<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0254</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0098/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2144(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0082/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2144(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0082/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2022,
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2144(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 73, 28.2.2023, p. 44.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 28 295 362, u dan ifisser tnaqqis ta’ 5,82 % meta mqabbel mal-2021; billi l-Aġenzija hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni u dħul assenjat estern għal proġetti speċifiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”) tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tad-dħul huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; billi l-Qorti identifikat pagamenti irregolari ta’, b’kollox, EUR 4,2 miljun li minnhom EUR 4,1 miljun b’rabta ma’ 359 pagament li saru taħt żewġ kuntratti qafas implimentati permezz ta’ talbiet għal servizzi mibgħuta minn membri tal-persunal li ma kellhomx l-awtorità li jidħlu f’impenji legali f’isem l-Aġenzija u EUR 152 655 bħala ħlasijiet li saru fl-2022 taħt kuntratt qafas li fir-rigward tiegħu xi wħud mill-ammonti mħallsa ma setgħux jiġu rikonċiljati mas-servizzi pprovduti, li jirrappreżentaw b’kollox 13,5 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2022, biex b’hekk jinqabeż il-limitu ta’ materjalità stabbilit għall-awditjar u, konsegwentement, jirriżulta f’opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti sottostanti l-kontijiet; billi, ħlief għal dawk il-pagamenti mhux konformi, il-Qorti tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tal-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 3,21 % meta mqabbla mal-2021; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 84,66 %, li tirrappreżenta żieda ta' 12,93 % meta mqabbla mal-2021; jinnota barra minn hekk li EUR 1,6 miljun, li jirrappreżentaw 15 % tal-impenji fl-2022, ġew riportati għall-2023; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit fir-rigward tal-fondi ta’ assistenza esterna tal-Unjoni ddedikati biex jassistu lill-pajjiżi terzi fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom f’oqsma ta’ politika rilevanti tal-infurzar tal-liġi laħqet 48,5 % sal-aħħar tal-2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għar-rata ta’ implimentazzjoni ta’ 100 % tal-programm ta’ ħidma 2022, ibbażata fuq il-fatt li ġew implimentati 418-il attività ta’ taħriġ kontra 417 ippjanati; jinnota li fl-2022 l-Aġenzija kompliet tagħti taħriġ lill-komunità tal-infurzar tal-liġi billi marret lura għal ambjent online sal-limitu massimu possibbli; jinnota b’apprezzament li r-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti baqgħet għolja fl-2022 fejn 97 % tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta’ taħriġ tal-Aġenzija ddikjaraw li kienu sodisfatti jew sodisfatti ħafna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota li, fl-2022, inkisbu kważi l-KPIs kollha, u wieħed biss kien għadu għaddej bi skadenza sal-aħħar tal-2023, jiġifieri l-KPI relatat mal-perċentwal tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar għalaq skont il-pjan ta’ azzjoni miftiehem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li fl-2022, attendew 43 838 parteċipant għat-taħriġ tal-Aġenzija, li huwa numru sostanzjali meta mqabbel mas-27 800 parteċipant ippjanati; ifaħħar lill-Aġenzija talli ppubblikat it-tieni Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet ta’ Taħriġ Strateġiku tal-UE, li tidentifika l-ħtiġijiet strateġiċi u ta’ taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għaċ-ċiklu li jmiss tal-Pjattaforma Multidixxiplinarja Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali 2022-2025 u bdiet l-implimentazzjoni tagħha; jinnota barra minn hekk li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija li għadu kif ġie maħtur beda l-elaborazzjoni ta’ strateġija ġdida fl-2022 li tistabbilixxi d-direzzjoni tal-Aġenzija għall-perjodu 2023-2027; japprezza wkoll id-Dokument ta’ Strateġija mill-Grupp ta’ Esperti dwar id-Drittijiet Fundamentali intiż biex jinkludi l-aspetti ta’ drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha ta’ taħriġ; jinnota b’sodisfazzjon li fl-2022 ġie organizzat taħriġ <STRING ITALIC="on">ad hoc </STRING>dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi; jilqa’ l-azzjonijiet speċifiċi ta’ taħriġ dwar suġġetti ta’ reati ta’ mibegħda, u t-tixrid tal-għarfien dwar soluzzjonijiet effettivi li jirrigwardaw l-appoġġ għall-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija talli rreaġixxiet malajr għall-gwerra mhux ġustifikata fl-Ukrajna, u talli ppreżentat kors ta’ intelligence ta’ sors miftuħ imfassal apposta għall-Uffiċċju tal-Prosekuturi Ġenerali tal-Ukrajna, f’kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet ikkonsolidat tal-Aġenzija għall-2022 li ż-żieda esponenzjali fit-taħriġ offrut fl-aħħar snin (minn 18 000 fl-2016 għal kważi 44 000 fl-2022) tirrifletti domanda dejjem tikber għal attivitajiet ta’ taħriġ li l-Aġenzija teħtieġ li twettaq; jinnota f’dak il-kuntest li fl-2022, minħabba riżorsi insuffiċjenti, din id-domanda setgħet tiġi segwita biss billi jiżdied il-komponent tat-tagħlim online, li ma jissodisfax għal kollox il-ħtieġa tal-partijiet ikkonċernati; jappoġġja l-għan tal-Aġenzija li tkompli tipprovdi attivitajiet multidixxiplinarji li jattiraw kemm parteċipanti mill-pulizija, kif ukoll uffiċjali tad-dwana u tal-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li fl-2022 l-Aġenzija kompliet timplimenta b’suċċess erba’ proġetti ta’ bini ta’ kapaċità f’pajjiżi terzi, b’kontribut dirett għat-tisħiħ tas-sigurtà interna tal-Unjoni, kif ukoll attivitajiet ta’ taħriġ taħt il-qafas taċ-Ċentru ta’ Għarfien tas-CEPOL dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u ċ-Ċentru tal-Għarfien tas-CEPOL dwar il-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, l-Iskambju tal-Informazzjoni u l-Interoperabbiltà; jilqa’ l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Konferenza tar-Riċerka u x-Xjenza tas-CEPOL f’kooperazzjoni mal-Università Mykolas Romeris f’Vilnius, il-Litwanja, li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-setturi tal-infurzar tal-liġi u r-riċerka, bl-attendenza ta’ kważi 200 parteċipant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li t-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fil-livell tal-Unjoni jeħtieġ li jirrifletti l-prijoritajiet tal-Unjoni f’konformità mal-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-Istati Membri u jappoġġja r-rispons tal-Unjoni għall-kriminalità serja u organizzata u theddid ieħor għas-sigurtà interna, u jfakkar ukoll li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali għandha tkun pilastru ċentrali fl-attivitajiet ta’ formazzjoni tal-Aġenzija; jieħu nota tal-attivitajiet ta’ taħriġ fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż dwar il-finanzjament tat-terroriżmu, it-terroriżmu u l-armi tan-nar, il-ġellieda terroristi barranin u tal-attivitajiet diretti kontra l-estremiżmu u r-radikalizzazzjoni; jappella għal aktar taħriġ dwar iċ-ċiberkriminalità, il-forensika ċibernetika, l-intelliġenza artifiċjali, il-protezzjoni tad-data, id-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra r-razziżmu fil-livell tal-Unjoni; jistieden lill-Aġenzija tiżgura, fl-attivitajiet kollha tagħha, b’mod partikolari l-attivitajiet tagħha ma' pajjiżi terzi, trasparenza sħiħa u rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u d-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija żammet b’suċċess iċ-ċertifikazzjoni tagħha f’konformità mal-ISO 9001:2015, is-Sistema tal-Ġestjoni tal-Kwalità, u għamlet tħejjijiet biex tkompli tespandi l-użu tal-istandard ISO 29993:2017 għas-servizzi ta’ tagħlim, u dan ikompli juri li l-Aġenzija tiżgura tħaddim effiċjenti tas-sistema ta’ kwalità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u kisbiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija għadha qed tikkoopera mill-qrib man-Network tal-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, u l-aġenziji li jinkluduha, inklużi b’mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, billi jikkondividu attivitajiet ta’ taħriġ u jorganizzaw korsijiet flimkien; jinnota li, f’dan il-kuntest, l-Aġenzija ppresediet in-Network tal-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fl-2022; jinnota wkoll li l-Aġenzija għandha ftehim, fis-seħħ mill-2023, maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) biex tipprovdi kirja fil-pjattaforma ta’ tagħlim tal-Aġenzija LEEd, u b’hekk tipprovdi lill-EMCDDA, bi pjattaforma moderna ta’ tagħlim għall-komunità tagħha, mingħajr ebda spiża; jistieden lill-Aġenzija tkompli l-kooperazzjoni tagħha ma’ aġenziji oħra sabiex ikunu jistgħu jintużaw ir-riżorsi kollha disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija talli kisbet livell relattivament għoli ta’ diġitalizzazzjoni permezz ta’ ħafna mill-proċessi tagħha li ġew konvertiti għal forma mhux tal-karti jew f’forma elettronika, pereżempju sistema ta’ sottomissjoni ta’ Akkwist elettroniku għal proċeduri miftuħa u Sejħiet għall-offerti elettroniċi, Reklutaġġ elettroniku, ġestjoni tal-HR elettroniku (SYSPER) , Fatturazzjoni elettronika, prenotazzjoni elettronika tal-ivvjaġġar, ħafna drabi f’kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Servizzi Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija għandha regoli interni, li skonthom, għal distanzi qosra (u l-parteċipanti fl-attivitajiet ta’ taħriġ) għandhom jużaw alternattivi għall-ivvjaġġar bl-ajru, bħal ferrovija jew xarabank; jinnota b’apprezzament li mill-2022 l-Aġenzija qed toffri rimborż għall-ispejjeż tat-trasport pubbliku għall-persunal tagħha; jinnota wkoll li ħafna laqgħat tal-gruppi ta’ esperti li qabel kienu jsiru fuq il-post issa qed isiru online; jiddispjaċih għall-fatt li l-Aġenzija ma għandhiex sistema stabbilita biex timmonitorja b’modi oġġettivi u granulari l-evoluzzjoni minn sena għal oħra tal-qligħ u l-iffrankar u jistieden lill-Aġenzija biex tistabbilixxi tali sistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ma għandhiex pjan korporattiv biex itejjeb l-effiċjenza enerġetika u n-newtralità klimatika tal-operazzjonijiet tagħhom; jiddispjaċih għall-fatt li l-Aġenzija għadha ma bdietx il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS); jinnota, madankollu, li fir-rekwiżiti għall-bini tal-kwartieri ġenerali l-ġdid tagħha, l-Aġenzija indikat li se timxi lejn iċ-ċertifikazzjoni EMAS fil-futur qarib; jinnota, fl-istess kuntest, li l-Aġenzija qed issegwi l-gwida tal-Kummissjoni, fejn fil-maġġoranza tal-proċeduri ta’ akkwist huma inklużi wkoll kriterji tal-għoti relatati ma’ kunsiderazzjonijiet ambjentali; jistieden lill-Aġenzija ssegwi eżempji fil-qasam tal-akkwist ekoloġiku minn aġenziji sħab oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 79 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bil-ħatra ta’ 26 aġent temporanju minn total ta’ 33 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (l-istess għadd ta’ postijiet tax-xogħol awtorizzati bħal fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, 59 aġent kuntrattwali (li minnhom 20 kienu għal attivitajiet regolari u 39 għal proġetti ta’ bini ta’ kapaċità ffinanzjati esternament) u sitt esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2022; jinnota barra minn hekk li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 24 persunal interim ġew impjegati b’kompiti relatati man-negozju ewlieni bħat-tagħlim elettroniku, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, appoġġ legali u maniġerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-varjazzjoni tal-persunal kompliet tkun relattivament għolja fl-2022 u kellha impatt sinifikanti fuq l-Aġenzija; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2022 kien hemm 4 riżenji minħabba opportunitajiet ġodda ta’ xogħol ġewwa u barra l-Aġenzija, 3 li telqu minħabba li rtiraw u fil-31 ta’ Diċembru 2022, 4 membri tal-persunal kienu fuq leave bla ħlas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għaż-żieda fin-numru tal-persunal tal-Aġenzija proporzjonat mal-kompiti u l-ambizzjonijiet stabbiliti mill-mandat attwali tal-Aġenzija; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija intitolat “Pjan ta’ Azzjoni tas-CEPOL bi tweġiba għad-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-PE għas-sena finanzjarja 2021” (minn hawn ’il quddiem ir-“rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija”) li, sabiex jissostanzja t-talba futura għar-riżorsi, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija waqqaf task force biex jiddokumenta u jiġġustifika b’mod sistematiku l-ħtiġijiet għal riżorsi baġitarji u umani addizzjonali, fil-kuntest tal-istrateġija l-ġdida għall-2023-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li r-rata ta’ tibdil tal-persunal baqgħet għolja fl-2022, ta’ 11,8 %, b’impatt sinifikanti fuq l-organizzazzjoni; jinnota mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija li r-rata tad-dawran tal-impjegati hija barra mill-kontroll tal-Aġenzija minħabba li l-kawża prinċipali hija l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni baxx tal-pajjiż u l-pożizzjonijiet gradati relattivament baxxi għall-funzjonijiet ewlenin ta’ appoġġ fl-Aġenzija; jinnota li fl-2022 l-Aġenzija kompliet timplimenta miżuri dwar iż-żamma tal-persunal u l-kontinwità tan-negozju, bl-użu ta’ għadd ta’ persunal interim u esperti nazzjonali sekondati biex jimlew l-assenza tal-persunal, sakemm tlesta r-reklutaġġ tal-persunal statutorju u kompliet ir-riklassifikazzjoni tal-persunal u l-funzjonijiet, filwaqt li żammet l-arranġament soċjali (eż. skola għat-tfal tal-persunal), arranġamenti ta’ telexogħol u ta’ ħinijiet flessibbli; jerġa’ jtenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni tirrevedi l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni sabiex dan jirrifletti aħjar ir-realtajiet ekonomiċi tar-rilokazzjoni lejn u l-għajxien fil-belt ospitanti tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota b’apprezzament, fir-rigward tal-għodda SYSPER, li l-Aġenzija adottat moduli bħal REPORTING, ETHICS u STAGE u qed taħdem fuq l-inkorporazzjoni ta’ moduli Sysper oħra (eż. EVAL/PROMO);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ t-tqassim skont il-ġeneru tal-Aġenzija rrapportat għall-2022 bi 3 irġiel u 3 nisa fil-funzjonijiet maniġerjali (maniġer superjuri wieħed u 5 maniġers ta’ grad medju), b’15-il raġel (56 %) u 12-il mara (44 %) fil-bord maniġerjali, u persunal ġenerali b’37 raġel (44 %), u 48 mara (56 %); ifaħħar lill-Aġenzija għall-bilanċ bejn il-ġeneri miksub fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota mir-rapport annwali konsolidat tal-attività tal-Aġenzija għall-2022 li kienu rappreżentati 17-il Stat Membru fost il-persunal tal-Aġenzija fl-2022; jinnota li 39 % tal-persunal tagħha huma ċittadini tal-Istat Membru fejn tinsab l-Aġenzija; ifakkar fl-importanza tal-bilanċ ġeografiku u jitlob lill-Aġenzija tieħu l-miżuri meħtieġa biex ikollha rappreżentanza ġeografika bbilanċjata u ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022 l-Aġenzija adottat deċiżjoni ġdida msejsa fuq il-prinċipji ta’ ġestjoni bbażata fuq l-objettivi u orjentata lejn ir-riżultati u kultura ta’ fiduċja; jinnota li dik id-deċiżjoni introduċiet aktar flessibbiltà għall-persunal, kemm f’termini ta’ ħin tax-xogħol kif ukoll ta’ telexogħol, billi ngħata d-dritt għall-iskonnessjoni u indikat b’mod ċar perjodu ta’ skonnessjoni li għandu jikkontribwixxi għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jipproteġi l-persunal kontra tagħbija żejda tax-xogħol diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija, fir-rigward tal-osservazzjoni dwar il-persunal li jaħdem fuq proċeduri relatati mal-akkwist, li l-pjan ta’ stabbiliment għall-2023 jipprevedi t-trasformazzjoni tal-kariga ta’ AST-5 rilevanti (grad ta’ reklutaġġ AST-3) għal kariga ta’ AD-5;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li, mis-sena finanzjarja 2020, il-Qorti għamlet osservazzjonijiet ġodda kull sena relatati mal-akkwist tal-Aġenzija; jenfasizza mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjoni li tirrappreżenta l-bażi għall-opinjoni kwalifikata tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità ta’ 359 ħlas ta’ valur totali ta’ EUR 4,1 miljun li saru fl-2022 taħt żewġ kuntratti qafas implimentati direttament permezz ta’ formoli tal-ordni (talbiet għal servizz) li intbagħtu minn membri tal-persunal tal-Aġenzija li ma kellhomx l-awtorità delegata biex jidħlu f’impenji legali f’isem l-Aġenzija, jew minn impjegati interim li ma setgħux legalment ikollhom tali awtorità delegata minħabba l-istatus interim tagħhom; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija għall-osservazzjoni tal-Qorti li, anki jekk kien hemm dgħufija fil-formalizzazzjoni tal-impenn legali, is-servizzi ġew ordnati skont il-ħtiġijiet tal-Aġenzija u l-kontrolli ġew applikati bis-sħiħ biex jiġi żgurat li l-fondi ntużaw għall-iskop maħsub u ma jkun sar l-ebda telf attwali; jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li dawk il-kuntratti ma ġewx affettwati minn irregolaritajiet oħra u l-Aġenzija ħadet miżuri biex tindirizza l-osservazzjoni tal-Qorti billi emendat il-proċeduri interni tal-Aġenzija biex tiżgura li l-ordnijiet jiġu kkomunikati lill-aġent tal-ivvjaġġar minn persunal statutorju biss, li jkunu ġew delegati minn uffiċjal awtorizzanti biex jidħlu f’impenn legali; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li permezz tagħha l-Aġenzija introduċiet immedjatament miżuri korrettivi, anki qabel it-tmiem tal-proċess tal-awditjar; jistieden lill-Aġenzija tindirizza bis-sħiħ dawk l-osservazzjonijiet u ttejjeb il-proċeduri ta’ akkwist tagħha sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Barra minn hekk jenfasizza mir-rapport tal-Qorti l-opinjoni kwalifikata li skontha l-ammonti kollha mħallsa fl-2022 (EUR 152 655) għall-implimentazzjoni ta’ kuntratt qafas (għas-servizzi editorjali edukattivi) ma setgħux jiġu rikonċiljati mas-servizzi pprovduti u xi kategoriji ta’ kompiti ma kinux jirriflettu n-natura tax-xogħol attwali mwettaq, u għal xi kategoriji, l-ammont ta’ xogħol imħallas ma kienx jikkorrispondi għall-ammont attwalment magħmul, u b’hekk dawk l-ammonti saru irregolari; jinnota l-ispjegazzjoni tal-Aġenzija li n-numru ta’ paġni ordnati, ippreżentati u mħallsa ma kienx jaqbel bis-sħiħ, minħabba n-natura tax-xogħol, jiġifieri l-iżvilupp tal-kontenut editorjali u edukattiv, dan mhux dejjem kien kwantifikabbli b’mod preċiż minn qabel; jinnota wkoll li, skont it-tweġiba tal-Aġenzija, saru kontrolli fuq ir-riżultati u l-kategoriji tal-kompiti kienu bbażati fuq dawk elenkati f’kuntratt preċedenti mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi miżuri li jippermettu lill-Aġenzija tikkwantifika aħjar minn qabel ir-riżultati tanġibbli u tevita tali sitwazzjonijiet fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2021 li osservazzjoni waħda baqgħet miftuħa, rigward il-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ proċedura ta’ akkwist li biha l-Aġenzija poġġiet enfasi fuq kriterju li ma kienx ippreżentat b’mod ċar fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti, u għalhekk ħoloq ir-riskju li l-offerenti jiġu ttrattati b’mod mhux ugwali; jieħu nota li l-kuntratt kien fis-seħħ sa Settembru 2023 u, fiż-żmien tar-rieżami mill-Qorti tal-istatus ta’ dik l-osservazzjoni, l-Aġenzija ma kellha l-ebda intenzjoni li ġġedded il-kuntratt għal 12-il xahar ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija talli daħħlet l-Għodda ta’ Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku li, minn Ottubru 2022, tintuża għat-tipi kollha ta’ proċeduri ta’ akkwist; jistieden lill-Aġenzija tħaffef l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ għodod li jippermettu l-użu tal-firma elettronika biex jiksbu approvazzjonijiet u firem kemm minn kontropartijiet interni kif ukoll esterni fid-dokumenti tal-akkwist u dawk kuntrattwali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u t-trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota b’apprezzament il-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota b’sodisfazzjon li d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi u s-CVs tal-membri tal-bord ta’ ġestjoni u l-maniġment superjuri huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija u l-format tad-dikjarazzjonijiet jippermetti l-elenkar ta’ interessi professjonali, finanzjarji, personali u oħrajn li jistgħu jirrelataw mal-attivitajiet tal-Aġenzija; jinnota mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija, fir-rigward tal-osservazzjoni tal-awtorità ta’ kwittanza li d-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess u l-kunfidenzjalità għall-esperti remunerati mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija, li l-Aġenzija vvalutat li minħabba kunsiderazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni/CVs tal-esperti twassal għal għadd imnaqqas b’mod sinifikanti ta’ applikazzjonijiet għall-esperti, peress li ħafna mill-esperti li jaħdmu għall-Aġenzija għandhom sfond ta’ infurzar tal-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota b’apprezzament mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija li, bit-tnedija tas-sit web il-ġdid tagħha fl-2022, l-Aġenzija tejbet ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti tagħha u l-bidliet tekniċi introdotti jippermettu liċ-ċittadini jfittxu d-dokumenti uffiċjali tal-Aġenzija skont il-kategorija jew li jitolbu aċċess għal dokument permezz ta’ formola online meta ma jingħatax aċċess dirett permezz tar-reġistru pubbliku tad-dokumenti; jinnota li fl-2022, l-Aġenzija rċeviet ħames talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti u ħadet ħsieb 920 inkjesta pubblika mingħand iċ-ċittadini;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija li, rigward id-diversi nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll intern tal-Aġenzija, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist u l-ġestjoni tal-impenji baġitarji, l-Aġenzija ħadet passi, inkluż taħriġ u workshops, biex iżżid l-għarfien u tnaqqas l-okkorrenza ta’ żbalji amministrattivi; jinnota f’dan il-kuntest mir-rapport tal-Qorti li l-istatus tal-osservazzjonijiet tagħha (għas-sena finanzjarja 2021) li jikkorrispondi għal dawk in-nuqqasijiet huwa magħluq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota l-valutazzjoni tal-Aġenzija tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha fl-2022 u l-konklużjoni tagħha, li hija effettiva, preżenti u li tiffunzjona tajjeb, u li huwa meħtieġ biss titjib żgħir; jistieden lill-Aġenzija tindirizza n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-komponenti ta’ kontroll intern “Attivitajiet ta’ kontroll” u “Informazzjoni u komunikazzjoni” u biex iżżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar il-progress f’dik il-kwistjoni; jinnota b’apprezzament mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija li, fil-valutazzjoni tal-komponent “Attivitajiet ta’ monitoraġġ”, il-prinċipju 17 “tivvaluta u tikkomunika n-nuqqasijiet”, l-Aġenzija qieset l-osservazzjonijiet rilevanti tal-Qorti mis-snin preċedenti; jistieden lill-Aġenzija tkompli tindirizza l-osservazzjonijiet kollha mill-awditjar dwar il-“Ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika fis-CEPOL” tal-Aġenzija mwettqa fl-2021 mis-servizz tal-awditjar intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija timplimenta proċess għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjonijiet li jiġu analizzati biex jiġu identifikati oqsma speċifiċi ta’ tħassib u azzjoni ta’ titjib rilevanti; jinnota li r-rapport tal-2022 dwar l-eċċezzjonijiet jikkonferma li s-sistema ta’ kontroll intern tal-Aġenzija qed taħdem tajjeb, u l-avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità jiġu skoperti u mmitigati b’azzjonijiet korrettivi u preventivi; jinnota wkoll li fl-2022 tressqu total ta’ 46 eċċezzjoni (meta mqabbla ma’ 27 eċċezzjoni fl-2021), b’valur ta’ EUR 51 697 (meta mqabbla ma’ EUR 257 825 fl-2021), filwaqt li 13 minn dawk l-eċċezzjonijiet kellhom impatt finanzjarju ogħla minn EUR 1 000 (li jvarjaw minn EUR 1 053 sa EUR 12 240);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija, fir-rigward tal-kwistjoni tal-Aġenzija li ma jkollhiex biżżejjed spazju għall-uffiċċji u żona għall-attivitajiet operattivi, li l-gvern Ungeriż impenja ruħu li jiżgura l-kontinwità u jipprovdi lill-Aġenzija b’faċilitajiet xierqa billi adotta deċiżjoni biex jiżgura kwartieri ġenerali ġodda (6 000 sqm) permezz ta’ kirja; jinnota wkoll li mixja għal bini ġdid tista’ sseħħ sal-aħħar tal-2024, b’mod parallel mal-iffirmar ta’ ftehim tas-sede ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-isforzi tagħha biex iżżid il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online tagħha; jilqa’ f’dan il-kuntest it-tnedija tas-sit web il-ġdid tal-Aġenzija fl-2022 li tinkorpora titjib ewlieni, bħal preżentazzjoni u struttura aktar ċari, dehra mtejba, u reattività tal-web; jinnota wkoll li, fl-2022, l-attività tal-Aġenzija fil-media soċjali kienet sinifikanti, b’1 590 upload ta’ kontenut, li jirrappreżenta 54 % aktar posts mis-sena ta' qabel; jinnota f’dan ir-rigward ix-xejra ’l fuq mal-utenti tal-web tal-Aġenzija b’aktar minn 200 000 żjara rreġistrata, u bil-bażi ta’ partitarji tal-media soċjali tagħha bi 38 500 segwaċi fuq LinkedIn, X (li qabel kienet Twitter) u Facebook;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>