<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0261</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0096/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2152(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0090/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2152(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU , C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0090/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2152(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.01.2023, p. 63.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (l-“Istitut”) għas-sena finanzjarja 2022 kien jammonta għal EUR 8 432 919,91, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 2,99 % meta mqabbel mal-2021;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddikjara li, fl-azzjonijiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u b’hekk tistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bejn l-irġiel u n-nisa; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tiġi inkorporata fil-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2023 juri li l-Istati Membri għamlu żieda modesta ta’ 1,6 punt biss biex jilħqu s-70,2, b’xi oqsma li juru sinjali ta’ rigressjoni, b’mod partikolari fil-metriċi ekonomiċi u tal-introjtu<FOOTNOTE><FIELD> https://eige.europa.eu/gender-equality-index/2023</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Istitut ġie stabbilit biex jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni u jsaħħaħ il-promozzjoni tagħha, inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni u fil-politiki nazzjonali li jirriżultaw, biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-identità tal-ġeneru u biex iqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 97,91 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,01 % meta mqabbla mal-2021; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 81,10 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 9,72 % meta mqabbla mal-2021; ifaħħar lill-Istitut għall-monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-baġit u r-rati sodisfaċenti ta’ implimentazzjoni tal-baġit fl-2022, minkejja l-isfidi ta’ dik is-sena marbuta mal-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u l-volatilità ekonomika fl-Unjoni; jirrikonoxxi t-tnaqqis fin-nefqa operattiva riportata tal-Istitut għal 42,28 % fl-2023, meta mqabbla ma’ 54,79 % fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-ammont tal-baġit finali tal-Istitut huwa r-riżultat ta’ baġits emendatorji ta’ total ta’ EUR 175 000 adottati mill-bord ta’ tmexxija tal-Istitut minħabba ż-żieda qawwija fir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni u b’mod partikolari fil-Litwanja fl-2022, indiċjar tas-salarji ta’ 6,9 % u żieda ta’ 7,3 % fil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għal-Litwanja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, għal kuntratt qafas għas-servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti, l-Istitut ma kienx żvela l-approprjazzjonijiet tal-baġit allokati relatati ta’ EUR 3,7 miljun fid-dokumenti uniċi ta’ programmazzjoni (SPD) tal-Istitut, u b’hekk dgħajjef it-trasparenza baġitarja fir-rigward tal-bord tal-Istitut u partijiet ikkonċernati oħra; jistieden lill-Istitut jinkludi l-kuntratti qafas operattivi kollha fid-dokumenti uniċi ta’ programmazzjoni tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva li l-Istitut juża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward tal-objettivi operattivi biex jivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tiegħu; jinnota b’apprezzament li l-Istitut kiseb 96,1 % tal-programm ta’ ħidma tiegħu fl-2022, u laħaq il-miri stabbiliti fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni 2022-2024 emendat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota l-fatt li fl-2022 l-Istitut appoġġja t-tfassil tal-politika tal-Unjoni billi ssorvelja distakki u xejriet fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri billi nieda l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, u organizza l-ewwel Forum tiegħu dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri li kellu diversi panels ta’ diskussjonijiet, sessjonijiet ta’ ħidma u sessjonijiet ta’ skambju ta’ esperjenzi minn deċiżuri politiċi ta’ livell għoli u membri tas-soċjetà ċivili; jinnota wkoll li l-Istitut ipproduċa nota ta’ politika rigward l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq it-tfajliet u l-ġuvintur, u dan ipprovda rakkomandazzjonijiet biex iż-żgħażagħ jiġu involuti u jingħataw is-setgħa; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut ippubblika rapport bit-titolu “Artificial Intelligence, platform work and gender equality” (L-intelliġenza artifiċjali, ix-xogħol fuq il-pjattaformi u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri) li juri li l-intelliġenza artifiċjali u x-xogħol fuq il-pjattaformi għandhom il-potenzjal li jtejbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-ekonomija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit sabiex jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni u jsaħħaħ il-promozzjoni tagħha billi jipprovdi riċerka ta’ kwalità u data komparabbli, biex jgħin lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri jintegraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tagħhom u jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru; jisħaq għalhekk fuq ir-rwol kruċjali tal-Istitut biex jiġbor, janalizza, jipproċessa u jxerred id-data u l-informazzjoni meħtieġa għal dawk li jfasslu l-politika u l-politiki tal-Unjoni u l-Istati Membri rispettivi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fost in-nisa u l-inġustizzji kontrihom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni urġenti biex jindirizzaw il-faqar u l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu fost in-nisa, speċjalment fost il-gruppi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi l-ommijiet waħedhom, in-nisa b’diżabbiltà, in-nisa diskriminati minħabba r-razza, in-nisa LGBTIQ+, in-nisa migranti u r-rifuġjati, in-nisa anzjani u n-nisa f’żoni rurali jew b’popolazzjonijiet baxxi; jinnota li dak jista’ jinkiseb billi tiġi ssodisfata l-ħtieġa għal aktar finanzjament għal azzjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi f’termini ta’ impjiegi u tkabbir, kif ukoll billi tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u d-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa, id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa, l-impatt tal-kriżijiet fuq in-nisa, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, ir-rata dejjem tiżdied tal-faqar fost in-nisa, kif ukoll f’termini ta’ drittijiet u demokrazija u l-istat tad-dritt;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota s-sinerġiji tal-Istitut ma’, fost l-oħrajn, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; josserva li, skont ir-risposti tal-Istitut, l-Istitut huwa membru attiv tan-network tal-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (ĠAI), iżomm kuntatt regolari mal-aġenziji kollha tal-ĠAI u jipparteċipa b’mod attiv fl-attivitajiet tan-Network tal-Aġenziji tal-UE għall-Pariri Xjentifiċi; jinnota wkoll il-kooperazzjoni tal-Istitut ma’ fornituri tad-data bħall-Eurostat, il-FRA, il-Eurofound jew il-Eurojust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifaħħar lill-Istitut għall-progress li għamel biex itejjeb l-effiċjenza interna tiegħu fl-2022 permezz ta’ aktar diġitalizzazzjoni tal-proċessi ta’ ħidma tiegħu kif ukoll il-massimizzazzjoni tal-użu tal-komunikazzjonijiet online u l-parteċipazzjoni virtwali f’laqgħat u avvenimenti; jinnota b’mod partikolari li fl-2022 l-Istitut żviluppa jew introduċa diversi għodod, bħall-għodda għall-iffirmar elettroniku Sysper2 (l-għodda ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni), l-għodda ta’ reklutaġġ elettroniku u l-għodda għall-ġestjoni tal-proġetti, u dawn jikkontribwixxu għall-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi ewlenin (riżorsi umani u ġestjoni tal-proġetti u dik finanzjarja); josserva li l-Istitut ikkondivida r-riżorsi umani u finanzjarji tiegħu sabiex juża l-kuntratt bejn l-aġenziji għall-forniment ta’ servizzi għall-evalwazzjoni tal-proġetti; josserva wkoll li l-Istitut iddefinixxa diversi miżuri biex inaqqas l-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u jadotta prattiki tax-xogħol li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (klawżoli ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-kuntratti tal-Istitut, ir-riċiklaġġ tal-karti u tal-plastik, il-flussi elettroniċi tax-xogħol, u l-ġbir ta’ data dwar l-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> ikkawżati mill-vjaġġi kummerċjali tal-Istitut);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal kienet mimlija 100 %, b’27 uffiċjal u aġent temporanju maħtura minn total ta’ 27 uffiċjal u aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (l-istess numru ta’ pożizzjonijiet bħal fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, fl-2022, ir-rata ta’ dawran tal-persunal tal-Aġenzija kienet ta’ 11 %, identika għall-istess rati fl-2021 u fl-2020;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-Istitut lesta l-eżerċizzju annwali ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni għat-62 membru tal-persunal kollha u żgura li l-membri tal-persunal ġew offruti opportunitajiet ta’ taħriġ xierqa mmirati lejn it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom; jilqa’ l-fatt li, sabiex jiġi promoss u ffaċilitat l-iżvilupp professjonali fl-Istitut, fl-2022 ġew organizzati 19-il programm differenti ta’ taħriġ fi gruppi b’414-il parteċipant, filwaqt li 20 membru tal-persunal statutorju ħadu sehem fi 42 kors ta’ taħriġ individwali; jinnota li l-Istitut kompla jippromwovi t-taħriġ lingwistiku għall-aġenti temporanji, l-aġenti kuntrattwali, l-esperti nazzjonali sekondati u t-trainees tiegħu, u rrimborża sa EUR 500 għal kull membru tal-persunal; iħeġġeġ lill-Istitut ikompli jiffoka fuq l-iżvilupp tal-karriera billi jiżviluppa politika tar-riżorsi umani fit-tul dwar l-offerta ta’ possibbiltajiet speċifiċi ta’ taħriġ għall-iżvilupp tal-karriera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li d-distribuzzjoni bilanċjata tal-ġeneri, li ntlaqħet fl-2021 fil-maniġment superjuri u intermedju (2 irġiel (50 %) u 2 nisa (50 %)), inżammet fl-2022, u nnota d-distribuzzjoni żbilanċjata tal-ġeneri rikorrenti fil-bord ta’ tmexxija (8 irġiel (21,62 %) u 29 mara (78,38 %)) u fost il-persunal b’mod ġenerali (14-il raġel (29,17 %) u 34 mara (70,83 %)); itenni l-appell tiegħu lill-Istitut biex fil-futur jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri; jirrikonoxxi, madankollu, li skont ir-risposti bil-miktub tal-Istitut, sabiex itejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal tiegħu, huwa ħa passi u miżuri proattivi konkreti bħal, fost l-oħrajn, iż-żieda fil-portata tal-avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti biex jattira riżerva ta’ talent aktar varjata jew l-użu ta’ formulazzjoni sensittiva għall-ġeneru f’avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti biex jattira l-attenzjoni kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord ta’ tmexxija tal-Istitut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, skont ir-risposti tal-Istitut, fl-2022 ma kien hemm l-ebda każ ta’ fastidju rrappurtat, investigat, konkluż internament jew meħud quddiem il-qrati; jirrimarka, madankollu, li dak ma jimplikax awtomatikament li ma kienx hemm każijiet bħal dawn, b’mod partikolari minħabba li l-fastidju jista’ jieħu diversi forom u jibqa’ mhux irrappurtat; jistieden lill-Istitut ikompli l-ħidma tiegħu sabiex iżomm ix-xejra eżistenti, u jistabbilixxi s-salvagwardji rilevanti kollha biex jiżgura li l-ebda każ ma jibqa’ mhux irrappurtat; ifaħħar lill-Istitut talli organizza fl-2022, kemm għall-maniġment kif ukoll għall-persunal, taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota wkoll li l-Istitut għamel użu mid-ditta legali esterna maħtura tiegħu biex jimmaniġġja legalment każijiet preċedenti ta’ fastidju; josserva li l-Istitut m’għandux unità tas-servizzi legali tiegħu stess, u lanqas pożizzjoni ta’ konsulent legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, ġiet iffinalizzata kawża li kienet għaddejja kontra l-kumpanija UAB Manpower Lit, miftuħa fil-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Vilnius fil-bidu tal-2018 minn għadd ta’ eks ħaddiema interim; ifakkar li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2021<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Novembru 2021, <STRING ITALIC="on">UAB “Manpower Lit”</STRING> vs <STRING ITALIC="on">E.S. et</STRING>, ECLI:EU:C:2021:624;</FIELD></FOOTNOTE> ikkonfermat li d-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija, (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).</FIELD></FOOTNOTE> tapplika għall-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u kkonfermat il-prinċipju li l-ħaddiema interim u l-membri statutorji tal-persunal jiġu ttrattati b’mod ugwali; jinnota li l-Qorti Suprema tal-Litwanja kkonfermat is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u ddeċidiet favur il-ħaddiema interim; jilqa’ l-fatt li l-Istitut ilu mill-1 ta’ Jannar 2022 ma jimpjegax ħaddiema interim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-politika komprensiva ta’ benesseri tal-Istitut, b’għadd ta’ miżuri stabbiliti biex jappoġġjaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, it-telexogħol u stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa tal-membri tal-persunal tiegħu; jinnota l-isforzi sostnuti tal-Istitut biex itejjeb l-ambjent tax-xogħol fl-2022 permezz ta’ taħlita ta’ rispett u integrità, spirtu ta’ tim u kooperazzjoni fost l-unitajiet biex il-persunal jifhem aħjar u jappoġġja aktar it-tolleranza żero tal-Istitut dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali; jinnota wkoll il-miżuri tal-Istitut biex jappoġġja lill-persunal bħall-estensjoni tal-possibbiltajiet ta’ telexogħol fil-każ ta’ sitwazzjonijiet personali dokumentati jew ir-rimborż ta’ persunal mhux statutorju għal sessjonijiet psikoterapewtiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti fir-rigward ta’ kuntratt qafas, li għalih, il-pagament li għamel l-Istitut fl-2022 bl-ammont ta’ EUR 25 571,18 (minn total ta’ EUR 511 296 imħallas fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt) għall-kategorija ta’ spejjeż “nefqa mhux prevista” nstab li kien irregolari minħabba l-fatt li dik il-kategorija ta’ spejjeż ma kinitx inkluża fil-kuntratt qafas; jilqa’ l-fatt li l-Istitut introduċa emenda formali għall-kuntratt qafas li tiddefinixxi l-perċentwal tal-baġit għall-użu ta’ nefqa mhux prevista u l-iskop ta’ dan l-użu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota osservazzjoni oħra mir-rapport tal-Qorti rigward l-irregolarità tal-proċedura u l-kuntratt riżultanti b’rabta ma’ proċedura negozjata awditjata b’mill-anqas tliet kandidati, b’valur ta’ anqas minn EUR 60 000; jirrikonoxxi, madankollu, fir-rigward tal-aħħar osservazzjoni li fl-2022 kien għadu ma sar l-ebda pagament fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt; jistieden lill-Istitut jindirizza n-nuqqasijiet fil-kontroll intern tiegħu fil-qasam tal-akkwist;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Istitut u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b’mod partikolari li l-Istitut jipprevjeni u jimmaniġġja l-kunflitti ta’ interess billi jqajjem kuxjenza u jimmonitorja l-validità tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess iffirmati mill-bord ta’ tmexxija, mill-maniġment superjuri u mill-persunal involut fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u ta’ akkwist; jinnota wkoll li l-Istitut aġġorna l-politika tiegħu dwar il-kunflitti ta’ interess fl-2023 filwaqt li qies ir-rakkomandazzjonijiet dwar ir-“revolving doors” maħruġa mill-Qorti fir-rapport tal-awditjar tagħha tal-2021 dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u rapporti jew studji rilevanti oħra maħruġa mill-awtorità ta’ kwittanza u mill-Ombudsman Ewropew; jistieden lill-Qorti tinkludi l-politika l-ġdida tal-Istitut dwar il-kunflitti ta’ interess fil-pjanijiet ta’ awditjar futuri tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li l-Istitut ippubblika fuq is-sit web tiegħu s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tad-Direttur tiegħu u tal-membri tal-bord ta’ tmexxija tiegħu; ifakkar fl-importanza li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess jiġu ppubblikati; jistieden lill-Istitut jippubblika l-laqgħat tiegħu mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess mingħajr dewmien u jagħti lill-awtorità ta’ kwittanza l-informazzjoni dwar il-paġna web fejn jiġu ppubblikati tali laqgħat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-miżuri tal-Istitut meħuda fl-2022 biex isaħħaħ is-sistema ta’ kontroll intern tiegħu; jinnota, f’dak il-kuntest, li l-Istitut jinsab fit-triq it-tajba fir-rigward tal-progress li għamel fl-attivitajiet tiegħu relatati mal-kontroll intern u l-awditjar, bħall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jew l-osservazzjonijiet maħruġa mill-Qorti u mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) fir-rapporti tal-awditjar tagħhom mill-2021 u l-azzjonijiet u l-miżuri stabbiliti fl-istrateġija tal-Istitut kontra l-frodi għall-2021-2023; jilqa’ l-fatt li dawk l-azzjonijiet u l-miżuri jinkludu l-għoti ta’ taħriġ għall-prevenzjoni tal-frodi, sensibilizzazzjoni permezz ta’ paġna tal-intranet iddedikata kontra l-frodi, kif ukoll kontrolli u valutazzjonijiet tar-riskju ta’ frodi ddedikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-IAS wettaq valutazzjoni speċifika tas-sistema ta’ kontroll intern tal-Istitut fl-2022; jinnota wkoll ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, li fihom ġew identifikati erba’ nuqqasijiet moderati relatati mal-komponenti I (l-ambjent ta’ kontroll), III (attivitajiet ta’ kontroll) u IV (informazzjoni u komunikazzjoni) u nuqqas kbir wieħed relatat mal-komponent III u l-ħtieġa ta’ titjib jew titjib sinifikanti ta’ diversi prinċipji (4, 10, 11 u 13); jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li għamel biex jindirizza s-sejbiet tal-IAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Josserva li t-tieni evalwazzjoni esterna indipendenti tal-Istitut ġiet ippubblikata fl-2022; jinnota, f’dak il-kuntest, li l-bord ta’ tmexxija tal-Istitut indirizza ittra lill-Kummissjoni b’rakkomandazzjonijiet rigward il-forum tal-esperti tal-Istitut, il-funzjonament tal-bord ta’ tmexxija u kwistjonijiet ta’ persunal; jifhem minn dik l-ittra li l-indirizzar ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet jista’ jirrikjedi emenda tar-Regolament (KE) Nru 1922/2006<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9).</FIELD></FOOTNOTE> li stabbilixxa l-Istitut; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istitut fl-analiżi ta’ segwitu u fid-diskussjonijiet rigward l-eżitu ta’ dik l-evalwazzjoni esterna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifaħħar lill-Istitut talli ħa l-azzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-osservazzjonijiet tal-Qorti mill-2021, li kollha huma meqjusa mill-Qorti bħala magħluqa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Oħrajn</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li fl-2022 l-Istitut iffirma kuntratt ta’ lokazzjoni ġdid għall-bini tiegħu f’Vilnius għal perjodu ta’ 10 snin; jinnota wkoll li l-uffiċċju ta’ kollegament ta’ Brussell beda l-attivitajiet tiegħu fl-2022 u għen biex isaħħaħ il-viżibbiltà tal-Istitut bħala parti kkonċernata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Istitut li jiddiġitalizza l-proċeduri ta’ akkwist tiegħu permezz tal-integrazzjoni tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku, li mistennija titlesta fir-raba’ trimestru (Q4) tal-2023; jinnota li, skont it-tweġibiet tal-Istitut għall-mistoqsijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, fl-2022 huwa aġġorna l-politika tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà biex isaħħaħ il-miżuri ta’ sigurtà; ifakkar fl-importanza li l-arranġamenti għall-awditi, it-testijiet u l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-IT jiġu aġġornati regolarment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-Istitut kompla jżid il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online tiegħu billi nieda jew ospita diversi kampanji jew avvenimenti bħall-kampanja #SafeSpaces biex juri, fost l-oħrajn, kif il-vjolenza ċibernetika timmina s-sikurezza tan-nisa u l-bniet; u l-ewwel Forum dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Istitut b’sessjonijiet tal-forums miftuħa għall-pubbliku permezz ta’ streaming dirett u reġistrazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinsisti fuq l-importanza tar-rapport tiegħu dwar il-femminiċidju ppubblikat fl-2022 bit-titolu “Feminicide indicators: pilot study of data availability and feasibility assessment” (Indikaturi tal-feminiċidju: studju pilota dwar id-disponibbiltà tad-data u l-valutazzjoni tal-fattibbiltà) u jħeġġeġ lill-Istitut ikompli l-kampanja tiegħu biex iżid il-viżibbiltà tal-femminiċidju fil-politiki nazzjonali u jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tar-rikonoxximent tiegħu bħala reat kriminali separat;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>