<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0262</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Awtorità Bankarja Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0111/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2146(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0084/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2146(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0084/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2146(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 73, 28.2.2023, p. 102.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-“Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 50 315 014; billi l-Awtorità hija ffinanzjata primarjament minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 18 685 999), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u minn osservaturi (EUR 31 629 015);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li ngħatat aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit, matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena kurrenti kienet ta’ 99,56 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 1,05 % meta mqabbla mal-2021; jinnota wkoll li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena kurrenti kienet ta’ 87,00 % li tirrappreżenta żieda ta’ 3,00 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità qed tkompli tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-attivitajiet tagħha u r-riżultati tagħhom f’li tilħaq l-objettivi tal-programm ta’ ħidma; josserva li għall-2022, l-Awtorità ddefiniet ħames prijoritajiet vertikali (eż. il-monitoraġġ u l-aġġornament tal-qafas prudenzjali għas-superviżjoni u r-riżoluzzjoni, ir-reviżjoni u t-tisħiħ tal-qafas tal-ittestjar tal-istress fl-UE kollha) u żewġ prijoritajiet orizzontali (li jipprovdu għodod għall-kejl u l-ġestjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) u l-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tal-impatt tal-COVID-19) għall-programm ta’ ħidma tagħha; jinnota li fl-2022, l-Awtorità eżegwiet 95 % tal-madwar 250 kompitu stabbilit fil-programm ta’ ħidma tagħha, inklużi 15 % tal-kompiti li kellhom jiżdiedu mal-ħidma matul is-sena; jirrikonoxxi wkoll li dan huwa titjib meta mqabbel mas-sena preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Huwa konxju li l-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna wasslet lill-Awtorità tikkunsidra l-isfidi u l-inċertezzi li jirriżultaw minn dak il-kunflitt għal żoni fi ħdan il-mandat tagħha u tindirizzahom kif xieraq; jilqa’ l-fatt li, b’riżultat ta’ dan, l-Awtorità poġġiet enfasi sinifikanti fuq il-valutazzjoni tar-riskji għall-banek u għas-settur finanzjarju, u ħadet azzjoni biex timmonitorja dak is-settur; jinnota li l-Awtorità ffukat fuq l-isforzi li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni u l-infurzar tas-sanzjonijiet imposti u, fuq livell li huwa rilevanti b’mod aktar immedjat għall-persuni affettwati minn dak il-kunflitt, jilqa’ l-isforzi tal-Awtorità li tipprovdi gwida biex tiffaċilita l-aċċess għas-sistema finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva li wħud mill-muturi importanti tal-attività tal-Awtorità fl-2022 kienu qed jikkontribwixxu għat-tiswir tal-proċeduri leġiżlattivi li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva (UE) 2022/2556<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2556 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE, 2014/65/UE, 2009/138/KE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 153).</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament u d-Direttiva dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali) u tar-Regolament (UE) 2023/1114<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi) permezz tar-rispons ipprovdut għal sejħiet differenti għal pariri dwar il-finanzi diġitali u kwistjonijiet relatati; jinnota li punt ewlieni ieħor huwa l-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ML/TF); jinnota wkoll li l-iżvilupp ta’ qafas ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) rilevanti għall-banek, u l-monitoraġġ tal-impatt tal-COVID-19 fuq il-karti bilanċjali tagħhom baqgħu fuq quddiem nett tal-ħidma tal-Awtorità; jirrikonoxxi li l-Awtorità aġġornat ukoll il-pjan ta’ ħidma tagħha dwar ir-Rieżami bejn il-Pari għall-perjodu 2022-2023, f’konformità mar-Regolament Nru 193/2010;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fil-qasam tal-akkwist, l-Awtorità tieħu l-approċċ li tistieden aġenziji oħra biex jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ akkwist miftuħa tagħha, kull meta jkun hemm possibbiltà ta’ interess minn aġenziji oħra; jinnota li fl-2022, l-Awtorità kienet l-aġenzija ewlenija dwar proċedura ta’ akkwist interistituzzjonali waħda li fiha pparteċipaw l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA); jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità pparteċipat ukoll f’ħafna proċeduri interistituzzjonali mmexxija minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew istituzzjonijiet oħra tal-UE, prinċipalment dawk immexxija mill-Kummissjoni; josserva li fl-2022, 77 % tas-96 kuntratt qafas tal-Awtorità fis-seħħ ġew akkwistati minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, li jlaqqa’ flimkien l-Awtorità, l-EIOPA, l-ESMA, il-Kummissjoni u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, huwa forum ewlieni biex jiġu diskussi kwistjonijiet regolatorji komuni u jintlaħaq qbil dwar inizjattivi konġunti; ifakkar li l-inizjattivi konġunti jlaqqgħu flimkien perspettivi differenti, inaqqsu d-duplikazzjoni tal-isforzi, itejbu t-tagħlim u jsaħħu r-relazzjonijiet bejn il-parteċipanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità tinvolvi ruħha f’kooperazzjoni estensiva u inizjattivi ta’ kondiviżjoni tar-riżorsi ma’ diversi aġenziji, bħal kondiviżjoni tas-servizzi kontabilistiċi mal-ESMA, kondiviżjoni ta’ uffiċjal tas-sigurtà mal-EIOPA, proġetti konġunti tal-IT, investiment fl-iżvilupp tal-karriera u għoti ta’ esperjenzi biex jassistu aġenziji oħra fil-kisba taċ-ċertifikazzjoni EMAS; jenfasizza wkoll il-benefiċċji orizzontali ta’ ħidma flimkien u l-adattament tal-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifaħħar il-fatt li l-Awtorità ħadet diversi inizjattivi bħall-ottimizzazzjoni tal-proċess, il-ġestjoni tar-riżorsi, id-diġitalizzazzjoni, it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni, u t-trawwim ta’ kultura ta’ titjib kontinwu; jinnota li l-istrateġiji ewlenin jinkludu l-awtomatizzazzjoni tal-proċess (tranżazzjonijiet finanzjarji mingħajr karti, tagħbija ta’ pagamenti tal-massa, għodod tal-fluss tax-xogħol), ottimizzazzjoni tar-riżorsi, teħid ta’ deċiżjonijiet xprunat mid-data, integrazzjoni tat-teknoloġija (servizzi cloud, diġitalizzazzjoni tar-riżorsi umani), kollaborazzjoni permezz ta’ timijiet transfunzjonali u ġestjoni tal-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-Awtorità hija membru attiv tan-Network tal-Aġenziji tal-UE, u qed jiġu żviluppati sinerġiji b’mod kostanti mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, bħall-kondiviżjoni tal-listi ta’ riżerva ta’ reklutaġġ bejn l-Awtorità, l-ESMA u l-EIOPA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-tabella tal-persunal ġiet implimentata b’rata ta’ 98,14 %, u nħatru 159 aġent temporanju minn total ta’ 162 kariga ta’ aġent temporanju li ġew awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (l-istess ammont ta’ karigi awtorizzati bħal fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, fl-2022 l-Awtorità impjegat 44 aġent kuntrattwali (minn 50 kariga awtorizzata) u 13-il espert nazzjonali sekondat (minn 19-il kariga awtorizzata) flimkien ma’ sitt esperti nazzjonali sekondati mingħajr kost;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Josserva li r-rata ta’ fatturat globali fl-2022 kienet ta’ 11,5 % (meta mqabbla ma’ 12 % fl-2021); jinnota li r-rata globali tad-dawran tinkludi t-tmiem tal-kuntratt tal-esperti nazzjonali sekondati li l-kuntratti tagħhom huma iqsar min-natura tagħhom, filwaqt li r-rata ta’ dawran tal-persunal għall-persunal statutorju (aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali) kienet ta’ 9 % (li hija kemxejn ogħla għall-aġenti kuntrattwali mill-aġenti temporanji); jenfasizza li mill-2020, l-Awtorità bdiet tarrikkixxi l-approċċ tagħha għall-ġestjoni tat-talenti b’aktar miżuri biex tagħti s-setgħa lill-persunal u tappoġġja l-involviment fit-tul (propożizzjoni b’saħħitha tal-valur tal-impjegati, programmi ta’ żvilupp tal-karriera mfassla apposta bħall-mentoraġġ, inizjattivi dwar ix-xogħol u l-ħajja privata bħall-klabb soċjali, eċċ.);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneru fil-maniġment superjuri u intermedju tal-Awtorità, b’16 minn 29 mill-membri tal-maniġment superjuri u intermedju jkunu rġiel (55 %), u fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Awtorità, b’114 minn 222 mill-membri tal-persunal ikunu rġiel (51 %); jappoġġja l-fatt li l-Awtorità adottat il-Karta tan-Network tal-Aġenziji tal-UE dwar id-Diversità u l-Inklużjoni; jinnota li l-Awtorità hija membru tan-network “Choose Paris Region” ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jippromwovu post tax-xogħol varjat, inklużiv u ekwu u jipprovdi akkomodazzjonijiet speċifiċi lill-persuni b’diżabbiltà bħala parti mill-proċess ta’ reklutaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Huwa konxju li fl-2022 tnieda Stħarriġ tal-Involviment tal-Persunal (SES) li rriżulta f’rata ta’ rispons ta’ 71 %; jinnota li l-punteġġ favorevoli totali globali li jirrappreżenta l-involviment tal-persunal kien 65 % – ogħla b’1 % milli fis-SES preċedenti tal-2019 (minkejja l-perjodu diffiċli tal-COVID-19) u meta mqabbel mal-parametru referenzjarju Interaġenzjali tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022 l-Awtorità ssimplifikat il-proċess tal-etika, b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta’ sistema elettronika tal-fluss tax-xogħol inkluża valutazzjoni aktar mill-qrib u aktar effiċjenti tan-notifiki rigward il-kunflitti ta’ interess potenzjali tal-persunal li jitlaq u n-notifiki ta’ attivitajiet ta’ wara l-impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li l-linji gwida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, li jinkludu linji gwida kontra l-korruzzjoni, ġew inkorporati fil-materjal tal-kors tal-programmi ta’ taħriġ tal-Awtorità li jiffukaw fuq l-etika u l-integrità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Japprezza li fl-2022, il-Bord tas-Superviżuri adotta emenda għar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll għal dawk tal-Bord Maniġerjali u l-mandati tal-Kumitati Permanenti dwar ir-riżoluzzjoni u dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li jobbligaw lill-membri li jkunu ddikjaraw kunflitt ta’ interess ikunu assenti kemm mill-votazzjoni kif ukoll mid-diskussjoni nfisha, mingħajr eċċezzjoni.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li wara l-għeluq ta’ investigazzjoni tal-OLAF mingħajr indikazzjoni ta’ irregolaritajiet rigward il-konformità mal-qafas legali rilevanti, l-Awtorità rċeviet rakkomandazzjoni biex tieħu azzjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kuntratti ta’ impjieg tal-maniġment superjuri; josserva li l-investigazzjoni żvelat nuqqas ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati ma’ gardening leave jew perjodu ta’ “preklużjoni” (cooling-off); jenfasizza li b’reazzjoni għal dan, l-Awtorità introduċiet artikolu ġdid fil-kuntratti għad-diretturi, il-konsulenti, u f’pożizzjonijiet aktar ‘il fuq fi Frar 2022; jinnota li, minħabba limitazzjonijiet fi ħdan il-qafas legali tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Awtorità infurmat lill-OLAF li ma tistax timponi rekwiżiti fuq il-persunal barra minn dak il-qafas, bħall-għoti ta’ kumpens meta ex membru tal-persunal ikun ristrett milli jwettaq attività okkupazzjonali jew jiffaċċja kundizzjonijiet sostanzjali meta jagħmel dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità tiddivulga l-laqgħat kollha tal-persunal mal-partijiet ikkonċernati esterni tas-settur privat fi żmien ġimgħatejn wara l-laqgħa mal-President, skont l-Artikolu 49a tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li dan jiġi applikat bl-istess mod għad-Direttur Eżekuttiv, minkejja l-Artikolu 52a ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi li l-laqgħat tad-Direttur Eżekuttiv isiru pubbliċi iżda ma jispeċifikax kemm għandhom isiru malajr wara li jkunu seħħew; jinnota li fil-laqgħat ta’ persunal ieħor mal-partijiet ikkonċernati tas-settur privat, id-divulgazzjoni ssir fuq bażi trimestrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-għeluq ta’ każ wieħed ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-2022; jinnota li l-azzjonijiet meħuda kienu jinvolvu l-kuntatt ma’ awtorità nazzjonali kompetenti biex tifhem l-allegazzjonijiet u l-azzjonijiet li qed jittieħdu domestikament, li rriżultaw fl-għeluq tal-każ mingħajr ebda azzjoni meħtieġa mill-Awtorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li s-CVs tal-membri tal-korpi governattivi u l-membri supplenti, il-maniġers superjuri u d-diretturi huma ppubblikati fuq is-siti web tal-Awtorità; jinnota li dawk is-CVs jinkludu informazzjoni dwar l-edukazzjoni u l-esperjenza professjonali; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tal-esperti, l-Awtorità tippubblika s-CVs tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li skont il-Qorti, l-Awtorità fittxet li takkwista servizzi f’żewġ offerti miftuħa, wieħed għal riċerka tas-suq għas-servizzi finanzjarji u ieħor għal konsultazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data; jinnota li f’offerta waħda kien hemm trikkib bejn il-kriterji tal-għażla u dawk għall-aġġudikazzjoni; jenfasizza li trikkib bħal dan imur kontra l-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju, li jistipula li jrid ikun hemm separazzjoni sħiħa bejn kriterji tal-għażla u dawk għall-aġġudikazzjoni; jiddikjara li l-kriterji tal-għażla jintużaw biex tiġi evalwata l-kapaċità tal-offerenti u l-kriterji għall-aġġudikazzjoni jintużaw biex jiġu evalwati l-prezz u l-kwalità tal-offerti; jinnota b’dispjaċir li fiż-żewġ każijiet, l-Awtorità stmat b’mod eċċessiv il-valur massimu tal-kuntratti minħabba nuqqasijiet fir-riċerka dwar il-prezzijiet tas-suq li kienet wettqet qabel it-tnedija tal-offerta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, skont il-Qorti, id-dgħufija fl-akkwist li taffettwa żewġ proċeduri nnegozjati separati rrappurtati fl-2021 ġew ikkoreġuti peress li l-Awtorità issa qed tuża l-mudelli tal-Kummissjoni, u b’hekk il-proċeduri tagħha saru konformi mal-osservazzjoni tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza li mis-sena finanzjarja 2020, il-Qorti qajmet osservazzjonijiet ġodda relatati mal-akkwist kull sena għal erba’ aġenziji, inkluża l-Awtorità; ifakkar li l-objettiv tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku huwa li jippermettu lill-entitajiet tal-akkwist jiksbu l-oġġetti u s-servizzi li jeħtieġu bl-aħjar prezz, filwaqt li jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn l-offerenti u konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni; jistieden lill-Awtorità tiżgura konformità sħiħa mar-regoli għall-akkwist applikabbli biex jinkiseb l-aħjar valur possibbli għall-flus;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li l-Awtorità bdiet taħdem ma’ sieħeb iddedikat għall-ġestjoni tar-riskju biex tissaħħaħ il-kompatibbiltà tal-programm attwali tal-Awtorità għall-ġestjoni tar-riskju mal-qafas tal-Ġestjoni tar-Riskju tal-Intrapriżi (ERM) tal-COSO fl-2021 u kompliet dik il-ħidma fl-2022; jinnota li sabiex ikomplu jissaħħu l-kontrolli interni, l-Awtorità qed tippjana li tintegra l-programm ta’ ġestjoni tar-riskju tagħha mal-qafas COSO ERM, tintensifika l-attivitajiet relatati mal-etika, u tipprovdi taħriġ imfassal apposta dwar il-kontrolli interni fl-2023 bl-għan li żżomm u ssaħħaħ l-effettività tas-sistema ġenerali ta’ kontrolli interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li skont il-Qorti, id-dgħufijiet fil-kontroll intern li taffettwa l-proċeduri ta’ reklutaġġ irrapportati fl-2021 ġiet ikkoreġuta peress li l-Awtorità mmodifikat il-proċeduri tagħha kif xieraq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022, l-Awtorità kompliet tippromwovi l-ħidma u r-riżultati tanġibbli tagħha permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ kanali ta’ komunikazzjoni bħas-sit web korporattiv, l-intervisti għall-istampa u l-pjattaformi tal-media soċjali; jinnota li l-Awtorità żiedet ukoll l-għadd ta’ viżwalizzazzjonijiet dinamiċi tad-data mmirati lejn il-preżentazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ data b’mod aktar komprensiv u diġestibbli u ppubblikat 149 stqarrija għall-istampa u aħbarijiet, ippromwoviet il-ħidma tal-Awtorità fl-istampa u fil-media, wettqet 74 intervista u tgħarrif mal-istampa, u wieġbet għal 706 mistoqsijiet permezz tal-email;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022, l-Awtorità ngħatat iċ-ċertifikat tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) u laħqet b’suċċess l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha għall-2022 fl-oqsma tal-ivvjaġġar, l-enerġija, l-iskart, l-akkwist, u n-negozju ewlieni; jenfasizza li dawk il-kisbiet jinkludu tnaqqis ta’ mill-anqas 50 % f’attivitajiet relatati mal-ivvjaġġar, tnaqqis ta’ 10 % fil-konsum tal-enerġija tal-bini, impenn għar-riċiklaġġ ta’ mill-inqas 70 % tal-iskart, u l-kunsiderazzjoni tal-impatt ambjentali f’100 % tal-kuntratti akkwistati mill-Awtorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifaħħar lill-Awtorità li ħadet l-impenn li tnaqqas il-konsum tal-enerġija b’10 % fl-2022 (meta mqabbel mal-2019); jirrimarka li sabiex tikseb din il-mira, l-Awtorità introduċiet miżuri bħal: tibdil tal-iskedi tat-tisħin u tnaqqis fit-temperaturi pprogrammati fuq it-termostati, bdil tal-provvista tal-enerġija kompletament għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli, monitoraġġ ta’ kuljum tal-miters biex tiġi evalwata r-riżultati tal-azzjoni meħuda, u twettiq ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-iffrankar tal-enerġija għall-persunal; jinnota li t-tnaqqis fl-enerġija li nkiseb sa tmiem l-2022 (meta mqabbel mal-2019) kien ta’ 16,4 %;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>