda għarfien kwalitattiv li, flimkien mal-għarfien kwantitattiv, mistennija jtejbu l-EASA Pro, l-EASA Light u l-komunitajiet fuq is-sit web tal-Aġenzija; ifaħħar lill-Aġenzija talli stabbiliet proġett biex l-EASA Light (parti ddedikata mis-sit web tal-Aġenzija li tispjega l-attivitajiet tagħha b’Ingliż sempliċi u mhux tekniku) isir disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>