<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0252</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0134/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2159(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0097/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0134/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2159(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0097/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0134/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2159(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 05/2022 tal-Qorti tal-Awdituri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0134/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 377/3, 30.09.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-ENISA (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien jammonta għal EUR 39 207 625, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 67,03 % meta mqabbel mal-2021; billi ż-żieda fil-baġit tal-Aġenzija hija prinċipalment minħabba kompiti addizzjonali relatati mal-implimentazzjoni pilota tal-programm ta’ Azzjoni ta’ Appoġġ għaċ-Ċibersigurtà; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li hija kienet kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’implimentazzjoni tal-baġit b’rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 99,93 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 0,42 % meta mqabbla mal-2021; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 52,02 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 25,38 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li l-ammont tal-baġit finali tal-Aġenzija huwa r-riżultat ta’ emenda ta’ EUR 15 000 000 adottata mill-bord ta’ tmexxija fil-5 ta’ Awwissu 2022 minħabba l-implimentazzjoni ta’ azzjoni ta’ appoġġ għaċ-ċibersigurtà bl-għan li ssaħħaħ ir-rispons tal-Aġenzija fl-appoġġ lill-Istati Membri f’konformità mal-mandat tagħha; jinnota li l-maġġoranza tal-impenji fl-ambitu tal-azzjoni ta’ appoġġ għaċ-ċibersigurtà ġew iffirmati tard fis-sena, li jispjega r-rata ta’ pagament relattivament baxxa (u r-riporti kbar sussegwenti);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jifraħ lill-Aġenzija li implimentat 100 % tal-programm ta’ ħidma tagħha fl-2022; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-attivitajiet tagħha u r-riżultati fir-rigward tal-objettivi tal-programm ta’ ħidma; josserva li ċerti outputs ma laħqux għal kollox l-objettivi tagħhom minħabba l-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi sabiex jipprovdu l-azzjoni ta’ appoġġ għaċ-ċibersigurtà b’reazzjoni għall-invażjoni illegali u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna; jinnota li wħud mill-outputs li huma aktar affettwati minħabba dik il-prijoritizzazzjoni mill-ġdid kienu, fost l-oħrajn, l-outputs 4.2 “L-iżvilupp u t-titjib ta’ politiki, proċeduri, metodoloġiji u għodod operattivi standard għall-kriżi ċibernetika”, u 5.3 “Bidu tal-iżvilupp ta’ network fdat ta’ bejjiegħa/fornituri”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Huwa konxju li l-invażjoni illegali u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna ddominat l-aġenda tas-sigurtà tal-Unjoni fl-2022; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija żiedet il-koordinazzjoni u t-tħejjija tagħha, u kkontribwiet għall-għarfien tas-sitwazzjoni kondiviż tal-Unjoni billi pprovdiet rapporti regolari tas-sitwazzjoni tal-attività ċibernetika; jenfasizza li kien hemm ukoll koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni intensifikati man-networks taċ-ċibersigurtà, bħan-network Ewropew ta’ organizzazzjoni ta’ kollegament f’każ ta’ ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe), li jikkonsisti minn awtoritajiet nazzjonali għall-ġestjoni tal-kriżijiet taċ-ċibersigurtà, u bosta komunitajiet settorjali appoġġjati mill-Aġenzija; jilqa’ l-isforzi mwettqa mill-Aġenzija biex tiżgura kanali ta’ komunikazzjoni bejn il-livelli politiċi, operattivi u tekniċi, u kooperazzjoni msaħħa man-network tal-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2022 l-Aġenzija mexxiet il-mappa tas-sħana tal-Unjoni, li kellha l-għan li tipprovdi ħarsa ġenerali rapida lejn iċ-ċiberinċidenti u ċ-ċiberavvenimenti li jaffettwaw is-setturi kritiċi tal-Unjoni bħala riżultat tal-attività ċibernetika relatata mal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jinnota li dawk is-setturi kkontribwew għar-rapport integrat dwar l-għarfien u l-analiżi tas-sitwazzjoni mill-Kummissjoni, bi 52 aġġornament dwar is-sitwazzjoni u l-inċidenti attwali fir-rigward tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li kkontribwew għall-mekkaniżmu tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport speċjali Nru 05/2022 tal-Qorti: “Iċ-ċibersigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE”, l-għadd ta’ attakki ċibernetiċi fuq il-korpi tal-UE qed jiżdied drastikament u l-livell ta’ tħejjija taċ-ċibersigurtà fi ħdan il-korpi tal-Unjoni jvarja u b’mod ġenerali mhuwiex proporzjonat mat-theddid li qed jikber; josserva li peress li l-korpi tal-Unjoni huma ferm interkonnessi, dgħufija f’wieħed tista’ tesponi lill-oħrajn għal theddid għas-sigurtà; jenfasizza li l-Qorti tirrakkomanda li l-Aġenzija flimkien mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Unjoni għandhom iżidu l-enfasi tagħhom fuq dawk il-korpi tal-Unjoni li għandhom inqas esperjenza fil-ġestjoni taċ-ċibersigurtà billi: (a) jidentifikaw oqsma ta’ prijorità fejn l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni jeħtieġu l-aktar appoġġ, pereżempju permezz ta’ valutazzjonijiet tal-maturità, u (b) jimplimentaw azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċità, f’konformità mal-Memorandum ta’ Qbil tagħhom; jistieden lill-Aġenzija tindirizza l-kwistjonijiet li tkun qajmet il-Qorti u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe miżura meħuda f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija wettqet diversi attivitajiet fl-2022 biex twettaq ir-rwol tagħha li tappoġġja lill-Unjoni; jinnota li filwaqt li l-Aġenzija setgħet toffri l-appoġġ tagħha għal diversi fajls ta’ politika, bħas-sigurtà tan-networks u l-informazzjoni, ir-reżiljenza ċibernetika u r-reżiljenza operazzjonali diġitali, ir-restrizzjonijiet tar-riżorsi żammew lill-Aġenzija milli tappoġġja b’mod attiv fajls ta’ politika b’dispożizzjonijiet dwar iċ-ċibersigurtà, bħall-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa, u fajls ewlenin oħra, bħas-swieq diġitali u s-servizzi diġitali; jinnota li attivitajiet oħra inkludew l-għoti ta’ informazzjoni lil dawk li jfasslu l-politika dwar l-effikaċja tal-oqfsa eżistenti taċ-ċibersigurtà u l-għoti ta’ appoġġ lil setturi kritiċi; jinnota, barra minn hekk, li l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva NIS 2) tispikka bħala miżura li tindirizza l-isfidi u tarmonizza l-politiki madwar l-Unjoni; jifhem li n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva NIS 1 wassal għal xenarju ta’ politika frammentat, u dan ġie indirizzat mid-Direttiva NIS 2; huwa konxju li din tal-aħħar tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha billi tintroduċi kompiti orizzontali ġodda għall-Aġenzija, bħar-reġistru tal-Unjoni għall-entitajiet diġitali; jenfasizza li l-Aġenzija aġġustat is-servizzi u r-riżorsi tagħha bi strateġija ġdida biex tissodisfa d-domandi li qed jevolvu tax-xenarju taċ-ċibersigurtà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija fittxet li żżid l-użu tagħha ta’ servizzi kondiviżi ma’ aġenziji oħra u/jew mal-Kummissjoni, inkluż, pereżempju, permezz ta’ proċessi ta’ akkwist interaġenzjali u interistituzzjonali, u l-kondiviżjoni ta’ servizzi maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (ECCC); jinnota, barra minn hekk, li fl-2022, l-Aġenzija ffirmat ftehim fil-livell ta’ servizz maċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà li għadu kif ġie stabbilit, għall-forniment liċ-ċentru ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u servizzi ta’ kontabilisti, li għandu jiġi implimentat fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jieħu nota tal-passi meħuda mill-Aġenzija biex titbiegħed mill-metodoloġija tradizzjonali tal-għadd ta’ impjegati għal ippjanar strateġiku tal-forza tax-xogħol biex tantiċipa u tindirizza d-diskrepanzi fil-persunal sabiex tibni forza tax-xogħol aġli u talloka riżorsi għal oqsma ta’ prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-kontribut tal-Aġenzija għall-promozzjoni ta’ servizzi kondiviżi fost l-aġenziji permezz ta’ diversi networks fl-oqsma tal-akkwist, tar-riżorsi umani, tal-ICT, tal-ġestjoni tar-riskju, tal-ġestjoni tal-prestazzjoni, tal-protezzjoni tad-data, tas-sigurtà tal-informazzjoni u tal-kontabbiltà; jirrimarka l-benefiċċji orizzontali ta’ ħidma flimkien u l-adattament tal-aħjar prattiki u li l-inizjattivi konġunti jiġbru flimkien perspettivi differenti, inaqqsu d-duplikazzjoni tal-isforzi, itejbu t-tagħlim u jsaħħu r-relazzjonijiet bejn il-parteċipanti; iħeġġeġ lill-Aġenzija ssib proċeduri interni li jistgħu jiġu ssimplifikati permezz ta’ għodod ġodda tal-IT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon l-involviment tal-Aġenzija fl-eżerċizzju pilota fi ħdan in-Network tal-Aġenziji tal-UE maħsub biex jappoġġja lill-aġenziji tal-Unjoni ħalli jkunu mħejjija aħjar għar-regolament il-ġdid dwar iċ-ċibersigurtà li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-aġenziji f’termini ta’ operat u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 89,02 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet implimentata, bi 73 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 82 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 76 pożizzjoni awtorizzati fl-2021); jinnota, barra minn hekk, li, 27 aġent kuntrattwali, 10 esperti nazzjonali ssekondati, 10 impjegati interim u 16-il kuntrattur ħadmu għall-Aġenzija fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri u intermedju tal-Aġenzija, fejn 12 minn 17 huma rġiel (71 %); iqis li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri u intermedju tal-Aġenzija jeħtieġ li jitjieb; ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Aġenzija tqis dan l-aspett fir-rigward ta’ ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri u intermedju tagħha; jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneri fuq il-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija, fejn 41 minn 55 (75 %) huma rġiel; jirrikonoxxi li l-kompożizzjoni tal-bord ta’ tmexxija tiddependi fil-biċċa l-kbira min-nomini tal-Istati Membri; jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija; jinnota d-distribuzzjoni bbilanċjata bejn il-ġeneri fi ħdan il-persunal tal-Aġenzija b’mod ġenerali, b’57 raġel (52 %) u 53 mara (48 %); jinnota l-passi li ħadet l-Aġenzija bl-għan li tindirizza kwistjonijiet marbuta mal-bilanċ bejn il-ġeneri li jinkludu r-reviżjoni tal-politika ta’ reklutaġġ tagħha biex tinkoraġġixxi lin-nisa japplikaw; jinnota, barra minn hekk, li fl-istrateġija korporattiva tagħha, l-Aġenzija ppjanat li tikseb iċ-Ċertifikat ta’ Eċċellenza tan-Network tal-Aġenzija tal-UE fid-Diversità u l-Inklużjoni sa tmiem l-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali, u li l-Aġenzija hija parti minn task force interaġenzjali ta’ konsulenti kunfidenzjali; jistenna bil-ħerqa li jirċievi r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; jinnota li ma kien hemm l-ebda każ irrapportat ta’ fastidju fl-2022 u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli u tiżviluppa l-ħidma biex tipprevjeni każijiet fil-futur ukoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iqajjem tħassib dwar l-iżbilanċ ġeografiku fi ħdan il-maniġment superjuri u intermedju tal-Aġenzija u persunal ieħor, biċ-ċittadini Griegi li jirrappreżentaw 40,9 %; jinsisti li jrid isir titjib; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lura dwar dan lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota bi tħassib li matul l-iżvilupp tal-programm ta’ ħidma tal-2023, l-Aġenzija identifikat nuqqas ta’ riżorsi ta’ EUR 734 000 u żewġ FTEs fl-operazzjonijiet, u EUR 2,5 miljun f’servizzi korporattivi; jinnota, barra minn hekk, li evalwazzjoni bir-reqqa tal-ħtiġijiet tar-riżorsi umani għall-2023-2025 żvelat diskrepanza sinifikanti, b’mod partikolari f’oqsma ta’ attività kritiċi u mingħajr pożizzjonijiet addizzjonali, u l-Aġenzija jaf ikollha bżonn tipprijoritizza u taġġusta programmi ta’ ħidma futuri biex tikkumpensa għan-nuqqas ta’ riżorsi; jieħu nota li l-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija esprima wkoll il-ħtieġa li jiżdiedu l-pożizzjonijiet tal-persunal għall-Aġenzija biex tkun tista’ twettaq għal kollox il-mandat tagħha b’mod sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex tintegra lill-persuni b’diżabilità u tistabbilixxi infrastruttura aċċessibbli u servizzi ta’ appoġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li fl-2022 l-Aġenzija kompliet bl-appoġġ komplementari tagħha lill-persunal permezz ta’ vawċers, rimborżi tal-internet u l-programm fit@work u żviluppat il-kodiċi ta’ kondotta tagħha, li jiddeskrivi l-aspettattivi tal-Aġenzija rigward l-imġiba u l-kondotta tal-membri tal-persunal;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet żewġ każijiet fejn l-Aġenzija kienet tat kuntratti ta’ valur baxx (inqas minn EUR 15 000) mingħajr ma ħarġet rapport ta’ evalwazzjoni u deċiżjoni ta’ għoti debitament approvati u ffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, li jiksru l-punti 30.3 u 30.4 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju; ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-Qorti għamlet osservazzjoni simili fir-rapport tagħha tal-2021 u jfakkar fit-tweġiba tal-Aġenzija li tiddikjara li kienet diġà ħadet il-passi meħtieġa biex tindirizza dan it-tħassib; jinsisti fuq l-importanza li jiġu implimentati proċeduri li jiżguraw konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Aġenzija tindirizza l-kwistjonijiet li tkun qajmet il-Qorti u tirrapporta lura kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jieħu nota li skont il-Qorti, matul l-2022, l-Aġenzija offriet lill-maniġers tagħha evalwazzjoni professjonali mwettqa minn fornitur estern, maħtur mill-Aġenzija; jinnota li fi tliet każijiet, l-Aġenzija ħallset lill-fornitur direttament għal dawn is-servizzi, filwaqt li fit-23 każ li jifdal, hija rrimborżat lill-maniġers tagħha, li kienu ħallsu lill-fornitur huma stess; josserva li l-ammont totali mħallas mill-Aġenzija għas-26 evalwazzjoni kien ta’ EUR 120 276; jiddispjaċih li l-Aġenzija għażlet il-fornitur mingħajr ma nediet proċedura ta’ akkwist miftuħa, u għal din ir-raġuni l-Qorti kkonkludiet li dawn il-pagamenti kienu irregolari; jistieden lill-Aġenzija tindirizza l-kwistjonijiet li tkun qajmet il-Qorti u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe miżura meħuda f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinsisti li l-objettiv tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku huwa li jippermettu lill-entitajiet tal-akkwist jiksbu bl-aħjar prezz l-oġġetti u s-servizzi li jeħtieġu, filwaqt li jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tkompli ttejjeb il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tagħha, filwaqt li tiżgura konformità sħiħa mar-regoli applikabbli, sabiex tiżgura li jiksbu l-aħjar valur possibbli għall-flus;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi li għaddejjin biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u jinnota li s-CVs tal-membri tal-bord ta’ tmexxija, u d-dikjarazzjoni ta’ impenn u d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi tagħhom qegħdin jiġu ppubblikati fuq is-sit web tagħha, għalkemm ftit mis-CVs huma neqsin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li fl-2022 l-Aġenzija ma rrapportat l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess; jinnota wkoll li l-Aġenzija adottat id-Deċiżjoni 15/2021 tal-bord ta’ tmexxija dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-aġġornament tal-mudelli għad-dikjarazzjonijiet; jinsisti fuq l-importanza li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli relatati mar-“revolving doors” u l-monitoraġġ attiv tal-attività professjonali tal-membri superjuri tal-persunal tagħhom, inklużi dawk li telqu mill-aġenzija f’dawn l-aħħar sentejn, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ “revolving doors” mhux iddikjarati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jieħu nota li l-kalendarju tal-laqgħat bejn il-maniġment tal-Aġenzija u l-partijiet ikkonċernati esterni huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li l-Aġenzija tiżviluppa viżibbiltà akbar fil-media, l-internet u l-media soċjali sabiex tagħmel xogħolha magħruf maċ-ċittadini;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li fl-2021, is-servizz tal-awditjar intern wettaq awditu dwar l-ipprogrammar tal-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni tal-prestazzjoni u f’April 2022 ħareġ ir-rapport tal-awditjar finali tiegħu bi tliet rakkomandazzjonijiet importanti; jinnota wkoll li l-Aġenzija qablet mal-osservazzjonijiet tal-awditjar u li ħadet il-passi meħtieġa biex tindirizza dan it-tħassib;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Josserva li skont il-Qorti, l-Aġenzija ma għandha l-ebda mudell ta’ valutazzjoni predeterminat, jiġifieri linji gwida, biex jgħin lill-kumitat ta’ evalwazzjoni jivvaluta l-offerti; jinnota li dan jinvolvi r-riskju li l-offerti jaf ma jiġux evalwati b’mod konsistenti minn kull membru tal-kumitat ta’ evalwazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tindirizza din il-kwistjonijiet mqajma mill-Qorti u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jieħu nota li fl-2022, l-Aġenzija wettqet kontrolli <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li saru matul is-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 45(8) u (9) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ġew identifikati tliet dgħufijiet, li wasslu għal tliet rakkomandazzjonijiet dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li l-ebda waħda minnhom ma tqieset kritika; josserva li biex tiġi indirizzata d-dgħufija ewlenija, fl-2022 ġie introdott monitoraġġ ta’ kull ġimgħa tal-ħin għall-pagament biex il-persunal finanzjarju rilevanti jiġi mwissi dwar tranżazzjonijiet urġenti li għad iridu jiġu pproċessati, biex ikun hemm konformità mal-qafas legali dwar il-limiti ta’ żmien għall-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li fl-2022, il-valutazzjoni tal-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Aġenzija kienet ibbażata fuq l-indikaturi tal-qafas, u wkoll informazzjoni addizzjonali minn rapporti ta’ valutazzjoni (tar-riskju) speċifiċi, sejbiet tal-awditjar u sorsi rilevanti oħra; josserva li l-valutazzjoni tal-kontrolli interni tal-Aġenzija tindika assigurazzjoni raġonevoli fl-iffaċilitar ta’ operazzjonijiet effikaċi u effiċjenti, u tiżgura rapportar ta’ kwalità u konformità mar-regolamenti, iżda huwa meħtieġ xi titjib fir-rigward ta’ ċerti prinċipji biex tiżdied l-effikaċja u tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-kontrolli interni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjoni ta’ segwitu għall-valutazzjoni dwar it-titjib;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija implimentat miżuri importanti sabiex iżżid il-protezzjoni taċ-ċibersigurtà, bħal, fost l-oħrajn, soluzzjonijiet ta’ email sigur (SECEM2), eżerċizzju ta’ “tim aħmar”, miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rinforz, id-dekummissjonar ta’ sistemi miruti u l-aġġornament tal-qafas ta’ politika interna dwar iċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija żied mad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni 2022-2024 tal-Aġenzija l-għan li sal-2030 l-Aġenzija tikseb newtralità klimatika fl-operazzjonijiet kollha tagħha; jinnota li bl-adozzjoni tal-istrateġija korporattiva tal-Aġenzija, iċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS u l-akkwist pubbliku ekoloġiku huma objettivi ewlenin tal-Aġenzija; jieħu nota tal-fatt li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni huwa mistenni li jitlesta matul l-2024;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati ta’ dik id-data, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>