<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0260</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0119/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2169(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0107/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0119/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2169(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0107/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0119/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2022,
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2169(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0119/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.1.2023, p. 160.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 197 759 722, li jirrappreżenta żieda ta’ 10,91 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2022 (minn hawn ’il quddiem ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju rriżultaw f’implimentazzjoni tal-baġit fl-2022 ta’ 96,62 % f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, li jirrappreżentaw tnaqqis ta’ 2,10 % meta mqabbla mal-2021; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 79,73 %, li tindika tnaqqis ta’ 3,78 % meta mqabbla ma’ dik tal-2021; ifaħħar l-isforzi tal-Aġenzija biex tkompli tnaqqas id-dewmien fil-pagamenti tagħha minn 32,8 % fl-2020 u 7,8 % fl-2021, għal 7,2 % fl-2022; jinnota, madankollu, bi tħassib li l-osservazzjoni mill-Qorti fejn saħqet li l-Aġenzija qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi rigward il-pagamenti tard għadha għaddejja; jikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li din id-dgħufija rikorrenti tesponi lill-Aġenzija għal riskji ta’ reputazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota rata baxxa ta’ implimentazzjoni (85 %) tal-fondi (C8) riportati mill-2021 għall-2022, li wasslet għal ammont mhux użat ta’ EUR 3,8 miljun ta’ approprjazzjonijiet; jinnota bi tħassib li l-approprjazzjonijiet relatati mal-baġit attwali riportati mill-2022 għall-2023 huma f’livell relattivament għoli ta’ 17 % jew EUR 32,5 miljun; josserva wkoll xejra ta’ żieda f’dawn l-aħħar snin (mill-2020 sal-2022) fir-rigward tas-surplus tal-Aġenzija (riżultat tal-baġit) fi tmiem is-sena finanzjarja, filwaqt li għall-2022, tali surplus kien ta’ EUR 10,3 miljun, aktar mid-doppju tal-istess ċifra fl-2021 (EUR 5,1 miljun); jinnota mir-Rapport Annwali Konsolidat tal-Attività tal-Aġenzija għall-2022 u mir-rapport tal-Aġenzija b’segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-2021 li l-Aġenzija vvalutat il-kawżi ewlenin tal-livelli għoljin ta’ surplus fi tmiem is-sena finanzjarja u r-riport tal-prestazzjoni tal-implimentazzjoni baġitarja; jinnota f’dan ir-rigward li l-Aġenzija ħejjiet ukoll pjan ta’ azzjoni; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar fuq din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-baġit finali tal-Aġenzija għall-2022 huwa r-riżultat tal-ewwel emenda ta’ EUR 4,3 miljun, għall-kontribuzzjoni tal-2022 mid-Danimarka u t-tieni emenda ta’ EUR 1,1 miljun, għal ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li, skont ir-Rapport Annwali Konsolidat tal-Attività tal-Aġenzija, l-Aġenzija użat indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-programm ta’ ħidma biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha fl-2022; jinnota li l-Aġenzija mmonitorjat 15-il indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) u 56 indikatur tal-programm ta’ ħidma (WPI); jinnota li 10 KPIs u 40 WPIs intlaħqu jew qabżu l-miri stabbiliti; japprezza f’dan il-kuntest iż-żieda ta’ xi KPIs, meta mqabbla mas-snin preċedenti, b’rabta mal-għadd ta’ operazzjonijiet (2 758) u l-għadd ta’ jiem ta’ azzjoni (394) appoġġati mill-Aġenzija, kif ukoll l-għadd ta’ tfittxijiet imwettqa fl-EIS u l-QUEST (13-il miljun) u l-għadd ta’ verifiki tal-kriminalità transfruntiera fl-EIS relatati mal-persuni (2 339);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-kisbiet vasti tagħha fit-twettiq tal-ħames prijoritajiet strateġiċi pluriennali tagħha stabbiliti fl-Istrateġija tal-Europol 2020+; jinnota b’mod partikolari t-twaqqif tal-Unità tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni (IMU), l-iżvilupp ta’ Strateġija tal-ICT li hija mistennija tgħin fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Aġenzija fil-qasam tal-ġestjoni tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ mudell ġdid tal-valur tan-negozju għall-monitoraġġ tal-progress tat-twassil tal-ICT; jinnota li l-Laboratorju tal-Innovazzjoni tal-Europol sar parti mill-IMU fi struttura li mistennija twassal għal kollaborazzjoni aktar mill-qrib li hija meħtieġa fl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Europol rivedut u nieda r-Repożitorju tal-Għodod tal-Europol biex jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fl-Istati Membri, jinkoraġġixxi l-iskambju ta’ esperjenzi, u jippromwovi s-sinerġiji; jinnota wkoll it-tnedija tal-Unità ta’ Appoġġ Diġitali mmirata lejn tweġiba effiċjenti u effettiva għall-ħtiġijiet investigattivi tal-Istati Membri u fi ħdan l-Aġenzija, b’mod partikolari fir-rigward ta’ każijiet kumplessi li jirrikjedu appoġġ forensiku diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifaħħar ir-rispons fil-pront tal-Aġenzija u l-appoġġ tagħha lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità wara l-invażjoni illegali u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna, billi, pereżempju, tibgħat esperti u uffiċjali mistiedna biex jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali tal-infurzar tal-liġi f’pajjiżi li jmissu mal-Ukrajna jew tappoġġa investigazzjonijiet finanzjarji mmirati lejn assi kriminali li jappartjenu lil individwi u entitajiet legali sanzjonati fil-kuntest ta’ dik il-gwerra; jinnota, barra minn hekk, li fl-2022 l-Aġenzija ħarġet diversi valutazzjonijiet tat-theddid dwar l-implikazzjonijiet potenzjali tal-gwerra, kif ukoll twissijiet bikrija u notifiki ta’ intelligence dwar pereżempju t-traffikar tal-armi u t-traffikar tal-bnedmin; iħeġġeġ ukoll lill-Aġenzija tagħmel l-almu tagħha biex tappoġġa l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri f’dan il-qasam; jinnota li l-invażjoni militari illegali kkawżat kriżi umanitarja u wasslet biex għadd kbir ta’ rifuġjati jaħarbu mill-Ukrajna lejn l-Unjoni, li jfisser li n-networks kriminali opportunistiċi jistgħu jużaw din is-sitwazzjoni biex ikomplu l-attivitajiet kriminali tagħhom; jesprimi wkoll li l-estensjoni tal-kompetenzi tal-Aġenzija fir-rigward tal-appoġġ lill-Istati Membri u l-kooperazzjoni ma’ partijiet privati, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali tirrikjedi l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza interni u esterni addizzjonali biex jiggarantixxu r-rispett tad-dritt tal-UE u jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija kompliet taħdem mill-qrib mal-eu-LISA fit-twaqqif ta’ kontrolli awtomatizzati tad-data tal-applikazzjonijiet għall-ivvjaġġar mis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) kontra d-data tal-Europol; jinnota li d-dħul fis-seħħ tal-ETIAS ġie pospost għal Novembru 2023 bid-deċiżjoni tal-Kunsill; japprezza li l-Aġenzija espandiet il-kooperazzjoni tagħha mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fl-2022 filwaqt li sa tmiem is-sena appoġġat 21 operazzjoni ewlenija tal-UPPE fil-qasam tal-frodi tat-taxxa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u kisbiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija rrevediet l-Istrateġija tal-Europol 2020+ tagħha billi adattat il-prijoritajiet strateġiċi tagħha għall-ħtiġijiet operattivi attwali tal-Istati Membri u t-theddid għas-sigurtà li qed jiffaċċjaw, u b’hekk timmira li ttejjeb il-prestazzjoni tal-Aġenzija; jinnota f’dan is-sens prijorità strateġika ġdida biex is-sħab rilevanti jinġiebu flimkien għall-kooperazzjoni transfruntiera u l-azzjoni konġunta, inklużi l-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen, l-Interpol u l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota b’apprezzament mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament, il-miżuri u l-prattiki estiżi tal-Aġenzija biex tiżdied l-effiċjenza u ż-żidiet fl-oqsma tas-soluzzjonijiet ewlenin tal-ICT tan-negozju (fis-sors minflok l-esternalizzazzjoni), id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tar-riżorsi umani (ir-reklutaġġ elettroniku, it-taħriġ elettroniku), u l-għodod għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni baġitarja, ir-rata ta’ pożizzjonijiet vakanti, il-limiti massimi kuntrattwali fil-proċeduri ta’ akkwist u l-indikaturi ambjentali, fost oħrajn; ifaħħar lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku, kif ukoll għall-kondiviżjoni tal-proċeduri ta’ akkwist ma’ aġenziji oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li, wara l-bidla fl-ippjanar tal-Aġenda għall-Interoperabbiltà tal-Unjoni, kien meħtieġ l-ippjanar mill-ġdid tal-attivitajiet u r-riżorsi interni tal-Aġenzija, li wassal għall-ħtieġa ta’ persunal addizzjonali; jinnota f’dan il-kuntest ftehim milħuq fejn 25 membru tal-persunal tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mill-2024, se jappoġġaw lill-Aġenzija fit-twettiq tal-obbligi tagħha fl-Aġenda għall-Interoperabbiltà; jinnota wkoll pressjoni fuq ir-riżorsi tal-Aġenzija marbuta mal-proċeduri ta’ konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), b’25 membru tal-persunal tal-Aġenzija assenjati lil azzjonijiet iġġenerati mill-EDPS; ifaħħar lill-Aġenzija għall-kollaborazzjoni mill-qrib tagħha mal-EDPS u talli indirizzat ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-użu ta’ diversi sistemi bħall-EPRIS, l-ADEP, is-SIS, il-PERCI u l-QUEST+; jinnota l-osservazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tad-dewmien fit-tnedija tal-PERCI (il-Pjattaforma tal-Unjoni dwar il-Kontenut Illegali Online) minħabba l-impatt li l-opinjonijiet tal-EDPS u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti kellhom fuq l-iżviluppi ta’ importanza operattiva ewlenija; ifaħħar lill-Aġenzija talli ħatret l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tagħha li se jappoġġa lill-Aġenzija fis-salvagwardja tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet u l-kompiti kollha tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija talli, fl-2022, irċeviet ir-reġistrazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS); ifaħħar ukoll lill-Aġenzija għall-użu ta’ kriterji ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku, kif ukoll għall-integrazzjoni tal-politika u l-objettivi ambjentali tal-Aġenzija fil-proċeduri ta’ akkwist tagħha; jinnota li l-Aġenzija bdiet proġett ta’ studju tal-fattibbiltà għall-iżvilupp tal-viżjoni ambjentali tal-Aġenzija għall-2030 biex tiddefinixxi l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Aġenzija u l-miżuri ta’ titjib meħtieġa biex jintlaħqu dawk il-miri; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu ta’ dak l-istudju; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkunsidra l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet intermedji sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kemm għall-infrastruttura kif ukoll għall-proċessi interni tagħha, bħal użu akbar ta’ għodod diġitali u ġestjoni tad-dokumenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 99,41 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet implimentata, u nħatru 682 aġent temporanju minn 686 aġent temporanju awtorizzat fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (615 fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, 236 aġent kuntrattwali (li minnhom 19 huma ffinanzjati minn għotjiet/ftehimiet) u 55 espert nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2022, bi 235 u 71 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni rispettivament; jinnota wkoll li 11-il pożizzjoni addizzjonali ta’ aġent temporanju, barra mit-tabella tal-persunal għall-2022, ġew assenjati għal perjodu limitat biex l-għadd ta’ pożizzjonijiet vakanti jinżamm għal minimu; jinnota li l-Aġenzija tiddistingwi bejn ħames kategoriji ta’ esperti nazzjonali sekondati, b’erba’ kategoriji li ma għandhom l-ebda kost jew kostijiet limitati għall-baġit tal-Aġenzija u li jirrappreżentaw 152 persuna oħra, u b’hekk l-għadd totali ta’ esperti nazzjonali sekondati tela’ għal 207 fl-2022; ifaħħar ir-rata baxxa ta’ pożizzjonijiet vakanti tal-Aġenzija ta’ 0,6 % fl-2022, ferm inqas mill-mira annwali ta’ rata massima ta’ pożizzjonijiet vakanti ta’ 2 %; jinnota wkoll iż-żieda fir-rata ta’ dawran tal-Aġenzija minn 6,9 % fl-2021 għal 9,12 % fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li fid-dawl tal-invażjoni Russa tal-2022 tal-Ukrajna, l-Aġenzija skjerat timijiet operazzjonali magħmula minn esperti nazzjonali sekondati (SNE) mingħajr ħlas f’diversi Stati Membri bħal-Litwanja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Rumanija jew il-Bulgarija, kif ukoll f’pajjiżi sħab bħall-Moldova, u b’hekk żiedet l-użu tagħha ta’ SNE bla ħlas; jindika li l-introjtu ta’ SNE mingħajr ħlas jibqa’ dipendenti fuq deċiżjonijiet nazzjonali u li għadd ta’ Stati Membri ddeċidew li ma jkomplux iħallsu s-salarji meta jseħħu sitwazzjonijiet bħal dawn, u b’hekk ħallewhom dipendenti fuq l-ammonti mħallsa lilhom bħala allowances għas-sussistenza għal kull jum; ifakkar li filwaqt li l-allowance għas-sussistenza għal kull jum għandha tiġi aġġustata bil-Koeffiċjent tal-Korrezzjoni u għandha toffri kumpens għall-għoli tal-ħajja ogħla, biċ-ċifri tal-inflazzjoni, kull 3 snin, dawn ir-rati baqgħu l-istess matul l-aħħar 6 snin; jappella biex l-Aġenzija tidħol fi djalogu sostantiv mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex tiżgura kumpens ġust għall-esperti kollha impjegati mill-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneri rrapportata tal-Aġenzija għall-2021 għall-maniġment superjuri u intermedju, fejn 82 % kienu rġiel (28 raġel u 6 nisa), għall-Bord ta’ Amministrazzjoni, fejn 75 % kienu rġiel (38 raġel u 13-il mara) u għall-persunal kollu, fejn 65 % kienu rġiel (556 raġel u 295 mara); jirrikonoxxi li l-proporzjon ta’ nisa (35 %) impjegati mill-Aġenzija fl-2022 huwa ogħla mill-proporzjon medju (abbażi tal-istatistika tal-Eurostat tal-2021) ta’ nisa (21,6 %) impjegati fl-infurzar tal-liġi fl-Unjoni (uffiċjali tal-pulizija, imħallfin professjonali u persunal tal-ħabs); ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Aġenzija tqis dan l-aspett fir-rigward ta’ reklutaġġi ta’ persunal u ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri u medju tagħha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Josserva li tliet każijiet ġodda ta’ eżawriment ġew irrappurtati mis-servizz mediku tal-Aġenzija fl-2022; josserva wkoll li l-Aġenzija implimentat miżuri biex ittejjeb il-benesseri tal-persunal tagħha bħas-saħħa okkupazzjonali u l-pariri dwar l-istil ta’ ħajja, l-iskeda ta’ xogħol mediku part-time, ir-riferimenti lil speċjalisti mediċi u pariri lill-maniġment li jappoġġa lill-membri tal-persunal, fost oħrajn; jinnota li l-Bord ta’ Amministrazzjoni qabel mal-applikazzjoni, b’analoġija għall-Aġenzija, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2022) dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol ibridu, li tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni preċedenti dwar il-ħin tax-xogħol u dwar it-telexogħol, bl-għan li tipprovdi qafas fejn ix-xogħol fl-uffiċċju u t-telexogħol jitqiesu bħala modi ekwivalenti ta’ ħidma; jistieden lill-Aġenzija tkompli tfittex soluzzjonijiet biex tnaqqas l-eżawriment u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress miksub;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li, skont it-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament, għalkemm l-Aġenzija ma implimentatx il-“Karta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni”, stabbiliet l-Istrateġija tagħha għad-Diversità u l-Inklużjoni; jinnota wkoll li fl-2022 l-Aġenzija rrevediet u adottat il-Manwal tal-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni dwar il-politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jinnota li matul il-perjodu 2017-2022, l-Aġenzija fittxet parir legali estern dwar żewġ każijiet ta’ allegat fastidju; jinnota li fl-2022 ma tressaq l-ebda każ ta’ fastidju relatat mal-persunal tal-Aġenzija quddiem qorti; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm fis-seħħ oqfsa robusti kontra l-fastidju, speċjalment f’ambjenti tax-xogħol b’element ta’ stress għoli ħafna u impenjattivi; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi skema ta’ taħriġ dwar il-kwistjoni kemm għall-persunal il-ġdid kif ukoll għall-persunal eżistenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist pubbliku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota l-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti li fl-2022, l-Aġenzija ħallset għotja ta’ EUR 3,3 miljun biex tiffinanzja l-attivitajiet ta’ forza tal-pulizija nazzjonali fi Stat Membru, inklużi EUR 1,4 miljun bħala rimborż għall-akkwist ta’ ħames dgħajjes u provvediment ta’ 7 % għal spejjeż ġenerali assoċjati, inkluża l-VAT; jinnota li, skont il-valutazzjoni tal-Qorti, l-akkwist tad-dgħajjes għat-taħriġ tal-pulizija, fid-dawl tal-Artikolu 186(4)(c) tar-Regolament Finanzjarju, il-VAT ma kellhiex tiġi rimborżata minħabba li l-benefiċjarju huwa awtorità pubblika, irregolata mid-dritt pubbliku, u involut f’attivitajiet bħala awtorità pubblika, u għalhekk dik il-parti tal-għotja, li tammonta għal EUR 0,2 miljun instabet irregolari; jirrikonoxxi mit-tweġiba tal-Aġenzija li, wara li kkunsidrat l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Unitajiet ta’ Intervent Speċjali (SIUs) tal-Istati Membri tal-Unjoni li jipprevedi li SIUs għandhom jiżguraw eżerċizzji ta’ taħriġ konġunti, filwaqt li l-għotja operattiva kkonċernata l-attivitajiet tal-SIUs ikkoordinati minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija qieset li, skont l-Artikolu 186(4)(c) tar-Regolament Finanzjarju u l-gwida speċifika korrispondenti għall-implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-amministrazzjoni tal-għotjiet, il-VAT kienet spiża eliġibbli fejn ma tistax tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli u fejn hija relatata mat-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni jew attivitajiet simili fil-qasam tas-sigurtà, ħlief għall-VAT imħallsa mill-Istati Membri meta jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi fil-kapaċità sovrana tagħhom, b’mod partikolari fejn kumpaniji privati ma setgħux jipprovdu s-servizzi relatati; jinnota fl-aħħar nett, rigward it-triq ’il quddiem, l-impenn tal-Aġenzija biex tivvaluta l-eliġibbiltà tal-VAT f’għotjiet operazzjonali fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-Qorti.
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u t-trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b’sodisfazzjon li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-membri tal-Bord ta’ Amministrazzjoni u tal-maniġment superjuri huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tikkunsidra miżuri għall-prevenzjoni wkoll tal-fenomeni tar-“revolving doors”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li, matul l-2022, l-Aġenzija ttrattat sitt każijiet li jikkonċernaw sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess, li minnhom tnejn kienu jittrattaw ir-rwol ta’ konsulent fil-proċess tas-selezzjoni, każ wieħed li inqala’ matul ir-reklutaġġ ta’ kandidat magħżul qabel ma jibda jaqdi dmirijietu fl-Aġenzija u tnejn mill-membri tal-persunal wara li telqu mis-servizz; jinnota wkoll li ttieħdu miżuri adegwati fir-rigward ta’ dawk is-sitwazzjonijiet, inklużi awtorizzazzjonijiet kundizzjonali għall-impjieg wara t-tluq mis-servizz; jieħu nota li l-Aġenzija ttrattat każ wieħed ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-2022, li ngħalaq mingħajr azzjoni ulterjuri f’termini ta’ ksur potenzjali tal-obbligi professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar rapporti fil-media rigward il-kunflitti ta’ interessi li seħħew fost il-membri tal-persunal tal-Aġenzija; jinnota li f’Diċembru 2023 l-Ombudsman Ewropew iddeċieda li jiftaħ inkjesta biex jinvestiga kif l-Aġenzija ttrattat iċ-ċaqliq ta’ żewġ eks membri tal-persunal għal pożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online; jinnota li l-ewwel membru tal-persunal ingħaqad ma’ parti kkonċernata ewlenija tat-teknoloġija fil-bidu tal-2022, u t-tieni wieħed ingħaqad mal-istess parti kkonċernata bħala membru tal-bord aktar tard dik is-sena; jieħu nota tat-tweġiba pprovduta mill-Aġenzija u jitlob li l-allegazzjonijiet jiġu investigati bir-reqqa u li l-eżitu jiġi rrappurtat lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota l-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti li matul perjodu bejn l-2020 u l-2022 l-Aġenzija ħallset allowance għas-sussistenza ta’ kuljum (DSA) lil tliet ċittadini Netherlandiżi impjegati bħala esperti nazzjonali sekondati (SNE); jinnota li, billi l-Aġenzija tinsab fin-Netherlands, it-tliet SNEs ma kinux intitolati għal dawk l-allowances skont ir-regoli interni tal-Aġenzija; jinnota wkoll li, għalkemm f’Diċembru 2022 l-Aġenzija waqqfet il-pagament tad-DSA lit-tliet SNEs, l-Aġenzija ddeċidiet li ma titlobx lura l-pagamenti li saru żejda matul dak il-perjodu; jinnota li l-ammont totali assoċjat ma’ dawk il-pagamenti kien ta’ EUR 155 553, li minnhom EUR 90 605 tħallsu fl-2022; jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet b’rabta mal-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> tal-Aġenzija għal perjodu li jdum aktar minn tliet snin; jinnota, skont it-tweġiba tal-Aġenzija għall-osservazzjoni tal-Qorti, li l-Aġenzija tejbet il-verifiki <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> sabiex tiżgura assigurazzjoni dwar il-legalità tal-intitolamenti finanzjarji tal-persunal qabel il-pagament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-progress miksub fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar pendenti, b’89 % ta’ dawk kritiċi jew importanti ħafna li ġew implimentati fl-2022; jinnota li fi tmiem l-2022, seba’ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna (maħsuba għall-implimentazzjoni u applikabbli) kienu għadhom pendenti fir-rigward tar-rapporti ta’ awditjar imwettqa fl-2018, l-2019 u l-2021; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ il-Pjan Strateġiku tal-Awditjar Intern għall-Aġenzija għall-perjodu 2022-2024 li jkopri tliet temi, inkluż awditu dwar il-koordinazzjoni u l-arranġamenti ta’ ħidma mad-DĠ HOME mwettaq fl-2022, li r-riżultati tiegħu huma mistennija fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota l-konklużjoni tal-awtovalutazzjoni tal-Aġenzija tal-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern (ICS) tagħha, kemm permezz ta’ kejl kwantitattiv kif ukoll ta’ aspetti kwalitattivi, inkluż sett ta’ 76 indikatur ta’ kontroll intern, li b’mod ġenerali l-komponenti kollha tal-ICS kienu preżenti u jiffunzjonaw b’mod integrat u ma kien hemm l-ebda dgħufija prominenti fil-kontroll intern identifikata fl-2022; jinnota li l-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Aġenzija lestiet rieżami tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Aġenzija għall-2022, u kkonkludiet li l-Aġenzija kellha fis-seħħ sistema robusta ta’ kontrolli interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jieħu nota li l-Aġenzija żviluppat u ħarġet politika ta’ ġestjoni tar-riskju fl-2022; josserva wkoll li l-profil tar-riskju korporattiv tal-Aġenzija fl-2022 kien ikkaratterizzat miż-żieda fil-mandat u l-kompiti, iż-żieda fid-domanda għat-twassil b’suċċess ta’ soluzzjonijiet ewlenin tal-ICT għall-ipproċessar ta’ data personali, ir-rispons kontinwu biex jittaffa l-impatt tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi li jirriżulta mill-gwerra fl-Ukrajna u ż-żieda fl-attivitajiet superviżorji u ta’ skrutinju relatati (inkluż dwar il-protezzjoni tad-data), fost l-oħrajn; ifaħħar lill-Aġenzija talli fl-2022 adottat l-Istrateġija Kontra l-Frodi riveduta tagħha għall-perjodu 2022-2024, li tirrifletti l-prinċipji, il-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi, l-objettivi u l-azzjonijiet kontra l-frodi, u rieżami tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istrateġija Kontra l-Frodi 2017-2020; jinnota li l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi lesta investigazzjoni (rigward dikjarazzjonijiet żbaljati tal-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ wieħed mill-persunal tal-Aġenzija), li r-rapport tagħha nħareġ fl-2022; jinnota li t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija f’dan il-każ għadu fl-istadju finali; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar is-segwitu u d-deċiżjoni finali rigward dan il-każ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija kompliet timplimenta miżuri differenti biex iżżid il-preżenza pubblika u online tagħha permezz tat-tnedija ta’ serje ta’ podcasts, il-konsolidazzjoni tas-sit web tagħha, l-organizzazzjoni ta’ konferenzi, it-tnedija ta’ rapporti (bħas-serje “Spotlight Report” u r-rapport imġedded “In Brief”) u l-preżenza tagħha fil-media soċjali (b’aktar minn 1 100 pożizzjoni ippubblikati fl-2022); jinnota, f’dan il-kuntest, żieda fir-referenzi medjatiċi f’media b’impatt għoli u żieda sinifikanti fil-metrika tal-media soċjali tal-Aġenzija fl-2022 meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tiżgura l-konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar it-trasparenza kif ukoll mad-drittijiet fundamentali, mal-istandards tal-protezzjoni tad-data u mal-obbligu ta’ rendikont, inkluż meta jkun hemm kooperazzjoni ma’ Aġenziji oħra; iqis li l-iżvelar tal-laqgħat u tal-interazzjonijiet bejn l-Aġenzija u partijiet terzi huwa meħtieġ biex tiġi żgurata trasparenza msaħħa; jilqa’ f’dan ir-rigward il-ħatra tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li fis-16 ta’ Settembru 2022, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) talab li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tannulla żewġ dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Europol emendat, jiġifieri l-Artikoli 74a u 74b, hekk kif argumenta li dawn jimminaw serjament iċ-ċertezza legali għad-data personali tal-individwi u jheddu l-indipendenza tal-EDPS; jinnota wkoll id-Digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-578/22 tas-6 ta’ Settembru 2023 li permezz tiegħu r-rikors imressaq mill-EDPS kontra r-Regolament tal-Europol emendat tqies inammissibbli, u fir-rigward ta’ kwalunkwe effetti tad-dispożizzjonijiet ikkontestati dwar id-deċiżjoni tal-EDPS tat-3 ta’ Jannar 2022, l-EDPS ma jistax jinvokahom biex isostni l-azzjoni tiegħu; jinnota li l-EDPS appella l-Kawża T-578/22 u li għandu l-mandat li jissorvelja l-legalità tal-ipproċessar tad-data personali tal-Europol skont ir-Regolament (UE) 2016/794; jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS, b’mod partikolari li l-kontribuzzjonijiet kollha minn qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Europol emendat sadanittant jiġu assenjati Kategorija tas-Suġġett tad-Data (DSC);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar il-konklużjonijiet tar-rapport tal-awditjar tal-EDPS dwar l-Europol fis-16 ta’ Diċembru 2022, li awditja kontrolli speċifiċi tas-settijiet ta’ data ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi miżmuma mill-Aġenzija; fakkar li l-EDPS sab li l-proċess ġenerali għall-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mis-sħab dwar il-minorenni (inklużi minorenni taħt il-15-il sena) huwa ċar u żviluppat sew; ifakkar li l-EDPS sab diversi każijiet fejn l-attribuzzjoni tal-istess livell ta’ suspett (f’termini ta’ klassifikazzjoni) għal data ta’ minorenni apparentement involuti fi ksur relattivament minuri fi ħdan qafas usa’ ta’ grupp ta’ kriminalità organizzata tista’ ma tissodisfax is-soll ta’ “proporzjonalità stretta”; jisħaq li l-Aġenzija għandha l-obbligu li tirrispetta l-prinċipju ta’ “proporzjonalità stretta” stabbilit fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Europol;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>