<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0263</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0097/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2153(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtoritá fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0091/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2153(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0091/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2153(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.1.2023, p. 78.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2022 kien jammonta għal EUR 34 571 120, li jirrappreżenta żieda ta’ 5,27 % meta mqabbel mal-2021; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 12 932 000, li tirrappreżenta 37,40 %) u kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali mill-Istati Membri (EUR 21 076 120, li jirrappreżentaw 60,96 %);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2022 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota, b’sodisfazzjon, li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,46 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,52 % meta mqabbel mal-2021; jinnota, madankollu, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 92,07 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 12,95 % meta mqabbel mal-2021;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħalma huma l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut permezz tal-attivitajiet tagħha u miżuri oħrajn biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota li, fl-2022, l-Awtorità stabbiliet 17-il mira ta’ livell strateġiku għall-prestazzjoni fis-seba’ oqsma ewlenin ta’ ħidma tagħha; jinnota, b’apprezzament, li l-Awtorità laħqet jew qabżet 15 minn dawk il-miri, filwaqt li ż-żewġ miri l-oħra tqiesu mhux applikabbli li jiġi rrapportat dwarhom minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-iskedi ta’ żmien leġiżlattivi tal-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA) u t-tfixkil teknoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Josserva li 342 prodott u servizz, li jirrappreżentaw 91 % tat-total, twasslu kif ippjanat mill-Awtorità, filwaqt li 20 prodott u servizz ieħor esperjenzaw dewmien żgħir u 13 ma tkomplewx, spiss b’riżultat tad-dipendenza fuq l-iskedi ta’ żmien tad-deċiżjonijiet leġiżlattivi bħar-Rieżami tas-Solvenza II jew fuq l-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq, u prijoritajiet li jikkompetu ma’ xulxin; ifaħħar lill-Awtorità għal żieda fl-interventi orali tagħha minn 167 fl-2021 għal 214 fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi l-bosta kisbiet tal-Awtorità fl-2022 li wettqu fil-biċċa l-kbira l-objettivi tagħha fl-oqsma tal-konverġenza tas-superviżjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbiltà finanzjarja; jinnota, b’mod partikolari, li l-Awtorità wettqet l-ewwel test tal-istress klimatiku tal-IORP tagħha biex tikseb għarfien dwar l-effetti tar-riskji ambjentali fuq is-settur Ewropew tal-pensjonijiet tax-xogħol, ippreżentat l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ rapportar superviżorju u ta’ divulgazzjoni skont Solvenza II lill-Kummissjoni, ippubblikat għadd ta’ dokumenti, rapporti u gwidi dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-ġestjoni tar-riskju ta’ assiguraturi, reassiguraturi u fondi tal-pensjonijiet tax-xogħol, u pprovdiet input u pariri tekniċi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill matul il-proċess leġiżlattiv fir-rigward tal-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u d-DORA; ifaħħar lill-Awtorità għad-diversi inizjattivi u azzjonijiet tagħha fil-qasam tat-trasformazzjoni diġitali ta’ appoġġ għall-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Finanzi Diġitali, inkluż billi tikkontribwixxi, flimkien ma’ diversi partijiet ikkonċernati, bħall-Istitut Universitarju Ewropew, għall-istabbiliment tal-“Akkademja Superviżorja tal-Finanzi Diġitali tal-UE”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità użat għall-ewwel darba għadd ta’ setgħat u għodod mogħtija lilha mir-Regolament dwar l-EIOPA; jinnota, f’dak il-kuntest, li fl-2022 l-Awtorità ħarġet rakkomandazzjoni lill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja (NBS) wara l-konklużjonijiet tal-Awtorità li ksur ta’ rekwiżiti kapitali mwettaq minn kumpanija tal-assigurazzjoni Slovakka ma kienx ġie indirizzat b’mod xieraq minn perspettiva superviżorja; jinnota wkoll, bi tħassib, li l-Awtorità sabet li l-NBS kiser id-dritt tal-Unjoni u, b’konsegwenza, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni formali li tirrikjedi li huwa jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u twettqet inkjesta fuq il-bażi tal-Artikolu 22 tar-Regolament dwar l-EIOPA; jistieden lill-Awtorità żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar is-segwitu u r-riżultati ta’ dik l-inkjesta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-Awtorità kkontribwiet biex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u tipproteġi lill-konsumaturi billi mmonitorjat bir-reqqa s-swieq u vvalutat l-impatt fil-kuntest il-ġdid tal-invażjoni mhux provokata u illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-issikkar progressiv tal-politika monetarja b’reazzjoni għar-rati ta’ inflazzjoni rekord madwar l-Ewropa; jilqa’ l-pubblikazzjoni f’waqtha fl-2022 ta’ dikjarazzjoni superviżorja dwar l-inflazzjoni li tiffoka fuq kif l-inflazzjoni taffettwa d-dispożizzjonijiet tekniċi, l-investimenti u r-rekwiżiti kapitali tas-solvenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li f’Settembru 2022, l-Awtorità stabbiliet l-istrateġija tagħha għall-perjodu 2023 – 2026, li fiha identifikat prijoritajiet strateġiċi, inkluż it-tisħiħ tar-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-setturi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet, u l-iżgurar tal-protezzjoni b’saħħitha u konsistenti tal-interessi tal-konsumaturi madwar l-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) jikkoordinaw, jikkondividu u jappoġġjaw lil xulxin f’ħafna oqsma, kemm f’oqsma tan-negozju ewlieni kif ukoll f’dawk ta’ appoġġ; jilqa’ l-fatt li l-ASE ngħaqdu flimkien f’inizjattivi strateġiċi bħall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tas-software, l-infrastruttura tan-network u l-konsulenza tal-IT billi, pereżempju, użaw l-istess fornituri; jinnota, f’dak il-kuntest, li l-Istrateġija dwar il-Cloud tal-Awtorità, li ġiet approvata fl-2022, kienet żviluppata mill-Awtorità flimkien maż-żewġ ASE l-oħra, Istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) u li għandha l-għan li tipprovdi prodotti aktar awtonomi, awtomatizzati u self-service biex jaqdu lill-esperti tal-Awtorità u lill-NCAs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifaħħar lill-Awtorità għall-investiment tagħha u l-allokazzjoni tal-persunal għal proġetti fil-qasam tat-trasformazzjoni diġitali, biex tilħaq livelli ġodda ta’ effiċjenza billi tawtomatizza u tissimplifika l-proċessi tan-negozju u ttejjeb iż-żmien għas-suq u l-kollaborazzjoni fil-funzjonijiet u bejniethom, fost l-oħrajn; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-proġetti tal-Awtorità mwettqa fl-2022 li jiffukaw fuq it-titjib tal-kapaċitajiet tal-analiżi tad-data biex jintlaħaq l-għan li l-Awtorità tinbidel f’organizzazzjoni kompletament diġitali u mmexxija mid-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Josserva li, fir-rigward tal-prattiki tan-negozju ta’ kuljum, l-Awtorità implimentat firxa ta’ miżuri biex ittejjeb il-kosteffiċjenza, bħal xogħol ibridu, desk-sharing, kif ukoll soluzzjonijiet moderni ta’ vidjokonferenzi li wasslu għat-tnaqqis tal-ivvjaġġar fuq xogħol; jinnota li, sabiex tippreserva l-għarfien istituzzjonali, l-għarfien espert u l-effiċjenza fit-twettiq tal-kompiti ewlenin, l-Awtorità kompliet issaħħaħ is-Sistema ta’ Ġestjoni tat-Talent integrata tagħha li tippermetti proċessi tal-HR allinjati strateġikament, tiftix aħjar ta’ kandidati u tagħlim u żvilupp aktar ingranati; jistieden lill-Awtorità tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza data u ċifri dwar l-impatt ta’ dik is-sistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Awtorità hija fost l-aġenziji li għandhom pjan korporattiv biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u n-newtralità klimatika tal-operati tagħhom, u li joħorġu dikjarazzjoni ambjentali (pereżempju dwar ir-rapportar tal-impronta tal-karbonju) bħala parti mir-rapporti annwali tal-attività tagħhom; ifaħħar ukoll lill-Awtorità talli ngħatat iċ-ċertifikat EMAS (Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-Unjoni Ewropea) fl-2022 bil-għan li tikseb l-akkreditazzjoni formali tal-EMAS fl-2023;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 99 %, l-istess bħal fl-2021, tat-tabella tal-persunal kienet ikkompletata, u nħatru 137 aġent temporanju mill-138 aġent temporanju awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni; jinnota li, barra minn hekk, 36 aġent kuntrattwali u 24 espert nazzjonali sekondat ġew impjegati mill-Awtorità fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota t-tqassim skont il-ġeneru tal-Awtorità rrappurtat għall-2022 bi 15-il raġel (65,20 %) u 8 nisa (34,80 %) f’pożizzjonijiet maniġerjali intermedji u superjuri u fil-Bord Maniġerjali tagħha, u 104 rġiel (53,60 %) u 90 mara (46,40 %) fil-persunal ġenerali tagħha; ifakkar fl-importanza tal-iżgurar ta’ bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Awtorità tqis dan fir-rigward tar-reklutaġġ ta’ persunal u ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri u medju tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-Awtorità kompliet l-implimentazzjoni tal-istrateġija għad-diversità u l-inklużjoni (adottata fl-2021) u l-pjan ta’ azzjoni dettaljat tagħha f’konformità mal-Karta tal-EUAN dwar id-Diversità permezz ta’ inizjattivi li jkopru miżuri trasversali bħall-kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, l-attirar u l-għażla ta’ forza tax-xogħol aktar diversa, il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, il-fastidju, il-preġudizzju konsapevoli u inkonsapevoli, u l-monitoraġġ ta’ data relatata mad-diversità u l-inklużjoni; jinnota li, fl-2022, ġie rrappurtat każ wieħed ta’ allegat fastidju, iżda l-każ ingħalaq mingħajr azzjonijiet ulterjuri peress li, wara valutazzjoni preliminari, prima facie ma nstabet l-ebda evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità hija ddedikata li trawwem u tipprovdi ambjent tax-xogħol varjat u inklużiv li huwa adattat ukoll għall-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabbiltà; jinnota, f’dak il-kuntest, li fl-2022 il-koordinatur u l-ambaxxatur intern tal-Awtorità dwar id-diżabbiltà kien innominat biex ikompli jsaħħaħ u jiffoka l-attenzjoni fuq dak il-qasam partikolari, twettaq stħarriġ relatat tal-persunal u l-maniġment, u ttieħdu azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità baqgħet impenjata bis-sħiħ li ttejjeb il-benesseri tal-persunal u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b’riżultati pożittivi osservati fl-involviment u s-sodisfazzjon tal-persunal; jinnota li l-oqsma ewlenin kienu jinkludu arranġamenti ta’ xogħol flessibbli, telexogħol, gwida tul il-ħajja u żvilupp tal-karriera, programmi ta’ benesseri u maniġment li joffri appoġġ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota l-osservazzjoni fir-rapport tal-Qorti li l-Awtorità għamlet pagamenti li jammontaw għal EUR 25 607 wara t-tmiem ta’ kuntratt li permezz tiegħu l-Awtorità akkwistat servizzi tat-telekomunikazzjoni għall-komunikazzjoni bil-mobile għal perjodu ta’ erba’ snin (2017-2021); jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li dawk il-pagamenti kienu irregolari; jinnota wkoll l-osservazzjoni tal-Qorti li emenda għal dak il-kuntratt, iffirmata f’April 2022, saret bi ksur tal-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar, mir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-aġenziji tal-Unjoni għall-2021, fl-osservazzjoni dwar ammont ta’ EUR 288 125 imħallas b’mod irregolari mill-Awtorità fir-rigward tal-kuntratt ta’ kiri għall-bini tagħha; jinnota, f’dak il-kuntest, mir-rapport tal-Awtorità dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta’ kwittanza (kwittanza 2021), il-pożizzjoni tal-Awtorità li n-nuqqas ta’ rispett tal-obbligi kuntrattwali kien ikollu effett legali u reputazzjonali negattiv fuq l-Awtorità; jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-istatus ta’ dik l-osservazzjoni għadu miftuħ; jistieden lill-Awtorità tagħmel l-isforzi kollha meħtieġa meta tniedi l-proċedura ta’ akkwist għal kuntratt tal-kiri ġdid biex tipprevjeni kwalunkwe kunflitt bejn l-obbligi imposti mill-ftehim ta’ kiri u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, f’konformità mar-rekwiżiti legali tal-Awtorità, is-CVs tal-Membri tal-bord tas-superviżuri u l-bord maniġerjali tal-Awtorità, ir-résumé tal-President u tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u r-résumé qasir tal-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Awtorità huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Awtorità; jinnota li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u d-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni individwali huma pubblikament disponibbli għal kull membru tal-Bord Maniġerjali u għal kull membru tal-bord tas-superviżuri u tal-maniġment superjuri tal-Awtorità; jilqa’ wkoll il-pubblikazzjoni tal-laqgħat tal-persunal tal-Awtorità mal-lobbisti fuq is-sit web tal-Awtorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2022, l-Awtorità saħħet ir-regoli tal-etika tagħha għall-persunal u għal dawk li mhumiex parti mill-persunal, u b’hekk indirizzat l-osservazzjonijiet mir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għall-2021 u bil-għan li tħares it-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod imparzjali, oġġettiv u indipendenti u tidentifika u tittratta minnufih kwalunkwe kunflitt ta’ interess possibbli; jinnota, f’dak ir-rigward, ir-reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Awtorità, l-adozzjoni ta’ politika dwar l-indipendenza u l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess għal persuni li mhumiex parti mill-persunal, l-approvazzjoni ta’ reviżjoni tad-deċiżjoni rigward l-evalwazzjoni tal-president u tad-direttur eżekuttiv u l-adozzjoni ta’ reviżjoni tar-Regoli dwar l-Etika tal-Awtorità għall-membri tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Josserva, fir-rigward tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, li fl-2022 membru tal-persunal wieħed qajjem tħassib dwar każ potenzjali ta’ irregolaritajiet u li dak it-tħassib ġie ġestit mill-Awtorità f’konformità mar-regoli applikabbli; jinnota, f’dak il-kuntest, li l-Awtorità infurmat lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) b’dan mingħajr dewmien u li l-OLAF wettaq valutazzjoni u waqqa’ l-każ minħabba li ma kien hemm l-ebda suspett suffiċjenti biex tinfetaħ investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, f’Lulju 2022, il-bord tas-superviżuri tal-Awtorità rreveda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu biex jimplimenta l-osservazzjoni tal-Qorti rigward il-preżenza, matul id-diskussjonijiet u l-votazzjoni, ta’ membri tal-bord tas-superviżuri li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess; jinnota wkoll li, f’Diċembru 2022, il-bord maniġerjali tal-Awtorità approva deċiżjoni riveduta rigward l-evalwazzjoni tal-president u tad-direttur eżekuttiv, f’konformità mal-osservazzjonijiet tal-Qorti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Awtorità wettqet il-valutazzjoni annwali tal-qafas ta’ kontroll intern tagħha, u kkonkludiet li l-komponenti u l-prinċipji kollha huma implimentati u jiffunzjonaw kif ippjanat, bil-ħtieġa ta’ xi titjib minħabba nuqqas moderat li ġie identifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Josserva li, fl-2022, is-servizz tal-awditjar intern ħareġ rapport rigward l-awditu mwettaq fl-2021 dwar il-“Miżuri ta’ Intervent tal-EIOPA” mmirat lejn l-NCAs u l-operaturi tas-suq fis-setturi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol tal-Unjoni; josserva wkoll li l-kumitat għall-kontroll tal-kwalità tal-Awtorità ħareġ rapport ta’ rieżami dwar it-“Tagħlimiet meħuda mill-kooperazzjoni u l-interazzjoni bejn l-EIOPA u l-NCAs matul il-pandemija tal-COVID-19”; jistieden lill-Awtorità żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-servizz tal-awditjar intern u mill-kumitat għall-kontroll tal-kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li, fl-2022, l-Awtorità identifikat, immonitorjat u ħadet miżuri biex ittaffi l-effetti tar-riskji fir-rigward tan-nuqqas ta’ kapaċità suffiċjenti biex timplimenta setgħat u kompiti ġodda filwaqt li twettaq l-impenji eżistenti, in-nuqqas ta’ persunal imħarreġ bil-kompetenzi meħtieġa minħabba kwistjonijiet relatati mal-attraenza u r-reklutaġġ u t-theddid għaċ-ċibersigurtà u l-kontinwità tal-operat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Awtorità kompliet tindirizza l-bqija tar-rakkomandazzjonijiet mill-awditu dwar l-“Għodod ta’ Sorveljanza fil-Qasam tal-Protezzjoni tal-Konsumatur” (2019-2020); jinnota wkoll li dan l-awditu rriżulta f’erba’ rakkomandazzjonijiet li ġew indirizzati b’tali mod li żewġ rakkomandazzjonijiet ingħalqu uffiċjalment mill-IAS f’Novembru 2021 u żewġ rakkomandazzjonijiet ingħalqu uffiċjalment f’Ġunju 2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Awtorità, flimkien mal-ASE l-oħra, ħarġet twissijiet lill-konsumaturi fir-rigward tal-attivitajiet ta’ riskju għoli u spekulattivi assoċjati ma’ bosta kriptoassi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota, mit-tweġibiet tal-Awtorità għall-mistoqsijiet tal-awtorità ta’ kwittanza, li l-Awtorità bħalissa qed tibbenefika mill-għodod tas-sejħiet għall-offerti elettroniċi tal-Kummissjoni (sejħiet għall-offerti elettroniċi, sottomissjoni elettronika, fatturazzjoni elettronika) u l-għodda għall-ġestjoni tal-akkwist pubbliku (PPMT) sadanittant ġiet implimentata (minn Lulju 2023); jilqa’ l-fatt li l-proċeduri tal-offerti tal-EIOPA jinkludu rekwiżiti ta’ kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, fejn possibbli, u l-offerenti tal-EIOPA jridu jiffirmaw id-Dikjarazzjoni fuq l-Unur dwar il-Konformità mal-obbligi ambjentali u soċjali, fost l-oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Awtorità ppubblikat ir-riżultati tal-ħidma tagħha fil-forma ta’ rapporti, fuq is-sit web u l-media soċjali tagħha, fejn il-biċċa l-kbira tar-rapporti kienu akkumpanjati minn stqarrija għall-istampa; jilqa’ l-fatt li, f’xi każijiet, ir-rapporti huma akkumpanjati wkoll minn sommarji, filmati qosra tal-media soċjali, jew intervisti qosra biex il-kontenut jiġi spjegat f’termini aktar sempliċi;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tagħha dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>