<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0255</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0113/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2172(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0110/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2172(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0110/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2172(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 141, 29.3.2022, p. 112.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 693 122 859, li jirrappreżenta żieda ta’ 29,50 % meta mqabbel ma’ dak tal-2021; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, minn Diċembru 2019, l-Aġenzija bdiet timplimenta mandat ġdid b’żieda essenzjali li hija sinifikanti f’termini ta’ missjonijiet u persunal, li tirrikjedi baġit adegwat;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fl-2022 kien hemm żieda sinifikanti fil-baġit u fl-eżekuzzjoni tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija minħabba l-mandat estiż skont ir-Regolament (UE) 2019/1896;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Qorti, fir-Rapport Speċjali Nru 8/2021 tagħha dwar l-appoġġ tal-Aġenzija għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni, ikkonkludiet li kien hemm diversi nuqqasijiet relatati mal-attivitajiet primarji tal-Aġenzija, speċifikament, il-monitoraġġ tas-sitwazzjonijiet, l-analiżi tar-riskji, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet, l-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera, l-operazzjonijiet ta’ ritorn u t-taħriġ tal-Aġenzija u n-nuqqas ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u tal-ħtiġijiet qabel iż-żieda esponenzjali fl-ispejjeż tal-Aġenzija;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-Aġenzija, wara s-sejbiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u r-riżenja tal-eks Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija f’April 2022, fasslet pjan ta’ azzjoni (AP) li jippreżenta azzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu biex jiġu indirizzati diversi nuqqasijiet f’oqsma ta’ titjib meħtieġ bħall-kultura organizzattiva, it-trasparenza u r-responsabbiltà u l-qafas tad-drittijiet fundamentali; jinnota, skont ir-rapport tal-Aġenzija (iffirmat fl-24 ta’ Ottubru 2023) rigward it-tielet kwart tal-2023 indirizzat lill-Grupp ta’ Ħidma ta’ Skrutinju tal-Frontex tal-Parlament Ewropew (FSWG), l-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rakkomandazzjonijiet mill-FSWG, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija (MB) dwar id-Drittijiet Fundamentali u Legali u Operazzjonijiet (FRaLO), l-Ombudsman Ewropew (EO) u l-OLAF; jistieden lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ l-AP u tkompli tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress f’din il-kwistjoni; jistieden lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ, bħala kwistjoni ta’ prijorità, ir-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha mill-FSWG, mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija, mill-FRaLO, mill-EO, mill-Qorti u mill-OLAF; itenni l-importanza tar-reviżjoni u l-kontroll kostanti tal-attivitajiet tat-tim maniġerjali sabiex jiġi żgurat l-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni f’waqtha tal-kwistjonijiet; jinnota li, biex ikompli jsegwi l-kwistjonijiet imqajma fir-rapport tal-OLAF li wassal għar-riżenja tal-eks direttur eżekuttiv tal-Aġenzija, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Ispezzjoni u l-Kontroll (ICO) li għadu kif ġie stabbilit abbozza pjan ta’ azzjoni li ġie ppreżentat lill-Bord Maniġerjali f’Jannar 2023; jitlob lill-Aġenzija żżid l-isforzi li għaddejjin bħalissa u tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tiżgura r-rispett sħiħ tal-istandards tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, id-drittijiet fundamentali, il-kultura organizzattiva u t-trasparenza; ifakkar it-tieni investigazzjoni tal-OLAF fil-prattiki ta’ ġestjoni fl-Aġenzija li tinsab għaddejja, disa’ xhur biss wara li ngħalqet l-ewwel investigazzjoni tal-OLAF; jitlob li l-allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina jiġu vverifikati u investigati bir-reqqa; jistieden lill-Aġenzija tiżgura l-kooperazzjoni sħiħa u leali mal-OLAF fl-istadji kollha tal-investigazzjoni u tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar il-progress tal-istat u l-eżitu tal-investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar id-diversi każijiet legali pendenti u l-kritika dwar l-involviment tal-Aġenzija fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li ma jikkonformax mar-regolamenti u l-obbligi tagħha stess lejn id-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota l-miżuri tal-Aġenzija dwar it-trasparenza u l-iskrutinju, jiġifieri li tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill ħarsa ġenerali tal-attivitajiet tagħha permezz ta’ għodda ġdida ta’ rapportar imsejħa d-“dashboard”; iħeġġeġ lill-presidenti tal-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija jkomplu jistiednu lill-osservaturi tal-Parlament għal-laqgħat tiegħu u jikkunsidraw li jestendu l-istediniet għall-punti kollha tal-aġenda, inkluż għall-punti diskussi bil-bibien magħluqin u jkomplu jipprovdu d-dokumenti ta’ sostenn kollha mingħajr eċċezzjoni u, jekk jitqies meħtieġ, b’mod kunfidenzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li, wara żewġ emendi tal-baġit li naqqsu l-baġit tal-Aġenzija għall-2022 b’madwar EUR 47 miljun, l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul dik is-sena rriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ 99,40 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 4,70 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, minkejja l-isforzi sostnuti tal-Aġenzija, irrapportati fl-2021, biex ittejjeb l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament (50,25 %) kompliet tkun baxxa fl-2022, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,17 % meta mqabbla mal-2021; jirrikonoxxi, madankollu, li f’termini assoluti, il-valur annwali tal-pagamenti żdied bejn l-2020 u l-2022; jinnota l-ispjegazzjoni mġedda tal-Aġenzija li torbot il-livell baxx tar-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit man-natura tan-nefqa tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar livell dejjem jiżdied tal-fondi C8 tal-Aġenzija (riport awtomatiku) fl-aħħar snin, b’EUR 240,4 miljun fl-2022, filwaqt li fis-sentejn ta’ qabel kien ta’ EUR 159,4 miljun (fl-2021) u EUR 102 miljuni (fl-2020); jinnota f’dan il-kuntest ukoll iż-żieda fil-fondi C8 tal-Aġenzija fir-rigward taż-żieda fil-baġit annwali tal-Aġenzija, filwaqt li mill-2019 sal-2022 dan tal-aħħar żdied b’fattur ta’ 2,1, filwaqt li tal-ewwel żdied b’fattur ta’ 2,9; jinnota li l-livell ta’ pagamenti (84 %) tal-fondi C8 kompla naqas fl-2022 (87 % fl-2021); jinnota, madankollu, l-osservazzjoni tal-Aġenzija li dan l-indikatur ġie affettwat minn sitwazzjoni diffiċli fil-katina tal-provvista li rriżultat f’dewmien fil-konsenji ta’ servizzi u prodotti ordnati; barra minn hekk jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex jipprovdu lill-awtorità ta’ kwittanza b’dettalji dwar l-oriġini u l-evoluzzjoni tal-obbligazzjoni finanzjarja ta’ EUR 9,3 miljun kontabilizzata fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti, għat-tieni sena konsekuttiva, l-“Enfasi fuq il-kwistjoni” rigward id-dikjarazzjoni tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija li biha s-sistema tal-kontabilità tal-Aġenzija ma setgħetx tiġi vvalidata minħabba nuqqas ta’ informazzjoni relatata ma’ sistema tal-IT proprjetà tal-Kummissjoni li tipprovdi data tal-kontabilità; jinnota mir-rapport tal-Qorti t-tweġiba tal-Aġenzija f’dik il-kwistjoni billi l-parti nieqsa tal-validazzjoni tas-sistema tal-kontabilità tal-Aġenzija hija s-Sistema tgħall-Ipproċessar tal-Missjonijiet (MiPS);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota għat-tielet sena konsekuttiva “Enfasi fuq il-kwistjoni” rikorrenti mfassla mill-Qorti fuq il-bażi tan-noti għall-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija, rigward sottostima tal-kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati ta’ Schengen (SAC), li fl-2022 kienet ekwivalenti għall-ammont ta’ EUR 3,2 miljuni filwaqt li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni kienet stmata żżejjed bl-istess ammont; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-ftehimiet bejn l-Unjoni u l-SAC li jservu bħala bażi ġuridika għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-Unjoni mhumiex ċari u jippermettu interpretazzjonijiet diverġenti li jirriżultaw f’kontribuzzjoni aktar baxxa, ikkalkulata b’madwar 7 %, mill-SAC; jinnota mir-rapport tal-Qorti t-tweġiba tal-Aġenzija li l-fehim bejn l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Aġenzija minn naħa u l-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija, il-Kummissjoni u l-SAC min-naħa l-oħra huwa differenti fir-rigward tal-modalità tal-applikazzjoni tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-SAC ibbażata dwar il-ftehimiet attwali fis-seħħ mal-SAC; jinnota li fl-interpretazzjoni tal-Aġenzija l-metodoloġija użata mill-2016 ’il hawn hija konformi mal-qafas legali u l-ftehimiet applikabbli u l-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija kkonkluda fl-2021 li l-metodoloġija ta’ kalkolu għall-kontribuzzjonijiet tal-SAC ma tiġix riveduta; jinnota l-argumenti mġedda tal-Qorti għaliex l-interpretazzjoni tal-Aġenzija hija żbaljata; huwa tal-opinjoni li l-SAC bl-ebda mod ma għandhom jikkontribwixxu inqas milli mistenni għall-baġit tal-Aġenzija u jitlob li ssir rieżami tal-interpretazzjoni tal-metodoloġija tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjonijiet fir-rigward ta’ stima żejda ta’ ħlasijiet dovuti mġarrba fl-2022 għall-ispejjeż tal-missjonijiet tal-Aġenzija u n-nuqqas ta’ gwida jew proċeduri formalizzati fl-Aġenzija biex jiġi żgurat kalkolu konsistenti tal-imposti dovuti; jistieden lill-Aġenzija tindirizza dan in-nuqqas u tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li fl-2022, l-Aġenzija użat firxa wiesgħa ta’ miżuri (240) bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-attivitajiet tagħha (58), adottati mill-bord maniġerjali tal-Aġenzija, li jirriżultaw mid-dokument ta’ programmazzjoni uniku 2022-2024; jinnota rata ta’ implimentazzjoni tal-Programm Annwali ta’ Ħidma tiegħu għall-2022 ta’ 85,20 % kif ivvalutat mill-Aġenzija stess; ifaħħar it-titjib ġenerali tal-KPIs kwalitattivi tal-Aġenzija; jinnota, madankollu, id-deterjorament ta’ xi wħud mill-KPIs tal-Aġenzija, bħar-rata ta’ ħlasijiet imdewma li kienet ta’ 20 % fl-2022 (meta mqabbla ma’ 12 % fl-2021);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi l-gratitudni tiegħu għall-azzjonijiet rapidi meħuda mill-Aġenzija fid-dawl tal-invażjoni Russa illegali u mhux ipprovokata tal-Ukrajna li wasslet biex miljuni ta’ Ukreni jaħarbu minn pajjiżhom u jaslu fl-Unjoni; ifaħħar lill-Aġenzija f’dan il-kuntest għal: l-attivazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ rispons għall-kriżijiet u tim dedikat għar-rispons għall-kriżijiet li ħadmu 24/7; l-iffirmar fi żmien rekord tal-Ftehim dwar l-Istatus mal-Moldova li wassal għat-tnedija ta’ operazzjoni konġunta ġdida JO Moldova 2022; l-iskjerament ta’ madwar 500 uffiċjal tal-korp permanenti li jaħdmu fil-fruntiera tal-Unjoni mal-Ukrajna u tul il-fruntiera kollha tal-Lvant tal-Unjoni mill-Finlandja sar-Rumanija u; l-iskjerament ta’ assi oħra (marittimi, mill-ajru, terrestri) f’102 postijiet operattivi ġodda; jinnota li l-gwerra fl-Ukrajna bidlet l-Unjoni u l-mod kif iċ-ċittadini tal-Unjoni jaraw is-sigurtà tagħha, speċjalment fuq il-fruntieri tal-Lvant; jenfasizza li l-Unjoni qed tiffaċċja l-ogħla numru ta’ qsim illegali tal-fruntieri mill-2016;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota d-diversi inizjattivi meħuda mill-Aġenzija fl-2022, inkluż l-iffirmar ta’ ftehim dwar l-istatus mal-Maċedonja ta’ Fuq u Memorandum ta’ Ftehim u Pjan ta’ Azzjoni Operazzjonali ma’ Ċipru, kif ukoll l-irduppjar tal-preżenza tal-Aġenzija fl-operazzjoni konġunta JO Serbia Land 2022 u l-ftuħ ta’ żona operattiva ġdida fil-fruntiera bejn is-Serbja u l-Ungerija; jisħaq li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-attivitajiet tal-Ungerija huma inkompatibbli mad-Direttiva dwar ir-Ritorn u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jinnota bi tħassib li għalkemm l-Aġenzija qalet li rtirat l-operazzjonijiet mill-Ungerija fl-2021, madankollu kompliet tappoġġja l-operazzjonijiet ta’ ritorn tal-Ungerija; itenni l-appelli tal-FSWG lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija biex jissospendi l-operazzjonijiet mill-Ungerija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija ffinalizzat u evalwat il-proġett pilota dwar l-iskjerament ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Istati Membri fil-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija; jilqa’ l-fatt li saret evalwazzjoni interna ta’ dak il-proġett pilota u li l-Aġenzija ddeċidiet li tkompli din il-forma ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri kollha jiskjeraw Uffiċjali ta’ Kollegament mal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-attivitajiet operattivi li twettqu fuq il-fruntieri tal-art fl-2022 wasslu biex ġew irrapportati madwar 49 000 inċident, li kienu jinvolvu 26 000 migrant irregolari maqbuda u 700 faċilitatur ta’ dħul klandestin arrestati; jinnota l-isforzi tal-Aġenzija li wasslu għar-ritorn bl-ajru ta’ 24 850 ċittadin mhux tal-UE (żieda ta’ 35 % kkumparat mal-2021), li minnhom 9 919-il persuna fuq 291 operazzjoni b’titjiriet charter lejn 32 pajjiż ta’ ritorn u 14 931 persuna (żieda ta’ 84 % kkumparat mal-2021) bi 8 789 titjira skedata lejn 116-il pajjiż tar-ritorn; jinnota wkoll l-isforzi tal-Aġenzija taħt l-operazzjonijiet konġunti marittimi kollha fl-2022 li wasslu għas-sejbien ta’ 1 105 faċilitatur u 11-il traffikant tal-bnedmin, il-qbid ta’ għexieren ta’ tunnellati ta’ droga tal-kuntrabandu u s-salvataġġ ta’ eluf ta’ migranti; jinnota, fl-istess ħin, il-ħafna traġedji reċenti ta’ nawfraġji u inċidenti fatali oħra mal-migranti fil-Baħar Mediterran; jistieden lill-Aġenzija tikkoopera bis-sħiħ mal-investigazzjoni tal-Ombudsman; josserva li twettqu 1 422 missjoni ta’ sorveljanza b’diversi skopijiet mill-Aġenzija fl-2022, li b’riżultat ta’ dan instabu 1 177 avveniment u 51 362 migrant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota ż-żieda fir-ritorni appoġġjati mill-Frontex implimentati fuq bażi volontarja minn 26 % fl-2021 għal 39 % fl-2022; ifaħħar l-implimentazzjoni tal-ewwel operazzjonijiet ta’ ritorn kompletament immexxija mill-Frontex, li bihom l-Aġenzija - billi ħadet f’idejha r-rwol tal-Istat Membru organizzatur - irritornat 80 ċittadin ta’ pajjiżi terzi lejn l-Albanija u n-Niġerja; jinnota r-rapport tal-Aġenzija intitolat “Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u pajjiżi terzi fl-2022” li fih l-Aġenzija telabora dwar l-attivitajiet tagħha fid-dimensjoni esterna, bħal: aktar żvilupp tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ diversi sħab (eż. il-Balkani tal-Punent, ir-Reġjun tas-Sħubija tal-Lvant, l-Afrika u l-Lvant Nofsani); il-ħidma tagħha fuq l-istandards tal-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali; l-għoti ta’ assistenza teknika u operazzjonali lil pajjiżi terzi biex jindirizzaw, fost l-oħrajn, il-kriminalità transfruntiera; u azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità (eż. taħriġ); jesprimi tħassib dwar xi rapporti, li jistgħu jissuġġerixxu l-involviment tal-Aġenzija fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fl-attivitajiet tad-dimensjoni esterna tagħha, b’mod partikolari l-allegata faċilitazzjoni ta’ pushbacks illegali fil-fruntiera esterna tal-Unjoni; jinnota li skont informazzjoni reċenti pprovduta mill-Aġenzija, f’dawn l-aħħar tliet snin, hija kienet qed tikkondividi l-koordinati tal-migranti f’diffikultà mal-atturi Libjani; jinnota żewġ Rapporti pendenti dwar Inċidenti Serji dwar l-interċettazzjonijiet tal-migranti minn Tareq Bin Zeyad wara l-identifikazzjoni tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel rapport tal-Aġenzija dwar il-funzjonament tal-EUROSUR, strument ewlieni maħsub biex itejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni u jżid il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-fini tal-ġestjoni tal-fruntieri permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija; jinnota b’apprezzament minn dak ir-rapport il-progress li sar f’oqsma differenti bħall-iżviluppi tekniċi tal-applikazzjonijiet użati għall-finijiet tal-EUROSUR, l-iżvilupp ta’ 17-il servizz taħt is-Servizzi tal-Fużjoni tal-EUROSUR (b’numru relattivament għoli ta’ talbiet għal servizzi mill-Istati Membri għal immaġini bis-satellita u monitoraġġ kostali) u l-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali għat-tfassil mill-ġdid u l-iżvilupp tal-EUROSUR 2.0 li jimmira għall-interoperabbiltà sħiħa tal-applikazzjonijiet u s-sistemi differenti sas-sena 2026; jieħu nota mir-Rapport Annwali Konsolidat tal-Attivitajiet 2022 (CAAR) tal-Aġenzija tal-progress li sar mill-Aġenzija fir-rigward tal-EUROSUR fl-2022 u jistieden lill-Aġenzija tħaffef l-isforzi tagħha biex tallinjaha bis-sħiħ mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/1896 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-EUROSUR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-progress sinifikanti li sar fl-2022 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Unità Ċentrali (ECU) tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) permezz ta’ attivitajiet bħall-iżvilupp ta’ regoli u proċeduri interni, strateġija ta’ nofs it-terminu, qafas ta’ involviment, analiżi tal-impatt tan-negozju, kif ukoll l-abbozzar ta’ pjanijiet ta’ sigurtà, kontinwità tal-operat u rkupru minn diżastri u t-twettiq tal-ewwel valutazzjoni tar-riskju tal-ECU; jinnota li għall-istabbiliment tal-ECU, fl-2022 l-Aġenzija ffinalizzat ir-reklutaġġ tat-tieni mewġa tal-persunal tal-ECU u laħqet rata ta’ 55 % tal-karigi kollha previsti u nediet proċeduri oħra ta’ reklutaġġ; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni stabbilixxiet fl-2022, bl-appoġġ tal-Aġenzija, kampanja ta’ informazzjoni pubblika li tippromwovi l-ETIAS fost iċ-ċittadini ta’ 60 pajjiż mingħajr viża; jinnota l-kisbiet operazzjonali l-oħra tal-Aġenzija bħall-bidu tal-iżvilupp ta’ linja ta’ kmand ġdida għal korpi permanenti bi struttura ta’ koordinazzjoni operazzjonali waħda u d-delegazzjoni ta’ aktar responsabbiltajiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ r-Rapport Annwali tal-Aġenzija dwar l-applikazzjoni prattika tar-Regolament (UE) Nru 656/2014 rigward l-operazzjonijiet marittimi tal-Aġenzija fl-2022, jiġifieri l-Operazzjonijiet Konġunti: Themis (l-Italja), Poseidon (il-Greċja), Indalo (Spanja), il-Kosta Opal (il-Belġju u Franza) u l-Operazzjoni Marittima b’Diversi Skopijiet fil-Baħar l-Iswed (il-Bulgarija u r-Rumanija); jinnota l-osservazzjoni tal-Aġenzija li hemm asimetrija bejn l-istandards u r-rekwiżiti applikabbli għall-Aġenzija skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 u dawk applikabbli għal atturi oħra (eż. NATO, EMSA, EFCA) li huma involuti f’operazzjonijiet marittimi, filwaqt li tali atturi, meta jaġixxu bl-appoġġ tal-Aġenzija, isegwu l-liġi marittima internazzjonali; jappoġġja lill-Aġenzija fl-esplorazzjoni tal-possibbiltajiet li fil-ftehimiet ta’ status rilevanti jiġu inklużi standards simili għal dawk riflessi fir-Regolament (UE) Nru 656/2014;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ Aġenzija b’saħħitha, effettiva u li tiffunzjona tajjeb, li tkun kapaċi tassisti lill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni komuni tal-Unjoni u li tiżgura ġestjoni integrata tal-fruntieri bil-ħsieb li dawk il-fruntieri jiġu ġestiti b’mod effiċjenti u f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali; jinnota r-responsabbiltajiet kondiviżi li l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom fit-twettiq tal-obbligi rigward id-drittijiet fundamentali; jisħaq li l-ġestjoni effettiva u ġusta tal-fruntieri esterni hija ta’ importanza kruċjali għall-protezzjoni taż-żona Schengen bħala spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja; jisħaq li l-kooperazzjoni mill-qrib u l-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi f’aspetti bħall-ftehimiet ta’ riammissjoni, l-assistenza teknika, it-taħriġ, u l-attivitajiet ta’ ritorn legali, flimkien mal-għajnuna għall-iżvilupp huma importanti biex jippromwovu ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri tal-UE jekk jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Aġenzija u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw strutturi ta’ kooperazzjoni, ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni u ta’ skambju tal-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali (FRO) mill-2021 fl-implimentazzjoni ta’ diversi rakkomandazzjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali li joħorġu mill-EO, l-FSWG u l-FRaLO; jinnota mir-rapport annwali tal-FRO għall-2022 (ir-“Rapport tal-FRO”) li l-maġġoranza ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati; jistieden lill-Aġenzija tikkoopera bis-sħiħ mal-FRO u timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li l-Aġenzija u l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri jikkostitwixxu l-garanti ewlieni għal fruntieri esterni Ewropej b’saħħithom u protetti filwaqt li jsostnu d-drittijiet fundamentali u l-obbligi ta’ protezzjoni internazzjonali; jinnota li l-FRO kkonkluda fl-opinjoni tiegħu tal-1 ta’ Settembru 2022 li l-kundizzjonijiet għall-iskattar tal-Artikolu 46 tar-Regolament dwar il-Frontex ġew issodisfati; jinnota wkoll li l-Grupp ta’ Ħidma tal-Aġenzija dwar l-Artikolu 46 dwar id-Drittijiet Fundamentali, ħareġ sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali fil-Greċja li minnhom, sa Ottubru 2023, erbgħa kienu ġew implimentati bis-sħiħ; jinnota li l-Grupp ta’ Ħidma tal-Aġenzija biħsiebu jimmonitorja l-progress ulterjuri u li l-miżuri rakkomandati jkomplu jiġu applikati; jappella biex ir-rakkomandazzjonijiet kollha jiġu implimentati bis-sħiħ bħala kwistjoni ta’ prijorità u li l-Aġenzija tkompli tinforma lill-Parlament dwar il-progress li jkun sar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota l-inkjesta tal-Ombudsman Ewropew dwar ir-rwol tal-Aġenzija fl-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ (OI/3/2023/MHZ), li tnediet wara t-traġedja tal-Adriana f’Ġunju 2023; jinnota bi tħassib il-konklużjonijiet tal-Ombudsman li l-Aġenzija ma tistax tissodisfa l-obbligi tagħha tad-drittijiet fundamentali u tiddependi wisq fuq l-Istati Membri biex jaġixxu meta l-migranti jkunu f’diffikultà, peress li l-Aġenzija ma għandhiex linji gwida interni dwar il-ħruġ ta’ sinjali ta’ emerġenza u l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija mhux dejjem ikunu involuti biżżejjed fid-deċiżjonijiet dwar l-emerġenzi, u li mit-traġedja tal-Adriana ma saret l-ebda bidla suffiċjenti biex jiġi evitat li inċidenti bħal dawn jerġgħu jseħħu; ifakkar li l-awtorità ta’ kwittanza ripetutament indikat dawk in-nuqqasijiet fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti u jiddispjaċih li l-kwistjoni għadha ma ssolvietx; jinnota l-appell tal-Ombudsman lill-Aġenzija biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati, u l-appell tagħha lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jistabbilixxu kummissjoni ta’ inkjesta indipendenti dwar il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija tal-20 ta’ Lulju 2022 li saħħet il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn diversi entitajiet tal-Aġenzija, inklużi l-Forum Konsultattiv (CF) u l-FRO permezz ta’ regoli għad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u l-Bord Maniġerjali biex jinforma lis-CF dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tas-CF u biex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-FRO; jilqa’ wkoll l-adozzjoni fl-2022 tal-proċedura operattiva standard dwar l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/1896 u l-proċedura operattiva standard fir-rigward tal-metodi ta’ ħidma relatati mas-setgħat investigattivi tal-FRO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ li, wara r-rakkomandazzjonijiet għal aġenzija tal-fruntiera effettiva li tkun konformi mad-drittijiet fundamentali u sabiex jittejbu l-obbligu ta’ rendikont, ir-regolarità u l-legalità tal-attivitajiet kollha tal-Frontex, ġew reklutati 22 Osservatur tad-Drittijiet Fundamentali (FROM) esterni oħra; ifakkar li l-FROMs kollha għandhom jiġu reklutati fil-livell AD mill-aktar fis u permezz ta’ proċeduri xierqa; jinnota li, abbażi tal-mandat aġġornat tal-Aġenzija, se jkun hemm domanda għal FROMs addizzjonali fil-futur; jilqa’ l-fatt li l-Uffiċċju għad-Drittijiet Fundamentali wettaq 1 183 jum ta’ assenjament u żar 50 pajjiż, u din hija żieda sostanzjali meta mqabbla mas-sena preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza li l-involviment dirett u indirett tal-Aġenzija fil-ġestjoni tal-fruntieri u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-fruntieri għandu jimxi id f’id mar-rispett tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota mir-Rapport tal-FRO żieda ulterjuri fin-numru ta’ rapporti ta’ inċidenti serji (SIRs) minn 62 SIR fl-2021 għal 72 SIR fl-2022, kollha koperti mill-proċedura operattiva standard kif emendata fl-2021; ifaħħar lill-FRO għall-iżvilupp ta’ proċeduri li standardizzaw kif l-uffiċċju tiegħu jevalwa u jipproċessa l-informazzjoni riċevuta dwar l-inċidenti; jinnota li fl-2022, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet SRI (38 minn 72) is-sors primarju ta’ informazzjoni kienu l-uffiċjali skjerati tal-Aġenzija, madankollu l-FRO bbaża ruħu wkoll fuq sorsi oħra ta’ informazzjoni bħall-media (4 każijiet) u organizzazzjonijiet mhux governattivi (10 każijiet); ifakkar li r-reviżjoni addizzjonali meħtieġa tal-proċedura operattiva standard dwar il-mekkaniżmu SIR ġiet ittardjata; jistenna li l-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali kif stabbilit fir-rapport annwali tagħha għall-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota mir-Rapport tal-FRO li fl-2022 l-FRO rċieva total ta’ 69 ilment (żieda minn 27 fl-2021); jinnota wkoll li disgħa minn dawk l-ilmenti ġew iddikjarati ammissibbli (żieda minn 6 fl-2021), jilqa’ r-regoli riveduti dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti adottati mill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija fl-2022 li jipprevedu skadenzi u segwitu adegwat biex jissaħħu; ifaħħar lill-FRO għall-isforzi addizzjonali tiegħu fil-qasam relatat mal-mekkaniżmu tal-ilmenti bħal azzjonijiet biex titqajjem kuxjenza billi, pereżempju, jiġu aġġornati l-materjali ta’ informazzjoni u l-attivitajiet tal-bini tal-kapaċità fil-forma ta’ taħriġ lill-uffiċjali skjerati tal-Aġenzija u lis-sħab lokali waqt żjarat fiż-żoni operattivi tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni dwar id-drittijiet fundamentali (FRAP) li jipprevedi 87 attività; jinnota mir-Rapport tal-FRO li 18 minn dawk l-attivitajiet ġew implimentati bis-sħiħ (jiġifieri l-ebda azzjoni oħra mhi meħtieġa), 62 għadhom għaddejjin (jiġifieri implimentati b’mod sistematiku u fuq bażi kontinwa), waħda hija implimentata parzjalment u sitta qegħdin tard; jiddispjaċih dwar dan id-dewmien u jistieden lill-Aġenzija tagħmel progress rapidu fl-azzjonijiet pendenti; ifakkar f’dan il-kuntest ir-rwol importanti li għandhom l-FRMs, inkluż fir-rigward tal-aċċess tagħhom għaż-żoni operattivi u l-kooperazzjoni mill-qrib mal-persunal operattiv tal-Aġenzija, kif ukoll l-isforzi tagħhom fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-FRAP (in-numri 23, 63 u 83 fost oħrajn); ifaħħar li l-proċedura operattiva standard dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-FRMs fl-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija ġiet finalizzata u approvata; jilqa’ l-ħolqien fil-bidu tal-2022 ta’ network ta’ punti fokali tad-drittijiet fundamentali fid-diviżjonijiet kollha tal-Aġenzija biex jiġi żviluppat għarfien espert dwar id-drittijiet fundamentali fl-oqsma kollha ta’ attività;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u kisbiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-kooperazzjoni mill-qrib tagħha u/jew il-kondiviżjoni tar-riżorsi ma’ diversi aġenziji u partijiet ikkonċernati oħra bħall-Kummissjoni, l-Istati Membri jew pajjiżi terzi; jindika l-benefiċċji orizzontali tal-ħidma flimkien u l-adozzjoni tal-aħjar prattiki u li inizjattivi konġunti jġibu flimkien perspettivi diversi, inaqqsu d-duplikazzjoni tal-isforzi, itejbu t-tagħlim u jsaħħu r-relazzjonijiet bejn il-parteċipanti; jinnota f’dan is-sens l-azzjonijiet tal-Aġenzija b’rabta, fost oħrajn, ma’: in-negozjati dwar it-tiġdid ta’ arranġamenti ta’ ħidma li jistrutturaw il-kooperazzjoni bilaterali ma’ diversi aġenziji fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI); ir-rilokazzjoni ta’ xi wħud mill-persunal tagħha għall-eu-LISA għall-perjodu 2022-2024 għal proġetti relatati mal-EES u l-ETIAS u għall-Europol mill-1 ta’ Jannar 2024 għal proġetti fil-qasam tal-interoperabbiltà tas-sistemi tal-Unjoni; - u l-kontribuzzjonijiet mill-Aġenzija fuq bażi regolari għal programmi ta’ ħidma annwali ta’ aġenziji oħra għall-allinjament ta’ attivitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota b’mod partikolari l-kooperazzjoni tal-Aġenzija permezz ta’ Arranġament ta’ Ħidma Tripartitiku mal-Aġenziji Ewropej għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) sabiex jiġu kkoordinati u jaqsmu r-riżorsi f’diversi oqsma bħall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, is-servizzi ta’ sorveljanza u komunikazzjoni jew il-kondiviżjoni tal-kapaċità; ifaħħar it-tnedija ta’ Operazzjonijiet Marittimi b’Diversi Skopijiet (MMO) li jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ funzjonijiet differenti tal-gwardja tal-kosta f’operazzjoni waħda li tmiss il-mandati ta’ dawk it-tliet aġenziji u ttejjeb il-kooperazzjoni transsettorjali u transfruntiera; jilqa’ l-fatt li l-kunċett tal-MMO ġie żviluppat aktar bl-implimentazzjoni tal-MMO tal-Baħar l-Iswed minn Awwissu sa Novembru 2022 f’kooperazzjoni mal-EFCA, l-EMSA u sitt awtoritajiet mir-Rumanija u l-Bulgarija; jilqa’ wkoll il-fatt li dawk it-tliet aġenziji qablu li jespandu l-implimentazzjoni tal-kunċett MMO għall-ibħra Adrijatiku u Baltiku fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jappoġġja l-pjanijiet tal-Aġenzija rigward id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid għall-kwartieri ġenerali futuri tagħha (bini permanenti), billi tali bini, mistenni jilħaq l-ogħla standards ta’ sostenibbiltà, għandu jibqa’ favur l-ambjent tul il-ħajja kollha tiegħu; jinnota li l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, imnedija f’Lulju 2022, hija bbażata fuq Linji Gwida dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku; jinnota wkoll li f’dan il-kuntest l-Aġenzija żviluppat kunċett li huwa bbażat fl-idea ta’ xogħol ibbażat fuq l-attività, li jappoġġja l-prinċipji sottostanti ta’ xogħol indipendenti mill-ħin u mill-post, diversità ta’ spazji tax-xogħol u enfasi fuq kollaborazzjoni bejn entitajiet u skambju ta’ għarfien u li l-ewwel ser jiġi ttestjat fil-bini attwali tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata bir-riżultati ta’ dak it-test u s-segwitu tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li fit-triq tagħha lejn l-integrazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali fil-proċessi, il-politiki u l-operazzjonijiet kollha tagħha, u fl-aħħar nett lejn in-newtralità karbonika sal-2050, l-Aġenzija nediet fl-2021 u ppubblikat fl-2022 studju msejjaħ “Il-Patt Ekoloġiku u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG)”, ibbażata prinċipalment fuq studji ta’ każijiet tal-aħjar prattika f’diversi organizzazzjonijiet internazzjonali (eż. il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Ministeru tal-Intern Franċiż, id-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti, fost oħrajn); jinnota b’sodisfazzjon li r-rapport jidentifika għaxar oqsma differenti (inkluż fir-rigward tas-sostenibbiltà f’attivitajiet operattivi fejn il-komunità tal-EBCG għandha l-ogħla impatt fuq l-ambjent) bi pjanijiet direzzjonali għal orizzonti għal żmien qasir, medju u twil; jinnota minn dak l-istudju li l-qafas tal-ġestjoni tal-bidla, is-sistemi ta’ rapportar u ta’ ġestjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS huma fundamentali għat-trasformazzjoni b’suċċess li l-Aġenzija qed tfittex flimkien mal-komunità tal-EBCG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija tintegra kriterji ambjentali fil-proċeduri ta’ akkwist tagħha b’rabta ma’, pereżempju, titjiriet, catering, il-bini permanenti tal-Aġenzija; jirrikonoxxi, madankollu, li l-ispeċifiċitajiet tal-akkwisti tal-Aġenzija (eż. xiri ta’ oġġetti ta’ korazza tal-ġisem) mhux dejjem jippermettu l-integrazzjoni ta’ kriterji bħal dawn; jinnota wkoll il-proġett ta’ konsulenza esterna tal-Aġenzija dwar kif tiġi stabbilita linja bażi għall-kejl tal-impronta tal-enerġija u tal-ambjent tal-persunal u tat-tagħmir operattiv tekniku, kif ukoll it-taħriġ pilota fis-sewqan ekoloġiku mwettaq lil grupp ta’ membri tal-korp permanenti u l-inklużjoni ta’ taħriġ li jqajjem kuxjenza dwar prattiki ta’ sewqan ekoloġiku fit-taħriġ bażiku online għal dawk ġodda (membri tal-korp permanenti);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi sostnuti tal-Aġenzija u t-titjib kritiku fil-qasam tar-reklutaġġ, minkejja d-dewmien; jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta’ 88,46 % (82 % fl-2021), bil-ħatra ta’ 1 150 aġent temporanju mill-1 300 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni; jinnota li, barra minn hekk, 723 aġent kuntrattwali (li minnhom 11-il persunal kienu ffinanzjati minn baġit estern) u 190 espert nazzjonali ssekondat ħadmu għall-Aġenzija (b’964 aġent kuntrattwali u 220 espert nazzjonali sekondat awtorizzati għall-Aġenzija fl-2022); jilqa’ żieda (b’madwar 6,5 % meta mqabbel mas-sena 2021) għat-tieni sena konsekuttiva fir-rata ta’ okkupazzjoni tal-Aġenzija bis-saħħa tar-reklutaġġ fl-2022 ta’ 509 persuni ġodda li wasslu għal żieda netta fin-numru tal-persunal tal-Aġenzija b’mod ġenerali minn 1 554 fl-2021 għal 2 063 fl-2022, u b’mod partikolari tal-uffiċjali tal-korp permanenti tal-kategorija 1 minn 595 fl-2021 għal 963 fl-2022; jilqa’ f’dan il-kuntest li ġew reklutati u impjegati 65 persunal ġdid għad-Diviżjoni tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, kif ukoll 22 FRM ġdid, filwaqt li sal-31 ta’ Diċembru 2022 l-Aġenzija kienet imliet 44 (46 mill-1 ta’ Settembru 2023) kariga tal-FRM, b’hekk tersaq eqreb lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-mandat estiż tal-Aġenzija; jinnota barra minn hekk li minn Ottubru 2022, il-grupp ta’ monitors tar-ritorn sfurzat tal-Aġenzija kien jgħodd 60 monitor minn 24 Stat Membru tal-Unjoni u SAC, ħamsa minnhom kienu mill-grupp ta’ FRMs; ifaħħar xejra ta’ tnaqqis fir-rata ta’ postijiet vakanti annwali tal-Aġenzija fit-tipi kollha ta’ kuntratti fiż-żewġ pilastri A u B;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar it-tqassim tal-ġeneri tal-Aġenzija rrapportat għall-2022 fil-livell ta’ maniġment superjuri u medju b’19-il raġel (79 %) u seba’ nisa (21 %), fil-livell tal-bord maniġerjali b’54 raġel (87 %) u tmien nisa (13 %), u għall-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’1 473 raġel (71 %) u 590 mara (29 %); ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Aġenzija tqis dan l-aspett fir-rigward ta’ reklutaġġi ta’ persunal u ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri u medju tagħha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija; jinnota mir-rapport tal-Aġenzija intitolat “Rapport ta’ segwitu individwali tal-Frontex għall-kwittanza baġitarja tal-2021” (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija”) il-miżuri u l-inizjattivi li ħadet l-Aġenzija biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri; jinnota li, minkejja dawk l-isforzi, l-għan iddikjarat tal-Aġenzija li jkun hemm mill-inqas 40 % tal-ġeneru sottorappreżentat fil-livelli kollha ta’ ġestjoni għadu ’l bogħod milli jintlaħaq; jistieden lill-Aġenzija tindirizza din il-kwistjoni u tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress; jinnota madankollu mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija li l-bilanċ bejn il-ġeneri qed jiġi mmonitorjat billi jitqiesu wkoll ħames kategoriji ewlenin ta’ persunal, li għal xi wħud minnhom, bħall-karigi maniġerjali, il-grupp ta’ reklutaġġ (servizzi nazzjonali tal-infurzar tal-liġi) jikkonsisti l-aktar minn irġiel; jinnota madankollu minn dak ir-rapport li, fil-kategorija tal-karigi amministrattivi, l-Aġenzija f’Mejju 2023 laħqet bilanċ kważi ideali bejn il-ġeneri (417-il raġel u 426 mara);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ l-miżuri u l-politiki estensivi tal-Aġenzija kontra l-fastidju stabbiliti li jiddependu fuq Kunsilliera Kunfidenzjali (17-il persunal, li minnhom 6 mit-tim tal-korp permanenti) li r-rwol tagħhom huwa wieħed ewlieni fil-protezzjoni tad-dinjità tal-persunal tal-Aġenzija u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jilqa’ mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija l-azzjonijiet diġà implimentati u dawk li għaddejjin, kif ukoll il-lista ta’ miżuri proposti, kollha mmirati biex jiżguraw tolleranza żero lejn il-fastidju sesswali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tibqa’ proattiva u timplimenta bis-sħiħ il-pjan ta’ azzjoni tagħha fir-rigward ta’ miżuri kontra l-fastidju; jenfasizza li dan huwa element essenzjali tar-riforma tal-kultura organizzattiva tal-Aġenzija u jistieden lill-Aġenzija tirrapporta perjodikament dwar il-progress miksub f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota bi tħassib mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li fl-2022 ġew irrapportati 31 każ ta’ fastidju anonimu (psikoloġiku: 27 jew sesswali: 4) li minnhom 22 ingħalqu fl-istadju anonimu, 4 każi kienu fil-proċess ta’ konċiljazzjoni mal-persuna li wettqet l-allegat fastidju u 5 ġew trasferiti għal proċedura formali; jinnota wkoll li nfetħu 11-il każ ta’ fastidju psikoloġiku (7) jew sesswali (4) fl-2022, filwaqt li 5 każijiet ingħalqu wara l-istadju ta’ valutazzjoni preliminari u f’6 każijiet saru rakkomandazzjonijiet li jvarjaw mit-teħid ta’ korsijiet ta’ għarfien dwar il-prevenzjoni tal-fastidju sat-terminazzjoni tal-kuntratt; jistieden lill-Aġenzija tivvaluta bir-reqqa kull każ pendenti, filwaqt li tieħu approċċ ta’ tolleranza żero għal fastidju psikoloġiku u sesswali jew kwalunkwe tip ieħor ta’ fastidju, u tipproċedi malajr biex dawk involuti jinżammu responsabbli għal din l-imġiba ħażina; jinnota li mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija l-konklużjoni tal-Aġenzija dwar l-investigazzjoni li reġgħet nfetħet fir-rigward tal-mewt traġika ta’ membru tal-persunal fl-2020 li l-ebda fastidju ma kien issostanzjat, u għalhekk lanqas rabta diretta jew indiretta bejn is-suwiċidju tal-allegata vittma u l-ambjent tax-xogħol ma tista’ tiġi stabbilita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-għadd kbir ta’ taħriġ offrut lill-persunal tagħha fl-2022; jinnota f’dan ir-rigward li l-Aġenzija pprovdiet 21 kors ta’ speċjalizzazzjoni lill-korp permanenti tal-kategorija 1 (1 194 parteċipant), 15-il kors differenti għall-korp permanenti tal-kategoriji 2 u 3 (b’aktar minn 1 450 parteċipant), 34 kors għal kategoriji differenti ta’ uffiċjali (kważi 4 000 parteċipant) u programm estiż ta’ taħriġ bażiku għal 325 uffiċjal tal-korp permanenti, billi l-aspetti tad-drittijiet fundamentali inkluża l-protezzjoni tad-data baqgħu elementi ċentrali tat-taħriġ; jinnota wkoll l-adozzjoni tal-“Karta dwar id-diversità u l-inklużjoni” u l-varjetà ta’ miżuri li l-Aġenzija ħadet għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità u biex ittejjeb il-benessri tal-persunal u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-informazzjoni pprovduta mill-Ombudsman Ewropew rigward l-uffiċjali tal-korp permanenti tal-Aġenzija li wettqu dmirijiet ta’ standby qabel il-5 ta’ Ottubru 2022, li għalihom ma rċevew l-ebda kumpens finanzjarju; jinsab imħasseb f’dan il-kuntest li minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni addizzjonali u inkjesti xierqa, l-Ombudsman ikkonkluda li għadu mhux ċar għaliex l-Aġenzija tqis li ma hemm l-ebda bażi ġuridika biex isiru l-pagamenti meħtieġa; iħeġġeġ lill-Aġenzija tistabbilixxi taskforce speċifika bl-għan li tiġbor u tivverifika d-dikjarazzjonijiet kollha dwar id-dmirijiet ta’ standby imwettqa qabel il-5 ta’ Ottubru 2022 u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li sar f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-passi meħuda mill-Aġenzija biex tgħaddi minn proċess ta’ tranżizzjoni biex ittejjeb il-kultura maniġerjali u tippromwovi l-benessri tal-persunal; jistieden lill-maniġment il-ġdid ikompli jinvolvi ruħu fir-riforma profonda tal-kultura organizzattiva tal-Aġenzija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjoni dwar żieda (minn EUR 79 000 għal EUR 502 900 permezz ta’ erba’ emendi) fil-valur ta’ kuntratt lil hinn mil-limitu (50 %) permess mir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 172(3)(a)(iii)); jinnota li ż-żieda wasslet għal ħlasijiet li minnhom dawk li jammontaw għal EUR 384 000 kienu irregolari; jirrikonoxxi f’dan il-kuntest mir-risposta tal-Aġenzija li, sabiex ma jittardjax ir-reklutaġġ ta’ korpi permanenti, kienu meħtieġa eċċezzjonijiet għar-regoli u ġew irreġistrati fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet u l-avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li fl-2022 l-Aġenzija varat 53 offerta miftuħa, li 20 minnhom irriżultaw f’kuntratti ffirmati għal valur totali ta’ EUR 140,5 miljun, u 25 minnhom għadhom għaddejjin, b’valur stmat ta’ EUR 486,51 miljun; jinnota wkoll li l-Aġenzija ttrattat 33 proċedura ta’ valur baxx u medju (innegozjati ma’ tliet u ħames kandidati) b’valur totali ta’ EUR 3,4 miljuni, u minn dawn it-33 proċedura, 20 minnhom irriżultaw f’kuntratti ffirmati fl-2022 għal valur totali ta’ EUR 2,03 miljuni, filwaqt li erbgħa minnhom għadhom għaddejjin, għal valur totali ta’ EUR 524 000; jinnota wkoll li, fl-2022, l-Aġenzija ttrattat 228 proċedura ta’ valur baxx ħafna (innegozjati ma’ kandidat wieħed) għal valur totali ta’ EUR 1,62 miljun; jinnota, fl-aħħar nett, li fl-2022 ġew ittrattati 1,116-il proċedura taħt kuntratti qafas eżistenti għal valur totali ta’ EUR 188,9 miljun u 983 minnhom irriżultaw f’kuntratti speċifiċi ffirmati jew f’formoli ta’ ordnijiet, b’valur totali ta’ EUR 153,4 miljun, filwaqt li 32 minnhom għal valur totali ta’ EUR 16,6 miljun għadhom għaddejjin; josserva tnaqqis b’madwar 15 % fil-valur totali tal-proċeduri ta’ akkwist finalizzati, minn EUR 406,9 miljun fl-2021 għal EUR 348,5 miljun fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi tal-Aġenzija fl-2022 biex tiżgura kuntratti strateġikament importanti f’oqsma li jvarjaw mill-provvista ta’ servizzi ta’ persunal interim sal-provvista ta’ servizzi għal sistema ta’ informazzjoni ġeografika, intelliġenza ġeospazjali u intelliġenza tal-immaġni; jinnota li sar progress sinifikanti bi proċeduri kritiċi ta’ akkwist għal ammonti sinifikanti ta’ flus fir-rigward tal-bini permanenti tal-Aġenzija (EUR 140 miljun, forniment ta’ servizzi relatati mal-ivvjaġġar (EUR 666 miljun) u servizzi relatati mal-infrastruttura u s-software (EUR 32 miljun);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota r-rapportar tal-Aġenzija dwar it-titjib tal-ippjanar u l-monitoraġġ tal-pjan annwali għall-akkwist; jistieden lill-IAS jinkludi dan il-pjan fl-awditi futuri tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u t-trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord maniġerjali tal-Aġenzija u tal-maniġment eżekuttiv tagħha jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota wkoll li fl-2022 ġew ipproċessati ħames każijiet tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, li minnhom tliet każijiet ingħalqu jew ġew konklużi fil-fażi ta’ valutazzjoni preliminari u żewġ każijiet bħalissa qegħdin taħt investigazzjoni tal-OLAF; jistieden lil dawk ikkonċernati u lill-Aġenzija jiżguraw kooperazzjoni sħiħa mal-OLAF matul l-investigazzjoni; jinnota fl-aħħar nett li fl-2022 ma ġie investigat l-ebda każ ta’ kunflitti ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li l-Aġenzija qed taħdem fuq politika għall-monitoraġġ tal-konformità tal-persunal anzjan attwali u preċedenti tal-Aġenzija fil-qasam ta’ sitwazzjonijiet ta’ “revolving door”; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress f’din il-kwistjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija biex tistabbilixxi wkoll għall-membri tal-bord maniġerjali tagħha prinċipji, proċeduri u mekkaniżmi speċifiċi biex jittrattaw kunflitti ta’ interess ta’ dawk il-membri u sitwazzjonijiet ta’ “revolving door”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota r-risposta lill-awtorità ta’ kwittanza li tipprovdi informazzjoni dwar il-kuntatti u l-laqgħat irreġistrati u dokumentati fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-Aġenzija fl-2022; jinnota d-diversi laqgħat (Jiem tal-Industrija) tal-Aġenzija li taw lill-kumpaniji mill-industrija l-opportunità li jippreżentaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom li jistgħu jappoġġjaw attivitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri u jinkoraġġixxu d-djalogu bejn il-komunità tal-EBCG u l-industrija; jinnota li fil-qafas tal-Jiem tal-Industrija għall-2022 l-Aġenzija rċeviet 277 applikazzjoni dwar soluzzjonijiet, stiednet 88 kumpanija biex juru t-teknoloġiji tagħhom u organizzat sessjonijiet online fejn ġiet kondiviża informazzjoni dwar 175 soluzzjoni; jilqa’ l-fatt li l-lista tal-kumpaniji parteċipanti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota mis-CAAR tal-Aġenzija li l-uffiċċju tat-trasparenza tal-Aġenzija pproċessa numru ferm ogħla ta’ applikazzjonijiet (469) għal aċċess pubbliku għal dokumenti (PAD), li jirrappreżentaw żieda ta’ kważi 34 % fuq bażi annwali; jinnota wkoll li r-reġistru pubbliku tad-dokumenti tas-sit web tal-Aġenzija ġie stabbilit b’madwar 1 900 dokument ewlieni mtellgħa fl-2022; jinnota l-konklużjonijiet tal-EO mill-inkjesta fuq inizjattiva proprja tiegħu (każ OI/2022/PB) li l-Aġenzija sistematikament tieħu wisq żmien biex tipproċessa t-talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti, speċifikament meta dan jikkonċerna ammont kbir ta’ dokumenti u meta l-Aġenzija tqis it-talba bħala impreċiża, u li dan jammonta għal amministrazzjoni ħażina; jiddeplora l-fatt li l-Aġenzija naqset milli taċċetta r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u jistieden lill-Aġenzija tibda tittratta t-talbiet għall-aċċess pubbliku għal dokumenti b’mod aktar rapidu u trasparenti bħala kwistjoni ta’ prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jirrikonoxxi l-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti li jappartjenu għal investigazzjonijiet tal-OLAF li għaddejjin bħalissa<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li “aċċess iġġeneralizzat, fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1049/2001, għad-dokumenti li jkunu inklużi fil-fajl tal-OLAF, meta l-proċedura ta’ investigazzjoni tal-OLAF tkun għadha pendenti, jippreġudika, bħala prinċipju, l-iżvolġiment tajjeb tal-investigazzjoni”; Il-Qorti Ġenerali, is-sentenza fil-Kawża T‑110/15 tas-26 ta’ Mejju 2016, IMG vs Il-Kummissjoni, par 33, ECLI:EU:T:2016:322.</FIELD></FOOTNOTE>; itenni madankollu t-talba tiegħu biex ir-rapporti tal-OLAF dwar l-Aġenzija jsiru pubbliċi f’każijiet ta’ interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar u, fil-każijiet kollha, biex il-Membri rilevanti tal-Parlament jingħataw aċċess għal tali rapporti f’perjodu ta’ żmien raġonevoli sabiex ikunu jistgħu jwettqu skrutinju demokratiku b’mod effettiv u jżommu lill-Aġenzija responsabbli għall-azzjonijiet tagħha; jemmen li r-regoli attwali jeħtieġ li jiġu riveduti biex jiġi żgurat li l-Parlament ikun infurmat bis-sħiħ fir-rwol tiegħu ta’ deċiżur politiku u koleġiżlatur, b’mod partikolari fir-rigward tas-setgħat baġitarji tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jieħu nota tal-inkjesta tal-Ombudsman dwar ir-rifjut tal-Aġenzija li tagħti aċċess pubbliku għar-rapport mill-FRO tagħha dwar l-operazzjoni tal-Aġenzija fl-Albanija (kawża 652/2023/VB)<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ombudsman.europa.eu/mt/decision/mt/177520</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Ifakkar fid-deċiżjoni tal-EO fl-inkjesta fuq inizjattiva tagħha stess (każ OI/4/2021/MHZ) dwar il-konformità tal-Aġenzija mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali tagħha; ifakkar f’dan il-kuntest li l-Aġenzija għandha obbligu li tiżgura trasparenza proattiva kif iddikjarat fl-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) 2019/1896; jistieden lill-Aġenzija tiffinalizza l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman; jinnota mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija li għaddejja ħidma dwar l-għaqda tat-tliet kodiċi ta’ kondotta (tnejn fir-rigward tal-oqsma operattivi u wieħed applikabbli għall-persunal kollu tal-Aġenzija) f’kodiċi ta’ kondotta wieħed li jkopri d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-oqsma operattivi; jitlob lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar il-progress f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi n-nota ta’ informazzjoni tal-Aġenzija tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-azzjonijiet li ħa l-maniġment tal-Aġenzija matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, b’mod partikolari l-isforzi tiegħu biex isaħħaħ il-proċeduri meħtieġa għal governanza tajba u l-obbligu ta’ rendikont fl-organizzazzjoni, permezz tat-tisħiħ tat-trasparenza, il-komunikazzjoni proattiva u l-involviment mal-partijiet ikkonċernati interni u esterni; jilqa’ l-inizjattiva tal-Aġenzija għal dokument operattiv li jinforma lill-pubbliku dwar l-attivitajiet operattivi tagħha b’mod komprensiv; jistieden lit-tmexxija l-ġdida twettaq riformi li huma meħtieġa fir-rigward tat-trasparenza u l-effiċjenza fil-proċeduri interni, u biex iżżid l-obbligu ta’ rendikont lejn il-Parlament u l-Kunsill f’konformità mal-qafas legali applikabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Aġenzija li toħroġ, f’format imtejjeb, rapport ta’ kull tliet xhur indirizzat lill-FSWG li jkopri l-istat attwali dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu minn diversi korpi ta’ skrutinju; jirrikonoxxi li rċieva dak ir-rapport għat-tielet kwart tal-2023 (minn hawn ’il quddiem ir-“rapport tat-tielet kwart tal-2023”); ifaħħar f’dan il-kuntest il-progress sinifikanti li sar mill-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ 36 minn 42 rakkomandazzjoni tal-FSWG; jinnota mir-rapport tat-tielet kwart tal-2023 ir-rati ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u/jew l-azzjonijiet meħtieġa mill-FWSG (91 %), il-FraLO (87 %), l-Ombudsman (79 %) u l-OLAF (54 %); jirrikonoxxi r-rwol tal-ICO tal-Aġenzija fl-appoġġ ipprovdut biex jiġu indirizzati dawk ir-rakkomandazzjonijiet permezz ta’ funzjonijiet ta’ kollegament u kompiti ta’ koordinazzjoni; jinnota wkoll mir-rapport tat-tielet kwart tal-2023 li 10 rakkomandazzjonijiet tal-IAS (li jkopru total ta’ 32 azzjoni) għadhom miftuħa, filwaqt li 21 azzjoni huma mmarkati bħala importanti ħafna, filwaqt li l-ebda waħda minnhom ma hija meqjusa bħala kritika; ifaħħar ukoll il-progress li sar mill-Aġenzija fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa li fadal li joħorġu mir-rapporti speċjali tal-Qorti 22/2020 (rakkomandazzjoni 2) u 8/2021 (rakkomandazzjonijiet 1, 2 u 4); itenni l-istedina lill-Aġenzija biex tindirizza bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha u l-azzjonijiet relatati, inkluż fir-rigward tal-osservazzjonijiet rilevanti tal-Qorti li joħorġu mir-rapporti annwali tal-awditjar tal-Qorti mis-snin preċedenti (2015, 2016, 2018, 2019, 2020 u 2021); jistieden lill-Aġenzija tkompli tinforma regolarment lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress imwettaq f’dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti sensiela ta’ osservazzjonijiet li jindikaw nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll intern tal-Aġenzija fl-oqsma tal-ġestjoni tal-akkwist u l-kuntratti, il-proċeduri ta’ reklutaġġ u d-delega tas-setgħat lill-uffiċjali awtorizzanti b’delega; jinsab imħasseb ħafna li għat-tieni sena konsekuttiva l-Qorti ħarġet osservazzjonijiet fil-qasam tal-akkwist ta’ servizzi relatati mal-ivvjaġġar, filwaqt li l-ammonti involuti huma importanti ħafna; jenfasizza li huwa ta’ importanza kbira li l-Aġenzija tosserva l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju, filwaqt li l-Aġenzija qed tmexxi fost l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni fir-rigward tal-baġit annwali tal-Aġenzija li kiber b’aktar mid-doppju mill-2019;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota bi tħassib mill-anness 12 għas-CAAR tal-Aġenzija l-kummenti tal-eks Direttur Eżekuttiv ad interim (bħalissa deputat eżekuttiv għall-ġestjoni tal-korp permanenti) li permezz tagħhom, fir-rigward ta’ kuntratt għal servizzi ta’ akkomodazzjoni u vvjaġġar għal uffiċjali permanenti tal-korp, prezzijiet eċċessivi, ħlasijiet magħmula mingħajr dokumenti ta’ sostenn u n-nuqqas li jiġu pprovduti servizzi kuntrattwali allegatament seħħew matul l-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti l-osservazzjoni fir-rigward ta’ riskju sinifikanti ta’ ħlas żejjed fir-rigward ta’ pagamenti magħmula għal servizzi tal-ivvjaġġar (kuntratt qafas ta’ EUR 30 miljun), b’mod partikolari akkomodazzjoni, filwaqt li fatturi maħruġa mill-aġenzija tal-ivvjaġġar ma kinux appoġġjati mill-fatturi attwali tal-lukandi, iżda minn sussidjarja ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-kontrolli interni tagħha sabiex il-fatturi rilevanti jiġu prodotti mill-fornitur attwali tas-servizz;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota wkoll ir-riskju li ħlasijiet relatati mal-ispejjeż tal-aġenzija tal-ivvjaġġar jistgħu ma jkunux korretti minħabba li l-informazzjoni fis-sistema tal-Aġenzija għall-ġestjoni tal-ispejjeż tagħha relatati mal-ivvjaġġar ma tirrikonċiljax l-ispejjeż attwali mħallsa mal-ispejjeż tal-aġenzija tal-ivvjaġġar, li huma rrapportati u pproċessati separatament minn dawk imħallsa mill-persunal tal-missjoni; jifhem mit-tweġiba tal-Aġenzija r-raġuni għaliex hemm diskrepanzi bejn is-sistema tal-missjonijiet (MiPS) u s-sistema tal-kontabilità (ABAC) u li fl-opinjoni tal-Aġenzija m’hemm l-ebda riskju li jsiru ħlasijiet b’ammont ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li mir-rapport tal-Qorti, għat-tieni sena konsekuttiva, osservazzjoni dwar id-dgħufija tal-kontroll intern tal-Aġenzija fil-qasam tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2022 fi proċedura għar-reklutaġġ ta’ aġenti temporanji, intużaw punteġġi individwali mill-membri tal-kumitat tal-għażla (SC), minflok ma ġie applikat metodu kunsenswali kif stipulat mir-regoli interni tal-Aġenzija; jiddispjaċih għall-fatt li reġgħet seħħet tali dgħufija, minkejja li f’Jannar 2022 l-Aġenzija adottat regoli ta’ implimentazzjoni ġodda bi struzzjonijiet aktar ċari lill-membri tal-kumitat tal-għażla bil-għan li jiżguraw valutazzjoni aktar konsistenti u proċeduri armonizzati; jilqa’ l-impenn tal-Aġenzija li testendi għar-reklutaġġ ta’ aġenti temporanji r-regoli li bihom rapport ta’ evalwazzjoni finali wieħed biss miftiehem bejn il-membri tal-kumitat tal-għażla, mingħajr ma jitqiesu l-punteġġi individwali tagħhom; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda u l-kontrolli interni tagħha fil-qasam tal-proċeduri ta’ reklutaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jieħu nota tal-valutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern (ICS) tal-Aġenzija mwettqa fl-2022; jinnota l-konklużjoni tal-valutazzjoni li l-ICS hija preżenti u taħdem b’mod effettiv, b’xi oqsma li jeħtieġu titjib fir-rigward tal-komponenti “Ambjent ta’ kontroll” (b’mod partikolari l-prinċipju 1 intitolat “Juri impenn lejn l-integrità u l-valuri etiċi”), “Attivitajiet ta’ kontroll” (b’mod partikoli l-punt 10.5 bit-titolu ”Pożizzjonijiet sensittivi identifikati”) u “Informazzjoni u komunikazzjoni” (b’mod partikolari l-punt 15.1 bit-titolu “Komunikazzjoni esterna”); josserva titjib ġenerali fl-2022 meta mqabbel mal-2021 fil-punteġġi mogħtija lill-prinċipji fil-ħames komponenti tal-ICS kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon it-tisħiħ tas-sorveljanza interna tal-Aġenzija fl-2022 permezz tal-istabbiliment tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) u l-adozzjoni tal-Kapitolu tal-Awditjar Intern; jilqa’ l-fatt li l-kap tal-IAC beda jaqdi dmirijietu fl-2023 u l-ewwel pjan ta’ Verifika Annwali tal-IAC diġà ġie adottat mill-bod amministrattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Ifakkar fir-rakkomandazzjoni mir-rapport tal-Qorti għall-2018 li l-Aġenzija jenħtieġ li tadotta u timplimenta politika dwar kariga sensittiva; jinnota li l-Aġenzija tirrapporta dwar it-tħejjijiet imwettqa għal deċiżjoni dwar tali politika li sadattant ġiet adottata (fl-aħħar tal-2023);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li l-opinjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar id-deċiżjonijiet tal-bord maniġerjali tal-Aġenzija 68/2021 u 69/2021 kienu negattivi; jinnota li l-Aġenzija ħolqot pjan ta’ implimentazzjoni biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-KEPD f’dak ir-rigward; jinnota wkoll li dawk id-deċiżjonijiet tal-bord maniġerjali ġew abbozzati mill-ġdid u aġġustati mill-ġdid wara laqgħat regolari u skambji informali tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija mal-persunal tal-KEPD, kif ukoll billi jittieħed kont tar-rapport tal-awditjar tal-KEPD ippubblikat fl-24 ta’ Mejju 2023 (minn hawn ‘il quddiem “rapport tal-verifika”); jinnota li r-rapport tal-awditjar ivverifika l-konformità tal-ipproċessar tad-data personali tal-Aġenzija fil-kuntest tal-Operazzjonijiet Konġunti mar-Regolament (UE) 2018/1725 u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2019/1896; jinnota wkoll f’dan il-kuntest li r-rapport tal-awditjar identifika 36 sejba formali u ħareġ 32 rakkomandazzjoni fir-rigward tal-iskrinjar ta’ persuni u intervisti ta’ debriefing, arranġamenti ta’ kontrolluri konġunti, affidabilità baxxa tal-informazzjoni użata għall-produzzjoni ta’ analiżi tar-riskju u l-implimentazzjoni tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, fost oħrajn; jinnota bi tħassib mir-rapport tal-awditjar li s-sejbiet tal-KEPD jindikaw ukoll li l-Aġenzija kisret diversi artikoli ta’ bażi ġuridika applikabbli għall-Aġenzija (ir-Regolament (UE) 2018/1725, ir-Regolament (UE) 2019/1896 u d-Deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali 58/2015) billi ma vvalutatx il-ħtieġa stretta tal-qsim ta’ pakketti ta’ data mal-Europol għat-twettiq tal-mandat tiegħu u, konsegwentement, il-KEPD fetaħ investigazzjoni, li tista’ tirriżulta fl-eżerċizzju ta’ azzjonijiet ta’ infurzar; jiddispjaċih li wara l-awditu tiegħu l-EDPS identifika sitt każijiet ġodda ta’ trażmissjoni mill-Aġenzija lill-Europol ta’ data personali relatata mal-persunal tal-NGOs li l-legalità tagħhom jeħtieġ li tiġi investigata aktar; jistieden lill-Aġenzija tindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha fl-iskadenzi għall-implimentazzjoni maħruġa mill-KEPD fir-rapport tal-awditjar tagħha u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar l-iżviluppi f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jilqa’ li matul l-aħħar sentejn l-Aġenzija rat bidliet maniġerjali sinifikanti, inkluż viċi FRO ġdid, president ġdid tal-Bord Maniġerjali tagħha, żewġ viċi diretturi eżekuttivi ġodda u l-ħatra ta’ direttur eżekuttiv ġdid; jinnota l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ azzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali biex jitranġaw in-nuqqasijiet tal-passat u tal-preżent;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>