<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0257</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0100/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2150(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0088/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2150(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0088/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2150(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.01.2023, p. 65.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 34 967 797, li jirrappreżenta żieda ta’ 61,73 % meta mqabbel mal-2021, b’żieda ta’ madwar 41 % fis-sussidju ġenerali tal-UE u żieda konsiderevoli fi dħul assenjat minn ftehimiet ta’ kontribuzzjoni pluriennali u għotjiet; billi s-sussidju addizzjonali tal-UE mogħti lill-EFCA, mibdi fl-2021, kien marbut mad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li tindirizza r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ eskalati fl-ilmijiet tal-UE ġirien tar-Renju Unit; billi madwar 84 % tal-baġit tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni u madwar 16 % mid-dħul assenjat;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li hija kienet kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit, matul is-sena finanzjarja 2022, irriżultaw f’implimentazzjoni tal-baġit ta’ rata tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 99,41 %, li meta mqabbla mal-2021 tirrappreżenta żieda ċkejkna ta’ 0,34 %; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 57,78 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 16,70 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, skont il-Qorti, l-Aġenzija rriportat EUR 11,9 miljun (41 %) tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-2023; josserva li dan l-ammont kien jinkludi EUR 1,6 miljun (jew 53 %) ta’ approprjazzjonijiet taħt it-Titolu II, relatati mal-attivitajiet amministrattivi (34 % fl-2021) u EUR 10,1 miljun (jew 63 %) ta’ approprjazzjonijiet taħt it-Titolu III, relatati mal-attivitajiet operazzjonali (42 % fl-2021); jenfasizza li r-rati għoljin ta’ riporti jikkontradixxu l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u huma indikattivi ta’ problemi strutturali fiċ-ċiklu ta’ proċess u ta’ implimentazzjoni tal-baġit; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija dwar din il-kwistjoni li tenfasizza li r-riporti għoljin tal-2022 huma l-konsegwenza ta’ ċirkostanzi partikolari ħafna li mhumiex mistennija li jiġu ripetuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li s-sena finanzjarja 2022 kienet ikkaratterizzata minn irkupru mill-impatti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-sentejn finanzjarji preċedenti, filwaqt li fl-istess ħin il-baġit u r-riżorsi tal-EFCA komplew jikbru għall-kompiti u proġetti addizzjonali kif previst fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni tagħha għall-2022; jirrimarka li l-gwerra fl-Ukrajna jista’ jkollha impatt fuq ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ xi assi u obbligazzjonijiet fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll fuq xi dħul u spejjeż rikonoxxuti fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja għal perjodi ta’ rapportar sussegwenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd huwa primarjament responsabbiltà tal-Istati Membri, filwaqt li n-natura tal-kompiti tal-Aġenzija hija waħda ta’ appoġġ; jisħaq li r-reviżjoni reċenti tas-sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni se żżid ix-xogħol tal-Aġenzija f’termini ta’ appoġġ; jenfasizza l-importanza tal-fatt li ma jkunx koerenti li l-obbligi jikbru mingħajr biżżejjed riżorsi biex dawn jiġu ssodisfati; jisħaq, għalhekk, li l-Aġenzija jeħtieġ ikollha biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għad-dispożizzjoni tagħha fis-snin li ġejjin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022, l-Aġenzija implimentat 95,4 % tal-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP) adottat mill-Bord Amministrattiv fil-qafas tad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tevalwa l-eżiti tal-attivitajiet tagħha f’żewġ oqsma primarji: attivitajiet operazzjonali u attivitajiet orizzontali; jirrikonoxxi wkoll li l-attivitajiet operazzjonali jinkludu oqsma ewlenin bħall-kooperazzjoni operazzjonali, l-assistenza għall-kooperazzjoni, id-dimensjoni internazzjonali, u l-kooperazzjoni tal-Unjoni fil-funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta; jieħu nota li l-attivitajiet orizzontali jinkludu l-komunikazzjoni u r-rappreżentanza, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u s-sigurtà tal-informazzjoni, kif ukoll il-proċessi amministrattivi u ta’ governanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Josserva li matul l-2022 ingħataw riżorsi addizzjonali lill-Aġenzija li pprovdulha l-kapaċità operazzjonali meħtieġa biex tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fir-reġim ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza sfruttat għall-Politika Komuni tas-Sajd, inklużi l-miżuri li rriżultaw mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (TCA) mar-Renju Unit; jinnota li, barra minn hekk, fl-2022 ġew inklużi tliet proġetti ġodda ssussidjati minn għotjiet fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) li jmiss; josserva li dawk il-proġetti kienu jinkludu studju dwar il-proċess tal-użin tal-prodotti tas-sajd madwar l-Unjoni, akkademja ta’ taħriġ reġjonali virtwali fir-Reġjun tal-Punent tal-Mediterran għall-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd, u ż-żamma tal-Manwal u tal-qafas ta’ kwalifiki settorjali online (SQF) għall-kooperazzjoni tal-Unjoni fil-funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-Aġenzija hija meħtieġa twettaq evalwazzjoni indipendenti kull ħames snin b’reazzjoni għall-obbligu legali stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18).</FIELD></FOOTNOTE>; josserva li għall-perjodu 2017-2021, l-Evalwatur Estern ippreżenta abbozz ta’ rapport finali f’Lulju 2022 li ġie ppreżentat lill-Membri tal-Bord Amministrattiv għall-kummenti; jinnota li l-evalwazzjoni vvalutat il-prestazzjoni tal-Aġenzija fl-isfond tal-ħames kriterji ta’ effikaċja, effiċjenza, rilevanza, koerenza, u valur miżjud tal-UE, f’konformità mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolamentazzjoni Aħjar; jenfasizza li l-evalwazzjoni ddefiniet għaxar rakkomandazzjonijiet li jiffukaw fuq aspetti differenti, jiġifieri aspetti organizzattivi, jekk ir-rwol u l-attivitajiet għadhomx xierqa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/473, kif ukoll attivitajiet speċifiċi tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar fil-kontribut vitali tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-PKS, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat; jilqa’ t-tisħiħ tal-bastimenti tal-għassa offshore (OPV) mikrija tal-Aġenzija biex iwettqu kontrolli u ispezzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali u biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet nazzjonali; jissottolinja l-parteċipazzjoni tal-Aġenzija f’koalizzjonijiet internazzjonali ewlenin kontra s-sajd illegali, bħall-programm għat-titjib tal-governanza tas-sajd f’livell reġjonali (operazzjoni PESCAO);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Aġenzija rrapportat 47 592 ispezzjoni (fuq il-baħar u fuq l-art), li wasslu għall-identifikazzjoni ta’ 5 167 każ ta’ ksur suspettat, li jirrappreżentaw tnaqqis fl-ispezzjonijiet ta’ 11 % u żieda ta’ 28 % fil-ksur suspettat fuq iċ-ċifri tal-2021, rispettivament; jirrimarka li dak it-tnaqqis osservat mhuwiex neċessarjament marbut ma’ tnaqqis fl-isforzi ta’ kontroll min-naħa tal-Istati Membri; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-raġunijiet għal dawk il-bidliet; jirrimarka li l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ segwitu għandhom rwol kruċjali mhux biss fil-ġestjoni xierqa tal-istokkijiet tal-ħut iżda anke biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għas-sajjieda tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija biex toffri tisħiħ tal-kapaċitajiet u taħriġ lill-pajjiżi terzi u r-rwol kruċjali tal-Aġenzija biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi mal-Istati kostali kollha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li l-Aġenzija tkompli tibbenefika mit-titjib li sar fl-effiċjenza billi taderixxi mal-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni f’termini tal-integrazzjoni tas-sistemi tal-IT korporattivi eżistenti tagħhom (SUMMA, moduli ta’ qabel u ta’ wara l-għotja fl-akkwist elettroniku , MIPS, AGM, moduli Sysper, PPMT, eċċ.); jinnota li, minbarra l-vantaġġi li rriżultaw rigward l-aspetti tal-integrazzjoni bejn dawk is-sistemi kollha, hemm benefiċċji ċari fit-tnaqqis tal-kostijiet tal-manutenzjoni tal-appoġġ tal-emendi u l-aġġornamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija taċċetta l-istediniet għal sejħiet interistituzzjonali għall-offerti riċevuti mill-Kummissjoni u minn aġenziji oħra; jinnota li attwalment l-Aġenzija tuża ’l fuq minn 45 kuntratt qafas iffirmati minn entitajiet oħra; jinnota li dan jirriżulta fir-rotazzjoni tar-rwol ewlieni bejn l-aġenziji, u jwassal għal effiċjenza akbar fl-isforzi tal-akkwist tal-aġenziji b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni lejn iċ-ċentralizzazzjoni tal-kompiti amministrattivi komuni li rnexxielha wkoll tikseb effiċjenza f’diversi każijiet; jieħu nota li l-inizjazzjoni finanzjarja u l-verifika finanzjarja għadhom ċentralizzati, u dan jippermetti kontroll akbar tat-tranżazzjonijiet, filwaqt li jgħaqqad il-metodoloġiji u jżomm l-għarfien f’dawk l-oqsma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li titjib ieħor fl-effiċjenza fil-qasam tar-Riżorsi Umani jinkiseb billi l-listi ta’ riżerva eżistenti tal-proċeduri ta’ reklutaġġ jiġu kondiviżi ma’ aġenziji oħra fejn il-profil tal-lista ta’ riżerva jaqbel mal-ħtiġijiet tal-aġenzija li tagħmel it-talba; jinnota li din il-prattika tippermetti li jsir użu mil-lista ta’ riżerva ta’ aġenzija oħra, mingħajr il-ħtieġa li tiġi organizzata proċedura ta’ reklutaġġ li tuża r-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija kompliet il-kooperazzjoni tagħha mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) biex tagħti appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/473; iqis li l-kooperazzjoni hija eżempju ta’ sinerġija bejn l-aġenziji tal-Unjoni li għandha sservi bħala sors ta’ ispirazzjoni għal aġenziji f’oqsma oħra; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’dak ir-rigward u jqis li jkun xieraq ukoll li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kienet mimlija sa 96,10 %, bil-ħatra ta’ 74 aġent temporanju minn 77 aġent temporanju li kienu awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (65 post awtorizzat fl-2021); jinnota, minbarra dan, li, fl-2022, 11-il aġent kuntrattwali, sitt esperti nazzjonali sekondati (SNEs) u 16-il impjegat interim u konsulent ħadmu għall-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li addizzjonalment, total ta’ 13-il aġent kuntrattwali ġew appoġġjati minn għotjiet ad hoc u ftehimiet ta’ kontribuzzjoni f’diversi proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jieħu nota tar-riorganizzazzjoni li saret fi Frar 2022 biex l-organizzazzjoni tiġi aġġustata għall-kompiti u r-riżorsi addizzjonali assenjati lill-Aġenzija biex tissaħħaħ il-kapaċità operazzjonali meħtieġa għall-assistenza fil-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd, kif meħtieġ mill-PKS, inklużi l-miżuri li jirriżultaw mit - TCA mar-Renju Unit, u diversi proġetti ġodda fl-ambitu tal-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni; jenfasizza li ż-żieda fil-persunal kienet ta’ kważi 50 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni fil-bidu tal-2021, inklużi l-aġenti temporanji, l-aġenti kuntrattwali u l-SNEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jieħu nota tal-politika tal-Aġenzija li tippromwovi t-trattament indaqs tal-persunal u l-objettiv tagħha li tintlaħaq ugwaljanza bejn il-ġeneri, kemm f’termini ta’ numri kif ukoll f’termini ta’ gradi u livelli ta’ responsabbiltà; jirrikonoxxi l-bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’54 minn 106 (51 %) ikunu nisa; jiddeplora l-fatt li 38 % tal-persunal tal-grad AD 8 (grupp ta’ funzjoni ta’ amministratur, grad 8) u ogħla kienu nisa (l-istess bħal fl-2021); ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Aġenzija tqis dak l-aspett fir-rigward ħatriet fi ħdan il-maniġment superjuri u intermedju tagħha; jinnota li għalkemm l-Aġenzija ma adottatx il- “Karta dwar id-diversità u l-inklużjoni” fl-2022, l-azzjonijiet tagħha ġew indirizzati biex jikkonformaw mal-għan 5 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri kif iddikjarat fl-objettivi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li mill-31 ta’ Diċembru 2022, l-Aġenzija impjegat persunal minn 18-il Stat Membru; jinnota li 33 % tal-persunal tagħha huma ċittadini tal-Istat Membru fejn tinsab l-Aġenzija; ifakkar fl-importanza tal-bilanċ ġeografiku u jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tkompli tieħu l-miżuri meħtieġa biex ikollha rappreżentanza ġeografika bilanċjata u ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jieħu nota li mill-1 ta’ Ottubru 2022 l-Aġenzija applikat ir-regoli dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu tal-Kummissjoni b’analoġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Josserva li fl-2022, l-implimentazzjoni tal-moduli Sysper kienet tinkludi l-introduzzjoni tal-funzjonalità tas-CCP “Liv fuq Raġunijiet Personali”, iż-żieda ta’ “Rendikonti tal-paga tal-NDP” għal aġenti temporanji u kuntrattwali, l-implimentazzjoni ta’ funzjonalità ġdida li tippermetti t-talba għat-telexogħol minn barra l-pajjiż (Telexogħol Okkażjonali) għall-aġenti temporanji u kuntrattwali, flimkien ma’ fluss tax-xogħol “<STRING ITALIC="on">ad interim</STRING>” tal-ADI; barra minn hekk, ġew implimentati l-funzjonalitajiet Sysper relatati mal-implimentazzjoni ta’ regoli ġodda dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu, ġie implimentat il-modulu STAGE, u twettqet ħidma preparatorja għall-moduli EVAL u OBJ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinsab konxju li l-Aġenzija tippubblika fuq is-sit web tagħha d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u l-<STRING ITALIC="on">curricula vitae</STRING> (CVs) tal-membri tal-Bord Amministrattiv tagħha u tal-maniġment superjuri; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija taġġorna regolarment it-tabella bil-laqgħat kollha li jissejħu bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal tagħha ma’ organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati trasparenza u fiduċja sħaħ fl-attività tal-Aġenzija, u jinnota li t-tabella hija disponibbli fuq is-sit web tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Aġenzija biex b’mod regolari tkompli taġġorna u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar il-laqgħat rilevanti tad-Direttur Eżekuttiv u tal-persunal ma’ organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom li jkunu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni bil-għan li jiġu żgurati trasparenza u fiduċja sħaħ fl-attività tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jieħu nota li l-Aġenzija tapplika l-politika tagħha dwar il-kunflitt ta’ interess għall-persunal tagħha, l-SNEs, l-esperti esterni mħallsa, it-trainees u l-membri tal-Bord Amministrattiv u l-Bord Konsultattiv; jinnota li dan jiġi kkomunikat lill-persunal tagħha permezz tal-intranet u t-taħriġ, u impjegati u esperti oħra jimpenjaw ruħhom għall-konformità billi jiffirmaw dikjarazzjonijiet u impenji ta’ kunfidenzjalità; jinnota, barra minn hekk, li dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kunflitt ta’ interess għall-kuntratturi tal-Aġenzija, inkluż il-persunal temporanju tal-aġenzija (interims) li jipprovdu servizzi, huma stabbiliti fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Aġenzija għandha stabbilita strateġija kontra l-frodi mill-2014, li tiġi aġġornata regolarment u li attwalment qed tiffoka fuq l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet biex jittaffew ir-riskji ta’ frodi identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju; jinnota li l-aħħar aġġornament fl-2022, approvat mill-Bord Amministrattiv, jenfasizza l-isforzi kontinwi fis-sensibilizzazzjoni dwar l-etika u l-integrità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jieħu nota li skont il-Qorti, fl-2022, l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas b’valur ta’ EUR 90 miljun għan-noleġġ ta’ tliet OPVs, b’durata inizjali ta’ 24 xahar, li għandu jiġġedded b’mod taċitu erba’ darbiet, kull darba għal 12-il xahar addizzjonali, sa total ta’ sitt snin; ifakkar li l-punt 1.1. tal-Anness 1 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju) jippermetti kuntratti qafas b’durata ta’ aktar minn erba’ snin, iżda biss f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati; jinnota li l-Aġenzija ġġustifikat il-kuntratt itwal bil-ħtieġa li jiġi żgurat redditu adegwat fuq l-investiment lill-kuntratturi, li kienu meħtieġa jgħammru l-bastimenti b’dgħajjes jintnefħu b’buq riġidu; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti sabet dik il-ġustifikazzjoni bħala insuffiċjenti, minħabba li l-ispejjeż ta’ adattament ġew stmati għal madwar 1 % biss tal-valur totali tal-kuntratt u, barra minn hekk, l-Aġenzija żammet l-għażla li ttemm il-kuntratt unilateralment wara l-ewwel sentejn u wara kull sena sussegwenti, ħaġa li timmina l-argument li l-kuntrattur kellu bżonn kuntratt garantit ta’ sitt snin biex jiżgura redditu fuq l-investiment; jenfasizza li l-Qorti se tqis il-pagamenti assoċjati sussegwenti irregolari jekk il-kuntratt jiġi estiż lil hinn mil-limitu ta’ erba’ snin; josserva li skont l-Aġenzija, meta kienet qed tħejji l-proċedura, l-Aġenzija qieset li durata normali tal-kuntratt ta’ erba’ snin setgħet ma ġietx perċepita mis-suq bħala li tipprovdi redditu suffiċjenti fuq l-investiment, u t-twettiq b’suċċess u l-kontinwità tas-servizz soġġett tal-kuntratt qafas relatat huma kritiċi għall-operazzjonijiet ewlenin tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar fl-importanza, għall-proċeduri kollha ta’ akkwist, li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u li jiġu akkwistati oġġetti u servizzi bl-aħjar prezz, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tagħha, filwaqt li tiżgura konformità sħiħa mar-regoli applikabbli, biex jinkiseb l-aħjar valur possibbli għar-riżorsi pubbliċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jesprimi tħassib rigward is-sejbiet tal-Qorti li l-proċeduri li ntużaw għall-għażla u l-ikkuntrattar tal-esperti esterni kienu sistematikament nieqsa minn rekord adegwat tal-awditjar meħtieġ skont l-Artikolu 36(3) tar-Regolament Finanzjarju; jinnota li, speċifikament, ma kienx hemm evidenza miksuba biżżejjed biex tissostanzja li l-esperti ġew assenjati kompiti bbażati fuq kriterji tal-għażla predefiniti relatati mal-merti relattivi tagħhom, u li l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament ugwali stabbiliti fl-Artikolu 237 tar-Regolament Finanzjarju ġew irrispettati; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ il-proċessi interni tagħha għall-għażla u l-ikkuntrattar ta’ esperti esterni u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe pass meħud f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota bi tħassib li skont il-Qorti, f’Mejju 2022, l-Aġenzija nediet proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt għall-kiri ta’ OPV li għandu jintuża fl-ilmijiet bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, u f’Ġunju ffirmat il-kuntratt biex jitnaqqas id-distakk bejn il-kuntratti preċedenti u dawk futuri taħt proċedura miftuħa li għadha għaddejja u li damet aktar milli kien mistenni inizjalment; jieħu nota li l-Aġenzija ġġustifikat l-urġenza bl-użu ta’ eċċezzjoni fir-Regolament Finanzjarju, billi kkwotat avvenimenti imprevedibbli, ħaġa li hija eċċezzjoni permessa mill-punt 11.1(c) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju; josserva li l-Qorti kkonkludiet li, filwaqt li xi wħud mill-fatturi li pproduċew dik l-urġenza setgħu ma kinux prevedibbli, xi oħrajn kienu, u l-fatt li ma tqisux b’mod adegwat jindika dgħufija fl-ippjanar tal-Aġenzija u fil-ġestjoni tagħha tal-akkwist għan-noleġġ tat-tliet bastimenti; jistieden lill-Aġenzija tindirizza u tirrettifika d-dgħufija fl-ippjanar u l-ġestjoni tal-akkwist tagħha, kif indikat mill-Qorti u biex tirrapporta lura malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri meħuda f’dak ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jieħu nota li l-Aġenzija ma implimentatx iċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) peress li l-isforzi huma diretti lejn l-appoġġ ta’ proġetti oħra; ifakkar li l-objettiv tal-iskema huwa li tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tieħu passi lejn l-implimentazzjoni tal-EMAS;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħra ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>