<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0250</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0129/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2151(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0089/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0129/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2151(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0089/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0129/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2151(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0129/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 178, 29.4.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2022 kien EUR 149 841 816,93, li jirrappreżenta żieda ta’ 15,99 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit tal-Awtorità huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2022 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li ngħatat aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fir-rigward tas-settur tal-akkwist tal-Awtorità, ma ġiet irrapportata ebda kwistjoni li tirrikjedi azzjonijiet korrettivi għall-2022, u lanqas ma hemm azzjonijiet korrettivi għaddejjin jew pendenti mill-awditi u l-valutazzjonijiet tas-snin preċedenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fir-rigward tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Awtorità, ma ġiet irrapportata ebda kwistjoni li teħtieġ azzjonijiet korrettivi għall-2022, u lanqas ma hemm azzjonijiet korrettivi għaddejjin jew pendenti mill-awditi u l-valutazzjonijiet tas-snin preċedenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit, matul is-sena finanzjarja 2022, irriżultaw f’implimentazzjoni tal-baġit b’rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 99,95 %, li meta mqabbla mal-2021 tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta’ 0,04 %; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 89,77 %, li meta mqabbla mal-2021 tirrappreżenta żieda ta’ 0,92 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li nuqqas ta’ riżorsi u pożizzjonijiet għall-awtoritajiet regolatorji tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jirriżulta f’dewmien għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi b’riskju baxx u għall-aġġornament tal-metodoloġiji ta’ valutazzjoni skont l-iżviluppi xjentifiċi, li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-Awtorità jkollha biżżejjed riżorsi u pożizzjonijiet biex tappoġġja lill-Istati Membri ħalli jilħqu l-iskadenzi tagħhom kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tirdoppja l-ammont ta’ valutazzjonijiet ta’ sustanzi attivi għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kull sena u tittriplika l-ħeffa li biha tiżviluppa l-metodoloġiji biex il-valutazzjonijiet tar-riskju jinżammu aġġornati mal-aħħar żviluppi xjentifiċi u f’konformità mal-aspettattivi tas-soċjetà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-kontribut tal-Awtorità għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-għalf tal-Unjoni, kif ukoll l-isforzi konsiderevoli tagħha biex tipprovdi konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju, tikkomunika b’mod ċar lill-pubbliku l-outputs tagħha, u l-informazzjoni li huma bbażati fuqha, u tikkoopera ma’ partijiet interessati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità implimentat qafas ta’ prestazzjoni integrat li jgħaqqad ir-riżorsi u l-attivitajiet mal-outputs u r-riżultati mistennija, ikkomplementat minn sett ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex timmonitorja u tixpruna l-prestazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-prestazzjoni mqabbla mal-miri stabbiliti fil-Qafas ta’ Prestazzjoni laħqet rata ġenerali ta’ 96 %; josserva li l-oqsma tal-Objettiv Strateġiku 2 (L-iżgurar tat-tħejjija għall-ħtiġijiet futuri tal-analiżi tar-riskju) u l-Objettiv Strateġiku 3 (L-għoti tas-setgħa lin-nies u l-iżgurar tal-aġilità organizzattiva), kellhom prestazzjoni tajba b’mod ġenerali, filwaqt li l-qasam tal-Objettiv Strateġiku 1 (“L-Għoti ta’ Pariri Xjentifiċi Affidabbli u Komunikazzjoni dwar ir-Riskji ta’ “mill-Għalqa sal-Platt””), affettwat ħafna mill-implimentazzjoni ta’ regoli u proċeduri ġodda skont ir-Regolament (UE) 2019/1381<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 231, 6.9.2019, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, kien iddevja mill-mira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li l-Awtorità ffinalizzat 586 mistoqsija xjentifika mis-701 mistoqsija fil-mira rigward l-Objettiv 1: “L-Għoti ta’ Pariri Xjentifiċi Affidabbli u Komunikazzjoni dwar ir-Riskji ta’ “mill-Għalqa sal-Platt””; jinnota li minkejja li l-għadd ta’ mistoqsijiet xjentifiċi magħluqa kien inqas minn dak imbassar, ġeneralment kien daqs il-mistoqsijiet li daħlu ġodda li waslu matul is-sena, u b’hekk żgura li l-ammont ta’ mistoqsijiet miftuħa ma żdiedx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-qasam tal-komunikazzjoni tas-sejbiet irreġistra riżultati pożittivi ħafna, bil-puntwalità tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal tal-Awtorità li żżomm il-prestazzjoni pożittiva miksuba matul l-aħħar sentejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jieħu nota li l-2022 immarkat l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2027; l-Istrateġija 2027, imfassla bħala evoluzzjoni tal-Istrateġija 2020, hija ffukata fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1381 (fuq terminu qasir) u tħejji lill-Awtorità biex tindirizza politiki ġodda tal-Unjoni li qed jevolvu (fuq terminu itwal);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-organizzazzjoni tal-Awtorità ta’ “ONE Conference - Health, Environment, Society” (Konferenza ONE - Saħħa, Ambjent, Soċjetà) f’Ġunju 2022, li tenfasizza r-rabta bejn is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u dik ambjentali u li twassalna għal “saħħa waħda-ambjent wieħed”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità nediet kampanja dwar id-Deni tal-Ħnieżer Afrikan fi sħubija ma’ 18-il Stat Membru; jinnota wkoll li l-Awtorità tat kontribut għall-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li, skont l-Istħarriġ Annwali tal-Istrateġija mniedi mill-Awtorità fejn talbet feedback mingħand il-klijenti, is-sħab u l-partijiet ikkonċernati tagħha li huma involuti direttament jew indirettament fl-għoti tal-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità, il-kapaċità tal-Awtorità li tipprovdi l-pariri tagħha f’waqthom tibqa’ tingħata attenzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Josserva li l-Awtorità ilha tikkollabora mal-Awtorità Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, fil-kuntest tal-Istrateġija l-ġdida tal-Unjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi, u maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex tiżviluppa sistemi għall-ġbir u l-analiżi tas-sekwenzjar ġenomiku; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità qasmet ir-riżorsi umani u r-riżorsi tar-riċerka mal-Aġenziji Aħwa u maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka; jenfasizza wkoll il-benefiċċji orizzontali ta’ ħidma flimkien u l-adattament tal-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità żiedet l-isforzi tagħha fl-2022 biex tikkonsolida l-implimentazzjoni ta’ proċessi u għodod tal-IT ġodda, filwaqt li ppruvat tikseb livell għoli ta’ effiċjenza u timmassimizza s-sinerġiji ma’ aġenziji oħra; jinnota wkoll li wħud mir-riżultati tal-Awtorità rigward l-effiċjenza u l-kisbiet fl-għodod tal-IT meħuda fl-2020-2022 ma kinux fil-mira sa tmiem l-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni tal-Awtorità li ssaħħaħ il-ġestjoni konġunta tad-data mal-Istati Membri u ma’ aġenziji oħra sabiex ittejjeb il-kwalità u l-interoperabbiltà tad-data (f’konformità mal-approċċ Saħħa Waħda);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kellha rata ta’ implimentazzjoni ta’ 95,55 %, b’5 uffiċjali u 382 aġent temporanju maħtura mit-total ta’ 405 pożizzjonijiet awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 380 pożizzjoni awtorizzati fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, 170 aġent kuntrattwali u 14-il espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2022; jinnota, barra minn hekk, li sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (UE) 2019/1381, l-Awtorità ngħatat 31 pożizzjoni ġdida tal-persunal fl-2022, u 15-il aġent kuntrattwali (AK) addizzjonali għall-perjodu 2022-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jieħu nota li fl-2022 inkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Awtorità, b’335 minn 557 (60,1 %) li huma nisa u fi ħdan il-bord ta’ ġestjoni tal-Awtorità b’37 minn 70 (52,9 %) li huma nisa; josserva li f’pożizzjonijiet superjuri u maniġerjali, hemm proporzjon ogħla ta’ pożizzjonijiet okkupati mill-irġiel (63 %) meta mqabbla man-nisa (37 %); jistieden lill-Awtorità tintensifika l-isforzi biex tnaqqas id-distakk bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet superjuri u maniġerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jieħu nota li s-servizz mediku rrapporta tliet każijiet ta’ eżawriment fl-2022; jenfasizza l-importanza kritika li jinżamm l-ekwilibriju bejn ir-responsabbiltajiet professjonali u l-ħajja personali; jistieden lill-Awtorità tkompli tippromwovi bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fost il-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità hija impenjata bil-valuri tan-Network tal-Aġenziji tal-UE u l-Karta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, u qed taħdem għall-adozzjoni malajr kemm jista’ jkun; jinnota wkoll il-parteċipazzjoni tal-Awtorità fil-Grupp ta’ Ħidma tan-Network tal-Aġenziji tal-UE dwar id-Diversità u l-Inklużjoni permezz tal-kondiviżjoni tas-sinerġiji, l-informazzjoni u r-riżorsi rigward id-diversità u l-inklużjoni; barra minn hekk, ġew implimentati xi inizjattivi interni, bħal sit web ġdid dwar il-karrieri u filmat dwar il-ħidma fl-Awtorità, b’suġġett speċjali dwar id-diversità u l-inklużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Josserva li l-Awtorità adottat il-Linji Gwida għall-Implimentazzjoni tal-Għajnuna għall-Persuni b’Diżabilità li jippromwovu l-politika soċjali u t-trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol; jinnota, barra minn hekk, li l-bini tal-Awtorità ġie ppjanat f’konformità mar-Regolamenti dwar l-Aċċessibbiltà Taljani għall-persuni b’diżabilità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li struttura organizzattiva ġdida mfassla biex tappoġġja l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1381 u l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija 2027 tal-Awtorità ġiet implimentata mill-1 ta’ Jannar 2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-bord maniġerjali u l-maniġment operattiv tal-Awtorità ffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess u li din hija ppubblikata u disponibbli fis-sit web; jinnota wkoll li s-CVs tal-membri u l-membri supplenti tal-bord ta’ ġestjoni kellhom jiġu ppubblikati sa tmiem l-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Josserva li fl-2022 l-Awtorità identifikat u mmaniġġjat seba’ kunflitti ta’ interess fil-livell ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interess annwali li jappartjenu għal esperti esterni; jinnota li l-Awtorità żammithom milli jipparteċipaw fl-attività xjentifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Awtorità għandha fis-seħħ kodiċi ta’ kondotta volontarju li skontu l-membri tal-bord ta’ ġestjoni jobbligaw lilhom infushom jikkomunikaw lill-Awtorità l-attivitajiet okkupazzjonali mwettqa fi żmien sentejn wara t-tmiem tal-mandat tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jieħu nota li l-Awtorità qed tippjana li tadotta proċedura standard ġdida ta’ wara l-impjieg sal-ewwel trimestru tal-Q1/2024, li tkun tinkludi l-kriterji u l-proċedura biex jitwaqqaf l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali għall-persunal li jitlaq mis-servizz, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni, u l-istandards ta’ trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità għandha fis-seħħ strateġija kontra l-frodi, żviluppata f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, akkumpanjata minn regoli ta’ implimentazzjoni relatati u pjan ta’ azzjoni biex tipprevjeni l-frodi u l-korruzzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Josserva li f’Ġunju 2022 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) ħareġ ir-rapport tal-awditjar dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u l-irkupru minn diżastri, bl-għan li jivvaluta l-adegwatezza tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-governanza, u identifika żewġ osservazzjonijiet u tliet osservazzjonijiet importanti dwar il-Governanza tas-Sigurtà tal-IT; jinnota li l-Awtorità aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u bħalissa qed timplimenta pjan ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Awtorità biex iżżid il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online tagħha permezz tat-tnedija tal-kampanja “#EUChooseSafeFood” għat-tieni sena, imwettqa fi sħubija mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bl-għan li tispjega x-xjenza wara s-sigurtà fl-ikel fl-Unjoni b’mod aċċessibbli, u l-organizzazzjoni tal-Konferenza “ONE – Saħħa, Ambjent, Soċjetà” fi sħubija mal-erba’ aġenziji l-oħra tal-Kumitat ENVI, li wasslu għat-tnedija ta’ kont ta’ Instagram konġunt imsejjaħ “Ambjent Wieħed Saħħa Waħda”; jinnota wkoll li l-Awtorità investiet biex tagħmel is-sit web tagħha multilingwi, bl-intelliġenza artifiċjali permezz tal-widget tal-eTranslation tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li fl-2022 l-Awtorità kompliet tinvesti fl-iżvilupp tal-portal “OpenEFSA” tagħha, skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/1381;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li għal dawn l-aħħar ftit snin l-Awtorità kienet waħda mill-aġenziji ċċertifikati tal-EMAS; jieħu nota li, skont it-tip ta’ xiri, l-Awtorità tapplika standards ta’ “Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE)” bħala rekwiżiti minimi għall-ispeċifikazzjoni tal-offerta fil-kriterji tas-selezzjoni u/jew tal-għoti;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>