<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0258</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0135/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2148(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0086/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0135/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2148(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0086/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0135/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2148(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0135/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 453, 29.11.2022, p. 39.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien jammonta għal EUR 114 777 691, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 5,83 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat prinċipalment minn żewġ sorsi ta’ dħul, jiġifieri, it-tariffi miġbura u l-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fir-rigward tas-settur tal-akkwist tal-Aġenzija, ma ġiet irrapportata ebda kwistjoni li tirrikjedi azzjonijiet korrettivi għall-2022, u lanqas ma hemm azzjonijiet korrettivi għaddejjin jew pendenti mill-awditi u l-valutazzjonijiet tas-snin preċedenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fir-rigward tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Aġenzija, ma ġiet irrapportata ebda kwistjoni li teħtieġ azzjonijiet korrettivi għall-2022, u lanqas ma hemm azzjonijiet korrettivi għaddejjin jew pendenti mill-awditi u l-valutazzjonijiet tas-snin preċedenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti ta’ 98,61 %, li tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta’ 0,23 % meta mqabbla mal-2021, u li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 85,06 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,17 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li l-Aġenzija hija ffinanzjata permezz ta’ tariffi mħallsa mill-industrija u minn kontribuzzjoni saldatorja mill-UE, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza l-fatt li, minħabba n-natura ta’ darba tat-tariffi u d-dipendenza tagħhom fuq deċiżjonijiet strateġiċi tal-atturi tal-industrija tas-sustanzi kimiċi, hemm inċertezza kbira dwar l-ammont tagħhom u ż-żmien meta jitħallsu; ifakkar li, fl-2020, il-Kummissjoni wiegħdet proposta biex tissaħħaħ il-governanza tal-Aġenzija u tiżdied is-sostenibbiltà tal-mudell ta’ finanzjament tagħha; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżentaha immedjatament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2022, għall-ewwel darba mill-iskadenza tar-reġistrazzjoni finali skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fl-2018, l-introjtu mill-imposti tal-Aġenzija żdied, filwaqt li d-dipendenza fuq l-Unjoni biex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha naqset bi ftit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva li l-Aġenzija hija l-ixprun fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tas-saħħa pubblika u tal-ambjent, kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività; jinnota li l-Aġenzija tiġbor, tevalwa u xxerred informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, tgħin lill-kumpaniji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni u tippromwovi l-użu sikur tas-sustanzi kimiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija implimentat 93 % tal-Programm ta’ Ħidma u kisbet 151 mill-162 azzjoni u output speċifiċi ppjanati għall-2022, filwaqt li 8 azzjonijiet għadhom “għaddejjin” kif ippjanat; jinnota, barra minn hekk, li t-tliet azzjonijiet “mhux ikkompletati” kienu jirrikjedu jew kontribuzzjoni mill-Istati Membri inkella li l-fluss tax-xogħol jingħata prijorità iktar baxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija ffukat fuq it-twettiq tal-kompiti ewlenin tagħha u fuq l-appoġġ lill-Kummissjoni Ewropea biex timplimenta l-Istrateġija tagħha dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà f’konformità mad-direzzjoni stabbilita mill-Bord ta’ Tmexxija fil-Pjan Strateġiku 2019-2023 u fir-rieżami tagħha mwettaq fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għal xi wħud mill-isfidi li l-Aġenzija ffaċċjat fl-2022, inkluża sistema ta’ awtorizzazzjoni ineffiċjenti, identifikata fl-2021, b’għadd jikber ta’ applikazzjonijiet għall-kromju eżavalenti li mistenni jkompli fl-2023, li jqiegħed taħt pressjoni l-kapaċità ta’ tfassil tal-opinjonijiet tal-kumitati xjentifiċi, kif ukoll nuqqas ta’ membri ta’ esperjenza; jinnota, barra minn hekk, li għadd baxx ta’ abbozzi ta’ rapporti ta’ valutazzjoni għas-sustanzi attivi bijoċidali ġew ippreżentati mill-Istati Membri, u dan ixekkel it-tlestija tal-evalwazzjonijiet sa tmiem l-2024 skont il-mandat tar-Regolament (UE) Nru 528/2012; jenfasizza l-fatt li, bi qbil mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Sustanzi Attivi, l-Aġenzija għamlet sforzi matul dawn l-aħħar snin biex tappoġġja lill-Istati Membri ħalli jagħmlu aktar progress;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-attivitajiet tal-Aġenzija għall-promozzjoni ta’ alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali u l-passi meħuda biex jiżdiedu l-effettività u l-viżibbiltà ta’ din il-ħidma;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-istrateġija tagħha għal titjib fl-effiċjenza, li tfittex li tikseb valur miżjud permezz ta’ governanza bbażata fuq il-prestazzjoni, kif ukoll għall-iżvilupp tal-għodod ġodda biex tappoġġja l-ippjanar u r-rapportar, li huma aktar faċli għall-utent, jipprovdu kapaċitajiet ta’ rapportar aħjar u jiffrankaw il-ħin għall-persunal kollu tagħha; jinnota li d-dimensjonijiet tar-rapportar ġew riveduti biex jirriflettu aħjar il-Programm ta’ Ħidma tal-Aġenzija u jippermettu konnessjoni aħjar bejn l-objettivi fil-livell tal-Aġenzija u dawk tal-membri tal-persunal individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Aġenzija bdiet ukoll eżerċizzju ta’ ottimizzazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura biex timminimizza kwalunkwe kapaċità żejda fl-infrastruttura tal-IT u li r-riżultati mit-tieni nofs tas-sena juru li l-Aġenzija kienet kapaċi tnaqqas l-użu ta’ tali infrastruttura (kemm tas-CPU, jiġifieri proċessuri, kif ukoll tar-RAM, jiġifieri memorja) b’madwar 25 %; jilqa’ l-isforzi li saru fl-eżerċizzju ta’ ottimizzazzjoni u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Josserva li l-Aġenzija qed tkompli tikkondividi l-kapaċità ta’ awditjar intern tagħha mal-Aġenzija tal-UE għall-Programm Spazjali (li qabel kienet l-Aġenzija Ewropea tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita); jinnota li l-Aġenzija u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel iżommu kuntatti regolari fil-livell ta’ ħidma u tal-maniġment superjuri, fejn l-opportunitajiet ta’ kooperazzjoni jiġu vvalutati b’mod regolari (billi jsir rieżami dettaljat tal-programmi ta’ ħidma) u jintużaw tajjeb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija kompliet il-kooperazzjoni strateġika tagħha mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar il-forniment tal-format tad-data IUCLID bħala servizz, mogħti mis-Servizzi Cloud tagħha, għall-ħidma tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> u, b’riżultat ta’ dan, l-ekonomiji ta’ skala nkisbu abbażi tal-pjattaformi tal-IT eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni kontra l-attakki ċibernetiċi jew it-tentattivi ta’ infiltrazzjoni b’mod partikolari dawk li joriġinaw mir-Russja jew miċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija, f’kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, ħadet passi biex tippromwovi l-prinċipju ta’ “sustanza waħda – valutazzjoni waħda” biex tiżgura konsistenza akbar fil-valutazzjoni tal-perikli u tar-riskju ta’ sustanzi attivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal ġiet eżegwita b’rata ta’ 98,07 %, u nħatru 458 aġent temporanju minn total ta’ 467 aġent temporanju li ġew awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (l-istess numru ta’ pożizzjonijiet awtorizzati bħal dak fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, fl-2022 ħadmu għall-Aġenzija 128 aġent kuntrattwali, 48 aġent interim, 5 konsulenti u 2 esperti nazzjonali sekondati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-persunal u jilqa’, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-Aġenzija daħħlet fis-seħħ pjan ta’ azzjoni biex timplimenta l-objettivi tal-Karta tagħha dwar id-Diversità u l-Inklużjoni adottata fl-2022, bl-għan li jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fit-tim maniġerjali, fost miżuri ta’ inklużjoni oħra; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħha; jirrikonoxxi li l-kisba tar-riżultati f’dan il-qasam tieħu ż-żmien; jinnota, madankollu, li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri u intermedju tal-Aġenzija naqas bi ftit u 76 % tal-pożizzjonijiet huma okkupati mill-irġiel (82 % fl-2021) filwaqt li 24 % huma okkupati min-nisa (18 % fl-2021); jinnota li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-persunal b’mod ġenerali huwa ta’ 261 raġel (45 %) u 317-il mara (55 %);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, mill-31 ta’ Diċembru 2022, l-Aġenzija impjegat persunal minn 26 Stat Membru; jinnota li 32 % tal-persunal tagħha huma ċittadini tal-Istat Membru fejn tinsab l-Aġenzija; ifakkar fl-importanza tal-bilanċ ġeografiku u jħeġġeġ lill-Aġenzija biex tkompli tieħu l-miżuri meħtieġa biex ikollha rappreżentanza ġeografika bilanċjata u ġusta; huwa mħasseb, madankollu, dwar il-bilanċ ġeografiku fil-maniġment superjuri u intermedju tal-Aġenzija li ma għandu direttur wieħed biss mill-Ewropa Ċentrali tal-Lvant; jinsisti li jrid isir titjib; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lura dwar dan lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali, u li l-Aġenzija hija parti minn task force interaġenzjali ta’ konsulenti kunfidenzjali; jistenna bil-ħerqa li jirċievi r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; jinnota li ma kien hemm l-ebda każ irrappurtat ta’ fastidju fl-2022 u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli u tiżviluppa l-ħidma biex tipprevjeni każijiet fil-futur ukoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li, minn Marzu 2022, il-persunal tal-Aġenzija beda jirritorna gradwalment fil-bini tal-Aġenzija, proċess li ntemm bl-implimentazzjoni ta’ regoli ġodda ta’ ħidma ibrida f’Ottubru 2022; jinnota, f’dan il-kuntest, li r-regoli l-ġodda jippromwovu l-flessibbiltà u r-responsabbilizzazzjoni tal-persunal filwaqt li jżommu l-koeżjoni soċjali u l-kollaborazzjoni permezz ta’ preżenza regolari ta’ kull ġimgħa fl-uffiċċju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Josserva li l-Aġenzija għamlet użu minn aktar mobbiltà interna biex twieġeb għall-ħtiġijiet li qed jevolvu ta’ għarfien espert xjentifiku, tekniku u amministrattiv fil-ħidma tagħha; jinnota li dan offra opportunitajiet ta’ titjib fil-karriera u b’hekk ikkontribwixxa għall-motivazzjoni tal-persunal tal-Aġenzija u għaż-żamma ta’ kultura ta’ prestazzjoni għolja, titjib kontinwu u reattività; jilqa’ l-fatt li, biex timmotiva lill-impjegati u tibni settijiet ta’ ħiliet, introduċiet ukoll inizjattivi ġodda inklużi l-mentoring u l-coaching;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat livell adegwat ta’ persunal li jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari u, b’mod partikolari, il-mira ta’ tniġġis żero u ż-żieda assoċjata fil-kompiti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa tal-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija identifikat il-proċessi u s-sottoproċessi li jirrikjedu l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota, barra minn hekk, li f’dawk il-proċessi kollha, jitwettaq rieżami tad-dikjarazzjonijiet annwali ta’ interess mill-persuna responsabbli għall-proċess kull darba li jiġi assenjat kompitu lil membru tal-persunal, filwaqt li għal xi proċessi sensittivi dan jiġi kkomplementat b’dikjarazzjoni ta’ ebda interess speċifika għall-każ mill-membru tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, biex tittejjeb il-prattika ta’ kunflitt ta’ interess wara l-impjieg, il-politika dwar il-kunflitt ta’ interess tal-Aġenzija ġiet riveduta l-aħħar mill-Bord ta’ Tmexxija f’Ġunju 2023; jinnota li l-bidliet introdotti jsaħħu l-monitoraġġ sistematiku tal-konformità mad-dmirijiet ta’ wara l-impjieg minn ex membri tal-persunal tal-Aġenzija, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-osservazzjonijiet tal-awtorità ta’ kwittanza fis-snin preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Josserva li l-Aġenzija tippubblika fis-sit web tagħha l-laqgħat li jsiru mill-maniġment superjuri tagħha ma’ rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, matul l-2022, l-Aġenzija introduċiet għodda elettronika ġdida għall-ġbir u r-rieżami tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess annwali tal-esperti esterni li jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Aġenzija, li tipprovdi aktar assigurazzjoni għall-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Aġenzija ġiet riveduta l-aħħar mill-Bord ta’ Tmexxija tagħha f’Diċembru 2022 u tiffoka fuq iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-kultura kontra l-frodi fl-Aġenzija u fuq ir-rieżami regolari tal-politiki u l-proċeduri ewlenin; jinnota li l-istrateġija ssaħħaħ il-mekkaniżmu intern kontra l-korruzzjoni billi tispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-prevenzjoni tal-frodi u l-mezzi u r-riżorsi li huma involuti fl-indirizzar tal-frodi; jilqa’ l-fatt li l-persunal kollu tal-Aġenzija pparteċipa f’taħriġ kontra l-frodi fl-2022; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija għandha fis-seħħ linji gwida għall-informaturi sabiex l-impjegati tal-Aġenzija jkunu jistgħu jipprovdu notifika dwar kwalunkwe attività li tmur kontra l-interess pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija huma mfassla biex ikunu ċari, miftuħa u jiżguraw eżitu bbilanċjat ibbażat fuq approċċ xjentifiku motivat; jinnota li l-informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Aġenzija u tal-Istati Membri, pereżempju biex janalizzaw sustanzi jew joħolqu dossiers, hija disponibbli online, biex il-kumpaniji jkollhom aċċess għad-data li jeħtieġu biex jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali infurmati; jinnota, barra minn hekk, li l-organizzazzjonijiet akkreditati tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat xjentifiċi bħala osservaturi, ħlief meta l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali tirrikjedi li s-sessjonijiet isiru bil-magħluq; jinnota, barra minn hekk, li r-riflessjonijiet, l-opinjonijiet u l-konklużjonijiet tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija huma rreġistrati f’opinjonijiet u minuti u dawn jiġu ppubblikati online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar fl-importanza għall-Aġenzija li tiżviluppa viżibbiltà akbar fil-media, l-internet u l-media soċjali, sabiex tagħmel xogħolha magħruf maċ-ċittadini;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-Aġenzija adottat politika dwar iċ-ċibersigurtà u wettqet eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju fit-taqsima kollha tal-IT; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija introduċiet il-possibbiltà ta’ awtentikazzjoni bijometrika, tejbet il-viżibbiltà taċ-ċentru tal-operazzjonijiet tas-sigurtà u wettqet ittestjar tal-kommutazzjoni awtomatika bejn iċ-ċentri tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2022, l-Aġenzija ssieħbet fil-fażi ta’ prova tal-PPMT (l-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-Kummissjoni Ewropea) sabiex tittestja din l-għodda ta’ akkwist elettroniku (qabel ma ġiet adottata bis-sħiħ fl-2023); jinnota li l-Aġenzija kienet diġà adottat għodod oħra ta’ akkwist elettroniku bħall-eTendering jew l-eSubmission u b’mod parallel, fl-2022 ġeddet is-sottoskrizzjoni tagħha għal Cloudia – il-pjattaforma ta’ akkwist elettroniku ta’ Hansel (korp ċentrali għall-akkwisti għall-awtoritajiet pubbliċi Finlandiżi) sabiex l-akkwist amministrattiv kollu mwettaq permezz ta’ Hansel jiġi kompletament diġitalizzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Josserva li ċ-ċertifikati EMAS (Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali) u ISO 14001 tal-Aġenzija ġew imġedda b’suċċess fl-2022; jinnota b’sodisfazzjon, mir-rapport tal-Qorti, li l-Aġenzija hija fost l-aġenziji li joħorġu dikjarazzjoni ambjentali annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-Aġenzija kompliet bl-isforzi tagħha biex telimina gradwalment l-ittestjar fuq l-annimali fl-Ewropa sa fejn ikun possibbli taħt il-qafas regolatorju attwali; jinnota li l-Aġenzija tippromwovi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali bi tliet modi: l-iffukar fuq gruppi ta’ sustanzi permezz ta’ strateġija separata, l-investiment f’attivitajiet internazzjonali li jippromwovu alternattivi u metodoloġiji ta’ approċċ ġodda, u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data fil-pussess tal-Aġenzija; itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija biex tħaffef il-proċess ta’ eliminazzjoni gradwali; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija qed tikkollabora mal-Kummissjoni u ma’ partijiet ikkonċernati oħra biex tappoġġja lill-Kummissjoni fit-tfassil ta’ pjan direzzjonali lejn is-sostituzzjoni sħiħa tal-ittestjar fuq l-annimali għas-sustanzi kimiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija kompliet timplimenta miżuri differenti biex iżżid il-preżenza pubblika u online tagħha permezz ta’ verżjonijiet ġodda u bosta aġġornamenti fuq is-sit web tagħha, il-varar ta’ Instagram channel b’mod konġunt ma’ erba’ aġenziji msejjaħ “One Health One Environment”, u l-preżenza tagħha fil-media soċjali; jinnota, f’dan il-kuntest, żieda fil-kopertura medjatika ġenerali u żieda fil-metrika tal-media soċjali tal-Aġenzija fl-2022 meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>