<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0253</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0092/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2160(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0098/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2160(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0098/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2160(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0092/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.1.2023, p. 51.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien jammonta għal EUR 34 814 691, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 9,38 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (“ir-rapport tal-Qorti”), tgħid li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet tas-sena attwali ta’ 99,95 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta’ 0,13 % meta mqabbla mal-2021; jinnota wkoll li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 94,97 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 1,43 % meta mqabbla mal-2021; jinnota li l-eżitu tal-baġit fl-2022 kien EUR 81 821, li jikkostitwixxi żieda meta mqabbel mal-2021 fejn dan kien EUR 69 638;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-impatt ewlieni fuq l-implimentazzjoni tal-baġit fl-2022 kien dovut għal fatturi esterni globali bħall-kuntest ġeopolitiku volatili u l-kriżi tal-enerġija, li wasslu għal volatilità għolja li rriżultat f’żieda imprevedibbli tal-ispejjeż tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija implimentat miżuri b’saħħithom biex tikkontrolla n-nefqa tagħha, aġġustat il-livell tat-tariffi u l-imposti (jiġifieri r-rata fis-siegħa żdiedet u ġiet aġġustata regolarment skont ir-rata tal-inflazzjoni) u stabbiliet proċess ta’ monitoraġġ regolari tal-eżekuzzjoni tal-baġit b’diversi għodod ta’ ppjanar u monitoraġġ biex jiġi awtomatizzat dak il-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija ngħaqdet mal-fażi pilota tal-Kummissjoni li tissostitwixxi s-sistema baġitarja u kontabilistika tagħha b’sistema ġdida, bl-isem ta’ SUMMA; jinnota f’dan il-kuntest, mir-rapport tal-Qorti, l-osservazzjonijiet dwar in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet esperjenzati mill-Aġenzija, jiġifieri n-nuqqas ta’ ġestjoni tar-riskju u strateġija ta’ kontroll għall-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida, ċirkwiti finanzjarji mhux aġġornati u strateġija ta’ kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, kif ukoll fir-rigward tad-drittijiet ta’ attribuzzjoni tal-utenti li ma jiġux ivverifikati; jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-osservazzjonijiet tal-Qorti li l-miżuri ta’ mitigazzjoni ttieħdu b’mod proattiv tul il-proċess ta’ apprendiment inerenti, inkluż billi fit-tieni nofs tal-2022 bdew jiġu aġġornati ċ-ċirkwiti finanzjarji tal-Aġenzija u l-istrateġija tal-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, bid-dokumenti rilevanti mistennija li jiġu aġġornati fl-2023; jistieden lill-Aġenzija tindirizza l-osservazzjonijiet tal-Qorti bis-sħiħ u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti dwar in-nuqqas ta’ rispett mill-Aġenzija tal-limitu ta’ żmien previst fir-Regolament Finanzjarju rigward il-pagamenti, bi 12,2 % tal-pagamenti jkunu tard b’aktar minn 30 jum fl-2022; jirrikonoxxi l-pożizzjoni tal-Aġenzija li tali dewmien kien marbut mal-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida SUMMA u li sadanittant ġew stabbiliti miżuri biex jiġi evitat dewmien fil-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota wkoll li l-Aġenzija ġarrbet ukoll dewmien fil-ħruġ ta’ fatturi (jew “noti ta’ debitu”) għat-tariffi u l-imposti assoċjati, filwaqt li tali dewmien huwa attribwit ukoll mill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida SUMMA, u biex tirċievi dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż mill-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza (NSAs), u b’hekk qed tikser l-artikoli rilevanti tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) 2018/764 dwar it-tariffi u l-imposti tal-Aġenzija; jirrikonoxxi mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-osservazzjonijiet tal-Qorti li l-evitar jew it-tnaqqis ta’ tali dewmien ikun possibbli jekk l-NSAs jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tagħhom fi żmien xieraq lill-Aġenzija, iżda l-Aġenzija ma għandha l-ebda lieva biex tiżgura li l-NSAs jirrispettaw l-iskadenzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-Aġenzija għandha l-iżgħar baġit fost l-aġenziji tat-trasport minkejja l-benefiċċji ambjentali pendenti tal-ferroviji prijoritizzati mill-Kummissjoni; ifaħħar iż-żieda fil-baġit tas-sena fiskali 2022, akkumpanjata minn diversi sforzi mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività, it-titjib tas-sikurezza, u l-promozzjoni tal-interoperabbiltà transfruntiera; madankollu, jitlob żieda fil-baġit biex jiġi żgurat li l-Aġenzija jkollha riżorsi essenzjali biex tiffunzjona bħala awtorità effiċjenti u twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija rrapportat kisba ta’ 81,13 % tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha għall-2022, meta mqabbla ma’ 76,41 % fl-2021, żieda milqugħa għat-tieni sena konsekuttiva; jinnota li fl-2022 l-Aġenzija adottat struttura ġdida tal-programm ta’ ħidma tagħha, minn programm ta’ ħidma bbażat fuq l-attività għal wieħed strateġiku bbażat fuq l-istat u nediet pjattaforma ġdida għar-rapportar ta’ kull xahar tal-proġetti u s-servizzi kollha u dashboard ta’ monitoraġġ ġdid; jinnota li l-programm ta’ ħidma annwali jinkludi 9 dikjarazzjonijiet strateġiċi li tfasslu skont l-impatt li l-Aġenzija tistinka biex ikollha fuq is-soċjetà; jirrikonoxxi li l-Aġenzija wettqet b’suċċess id-dikjarazzjonijiet strateġiċi tagħha bi grad għoli ta’ kisba tal-miri tal-Aġenzija għad-diversi outputs u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti tagħha fl-2022; jinnota, madankollu, li xi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ma nkisbux, bħal dawk relatati mat-tnedija tal-“Fażi ta’ Studju 3” għall-bini l-ġdid tal-Aġenzija f’Valenciennes, l-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida (ARES) għall-ġestjoni tad-dokumenti, il-pagamenti li saru skont l-iskadenzi kuntrattwali marbuta mal-adozzjoni fil-fażi pilota ta’ sistema finanzjarja ġdida (SUMMA) u l-inizjattiva “In-Nisa fit-Trasport”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota wħud mill-kisbiet ewlenin tal-Aġenzija fl-2022, bħall-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għat-Tisħiħ (SAP) 2023-2027, it-twassil f’waqtu ta’ għadd li qed jiżdied b’mod sostanzjali ta’ Awtorizzazzjonijiet tal-Vetturi (1861) u Ċertifikati Uniċi tas-Sikurezza (66), il-finalizzazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija dwar il-pakkett ta’ reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà tal-2022 li se tappoġġa t-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja madwar l-Unjoni, it-tnedija tat-tieni ċiklu ta’ awditjar ta’ monitoraġġ tal-NSA li jinkludi l-kompiti kollha assenjati lill-NSA mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-twassil ta’ għadd eċċezzjonalment għoli ta’ rapporti (tmienja minflok tlieta mistennija) fil-qasam tal-monitoraġġ tal-Korpi Notifikati u l-ħidma fuq l-ewwel rapport tal-Aġenzija bbażat fuq ir-riżultati tal-Istħarriġ dwar il-Klima tas-Sikurezza (li, imniedi fl-2021, irċieva 46 500 tweġiba); ifaħħar lill-Aġenzija għall-iżvilupp ta’ moduli ta’ taħriġ dwar is-sikurezza dwar Kultura Ġusta, li jtejbu s-sikurezza fis-settur kollu, kif ukoll għall-kisbiet tagħha (sett ta’ għodod, materjal ta’ gwida u taħriġ, azzjonijiet għas-sensibilizzazzjoni, moduli ta’ taħriġ) fir-rigward tal-integrazzjoni tal-Fatturi Umani u Organizzazzjonali, li se jgħinu biex jittejbu l-prestazzjoni u l-effiċjenza tas-sikurezza ferrovjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jitkompla l-appoġġ tal-inizjattivi kollha għal fehim komuni aħjar tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà (TSIs) li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ industrija ferrovjarja Ewropea b’saħħitha u kompetittiva; jinsisti għal aktar appoġġ għall-innovazzjoni fis-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u tat-trasport intermodali biex ikun hemm integrazzjoni kompetittiva fil-katina loġistika tal-valur, fejn l-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ r-rapport dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja tal-UE; jirrikonoxxi l-impenn kontinwu favur l-objettiv tal-Aġenzija li toħloq Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u x-xogħol sostnut tagħha f’oqsma ewlenin bħat-tnaqqis tar-regoli nazzjonali u l-iżgurar tal-maturità tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà; jinnota li ħidma importanti bħal din se tappoġġja t-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja madwar l-Ewropa, f’konformità mal-aspettattivi tal-politika tal-Kummissjoni; jilqa’ l-kontribut kontinwu tal-Aġenzija fil-qasam tar-regoli nazzjonali bit-tindif fl-2022 tar-regoli tekniċi nazzjonali li fadal (għaċ-Ċekja u n-Netherlands) li jikkostitwixxi ostakli għall-operazzjonijiet ferrovjarji bla xkiel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifaħħar ir-rispons proattiv tal-Aġenzija għar-rakkomandazzjonijiet imressqa fl-osservazzjoni tas-sena preċedenti, u jħeġġeġ lill-Aġenzija tintroduċi kontrolli effettivi għall-verifika tal-istatus ta’ SME tal-applikanti. jilqa’ l-implimentazzjoni ta’ kontrolli msaħħa għall-verifika tal-istatus tal-SMEs għal applikazzjonijiet għal Ċertifikati Uniċi ta’ Sikurezza u għal Awtorizzazzjonijiet tal-Vetturi; jirrimarka li l-Aġenzija xprunat diversi inizjattivi bil-għan li tingħata spinta lit-traffiku ferrovjarju (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), inklużi miżuri biex jiġi kkoordinat aħjar it-traffiku ferrovjarju internazzjonali u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, bħall-awtomatizzazzjoni tal-ferroviji, li jikkontribwixxu għall-koeżjoni, it-tisħiħ tal-ekonomija tal-UE u t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; jilqa’ l-fatt li l-Grupp ta’ Tmexxija tal-Pakkett Ferrovjarju kompla b’suċċess l-attivitajiet tiegħu li jevalwaw it-tħejjija tal-Aġenzija għar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li l-gwerra ta’ aggressjoni illegali u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna wriet ir-rwol kruċjali li jista’ jkollhom il-ferroviji; jinnota li mill-invażjoni tal-Ukrajna ’l hawn, il-ferroviji kienu assi sinifikanti għall-moviment ta’ persuni u oġġetti, speċjalment bl-għeluq tal-ispazju tal-ajru tal-Ukrajna għall-avjazzjoni ċivili; jirrimarka li l-ferroviji Ukreni ttrasportaw suldati, ħaddiema essenzjali, residenti, kif ukoll għadd kbir ta’ oġġetti vitali bħall-prodotti agrikoli; jirrikonoxxi li l-Aġenzija kkontribwiet għall-kooperazzjoni tal-UE mal-Ukrajna dwar ir-reżiljenza u l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet ferrovjarji, appoġġjat lill-Ukrajna u lin-nies fil-livell dinji billi sabet modi addizzjonali biex iżżid il-volum tat-trasport ta’ prodotti tal-ikel Ukreni bil-ferrovija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u kisbiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija talli fl-2022 adottat il-Pjan ta’ Tisħiħ (SP) u l-Pjan ta’ Azzjoni għat-Tisħiħ (SAP) 2023-27; jinnota li s-SAP huwa organizzat skont komponenti u objettivi u huwa fil-qalba tal-istrateġija tal-Aġenzija għal titjib fl-effiċjenza għall-ħames snin li ġejjin; jinnota li twaqqfet task force interna fl-Aġenzija kollha dwar is-SAP u l-istadji importanti tagħha u se jinħatar rapporteur biex jappoġġa, jiggwida u jimmonitorja l-implimentazzjoni tas-SAP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li bis-saħħa tas-SAP tagħha, l-Aġenzija rċeviet 12-il aġent temporanju (TAs) addizzjonali fl-2022, li jirrappreżentaw żieda li tista’ toffri bażi tajba biex l-Aġenzija tipproċedi bl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Appoġġ; jiddispjaċih li l-allokazzjoni ta’ karigi ma kinitx akkumpanjata minn allokazzjoni ta’ sussidju korrispondenti li, flimkien mal-indiċjar straordinarju tas-salarji u ż-żieda ġenerali fil-prezzijiet għall-utilitajiet, poġġiet restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-ippjanar tal-ħidma u r-riżorsi tal-Aġenzija, b’diversi prijoritajiet negattivi nnutati għall-2022, bħall-ħidma fuq ir-rieżami annwali tal-prestazzjoni tal-NSA jew l-iżvilupp tas-sistema ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni għall-okkorrenzi tas-sikurezza fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li, abbażi tal-iskrinjar kontinwu tas-servizzi pprovduti mill-Aġenziji u s-servizzi tal-Kummissjoni, ġew identifikati “kapaċitajiet ta’ kondiviżjoni” b’elementi ta’ kooperazzjoni li qed jiġu implimentati gradwalment mill-Aġenzija fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-laqgħat, is-sigurtà tal-IT, ir-riżorsi umani (eż. il-pagi u l-ġestjoni tad-drittijiet individwali tal-persunal, l-investigazzjonijiet relatati ma’ każijiet ta’ fastidju), l-akkwist (eż. offerti bejn l-aġenziji, kuntratti qafas kondiviżi), it-traduzzjoni u l-kontabbiltà; jinnota li fl-2022 l-Aġenzija kkonkludiet Memorandum ta’ Kooperazzjoni mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) li jistabbilixxi djalogu strutturat regolari bejn dawk iż-żewġ aġenziji u jsaħħaħ il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-għarfien u l-esperjenza f’diversi oqsma ta’ kooperazzjoni, inkluż dwar l-esplorazzjoni tal-possibbiltà li tiġi adattata waħda mis-soluzzjonijiet tal-IT eżistenti fis-settur tal-avjazzjoni (iċ-Ċentru Ewropew ta’ Koordinazzjoni għas-Sistemi ta’ Notifika tal-Aċċidenti u tal-Inċidenti tal-Avjazzjoni) biex tiġi adattata s-Sistema tal-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni Ferrovjarja għall-ġbir u l-analiżi tar-rapportar tal-okkorrenzi tas-sikurezza ferrovjarja; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-Awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultat ta’ dik il-fażi ta’ esplorazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li l-ewwel strateġija ta’ ġestjoni tal-Ambjent tal-Aġenzija ġiet abbozzata u ppubblikata fl-2022, bħala parti mid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni (SPD) 2023-2025 tal-Aġenzija; ifaħħar lill-Aġenzija talli antiċipat u wettqet diġà xi inizjattivi u azzjonijiet sa tmiem l-2022, bħat-tnaqqis tat-temperatura fil-bini, it-tiswija/is-sostituzzjoni ta’ sensuri difettużi biex issolvi d-dwal li ma jintfewx waħedhom f’xi uffiċċji, l-aġġustament tat-tifi awtomatiku tad-dwal, u l-istabbiliment ta’ Grupp Ambjentali (Volontarjat) tal-ERA biex jixpruna azzjonijiet ta’ tixrid, jiġbor ideat u jagħmel pressjoni għall-progress tal-azzjonijiet ambjentali; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija hija fost l-aġenziji li jippjanaw biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u n-newtralità klimatika tal-operazzjonijiet tagħhom; iħeġġeġ lill-Aġenzija tinkludi f’dak il-pjan linji bażi u miri kwantifikati għat-tnaqqis tal-marka tal-karbonju u l-konsum tal-enerġija, kif ukoll tiżgura li l-bini l-ġdid tagħha f’Valenciennes ikun iċċertifikat mill-EMAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Aġenzija kisbet livell għoli ħafna ta’ diġitalizzazzjoni biex iżżid l-effiċjenza tagħha, telimina l-proċessi tal-karti u tippromwovi soluzzjonijiet online bħal akkwist elettroniku, fatturazzjoni elettronika, il-prenotazzjoni elettronika tal-ivvjaġġar, inkluż permezz tal-introduzzjoni fl-2022 tas-sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani (SYSPER) tal-Kummissjoni u l-migrazzjoni, fil-fażi pilota, għas-sistema baġitarja, kontabilistika u finanzjarja l-ġdida, SUMMA; jilqa’ l-fatt li l-SPD 2023-2025 tal-Aġenzija jipprevedi li tkompli tiddiġitalizza l-flussi tax-xogħol tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Josserva mill-Opinjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-miżuri ta’ segwitu meħuda fid-dawl tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (minn hawn’ il quddiem “l-Opinjoni tal-Aġenzija”) li l-Aġenzija implimentat diversi miżuri biex tnaqqas il-kost tal-operazzjonijiet f’Lille (jiġifieri l-missjonijiet u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-persunal u għall-partijiet ikkonċernati esterni tnaqqsu b’mod sinifikanti) u temmet il-kuntratt ta’ kiri attwali għall-bini ta’ Lille; jinnota li l-intenzjoni tal-Aġenzija hija li torganizza biss il-laqgħat obbligatorji f’Lille sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar is-sede doppja “Lille-Valenciennes”; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija approvat l-istrateġija tagħha tar-riżorsi umani (2023-2027) fl-2022 abbażi tal-osservazzjoni tal-Parlament, b’enfasi fuq it-titjib tal-effikaċja u l-effiċjenza tagħha; jinnota f’dan ir-rigward l-esperjenza pożittiva u l-iżvilupp fi ħdan l-Aġenzija fir-rigward tal-użu tar-reġim tat-telexogħol matul il-pandemija tal-COVID-19, li wasslu lill-Aġenzija biex tikkonkludi li n-normalità l-ġdida hija li t-telexogħol huwa aċċettat bħala li huwa ugwali bħal xogħol fl-uffiċċju għall-biċċa l-kbira tal-persunal, filwaqt li l-preżenza fiżika tibqa’ kruċjali għal xi impjiegi speċifiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, kien ġie eżegwit 97,40 % tat-tabella tal-persunal, bil-ħatra ta’ 150 aġent temporanju minn 154 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 151 post tax-xogħol awtorizzati fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, 36 aġent kuntrattwali (minn 36 awtorizzati) u 2 esperti nazzjonali sekondati (minn 4 awtorizzati) ħadmu għall-Aġenzija fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota n-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, bi 8 minn 10 (80 %) jkunu rġiel; jieħu nota tad-distribuzzjoni tal-ġeneri fost il-membri tal-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija, b’34 minn 64 (53 %) ikunu rġiel; jinnota wkoll id-distribuzzjoni tal-ġeneri fil-livell tal-persunal kollu tal-Aġenzija, b’120 minn 188 (64 %) ikunu rġiel; ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Aġenzija tqis dan l-aspett fir-rigward ta’ reklutaġġi ta’ persunal u ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri u tagħha; jinnota l-ħidma kontinwa tal-Aġenzija biex telimina d-differenza bejn il-ġeneri, bi proġetti speċifiċi bħal “In-Nisa fit-Trasport” biex issaħħaħ l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs tan-nisa fis-settur tat-trasport; jinnota, f’dan il-kuntest, l-isforzi tal-Aġenzija biex iżżid l-għadd ta’ nisa fis-settur tat-trasport permezz ta’ riżultati tanġibbli bħal avvenimenti ta’ networking tal-veloċità u webinars li jiffukaw fuq id-diversità u l-inklużjoni fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota mill-opinjoni tal-Aġenzija li l-Aġenzija wettqet Awditu Parteċipatorju dwar il-Ġeneru fit-tieni nofs tal-2022 li s-sejbiet tiegħu minn hemm ’il quddiem intużaw biex jgħinu fil-prijoritizzazzjoni bejn l-objettivi tal-Istrateġija tar-Riżorsi Umani tal-Aġenzija għall-2023-2027 u servew bħala kontribut għal dokument li jiddeskrivi l-impenji tat-tim ta’ tmexxija tal-Aġenzija għad-diversità u l-inklużjoni; jinnota wkoll li azzjonijiet konkreti u fuq terminu qasir huma definiti biex itejbu d-diversità u l-inklużjoni fi ħdan l-Aġenzija fil-livelli kollha, eż., il-ħidma li saret fuq ir-reklutaġġ u l-ingaġġ (l-użu tal-listi ta’ riżerva, l-imbark, il-mentoraġġ);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tistinka biex tiżgura bilanċ ġeografiku tal-membri tal-persunal tagħha bl-inkoraġġiment ta’ kandidati mill-Istati Membri kollha biex japplikaw għall-pożizzjonijiet tagħha; jinnota li l-postijiet temporanji huma ppubblikati fil-lingwi kollha tal-UE u s-sejħiet għall-applikazzjoni mhux biss jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija, iżda jiġu mxerrda wkoll fil-livell tar-rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li, fir-rigward tal-każijiet irrapportati ta’ fastidju fi ħdan l-Aġenzija, li huma ttrattati mill-Kunsillieri Kunfidenzjali interni, erba’ membri tal-persunal tqiegħdu fir-reġistru, tnejn minnhom tneħħew mir-reġistru fi tmiem l-2022, u ma saret l-ebda investigazzjoni jew konklużjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa l-politiki u l-metodi tagħha biex tipprevjeni każijiet bħal dawn b’mod aktar effiċjenti fil-futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija wettqet 2 sejħiet miftuħa għall-offerti, 3 proċeduri nnegozjati u ftuħ mill-ġdid wieħed tal-kompetizzjoni fl-2022 u 2 sejħiet miftuħa għall-offerti u 3 proċeduri nnegozjati ffinanzjati minn approprjazzjonijiet amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li l-implimentazzjoni tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tinsab għaddejja u hija waħda mill-inizjattivi/azzjonijiet tal-istrateġija tal-ġestjoni ambjentali tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet tal-awtorità ta’ kwittanza li, fl-2022, il-proċessi ta’ akkwist tal-Aġenzija kienu diġà kompletament diġitalizzati; jilqa’ l-fatt li f’Lulju 2023 l-Aġenzija bdiet ittella’ l-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti tal-interess, u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-bord ta’ tmexxija u tal-maniġment superjuri tagħha fuq is-sit tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija ma tippubblikax is-CVs ta’ esperti esterni u lanqas ta’ esperti interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex ittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tagħha billi tippubblika regolarment, fuq is-sit tagħha, informazzjoni dwar il-laqgħat kollha li jsiru mid-Direttur Eżekuttiv ma’ organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom; jinnota li l-Aġenzija tuża diversi mekkaniżmi biex tidentifika u tevita l-kunflitti ta’ interess permezz tal-elenkar ta’ interessi li jappartjenu għal kategoriji speċifiċi (eż. professjonali, tal-familja), ir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet ta’ interessi, il-ħtieġa ta’ dikjarazzjonijiet spontanji ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess u taħriġ regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-proċeduri tagħha ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta li permezz tagħhom il-membri tal-persunal jistgħu jirrapportaw kunflitti potenzjali mingħajr biża’ ta’ ritaljazzjoni; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2022 ġew irrapportati sitwazzjonijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess fil-livell tal-membri tal-bord ta’ tmexxija u tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija, b’miżuri ta’ mitigazzjoni li ttieħdu u ġew irreġistrati fil-laqgħat tal-bord ta’ tmexxija jew iddokumentati fid-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-persunal ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li l-Aġenzija għandha proċeduri fis-seħħ għat-trattament ta’ sitwazzjonijiet potenzjali ta’ “revolving door” fil-każ ta’ ex membri tal-persunal; jiddispjaċih, f’dan il-kuntest, li l-Aġenzija ma twettaqx monitoraġġ sistematiku tal-konformità mar-regoli applikabbli, bl-effett li sitwazzjonijiet ta’ “revolving door” mhux iddikjarati jistgħu jibqgħu ma jiġux identifikati jew il-konformità mal-istruzzjonijiet imposti preċedentement fuq il-membri tal-persunal li jkunu telqu mill-Aġenzija tista’ ma tiġix żgurata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija kompliet is-sessjonijiet ta’ taħriġ dwar l-Etika u l-Ġlieda Kontra l-Frodi, li huma obbligatorji għall-persunal kollu, li huma parti minn ċiklu kontinwu ta’ 4 snin ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ bl-għan li tintlaħaq parteċipazzjoni ta’ 100 % fi tmiem iċ-ċiklu; jinnota li r-rata ġenerali ta’ parteċipazzjoni fl-2022 kienet ta’ 22,1 % għal kontra l-frodi u 31,11 % għall-etika, u li ż-żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ huma mfassla apposta, f’konformità mal-ambjent ta’ riskju tal-Aġenzija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjonijiet dwar xi nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Aġenzija, jiġifieri nuqqas ta’ politika għall-klassifikazzjoni u l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva u l-użu ta’ metodi ta’ approvazzjoni mhux validi, għajr firem elettroniċi fiżiċi jew kwalifikati, fil-qasam tal-proċeduri ta’ akkwist; jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-osservazzjonijiet tal-Qorti li dawk in-nuqqasijiet sadanittant ġew indirizzati permezz ta’ diversi azzjonijiet u miżuri; jistieden lill-Qorti tinkludi dawk l-azzjonijiet u l-miżuri fl-awditi ta’ segwitu tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota mill-opinjoni tal-Aġenzija li, fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li saru mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wara l-awditu mwettaq fl-2019 dwar il-Ġestjoni tal-Informazzjoni u s-Sigurtà tal-Informazzjoni, l-Aġenzija implimentat ir-rakkomandazzjoni importanti ħafna dwar il-qafas ta’ governanza tad-data u r-rakkomandazzjoni importanti dwar l-operazzjonijiet tad-data u tal-IT (diġà magħluqa mill-IAS), filwaqt li għaddejja ħidma biex jiġu implimentati t-tliet rakkomandazzjonijiet li fadal fl-2023 (dwar l-interoperabbiltà u l-kwalità tad-data, is-sigurtà tad-data u tal-IT, u l-kontinwità tal-IT u s-sigurtà fiżika); jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-baġit dwar il-progress magħmul f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li fi ħdan l-Aġenzija, kull devjazzjoni minn proċess jew proċedura stabbilita hija dokumentata, ġustifikata u approvata fil-livell maniġerjali xieraq; jinnota b’sodisfazzjon tnaqqis fl-għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità rreġistrati minn 35 fl-2021 għal 28 fl-2022; josserva li, fl-2022, ġew irreġistrati 28 pajjiż nazzjonali fir-rigward tal-konformità ma’, pereżempju, regoli amministrattivi (devjazzjoni mir-regoli tat-telexogħol), proċeduri/regoli ta’ akkwist (użu irregolari tal-proċedura nnegozjata), regoli tal-missjonijiet (li jkunu għaddejjin fuq missjonijiet mingħajr ordni ta’ missjoni awtorizzata) kif ukoll ma’ regoli f’oqsma bħall-ġestjoni tal-kuntratti, l-impenji u l-għażla tal-persunal; jinnota li 13 mit-28 pajjiż nazzjonali kienu eċċezzjonali (nonkonformitajiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>) u ddokumentati u ġġustifikati b’mod trasparenti, pereżempju għall-iżgurar tal-kontinwità tal-operat jew għal raġunijiet ekonomiċi; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija stabbiliet azzjonijiet ta’ mitigazzjoni jew monitoraġġ biex tindirizza kull pajjiż nazzjonali; jistieden lill-Aġenzija tkompli twettaq valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju u perjodiċi tal-funzjonament tal-oqsma ewlenin tal-kontroll intern li jappoġġaw il-proċess ta’ assigurazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Aġenzija wettqet l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju allinjat mal-ippjanar strateġiku annwali tagħha u rrieżaminat b’mod kontinwu r-rilevanza tar-riskji u l-miżuri ta’ mitigazzjoni relatati matul is-sena; jieħu nota tal-isfidi/riskji ewlenin identifikati relatati mal-eżekuzzjoni tal-baġit, l-implimentazzjoni ta’ għodda finanzjarja korporattiva ġdida tal-IT (SUMMA), ir-restrizzjonijiet tal-persunal, il-kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-IT, u l-konsegwenzi tal-COVID;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li l-investigazzjoni tal-OLAF ingħalqet f’Diċembru 2022 mingħajr sejbiet jew rakkomandazzjonijiet ulterjuri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li, wara l-passi li ttieħdu mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill fir-rigward tal-bini l-ġdid tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv informa lill-Bord ta’ Tmexxija dwar id-diversi laqgħat ma’ Valenciennes Métropole fl-2023; jinnota wkoll li l-permess tal-bini għandu jkun lest f’Marzu 2024 u l-kostruzzjoni tista’ tibda fis-sajf tal-2024 bil-bini jkun lest fl-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija fit-tisħiħ tal-komunikazzjoni tagħha, implimentati permezz ta’ diversi mezzi biex tilħaq l-akbar pubbliku possibbli; jinnota l-iżvilupp u t-tnedija tas-sit web il-ġdid tal-ERA f’Novembru 2022, li jipprovdi għodda aktar ċara, simplifikata u moderna biex jiġi ppreżentat il-kontribut tal-Aġenzija għas-settur ferrovjarju u ċ-ċittadini tal-UE b’mod ġenerali; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija biex torganizza 9 webinars u tħejji diversi pubblikazzjonijiet u filmati fl-2022; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija żammet preżenza qawwija fil-media u żiedet il-media soċjali tagħha wara l-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq li fl-2022, il-kumpaniji ferrovjarji Ewropej komplew l-irkupru tagħhom mill-pandemija tal-COVID-19; ir-reżiljenza kontinwa tas-settur ferrovjarju, flimkien mal-emissjonijiet baxxi tal-karbonju tiegħu huma żewġ fatturi essenzjali li jikkontribwixxu għar-ritorn għal-livelli ta’ qabel il-pandemija fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jiddispjaċih li r-rekwiżiti attwali dwar ir-rappurtar ta’ aċċidenti u inċidenti relatati mas-sikurezza ferrovjarja huma frammentati madwar l-Ewropa, limitati għal funzjoni ta’ sorveljanza biss, u mhumiex appoġġjati minn għodda abilitanti xierqa, u jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tindirizza dan id-distakk u tipprovdi kwalunkwe finanzjament meħtieġ għal dak l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li meta l-pajjiżi kandidati tal-UE jissieħbu fl-Unjoni, dawn ikunu implimentaw il-qafas u l-acquis tal-UE; jirrimarka li dan se jippermetti liċ-ċittadini tal-UE jużaw il-ferroviji bħala mezz ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u sikur u jittrasportaw il-merkanzija tagħhom minn/lejn ix-Xlokk tal-Ewropa, peress li l-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija llum qed jgħaqqdu l-Balkani tal-Punent mal-UE; jisħaq fuq ir-rwol tal-IPA u tal-Proġett tal-Balkani tal-Punent fl-appoġġ tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sikurezza fost il-benefiċjarji tal-proġett; jinnota wkoll li dan se jservi ta’ bażi għall-ftuħ tas-suq tas-servizzi ferrovjarji u rotot ferrovjarji mingħajr interruzzjoni minn u lejn dan ir-reġjun ġar;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>