<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0267</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0132/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2154(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0092/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 189, 28.5.2021, p. 61.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0132/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2154(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0092/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 189, 28.5.2021, p. 61.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0132/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2154(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-“Istitut”) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0132/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont ir-rapport tad-dħul u tal-infiq tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 489, 22.12.2022, p. 56.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2022 kien jammonta għal EUR 406 585 390,99, li jirrappreżenta żieda ta’ 12,65 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit tal-Istitut huwa prinċipalment idderivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena attwali ta’ 94,03 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 3,88 % meta mqabbla mal-2021; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali kienet ta’ 98,42 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,06 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-ammont tal-baġit finali tal-Istitut huwa r-riżultat ta’ emenda ta’ EUR 656 930,67 adottata mill-Bord tat-Tmexxija (il-“Bord”) tiegħu minħabba modifiki li saru fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Istitut għall-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tal-għotjiet tal-Istitut ġiet ivverifikata <STRING ITALIC="on">ex-post</STRING> minn awditur estern indipendenti, billi r-rata ta’ żball fl-2021 kienet ta’ 1.73 % (imqabbla ma’ 0,66 % fl-2020), jenfasizza li għalkemm ir-rata ta’ żball għadha taħt il-livell ta’ materjalità ta’ 2 %, ir-riskji kritiċi minħabba żieda fil-baġit, il-mandat u l-attivitajiet taħt Orizzont Ewropa flimkien ma’ żieda fin-numru ta’ Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) jistgħu jxekklu l-kapaċità tal-Istitut li jissorvelja u jimmonitorja l-KKI b’mod effettiv u dan jista’ jirriżulta f’rati ogħla ta’ żbalji u irregolaritajiet mhux skoperti fil-futur; jistieden lill-Istitut jieħu passi konkreti biex inaqqas ir-rata ta’ żball;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva mir-rapport tal-Qorti li fl-2022 l-Istitut ħallas imgħax fuq ħlasijiet tard fir-rigward ta’ għotjiet f’żewġ każijiet li jammontaw għal EUR 32 070; jinnota bi tħassib li fiż-żewġ każijiet, l-Istitut ma mmonitorjax b’mod adegwat l-iskadenzi regolatorji, li juri dgħufija fil-fluss tax-xogħol tal-ħlas tal-Istitut; jieħu nota li skont ir-risposta tal-Istitut għall-osservazzjoni tal-Qorti, mill-2023 huwa rreveda l-proċessi tiegħu ta’ ġestjoni tal-għotjiet, ħarreġ membri tal-persunal rilevanti u qed juża s-sistema tal-IT tal-ġestjoni tal-għotjiet tal-Kummissjoni (eGrants), u b’hekk qed inaqqas b’mod sinifikanti l-probabbiltà tal-okkorrenza ta’ żball simili fil-futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Istitut juża sistema ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) marbuta ma’ attivitajiet operattivi, governanza u komunikazzjonijiet korporattivi; jinnota wkoll li l-Istitut kiseb b’xi dewmien madwar 95 % tal-Programm ta’ Ħidma tiegħu għall-2022; jieħu nota li taħt il-qafas tal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Innovazzjoni l-Istitut ġie nkarigat b’attivitajiet ġodda, li ma kinux inklużi fil-pjan inizjali u ma ġew allokati l-ebda riżorsi addizzjonali għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Istitut kompla jżid l-impatt tiegħu matul l-2022, billi ppermetta kważi 1 670 prodott u servizz innovattiv, ħarreġ eluf ta’ intraprendituri u appoġġja 5 600 negozju ġdid u negozju li qed jespandi li ġibdu kważi EUR 6 biljun f’investimenti; jinnota wkoll li l-Istitut ikkonkluda l-integrazzjoni tiegħu f’Orizzont Ewropa, wara li għadda għal mudell ta’ finanzjament pluriennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Josserva li l-Istitut mexa ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva pilota “Bini ta’ Kapaċità ta’ Innovazzjoni għall-Edukazzjoni Għolja” mnedija fl-2021, u din żiedet l-interess u l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja; jinnota li l-Istitut ġie enfasizzat bħala wieħed mill-kontributuri u l-atturi ewlenin tal-Ekosistema Ewropea tal-Innovazzjoni, bit-tnedija tal-Inizjattiva tat-Talenti fit-Teknoloġija Profonda tagħha li għandha l-għan li tħarreġ, tħarreġ mill-ġdid, u ttejjeb il-ħiliet ta’ mill-inqas miljun talent fit-tliet snin li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Istitut appoġġja lill-poplu tal-Ukrajna wara l-invażjoni illegali u mhux ipprovokata tar-Russja fi Frar 2022, billi pprovda assistenza lil studenti, intraprendituri, riċerkaturi u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u negozji; jinnota wkoll li l-Istitut nieda l-Akkademja tal-Alleanza Ewropea tal-Batteriji taħt il-programm ta’ Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa, li hija l-ewwel allokazzjoni ewlenija ta’ fondi minn programm ieħor lill-Istitut;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-Istitut iffirma memorandum ta’ qbil mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, li jkopri diversi attivitajiet konġunti u valutazzjonijiet tas-sigurtà; ifakkar li attivitajiet konġunti jġibu flimkien perspettivi diversi, inaqqsu d-duplikazzjoni tal-isforzi, itejbu t-tagħlim u jsaħħu r-relazzjonijiet bejn il-parteċipanti; jinnota wkoll li sabiex itejjeb l-effiċjenza tiegħu, l-Istitut beda jimplimenta t-tranżizzjoni tiegħu minn Orizzont 2020 għal Orizzont Ewropa fl-2021 u kkonkluda f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Josserva li l-Istitut adotta rieżamijiet differenti tal-effiċjenza tal-proċess, u b’riżultat ta’ dan l-aġġustament tad-deskrizzjonijiet tax-xogħol, l-objettivi tal-persunal u l-allokazzjoni tal-kompiti u r-riżorsi, fost oħrajn; jinnota li fl-2022 l-Istitut wettaq eżerċizzju ta’ ristrutturar u adotta dokument ta’ “Mod ta’ Ħidma” fost kwistjonijiet oħra biex tiżdied l-effiċjenza, pereżempju għall-użu tal-email, laqgħat u xogħol mill-bogħod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022, tnedew għodod tal-IT ġodda li jappoġġjaw l-operazzjonijiet amministrattivi tal-Istitut bl-għan aħħari li tiżdied l-effiċjenza operattiva u l-effettività tal-organizzazzjoni, inklużi l-Għodda ta’ Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku (PPMT), Q-Sign (firma elettronika), u l-introduzzjoni ta’ diversi moduli tas-Sistema ta’ Informazzjoni għall-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni Ewropea (SYSPER); jistieden lill-istituzzjoni ssib aktar proċeduri interni li jistgħu jiġu ssimplifikati permezz ta’ għodod ġodda tal-IT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Istitut f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istitut jibqa’ jkun proattiv f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata, u jinsisti fuq il-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni kontra l-attakki ċibernetiċi jew it-tentattivi ta’ infiltrazzjoni li joriġinaw b’mod partikolari mir-Russja jew miċ-Ċina;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 93 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bil-ħatra ta’ 40 aġent temporanju minn total ta’ 45 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (l-istess għadd ta’ postijiet tax-xogħol awtorizzati bħal fl-2021); jinnota wkoll, barra minn hekk, li fl-2022 kienu jaħdmu għall-Istitut 25 aġent kuntrattwali, 10 membri interim tal-persunal kif ukoll espert nazzjonali sekondat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-fatt li n-nuqqas kontinwu ta’ persunal tal-Istitut, kif enfasizzat mill-Qorti fir-rapporti annwali tagħha ma kienx imqabbel b’karigi addizzjonali; jenfasizza li l-Istitut tenna t-talba tiegħu kmieni fl-2023 biex jirċievi l-10 pożizzjonijiet tal-persunal addizzjonali, li jippermettulu jwettaq il-programm ta’ ħidma tiegħu għall-2024; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa għall-allinjament tar-riżorsi tal-Istitut mal-aspettattivi tal-mandat tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jieħu nota tad-distribuzzjoni tal-ġeneru fost il-pożizzjonijiet tal-maniġment superjuri u dak intermedju tal-Istitut, fejn 4 minn 6 tal-membri tal-persunal huma rġiel; jinsab imħasseb dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-Bord, b’9 minn 14-il membru tal-persunal li huma rġiel; jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneru fost il-persunal tal-Istitut b’mod ġenerali, bi 28 minn 65 membru tal-persunal li huma rġiel; josserva li l-Politika u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-Istitut ġew approvati fl-2022; ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Istitut iqis dan l-aspett fir-rigward tar-reklutaġġi ta’ persunal u ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri u dak intermedju tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni tqis l-importanza li tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri meta tinnomina lill-membri tagħha għall-bord tat-tmexxija tal-istitut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iqajjem tħassib dwar il-bilanċ ġeografiku fi ħdan il-maniġment superjuri u intermedju tal-Istitut li għandu persuna waħda fost il-persunal maniġerjali mill-Ewropa Ċentrali tal-Lvant; jinsisti li jrid isir titjib; jitlob lill-Istitut jirrapporta lura dwar dan lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi tal-Istitut biex isaħħaħ l-importanza tal-bilanċ bejn il-ġeneri bħall-programm Girls Go Circular, fil-livell tal-iskola, u Supernovas, li jippromwovu l-intraprenditorija u t-tmexxija tan-nisa; jinnota barra minn hekk li l-Istitut adotta l-Karta tal-EUAN dwar id-Diversità u l-Inklużjoni fl-2023, li kkonferma l-impenn tiegħu li jiżgura opportunitajiet indaqs f’kull pass tal-karriera u li jagħti s-setgħa lill-ambjent tax-xogħol fejn id-diversità titqies bħala sors ta’ innovazzjoni, arrikkiment u kreattività u fejn l-inklużjoni hija promossa mill-maniġers u mill-membri kollha tal-persunal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Josserva li l-Istitut kien implimenta l-biċċa l-kbira tal-moduli SYSPER fl-2022 u dan se jitkompla fl-2023; jinnota li l-Istitut adotta l-Karta tan-Network tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea dwar id-Diversità u l-Inklużjoni li turi l-impenn tiegħu biex jiżgura opportunitajiet indaqs u jagħti s-setgħa lill-ambjent tax-xogħol; jinnota wkoll li l-Istitut stabbilixxa diversi miżuri biex itejjeb il-benessri tal-persunal tagħhom fuq il-post tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, li jkopri, fost l-oħrajn, l-ispejjeż tat-trasport pubbliku, ir-reġistrazzjoni tat-tfal tagħhom f’kindergartens internazzjonali, u kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli u ibridi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li skont il-programm ta’ mappa tat-taħriġ, li ġie żviluppat għall-ħtieġa tal-Istitut u tal-persunal tiegħu biex itejbu l-prestazzjoni ġenerali, l-Istitut kompla joffri taħriġ għall-membri tal-persunal tiegħu online, inklużi l-etika u l-integrità, il-prevenzjoni tal-fastidju, il-protezzjoni tad-data, l-effettività fil-laqgħat ibridi, is-sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-IT, u t-taħriġ dwar is-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2022 tnedew b’suċċess żewġ sejħiet għal traineeships; jinnota li b’riżultat ta’ dan, total ta’ 23 professjonist żagħżugħ ipparteċipaw f’opportunitajiet ta’ traineeship fl-Istitut, jew li bdew jew lestew it-traineeships tagħhom fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li eks Kummissarju u eks Membru tal-Parlament Ewropew, bħala membri tal-Bord, qed jirċievu onorarji ta’ EUR 2 000 mill-baġit tal-Istitut għal kull laqgħa tal-Bord li jattendu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinsab imħasseb li ġie rrapportat każ wieħed ta’ fastidju fl-2022, u nfetħet inkjesta amministrattiva u din għadha għaddejja; jistieden lill-Istitut jirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward mill-aktar fis possibbli; Jinnota li l-Istitut għandu politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali, u li l-Istitut huwa parti minn task force interaġenzjali ta’ konsulenti kunfidenzjali; jistenna bil-ħerqa li jirċievi r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Istitut biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u biex jiżgura l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Istitut ippubblika fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-membri tal-Bord u tat-tim maniġerjali tiegħu; jinnota barra minn hekk li l-Istitut jippubblika fuq is-sit web tiegħu informazzjoni dwar il-laqgħat kollha li jsiru mill-Bord u t-tim maniġerjali tiegħu f’avvenimenti pubbliċi u laqgħat kull xahar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-Istitut adotta politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess għall-persunal, inklużi proċeduri għall-ħruġ u l-valutazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet annwali ta’ interess u proċedura li tirregola l-ksur ta’ fiduċja tar-regoli tal-Istitut dwar id-dikjarazzjoni ta’ interess; jinnota wkoll li l-Istitut stabbilixxa kumitat konsultattiv u tal-kunflitti, ipprovda sessjonijiet ta’ għarfien għall-persunal tiegħu dwar l-etika u l-integrità u qed jiżviluppa deċiżjoni dwar mudelli ta’ Col u proċeduri amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Istitut fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija tiegħu, bi tliet dikjarazzjonijiet differenti li qed isiru: id-dikjarazzjoni annwali ta’ interess, id-dikjarazzjoni ta’ interess dwar l-evalwazzjoni tal-proposti tal-KKI u d-dikjarazzjoni ta’ interess dwar il-pjan tan-negozju tal-KKI; jinnota li ġew identifikati sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward ta’ xi membri tal-Bord bid-dikjarazzjoni annwali ta’ interess, u konsegwentement, dawn ġew infurmati u ġew adottati miżuri ta’ mitigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-Istitut qed jaħdem fuq l-abbozzar ta’ politika ġdida għall-valutazzjoni tar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet ta’ wara l-impjieg għall-membri anzjani tal-persunal tiegħu biex jieħdu ċerti pożizzjonijiet wara t-terminu tal-kariga tagħhom; josserva li l-politika se tispeċifika dawk il-pożizzjonijiet li huma pprojbiti li jittieħdu wara l-mandat, kif ukoll il-kriterji għal meta se tipprojbixxi tali ċaqliq fil-futur, b’limitazzjoni ta’ sentejn; jilqa’ l-fatt li l-Istitut se jadotta wkoll politika jew deċiżjoni dwar il-korruzzjoni fil-bidu tal-2024, li se tistabbilixxi l-bażi biex jiġu żviluppati mekkaniżmi interni kontra l-korruzzjoni li għandhom jiġu implimentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li l-OLAF ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet wara żewġ investigazzjonijiet differenti, b’waħda miż-żewġ rakkomandazzjonijiet tiġi implimentata matul l-2022, filwaqt li r-rakkomandazzjoni li fadal bħalissa tinsab fil-proċess li tiġi implimentata; jitlob lill-Istitut jirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza bħala segwitu għal dawk ir-rakkomandazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar ukoll fl-importanza li l-Istitut jiżviluppa viżibbiltà akbar fil-media, l-internet u l-media soċjali sabiex jagħmel xogħlu magħruf maċ-ċittadini;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li għal tliet pagamenti amministrattivi awditjati li jammontaw għal EUR 337 116, l-Istitut awtorizza l-impenji baġitarji biss wara li ġew iffirmati l-impenji legali relatati; jenfasizza li dan mhuwiex inċident iżolat, peress li l-Qorti preċedentement osservat kwistjoni simili fir-rapport tagħha tal-2021; ifakkar li dan imur kontra l-Artikolu 73(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>(ir-Regolament Finanzjarju Qafas); josserva mit-tweġiba tal-Istitut li se jieħu miżuri addizzjonali biex jiżgura konformità sħiħa ma’ dik id-dispożizzjoni, jiġifieri sessjonijiet iddedikati għall-informazzjoni tal-persunal, aġġornament tal-proċeduri fis-seħħ u tisħiħ tal-kontrolli interni relatati; iħeġġeġ lill-Istitut jieħu azzjoni immedjata u jimplimenta miżuri biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha jkunu konformi mar-Regolament Finanzjarju Qafas;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-Istitut ikkonkluda t-tranżizzjoni tal-funzjoni tal-kapaċità tal-awditjar intern għal funzjoni ta’ monitoraġġ u superviżjoni ta’ KKI adottata mid-Deċiżjoni tal-Bord 12/2022 b’data effettiva fl-1 ta’ April 2022; jirrikonoxxi li l-funzjoni tal-awditjar intern issa titwettaq mis-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni; josserva li barra minn hekk, ir-rwol tal-koordinatur tal-kontroll intern ġie msaħħaħ, b’kompiti li jinkludu l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll intern u r-rapportar fl-Istitut, l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet tal-awditjar, il-koordinazzjoni tal-verifiki, il-kollegament ma’ korpi tal-awditjar esterni, u jikkontribwixxi għall-ġestjoni finanzjarja u operazzjonali f’oqsma bħall-akkwist, l-implimentazzjoni tal-kuntratt, il-ħlasijiet u r-rapportar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li fl-2022 l-IAS beda t-tħejjijiet għall-pjan strateġiku tal-awditjar intern tal-Istitut tal-2023-2025; jinnota barra minn hekk li l-IAS beda verifika, konkluża fl-2023, dwar il-ġestjoni tal-esperti fl-Istitut biex tiġi vvalutata l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern għall-proċessi ta’ ġestjoni tal-esperti, inklużi l-għażla, l-ikkuntrattar, u l-ħlas fl-Istitut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jirrimarka li rakkomandazzjoni importanti maħruġa mill-IAS mill-awditu tal-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-2021, li tiffoka fuq l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni u klassifikazzjoni mill-ġdid, ġiet ittardjata b’mod sinifikanti bi 15-il xahar; jinnota li r-riskji identifikati kienu jinkludu dewmien potenzjali u ineffettività fl-eżerċizzju, il-possibbiltà ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni ġustifikati b’mod żbaljat li jwasslu għal sfidi fi proċeduri ta’ rieżami jew quddiem il-Qorti, nuqqas ta’ sodisfazzjon u demotivazzjoni tal-persunal, jinsab imħasseb dwar il-Kumitat Konġunt ta’ Riklassifikazzjoni li ma wettaqx ir-rwol tiegħu, u t-telf ġenerali ta’ kredibbiltà għall-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni u mekkaniżmu ta’ rieżami, li jwassal għal demotivazzjoni tal-membri tal-persunal; jistieden lill-Istitut jieħu miżuri proattivi biex jindirizza kwalunkwe dewmien potenzjali u ineffettività fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni u klassifikazzjoni mill-ġdid u biex jirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress f’din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Josserva li l-Istitut żied l-interazzjoni tiegħu mal-OLAF, wara li ċċelebra laqgħat bilaterali u sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni kontra l-frodi; jinnota wkoll li l-Istitut għandu l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi 2021-2023, adottata f’Mejju 2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-Istitut implimenta l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju u rreġistrah fir-reġistru tar-riskji tal-Istitut 2022, wara li identifika r-riskji li ġejjin: in-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ elementi tal-Programm ta’ Ħidma Annwali minħabba riżorsi umani insuffiċjenti, implimentazzjoni mhux xierqa tal-ftehimiet tal-KKI, dewmien fil-proċeduri ta’ akkwist tal-Istitut u fl-inkorporazzjoni fis-sistemi tal-IT tal-Kummissjoni, fost oħrajn; jistieden lill-Istitut tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għal ordni ta’ tiġdid ta’ software l-Istitut ma wettaqx verifika <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>, biex jikkonferma jekk il-kuntrattur kienx iċċarġja l-prezz korrett u l-ħlas għal eżitu pożittiv, kif stipulat fil-kuntratt qafas applikabbli, jinnota li dan huwa kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament Finanzjarju dwar kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u joħloq riskju li l-Istitut iħallas ammonti żbaljati għas-servizzi miksuba ; josserva li skont it-tweġiba tal-Istitut, ikun jeħtieġ diżaggregazzjoni mill-kuntrattur meta jitlob offerta, li jindika b’mod ċar il-prezz u l-marġni kummerċjali biex jiġi vvalutat kwalunkwe riskju relatat mal-prezz;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li matul l-2022 l-Istitut organizza avvenimenti biex isaħħaħ il-viżibbiltà tiegħu madwar l-Istati Membri u l-Unjoni u anke jiem għall-pubbliku sabiex jinforma dwar l-opportunitajiet offruti fl-Istitut għal kandidati potenzjali; jinnota wkoll li l-Istitut nieda wkoll l-“Inizjattiva tat-Talenti fit-Teknoloġija Profonda” li hija parti mill-Aġenda Ewropea l-Ġdida għall-Innovazzjoni, u se tgħin biex iċ-ċittadini jiġu kkwalifikati f’oqsma teknoloġiċi għall-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Josserva li l-Istitut ilu jaħdem biex isir aġenzija newtrali għall-klima li tieħu l-passi meħtieġa lejn il-ġestjoni ambjentali; jinnota li l-Istitut huwa l-akbar ekosistema tal-innovazzjoni tal-Unjoni u strument ewlieni taħt Orizzont Ewropa biex jindirizza t-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati; jilqa’ l-azzjonijiet tal-Istitut matul l-2022 biex jilħaq l-objettivi ambjentali tiegħu: il-ħolqien tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà, li jsir membru tan-Network Greening Subnetwork tal-Aġenziji tal-UE u ċ-ċelebrazzjoni ta’ EITree, avveniment fejn membri differenti tal-persunal ħawlu siġar f’żona urbana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li ċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS tinsab fuq l-aġenda ta’ żmien medju jew twil tal-Istitut;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>