<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0251</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0109/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2147(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0085/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2147(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0085/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2147(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.1.2023, p. 24.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 99 872 000, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 40,59 % meta mqabbel mal-2021, minħabba bidliet fl-għotjiet tal-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA); billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward ta’ dħul huma legali u regolari; billi l-Qorti awditjat erba’ ftehimiet ta’ għotja b’valur totali ta’ EUR 7,9 miljuni u sabet li tlieta minn dawk kienu jinkludu VAT b’valur ta’ EUR 0,6 miljun (8,1 %) fost l-ispejjeż eliġibbli; billi l-benefiċjarji kienu involuti f’attivitajiet bħala awtoritajiet pubbliċi u konsegwentement il-VAT mhuwiex spiża eliġibbli skont l-Artikolu 186(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament Finanzjarju; billi l-ammont totali stmat ta’ nfiq mhux konformi bbażat fuq ir-rata u l-ammont ta’ VAT li nstab fil-kampjun deskritt hawn fuq jirrappreżenta 2,8 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali disponibbli fl-2022 li jaqbeż il-livell limitu ta’ materjalità stabbilit għall-awditu u, konsegwentement, irriżulta f’opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet taċ-Ċentru; billi, ħlief għall-kwistjoni spjegata hawn fuq, il-Qorti kkonkludiet li d-dħul u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022, huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fir-rigward tas-settur tal-akkwist taċ-Ċentru, ma ġiet irrapportata l-ebda kwistjoni li tirrikjedi azzjonijiet korrettivi għall-2022, u lanqas ma hemm azzjonijiet korrettivi li għadhom għaddejjin jew pendenti mill-awditi u l-valutazzjonijiet tas-snin preċedenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota, b’sodisfazzjon, li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit, matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 98,86 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 0,49 % meta mqabbel mal-2021; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 73,61 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 9,53 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti liċ-Ċentru r-riżorsi meħtieġa biex jissodisfa l-objettivi tal-Istrateġija 2021-2027 u biex il-mandat rivedut taċ-Ċentru jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (KE) 2022/2370<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li l-missjoni taċ-Ċentru hija li jidentifika, jivvaluta u jikkomunika t-theddid attwali u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem ikkawżat minn mard infettiv u li dan iċ-Ċentru jaħdem fis-sitt oqsma li ġejjin, jiġifieri s-sorveljanza, it-tħejjija għat-tifqigħat u l-appoġġ għar-rispons, il-parir xjentifiku, is-sorveljanza mikrobijoloġika, it-taħriġ u l-komunikazzjoni dwar is-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru wettaq 89 % tal-outputs ippjanati fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni 2022–2024 tiegħu; jinnota li, 8 % tal-outputs ippjanati ġew posposti, filwaqt li 3 % ġew imdewma jew ikkanċellati sa tmiem is-sena; jieħu nota li l-biċċa l-kbira tal-outputs li ġew posposti jew imdewma kienu dipendenti fuq l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-mandat rivedut taċ-Ċentru, li sar fi tmiem l-2022; jistieden liċ-Ċentru janalizza l-outputs posposti u jirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-pjan tiegħu li jwettaqhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li matul l-2022, għat-tielet sena konsekuttiva, iċ-Ċentru żamm il-pjan ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika (PHE) tiegħu b’rispons għall-pandemija kontinwa tal-COVID-19; jieħu nota li f’Ġunju, il-livell tal-PHE tnaqqas gradwalment minn Livell 2 (Fażi Akuta) għal-Livell 1 (Fażi ta’ Manutenzjoni); huwa tal-fehma li ċ-Ċentru aġixxa malajr u b’mod effiċjenti matul il-perjodu kollu tal-pandemija; iqis li jista’ jkun hemm rwol akbar għaċ-Ċentru fit-tfassil tal-aġenda Ewropea ta’ rispons għall-kriżijiet għall-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, wara l-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna u l-influss ta’ rifuġjati li kienu qed jaħarbu mill-pajjiż, iċ-Ċentru ħadem mal-awtoritajiet tal-ħames pajjiżi madwar l-Ukrajna billi pprovda attivitajiet ta’ rispons tekniku u operattiv fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu, abbażi tal-ħtiġijiet identifikati; jieħu nota li fit-tieni nofs tas-sena, l-enfasi nbidlet minn rispons operattiv għal azzjonijiet strateġiċi ta’ rispons aktar fuq terminu medju/itwal u li l-esperti taċ-Ċentru ntbagħtu fil-Polonja u r-Rumanija b’appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li kienu qed jassistu lill-popolazzjonijiet spostati Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Josserva li matul ir-rebbiegħa u s-sajf tal-2022, iċ-Ċentru appoġġja simultanjament tliet PHEs li għadhom għaddejjin, jiġifieri l-COVID-19, il-ġidri tax-xadini, u l-epatite ta’ oriġini mhux magħrufa fit-tfal; jinnota b’sodisfazzjon li din l-esperjenza kienet unika għaċ-Ċentru u ttestjat il-limiti tal-kapaċità taċ-Ċentru li tiżviluppa valutazzjonijiet tar-riskju u gwida għal diversi theddidiet għas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-modalitajiet taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-mandat imsaħħaħ tiegħu li daħal fis-seħħ f’Diċembru 2022, kif ukoll il-programm ta’ trasformazzjoni ASPIRE (Antiċipazzjoni, Appoġġ, Tħejjija, Informazzjoni, Rispons u Tisħiħ) żviluppat biex jgħin fl-implimentazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċentru f’termini ta’ operat u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jkompli jkun proattiv f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata, u jinsisti fuq il-bżonn li jiżdiedu l-isforzi kontra l-attakki ċibernetiċi jew it-tentattivi ta’ infiltrazzjoni b’mod partikolari dawk li joriġinaw mir-Russja jew miċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru kompla bl-isforzi tiegħu biex jikseb titjib fl-effiċjenza bl-introduzzjoni ta’ metodoloġiji ġodda, inkluża l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi ta’ appoġġ u dawk operattivi; jinnota li matul is-sena, ġew awtomatizzati erba’ proċessi amministrattivi ġodda permezz ta’ flussi tax-xogħol elettroniċi u ġiet implimentata wkoll soluzzjoni kosteffettiva ġdida għall-pjattaforma tal-flussi tax-xogħol elettroniċi biex tissostitwixxi l-K2; jinnota li analiżi ġenerali tal-użu tal-flussi tax-xogħol elettroniċi diġà turi li għadd sinifikanti ta’ utenti adottawhom u li naqqsu b’mod sinifikanti ż-żmien tal-ipproċessar, minħabba l-eliminazzjoni ta’ passi mhux meħtieġa, filwaqt li żguraw il-konformità legali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kienet tikkonsisti f’215-il aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 208 pożizzjonijiet awtorizzati fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, 112-il aġent kuntrattwali u 5 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għaċ-Ċentru fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri u intermedju taċ-Ċentru, fejn erbgħa minn sitta (66,67 %) huma rġiel; jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneri fost il-persunal ġenerali taċ-Ċentru, b’198 minn 331 (60 %) li huma nisa u 133 minn 331 (40 %) li huma rġiel; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru huwa fil-proċess li jadotta l-karta dwar id-diversità u l-inklużjoni u li din se tkun fis-seħħ sal-Q4 tal-2023; ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden liċ-Ċentru jqis dak l-aspett fir-rigward tar-reklutaġġ ta’ persunal u ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri u intermedju tagħha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord tal-amministrazzjoni taċ-Ċentru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iqajjem tħassib dwar il-bilanċ ġeografiku fi ħdan il-maniġment superjuri u intermedju taċ-Ċentru; jitlob liċ-Ċentru jirrapporta lura dwar dan lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-ewwel abbozz tal-“Istrateġija għan-Nies” ġie żviluppat fl-2022, li għandu l-għan li jiggwida l-modernizzazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani taċ-Ċentru; jinnota, barra minn hekk, li proġetti ta’ strateġija individwali, bħall-għodda ta’ reklutaġġ elettroniku u l-programm ta’ induzzjoni online ġew finalizzati fl-2022, filwaqt li hemm oħrajn li għadhom għaddejjin; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward; jieħu nota li ċ-Ċentru kompla jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu għat-tagħlim u l-iżvilupp tal-persunal billi żied l-allowance għat-taħriġ individwali u ffaċilita l-aċċess tal-persunal għall-pjattaformi tat-tagħlim elettroniku (EU Learn, LinkedIn Learning u l-Akkademja Virtwali taċ-Ċentru);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru għandu politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali, u li ċ-Ċentru huwa parti minn task force interaġenzjali ta’ konsulenti kunfidenzjali; jistenna bil-ħerqa li jirċievi r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; jinnota li ma kien hemm l-ebda każ ta’ fastidju rrappurtat fl-2022 u jħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa l-ħidma biex jipprevjeni każijiet fil-futur ukoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li l-pożizzjonijiet addizzjonali allokati liċ-Ċentru wara l-estensjoni tal-mandat tiegħu mtlew fl-2022; jissottolinja li ż-żieda ta’ kompiti ġodda u ż-żieda fl-ammont ta’ xogħol tiegħu jridu jkunu akkumpanjati minn żidiet korrispondenti adegwati fil-persunal u r-riżorsi taċ-Ċentru, u li nuqqas ta’ persunal joħloq pressjoni sinifikanti fuq il-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu u jhedded il-kwalità tal-ħidma taċ-Ċentru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-mandat li jikkoinċidi bejn iċ-Ċentru u l-HERA u jitlob tnaqqis tad-duplikazzjoni tal-isforzi bejn iż-żewġ entitajiet u diviżjoni ċara tal-kompiti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti tal-interess, u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru kompla japplika u jsaħħaħ il-politika ta’ indipendenza tiegħu għal dawk li mhumiex membri tal-persunal u għall-membri tal-persunal; josserva li fl-2022, iċ-Ċentru kellu nuqqas ta’ perċentwal żgħir ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interess; jinnota barra minn hekk, li l-esperti esterni kollha kkonsultati matul il-produzzjoni ta’ valutazzjonijiet tar-riskju rapidi, iddikjaraw l-interessi tagħhom qabel il-pubblikazzjoni; jinnota li l-membri kollha tal-bord tal-amministrazzjoni u tal-forum konsultattiv li attendew il-laqgħat u b’hekk ikkontribwew għad-diskussjonijiet kellhom dikjarazzjonijiet ta’ interess annwali validi u d-direttur u l-kapijiet tal-unità mlew id-dikjarazzjonijiet ta’ interess annwali tagħhom kif ukoll 99 % tal-esperti esterni li attendew il-laqgħat taċ-Ċentru li kienu jeħtieġu kontroll tal-kunflitti ta’ interess ippreżentaw dikjarazzjoni ta’ interess annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden liċ-Ċentru jiżgura li l-membri kollha tal-bord tal-amministrazzjoni, il-membri kollha tal-forum konsultattiv u s-sostituti kollha tagħhom ikunu ppreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ interess annwali meħtieġa; jistieden liċ-Ċentru jiżgura li l-esperti xierqa jkunu involuti fil-ħidma taċ-Ċentru fl-attivitajiet tiegħu kollha u li jinżamm livell għoli ta’ konformità mar-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jieħu nota li l-politika ta’ indipendenza taċ-Ċentru għal persuni li mhumiex membri tal-persunal tipprevedi l-proċedura li għandha tiġi segwita biex jiġu identifikati u evitati kunflitti ta’ interess potenzjali; jinnota li, fil-qosor, dan jinvolvi l-ġbir ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interess f’ċirkostanzi partikolari, pereżempju meta jiġi prodott output xjentifiku, li mbagħad jiġu vvalutati mill-membru tal-persunal taċ-Ċentru responsabbli għall-attività rilevanti, bl-appoġġ tal-uffiċjal għall-konformità taċ-Ċentru; jinnota li fl-2022 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta kunflitt ta’ interess reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-proċedura interna għal-laqgħat taċ-Ċentru ma’ organizzazzjonijiet kummerċjali attivi fil-qasam tal-mandat tiegħu ġiet żviluppata fl-2022 u implimentata formalment f’Jannar 2023; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru, madankollu, ma organizzax laqgħat bħal dawn fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi l-viżibbiltà li żviluppa ċ-Ċentru matul il-pandemija; huwa tal-fehma li għad hemm lok għal viżibbiltà akbar fil-media, fuq l-internet, u fuq il-media soċjali sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jsiru jafu bil-ħidma tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden liċ-Ċentru jiżgura li jkun hemm trasparenza sħiħa fil-pubblikazzjoni tal-istudji xjentifiċi u jsaħħaħ il-kapaċità tal-komunikazzjoni esterna tiegħu fil-konfront tal-pubbliku ġenerali, billi jiżgura li l-informazzjoni ewlenija kollha, speċjalment dik relatata mal-emerġenzi tas-saħħa pubblika, tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u jagħmilha faċilment aċċessibbli u komprensibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-opinjoni kwalifikata tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti minħabba l-inklużjoni tal-VAT bħala spiża eliġibbli fl-ambitu tal-ftehimiet ta’ għotja li l-benefiċjarji tagħhom jinvolvu ruħhom f’attivitajiet bħala awtoritajiet pubbliċi li jirrappreżentaw 2,8 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2022; ifakkar li meta jimmaniġġja l-għotjiet, iċ-Ċentru għandu jiżgura konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari rigward ir-rimborż tal-VAT lill-benefiċjarji li huma awtoritajiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċentru jivvaluta l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern mill-inqas darba fis-sena billi jivvaluta l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern, inkluża l-implimentazzjoni tal-indikaturi definiti, u billi jevalwa n-nuqqasijiet ewlenin identifikati miċ-Ċentru nnifsu jew irrapportati minn oħrajn, inklużi s-Servizz tal-Awditjar Intern u l-Qorti; jinnota, barra minn hekk, li fl-2022, sar għadd ta’ titjib fil-qafas ta’ kontroll intern, bħal strateġija ta’ kontroll imtejba, inklużi indikaturi ġodda, katalogu mtejjeb tal-assi ta’ informazzjoni u l-iżvilupp ta’ politika ta’ komunikazzjoni interna ġdida;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru kellu l-għan li jkun irreġistrat mal-EMAS fl-2023 u qed jippjana proġett għall-kumpens tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> (li għandu jibda fil-Q1 tal-2024) li se jinkludi miżuri dwar il-kalkolu tal-impatt tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> tiegħu u kif dan jiġi minimizzat; jinnota li miri speċifiċi se jkunu parti mill-implimentazzjoni tal-EMAS, li tibda fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifaħħar liċ-ċentru talli fl-2022 mexa aktar lejn l-użu ta’ għodod elettroniċi fil-proċess ta’ akkwist; jinnota li ċ-Ċentru issa juża l-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-Kummissjoni (PPMT) għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-proċeduri kollha ta’ akkwist, inklużi l-pubblikazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>; jinnota li s-sistema tal-PPMT hija marbuta mas-sejħa għall-offerti elettronika li fiha tiġi ttrattata l-pubblikazzjoni kif ukoll il-Q&A matul il-pubblikazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru juża wkoll fluss tax-xogħol elettroniku intern għal xiri skont il-kuntratti qafas u għar-rieżami qabel it-tnedija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-sodisfazzjon ġenerali tal-partijiet ikkonċernati bil-ħidma taċ-Ċentru laħaq is-86 % fl-2022;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>