<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0268</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (qabel id-19.1.2022, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0106/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (qabel id-19.1.2022, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2164(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0102/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (qabel id-19.1.2022, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2164(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0102/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (qabel id-19.1.2022, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2164(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.01.2023, p. 180.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 186 842 192, ammont li jirrappreżenta żieda ta’ 12,46 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit tal-Uffiċċju huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi f’Ġunju 2022, l-Aġenzija ffirmat Ftehim ta’ Kontribuzzjoni mal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-fażi III tal-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) “Appoġġ reġjonali tal-UE għal sistemi ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni li jqisu l-protezzjoni fil-Balkani tal-Punent, Fażi III, Kuntratt 2” (minn hawn ’il quddiem l-“IPA III Balkani tal-Punent”) b’valur totali ta’ EUR 6 miljun u perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 47 xahar;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-2022 kien hemm żieda sinifikanti fil-baġit tal-Aġenzija minħabba kompiti estiżi skont ir-Regolament (UE) 2021/2303 bl-għan li l-Aġenzija ssir ċentru ta’ għarfien espert dwar l-ażil;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-Unjoni kien hemm kważi miljun persuna li kienet qed tfittex l-ażil u madwar erba’ miljun benefiċjarju ta’ protezzjoni temporanja fl-2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) tas-sena kurrenti ta’ 96,23 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,44 % meta mqabbla mal-2021 (96,67 %); jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament (AP) tas-sena kurrenti kienet ta’ 89,55 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,36 % meta mqabbla mas-sena preċedenti 2021 (90,91 %); jinnota bi tħassib rata ta’ kanċellazzjoni relattivament għolja (15 %) ta’ fondi riportati mill-2021 għall-2022, u għaldaqstant ir-rata annwali fil-mira tal-Aġenzija ta’ inqas minn 10 % ma ntlaħqitx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li fl-2022 il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija adotta żewġ emendi baġitarji; jinnota f’dan il-kuntest li l-Aġenzija wettqet rieżami f’nofs is-sena tal-baġit tagħha tal-2022 li wassal biex l-Aġenzija titlob lill-Kummissjoni għal sussidju addizzjonali ta’ EUR 12-il miljun f’AI u EUR 6 miljun f’AP biex tindirizza l-kompiti addizzjonali li rriżultaw mill-kriżi umanitarja instigata mill-invażjoni illegali u mhux ipprovokata tal-Ukrajna mir-Russja; jinnota li dawk l-ammonti ġew inklużi fl-ewwel emenda baġitarja tal-Aġenzija adottata f’Settembru 2022; jiddispjaċih madankollu li r-rieżami tal-baġit u tal-ippjanar tal-ħarifa tal-Aġenzija enfasizza dewmien mhux previst fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet operattivi rilevanti għall-kriżi tal-Ukrajna li wassal għal emenda baġitarja negattiva (it-tieni waħda) adottata mill-bord tat-tmexxija f’Novembru 2022, li naqqset l-AP bi EUR 12-il miljun; josserva fl-aħħar nett li l-emendi baġitarji tal-Aġenzija rriflettew ukoll il-kontribuzzjoni volontarja tad-Danimarka (it-tieni pagament parzjali ta’ EUR 94 063) għall-implimentazzjoni tal-“Pjan Direzzjonali għall-Kooperazzjoni bejn l-EASO u l-Eġittu”, u l-ewwel prefinanzjament (ta’ EUR 2 968 129) għall-IPA III Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota l-kumment mir-rapport tal-Qorti, fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen għall-baġit tal-Aġenzija, li l-arranġamenti konklużi bejn l-Unjoni u dawn il-pajjiżi li jservu bħala bażi legali għall-kalkolu ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet, mhumiex ċari u jippermettu interpretazzjonijiet diverġenti, li jwasslu għal kontribuzzjonijiet minn kull pajjiż assoċjat ma’ Schengen (għall-baġit tal-Aġenzija) ekwivalenti għal ħlasijiet insuffiċjenti ta’ madwar EUR 0,7 miljun (7 %) minħabba l-użu ta’ formula ta’ kalkolu li l-Qorti tqis difettuża minħabba li l-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet huwa mmultiplikat b’ammont li jirrifletti biss is-sussidju tal-baġit tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija, filwaqt li, skont il-Qorti, dak l-ammont għandu jinkludi wkoll is-sehem tal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni fin-negozjati li ġejjin mal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen dwar Ftehimiet ġodda li se jkopru l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen fil-ħidma tal-Aġenzija, bil-ħsieb li tiġi żgurata aktar ċarezza fiha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva li għall-2022 il-prestazzjoni tal-Aġenzija kienet imkejla kontra 204 miri annwali, li minnhom 48 % inqabżu, 26 % intlaħqu, 10 % kważi ntlaħqu, 12 % kienu tard u 4 % ma kinux applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-progress sinifikanti li sar fl-2022 lejn l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tar-Regolament (UE) 2021/2033; jinnota b’mod partikolari, mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija għall-kwittanza tal-2021 (minn hawn ’il quddiem ir-“rapport ta’ segwitu”), li l-Aġenzija stabbiliet il-Forum Konsultattiv, kif ukoll ir-riżerva ta’ intervent għall-ażil, li f’nofs Ġunju 2023 kien diġà magħmul minn 360 espert approvat mill-Istati Membri (minn 500 kif meħtieġ minn dak ir-Regolament), u kienet wettqet il-proċess ta’ reklutaġġ tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tiegħu li ħa l-kariga f’Mejju 2023, kif ukoll konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati bil-ħsieb li tabbozza u tadotta l-Mekkaniżmu tal-Ilmenti; josserva fir-rigward tal-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ li l-metodoloġija u l-programm kienu qed jiġu żviluppati u l-adozzjoni tagħhom hija ppjanata għall-ewwel trimestru tal-2024, u se tkun segwita minn eżerċizzju pilota ta’ monitoraġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota fir-rigward tal-qasam ta’ attività li jkopri l-mobilitazzjoni ta’ uffiċjali ta’ kollegament fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi, li l-limitazzjonijiet tar-riżorsi umani wasslu biex l-Aġenzija ġabret flimkien lill-Istati Membri fejn uffiċjal ta’ kollegament wieħed ikopri sa erba’ Stati Membri, kif ukoll wasslu għal nuqqas ta’ skeda ta’ żmien għall-iżvilupp ta’ uffiċjali ta’ kollegament għal pajjiżi terzi; jirrikonoxxi l-ħtieġa tal-Aġenzija għal riżorsi addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2021/2303 f’dak il-qasam u jġedded it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrifletti aħjar il-ħtiġijiet operattivi tal-Aġenzija meta tiddeċiedi dwar tabelli tal-persunal futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi li fl-2022 l-Aġenzija ffaċċjat kompiti ġodda u sfidi multipli minħabba l-invażjoni illegali tal-Ukrajna mir-Russja; jinnota f’dan il-kuntest li, fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, l-Aġenzija espandiet l-operazzjonijiet tagħha għal sitt Stati Membri addizzjonali, li wasslu għal pjanijiet operattivi f’total ta’ 14-il Stat Membru; ifaħħar lill-Aġenzija talli assistiet ukoll lil dawk l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja; jinnota barra minn hekk li l-Aġenzija appoġġjat programm ta’ trasferiment volontarju li jassisti lill-persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna biex jirrilokaw fl-Unjoni u japplikaw għal protezzjoni temporanja, tat taħriġ rigward id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja lill-amministrazzjonijiet nazzjonali, żviluppat prodotti ta’ komunikazzjoni speċifiċi għall-pajjiżi (kotba żgħar, fuljetti u posters) b’informazzjoni mfassla apposta dwar il-protezzjoni temporanja, żiedet il-produzzjoni ta’ analiżijiet tas-sitwazzjoni u mmobilitizzat persunal għall-ewwel darba f’pajjiż mhux tal-Unjoni (il-Moldova); japprezza wkoll l-impenn qawwi tal-Aġenzija fid-dimensjoni esterna tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) li tappoġġja lill-pajjiżi tal-UE+ fir-risistemazzjoni ta’ 2 585 persuna permezz ta’ appoġġ għal 13-il missjoni ta’ selezzjoni u 3 missjonijiet ta’ qabel it-tluq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza, fost kisbiet oħra għall-2022, li l-Aġenzija ħolqot madwar 3 000 paġna ta’ prodotti tal-pajjiżi tal-oriġini, indirizzat aktar minn 1 000 talba medika individwali marbuta mal-attivitajiet mediċi tal-pajjiżi tal-oriġini tal-Aġenzija, tat taħriġ li laħaq numru rekord ta’ 13 000 parteċipant b’kollox, u ppubblikat u/jew aġġornat noti ta’ gwida dwar il-pajjiż (dwar is-Somalja, l-Afganistan u l-Iraq); ifaħħar lill-Aġenzija wkoll talli għenet lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent permezz tal-forniment ta’ bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali, taħriġ u coaching fuq il-post tax-xogħol dwar proċeduri ewlenin tal-ażil fl-Albanija, fil-Bożnija-Ħerzegovina, fil-Kosovo, fil-Montenegro, fil-Maċedonja ta’ Fuq u fis-Serbja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija ilha tikkoopera ma’ diversi aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (eż. Frontex, eu-LISA, FRA, CEPOL) fir-rigward ta’ prodotti ta’ għarfien tas-sitwazzjoni, appoġġ biex jintlaħqu l-isfidi operattivi (inkluż il-persunal mobilitizzat), tagħlim u skambju ta’ informazzjoni, kif ukoll taħriġ u bini tal-kapaċitajiet, fost l-oħrajn; jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni għall-allokazzjoni korretta tar-riżorsi; jinnota wkoll li, abbażi ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz, eu-LISA tospita s-sit ta’ rkupru għall-Infrastruttura Loġika u għall-Komunikazzjonijiet tal-ICT tal-Aġenzija; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tesplora modi għall-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-opportunitajiet, fi ħdan il-mandat il-ġdid tal-Aġenzija, sabiex tikkondividi r-riżorsi u tkompli tiżviluppa sinerġiji ma’ aġenziji oħra f’oqsma ta’ interess reċiproku bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-miżuri tal-Aġenzija meħuda fl-2022 biex tiżdied l-effiċjenza u s-simplifikazzjoni bħat-tnaqqis tal-passi proċedurali, l-awtomazzjoni ta’ kompiti ripetittivi, u t-tnedija ta’ mudell organizzattiv għall-forniment ta’ servizzi orizzontali li jqarreb l-għarfien espert amministrattiv lejn il-punt tal-użu permezz ta’ preżenza remota, fuq il-post jew ibrida, u b’hekk ikunu ta’ benefiċċju għall-operazzjonijiet tal-pajjiż f’oqsma bħall-bidu finanzjarju tat-tranżazzjoni, l-appoġġ tal-ICT, l-appoġġ legali u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; ifaħħar iż-żieda fl-effiċjenza tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sigurtà tal-persunal f’aktar operazzjonijiet fil-pajjiżi bl-użu tal-istess riżorsi tal-2021; jinnota wkoll li l-Aġenzija implimentat diversi azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-effiċjenza fl-oqsma taċ-ċibersigurtà (pereżempju, permezz ta’ fluss tax-xogħol ta’ rispons awtomatizzat għall-inċidenti), tal-akkwist (permezz tan-nomina ta’ punti ta’ kuntatt għall-oġġetti u għas-servizzi li jinxtraw l-aktar spiss sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-puntwalità tal-proċeduri u jiġi pprovdut appoġġ mill-fażijiet bikrija tal-akkwist), tal-ICT (billi tipprovdi lill-utenti b’punt uniku ta’ referenza dwar l-istatus tat-talbiet tagħhom) u tar-riżorsi umani (billi fetħet l-ewwel moduli tas-SYSPER dwar l-identità, l-organizzazzjoni, il-karriera, id-data personali u l-ġestjoni tal-ħin, fost l-oħrajn, kif ukoll sistema ta’ ticketing tar-riżorsi umani għal servizzi ta’ appoġġ ipprovduti lill-persunal kollu tal-Aġenzija); jistieden lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ l-għodda tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-akkwist pubbliku; jinnota mir-rapport konsolidat tal-attivitajiet tal-Aġenzija għall-2022 (minn hawn ’il quddiem is-“CAAR 2022”) żieda mġedda fis-sehem tar-riżorsi allokati għall-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija li jikkorrispondu għal 79,13 % fl-2022 (meta mqabbla ma’ 72,14 % fl-2021 u 68,68 % fl-2020);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija mhijiex fost l-aġenziji li stabbilew pjanijiet korporattivi sabiex itejbu l-effiċjenza enerġetika u n-newtralità klimatika tal-operazzjonijiet tagħhom, li għandhom xi forma ta’ rapportar ambjentali integrat fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom u li rċevew ir-reġistrazzjoni tal-EMAS; jenfasizza, madankollu, mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament, li fl-2022 l-Aġenzija nediet l-ewwel fażi bi tħejjija għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali u ħadet azzjonijiet preparatorji għall-fażijiet sussegwenti tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet, kif ukoll tikkollabora ma’ aġenziji u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni bil-ħsieb li jitħaffef il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-EMAS tal-Aġenzija; jenfasizza li l-Aġenzija tinkludi aspetti ambjentali fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew fil-kriterji għall-aġġudikazzjoni, pereżempju, għall-kuntratti tal-bini, għas-servizz ta’ canteen, u għas-servizzi tat-tindif, fost l-oħrajn; jistieden lill-Aġenzija tikkunsidra wkoll li tiżviluppa l-politika tagħha ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku;<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> </STRING></STRING>iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkunsidra l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet intermedji sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kemm għall-infrastruttura kif ukoll għall-proċessi interni tagħha, bħal użu akbar ta’ għodod diġitali u ġestjoni tad-dokumenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneri tal-Aġenzija b’9 rġiel (69 %) u 4 nisa (31 %) fil-maniġment superjuri u medju tagħha (l-istess distribuzzjoni tal-2021), b’27 raġel (48 %) u 29 mara (52 %) fuq il-bord tat-tmexxija tagħha (distribuzzjoni mtejba meta mqabbla mal-2021) u b’203 irġiel (39 %) u 316-il mara (61 %) għall-persunal b’mod kumplessiv (l-istess distribuzzjoni tal-2021); ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal u jistieden lill-Aġenzija tqis dan l-aspett fir-rigward ta’ reklutaġġi ta’ persunal u ħatriet futuri fi ħdan il-maniġment superjuri u medju tagħha; josserva b’apprezzament l-impenn tal-Aġenzija li tinkludi fl-istrateġija tar-riżorsi umani tagħha li jmiss azzjonijiet li se jagħtu prijorità lill-promozzjoni tar-rappreżentanza tal-ġeneri u tad-diversità mal-Aġenzija, u tippromwovi programmi ta’ żvilupp tat-tmexxija mfassla apposta għal maniġers aspiranti; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-impenn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, 90 % tat-tabella tal-persunal ġiet eżegwita (87 % fl-2021), bi 333 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 371 pożizzjoni ta’ aġenti temporanji awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 366 pożizzjoni awtorizzati fl-2021); jilqa’ żieda mġedda fir-rata ta’ okkupanza tal-Aġenzija; jiddispjaċih li kien hemm żieda fir-rata tal-fatturat tal-Aġenzija minn 4,1 % fl-2021 għal 8,2 % fl-2022; jinnota li, barra minn hekk, 184 aġent kuntrattwali u 10 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2022; jenfasizza li fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna u l-implimentazzjoni tat-TPD, il-Kummissjoni tat lill-Aġenzija 90 pożizzjoni ta’ aġenti kuntrattwali għal żmien qasir għal perjodu ta’ sentejn; josserva li fl-2022 l-Aġenzija ppubblikat 29 pożizzjoni vakanti u ħarġet 138 offerta ta’ xogħol għal aġenti temporanji u kuntrattwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-politika tal-Aġenzija dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali, l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Kummissjoni dwar it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji u l-gwida interna dwar talbiet għal assistenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni; jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li l-Aġenzija rċeviet tliet każijiet ta’ fastidju fl-2022, li tnejn minnhom ġew miċħuda peress li ma kien hemm preżenti l-ebda evidenza <STRING ITALIC="on">prima facie</STRING> ta’ fastidju u ngħalqu mingħajr azzjoni ulterjuri, filwaqt li fit-tielet każ, infetħet inkjesta amministrattiva; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu ta’ dik l-inkjesta; jinnota b’sodisfazzjon li, wara rakkomandazzjoni magħmula mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, l-Aġenzija adottat il-gwida dwar inkjesti amministrattivi u proċeduri dixxiplinarji f’April 2023; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm fis-seħħ oqfsa robusti kontra l-fastidju, speċjalment f’ambjenti tax-xogħol b’element ta’ stress għoli ħafna u impenjattivi; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi skema ta’ taħriġ dwar il-kwistjoni kemm għall-persunal il-ġdid kif ukoll għall-persunal eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota mis-segwitu tal-Aġenzija għall-kummenti orizzontali tal-Parlament li saru b’rabta mal-proċedura ta’ kwittanza tal-2021, kif ukoll mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija, li f’dawn l-aħħar snin (mill-2019 ’l hawn) l-Aġenzija qed tuża s-servizzi ta’ ditta legali esterna (speċjalizzata fil-liġi tas-servizz ċivili tal-Unjoni) meta tittratta każijiet ta’ allegat fastidju (jiġifieri, talbiet għall-għajnuna taħt l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni); josserva f’dan il-kuntest li l-Unità tas-Servizzi Legali tal-Aġenzija twettaq valutazzjoni biex tiddetermina jekk hemmx bżonn li jintalab appoġġ jew parir minn ditta legali esterna u dik l-unità tamministra l-proċedura rilevanti u tikkollabora mal-Unità tar-Riżorsi Umani tal-Aġenzija f’dawk il-każijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar fis-sejba tal-Qorti li fl-2020 l-Aġenzija kellha 16-il pożizzjoni maniġerjali vakanti, b’10 minnhom okkupati fuq bażi <STRING ITALIC="on">interim</STRING> għal aktar minn sena, kif ukoll kwistjonijiet oħra bħal maniġers <STRING ITALIC="on">interim</STRING> li kienu qed jokkupaw żewġ pożizzjonijiet, fit-tabella tal-persunal tal-Aġenzija; jinnota b’apprezzament mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni sussegwenti li ħadet sabiex tikkonforma mal-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni, l-ewwel billi naqqset l-għadd ta’ okkupazzjonijiet temporanji ta’ pożizzjonijiet maniġerjali li jaqbżu sena għal tnejn fi tmiem l-2022, u, mill-2023, waqqfithom għalkollox, billi m’għad hemm l-ebda membru tal-persunal f’pożizzjoni maniġerjali temporanja għal aktar minn sena; jilqa’ l-impenn tal-Aġenzija li tipprijoritizza r-reklutaġġ ta’ pożizzjonijiet maniġerjali; ifaħħar lill-Aġenzija għall-progress li sar fl-2022 u fl-2023 fir-rigward tal-proċeduri ta’ reklutaġġ għal diversi pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri u medju, inkluża dik tal-Viċi Direttur Eżekuttiv, billi, skont ir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija, żewġ proċeduri tal-għażla tlestew, filwaqt li disa’ proċeduri tal-għażla għadhom għaddejjin jew mhumiex finalizzati; josserva fl-aħħar nett mis-sit web tal-Aġenzija li mill-15 ta’ Jannar 2024, il-Kap taċ-Ċentru tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija qed jokkupa pożizzjoni <STRING ITALIC="on">ad interim</STRING>, filwaqt li l-Kap taċ-Ċentru tal-Affarijiet Istituzzjonali u Orizzontali tal-Aġenzija pożizzjoni <STRING ITALIC="on">interim</STRING>; jinnota li l-proċedura tal-għażla għall-Kap taċ-Ċentru tal-Amministrazzjoni għadha għaddejja u hija mistennija li tiġi finalizzata fl-ewwel trimestru tal-2024; jinnota li l-proċedura tal-għażla għall-Kap taċ-Ċentru tal-Amministrazzjoni għadha għaddejja u mistennija tiġi finalizzata fl-ewwel trimestru tal-2024; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-eżitu ta’ dawk il-proċeduri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza li l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni meħuda mill-Aġenzija sabiex tikkonforma mal-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni, il-missjoni ta’ tfittxija tal-fatti mwettqa mill-IAS f’Ottubru 2022, il-ħidma fuq il-post tal-Qorti għall-awditu tas-sena finanzjarja 2022, il-kummenti rilevanti tal-Parlament indirizzati lill-Aġenzija fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-Parlament għall-2021, kif ukoll l-investigazzjoni (li għaddejja bħalissa) imnedija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fl-24 ta’ Novembru 2022 ħarġu wkoll bħala riżultat ta’ email anonima li kien fiha bosta allegazzjonijiet ta’, fost l-oħrajn, irregolaritajiet relatati mal-persunal ikkawżati mit-tim tal-maniġment superjuri kollu tal-Aġenzija; jitlob kooperazzjoni sħiħa tal-Aġenzija mal-OLAF fl-investigazzjoni li tinsab għaddejja; jinnota mis-CAAR tal-2022 il-konklużjonijiet tal-Qorti li l-kalkolu tal-indennizzi għall-gradazzjoni ta’ okkupazzjoni temporanja ta’ pożizzjonijiet tal-maniġment kien legali u regolari, filwaqt li l-okkupazzjoni temporanja ta’ pożizzjonijiet li taqbeż sena ma kinitx konformi madankollu mingħajr ma rriżultat f’pagamenti irregolari; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress u l-istadji tal-investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-ġestjoni u l-proċeduri interni tal-Aġenzija peress li fl-2022 l-OLAF nieda investigazzjoni waħda dwar il-politiki tal-maniġment u tal-persunal, li allegatament kienu jinvolvu nepotiżmu kif ukoll investigazzjoni relatata man-nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet tal-bniedem; itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija biex tikkoopera bis-sħiħ mal-korp investigattiv u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza fil-ħin dwar l-eżiti u l-miżuri ta’ rimedju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li fl-2018 l-OLAF ikkonkluda investigazzjoni oħra li wasslet għal sejbiet marbuta ma’, pereżempju, ġestjoni ħażina tar-riżorsi umani, ir-riżenja tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija ta’ dak iż-żmien u l-adozzjoni mill-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija ta’ pjan ta’ azzjoni ta’ governanza bil-għan li tiġi restawrata l-fiduċja internament u esternament, tissaħħaħ l-istruttura ta’ governanza, u l-kapaċità interna tinbena mill-ġdid; josserva li l-Qorti, fir-Rapport Annwali tagħha, għalqet u qieset li ġie indirizzat il-kumment rigward l-għadd kbir ta’ pożizzjonijiet tal-maniġment li kienu vakanti kif ukoll il-kwistjonijiet relatati mal-prekarjetà fil-livell tal-pożizzjonijiet tal-maniġment li setgħu fixklu t-tmexxija tal-Aġenzija u l-kontinwità strateġika tagħha; jirrikonoxxi li skont l-Artikolu 41(1)(t) tar-Regolament EUAA, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Aġenzija filwaqt li l-Kummissjoni bħala membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tissorvelja regolarment ir-riorganizzazzjonijiet tal-Aġenzija; josserva madankollu li minkejja r-riorganizzazzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija f’dawn l-aħħar snin, jidher li għad hemm xi kwistjonijiet kif indikat mill-ittra anonima ta’ Jannar 2023; jinnota l-konklużjonijiet tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2022 abbażi tal-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Aġenzija; jistieden f’dan il-kuntest lill-Kummissjoni tidentifika soluzzjonijiet għat-twettiq ta’ valutazzjoni indipendenti tar-riorganizzazzjonijiet reċenti tal-Aġenzija u jistenna li l-awditu li jinsab għaddej mill-IAS dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani se jipprovdi evalwazzjoni rilevanti rigward sa liema livell l-organigramma attwali u d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet fost il-pożizzjonijiet tal-maniġment superjuri u medju tal-Aġenzija huma suxxettibbli għal riskji ta’ ineffiċjenzi, ġestjoni ħażina tar-riżorsi umani, u nuqqas ta’ trasparenza (inkluż fil-konfront tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija) fost l-oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma adottatx il-“Karta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni”, u lanqas ma rrapportat dwar miżuri meħuda għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà; ifakkar li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni tipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba diżabbiltà u tirrikonoxxi d-dritt tal-persuni b’diżabbiltà li jibbenefikaw minn miżuri biex jiġu żgurati l-indipendenza, l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni soċjali kif ukoll okkupazzjonali tagħhom fil-ħajja tal-komunità; jinnota madankollu l-impenn tal-Aġenzija li tindirizza dawk l-oqsma permezz ta’ miżuri li se jiġu implimentati ladarba tiġi adottata l-Istrateġija tar-Riżorsi Umani li jmiss; josserva wkoll li l-Aġenzija ħadet inizjattivi u stabbiliet diversi miżuri sabiex ittejjeb il-benesseri tal-persunal tagħha fuq il-post tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bħal korsijiet ta’ taħriġ immirati, ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ fornituri ta’ childcare u skejjel, servizz ta’ appoġġ psikoloġiku u soċjali, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, kif ukoll attivitajiet għal matul il-ħin liberu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar fil-kummenti tal-Qorti għas-snin finanzjarji 2017 u 2020 li skonthom il-proċeduri tal-akkwist għall-bini mikri f’Lesbos u f’Ruma kienu irregolari minħabba kompetizzjoni insuffiċjenti u nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju tal-ekonomija; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-pagamenti kollha sussegwenti li saru b’rabta ma’ dawk il-proċeduri kienu irregolari, inklużi l-pagamenti assoċjati li jammontaw għal EUR 281 095 li saru fl-2022; jinnota b’sodisfazzjon mir-rapport tal-Qorti l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Aġenzija, li permezz tagħhom il-kuntratti tal-kiri għall-bini f’Lesbos u f’Ruma ġew fi tmiemhom fit-30 ta’ April 2023 u fil-31 ta’ Lulju 2023, rispettivament; jinnota mis-CAAR tal-2022 li qed titfittex soluzzjoni sostenibbli għall-kera f’Lesbos b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet Griegi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota l-kumment mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija kienet xtrat tagħmir tal-IT minn katalgu online ta’ fornitur minflok mil-lista tal-prezzijiet approvata minn qabel inkluża mal-offerti finanzjarji u tekniċi, u li konsegwentement dan irriżulta fi prezz tax-xiri li kien 44 % (l-ekwivalenti tal-ammont ta’ EUR 49 224 meqjusa irregolari mill-Qorti) aktar għali milli kien ikun, kieku kien ibbażat fuq il-lista tal-prezzijiet approvata minn qabel; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li d-deċiżjoni li jinxtraw dawk l-oġġetti kienet iddeterminata mill-ħtiġijiet operattivi u l-urġenza kif ukoll id-disponibbiltà limitata tas-suq tal-provvisti tal-IT u kontrolli adegwati ġew definiti biex jipprovdu aċċertament raġonevoli li x-xiri ta’ oġġetti ta’ sostituzzjoni mill-katalgu online se jkun limitat għall-prezz għall-oġġett korrispondenti kif elenkat fl-offerta inizjali tal-kuntrattur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifaħħar il-progress li sar mill-Aġenzija fl-2022 fil-qasam tal-ġestjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, u gwida etika permezz ta’ ħidma preparatorja li wasslet għall-adozzjoni f’Jannar 2023 ta’ deċiżjoni waħda applikabbli għall-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet u għall-korpi kompetenti li huma membri tal-Forum Konsultattiv tal-Aġenzija u żewġ deċiżjonijiet applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija; jilqa’ l-ħatra tal-korrispondent tal-etika tal-Aġenzija kif ukoll l-impenn tal-Aġenzija li tinkludi testi standard dwar dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess fl-istediniet għal laqgħat li jinkludu parteċipanti esterni; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija żviluppat gwida dwar ir-regoli u l-proċeduri ta’ wara l-impjieg applikabbli għall-persunal li jitlaq mill-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi u s-CVs tal-membri tal-bord tat-tmexxija jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi u s-CVs tal-persunal tal-maniġment tal-Aġenzija; josserva madankollu li s-CVs tal-esperti interni u esterni mhumiex disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li fl-2022 ma kien hemm l-ebda każ miftuħ, magħluq jew għaddej ta’ kunflitt ta’ interess jew ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, fil-livell tal-Aġenzija; ifaħħar lill-Aġenzija talli żammet djalogu mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti li joperaw fil-qasam tal-ażil permezz tal-Forum Konsultattiv tal-Aġenzija, fejn dan tal-aħħar ġie rikostitwit (116-il membru) f’Ġunju 2022 b’sett ġdid ta’ regoli derivati mir-Regolament (UE) 2021/2303;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota l-kumment mir-rapport tal-Qorti li tliet każijiet ta’ sottodelegazzjonijiet li kienu jeħtieġu konferma mill-ġdid f’April 2021 kienu għadhom ma ġewx ikkonfermati mill-ġdid sa Frar 2022, meta s-sitwazzjoni ġiet rettifikata, u konsegwentement l-Aġenzija kienet qed tikser ir-regoli interni tagħha li jispeċifikaw li s-sottodelegazzjonijiet ta’ awtorità finanzjarja jridu jiġġeddu hekk kif ikun ġie nnominat uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar mill-Aġenzija fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li kienu baqgħu miftuħa minn awditi preċedenti mwettqa mill-IAS u mill-Qorti; jinnota mis-CAAR tal-2022 li xi rakkomandazzjonijiet, b’rabta mal-awditu tal-IAS mill-2020 (“Ġestjoni u Etika tar-Riżorsi Umani fl-EASO”) u 2021 (“Governanza tal-IT u ġestjoni tal-proġetti tal-IT”) għadhom għaddejjin jew qegħdin tard b’mod sinifikanti; jinnota wkoll mir-rapport tal-Qorti li tliet rakkomandazzjonijiet minn awditi tal-passat imwettqa mill-Qorti għadhom miftuħa: żewġ rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kuntratti tal-kiri għall-bini ta’ Lesbos u Ruma li l-Aġenzija tistenna li jitqiesu bħala magħluqa mill-Qorti fl-2024 wara li twettqu l-aħħar pagamenti assoċjati (irregolari) fl-2023 u rakkomandazzjoni waħda fir-rigward tal-istabbiliment mill-Aġenzija ta’ kontrolli finanzjarji <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> effettivi; jistieden f’dan il-kuntest lill-Aġenzija tħaffef l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi pendenti u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress imwettaq f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija wettqet awtovalutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha għall-2022, u kkonkludiet li l-kontrolli kumplessivi fis-seħħ qed jaħdmu kif maħsub fejn 10 prinċipji huma kompletament effettivi u 7 huma effettivi, filwaqt li xi titjib huwa meħtieġ fil-livell tal-komponenti “Ambjent ta’ kontroll”, “Attivitajiet ta’ kontroll” u “Attivitajiet ta’ monitoraġġ”; jenfasizza barra minn hekk li fl-2022, ġiet implimentata strateġija bbażata fuq ir-riskju għal kontrolli finanzjarji <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> ibbażati fuq kampjuni ta’ tranżazzjonijiet u ta’ operazzjonijiet ta’ akkwist li jkopru sentejn finanzjarji (2020-2021); josserva mis-CAAR tal-2022 li r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli inkludew 44 kumment u pproponew 122 azzjoni korrettiva; jinnota li bħala parti mill-eżerċizzju tal-ICSA għall-2022, matul l-ewwel trimestru tal-2023 l-Aġenzija wettqet kontrolli fuq is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-122 azzjoni korrettiva (maqbula minn qabel), li minnhom 45 azzjoni korrettiva biss (40 %) kienu ġew implimentati fil-ħin u b’mod adegwat mis-sidien tan-negozji rilevanti; jistieden lill-Aġenzija tindirizza l-azzjonijiet korrettivi kollha li baqgħu miftuħa u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress imwettaq f’dan ir-rigward; josserva b’apprezzament li l-Aġenzija tippreżenta b’mod trasparenti (l-Anness IX tas-CAAR 2022) id-dettall u s-sitwazzjoni attwali tan-nuqqasijiet identifikati u l-azzjonijiet korrettivi miftiehma li jirriżultaw minn diversi sorsi (ġestjoni ta’ eċċezzjonijiet u eventi ta’ nuqqas ta’ konformità, kriterji ta’ monitoraġġ tal-kontroll intern, ICSAs, kontrolli finanzjarji <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, rapporti tal-awditjar, ġestjoni tar-riskju, eċċ.);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar li l-istrateġija ta’ kontra l-frodi tal-Aġenzija għall-perjodu 2020-2022 ġiet adottata f’Lulju 2020, u stabbiliet 25 miżura ta’ prijorità mmonitorjati permezz ta’ serje ta’ attivitajiet ta’ kontroll; jinnota b’apprezzament li fl-2022, 93 % tal-attivitajiet ta’ kontroll relatati mal-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija tqiesu bħala implimentati; jilqa’ l-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati ma’ azzjonijiet kontra l-frodi, billi 56,7 % tal-persunal statutorju tal-Aġenzija pparteċipa f’taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-frodi u l-identifikazzjoni tar-riskju tal-frodi; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tippreżenta b’mod trasparenti (l-Anness XII tas-CAAR 2022) id-dettall u l-istatus tal-attivitajiet ta’ kontroll fir-rigward tal-istrateġija ta’ kontra l-frodi tal-Aġenzija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija implimentat miżuri differenti biex iżżid il-viżibbiltà pubblika u l-preżenza online tagħha billi, pereżempju, nediet sit web aġġornat u identità viżiva korporattiva ġdida, tejbet il-portafoll tal-media soċjali tagħha b’enfasi fuq formati awdjoviżivi u laqgħat gruppi ta’ studenti fil-bini tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar fir-rwol tal-Aġenzija fl-għoti ta’ appoġġ kemm għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll għat-taħriġ tal-caseworkers responsabbli għall-ipproċessar tat-talbiet għall-ażil; isemmi l-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi fit-trattament tal-applikazzjonijiet b’rabta mal-ażil u mal-migrazzjoni; jappella biex il-baġit jiffoka fuq aktar reklutaġġ ta’ persunal jekk dan ikun meħtieġ biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jiżguraw eżami ekwu u ġust tal-applikazzjonijiet għall-ażil għall-protezzjoni internazzjonali, speċjalment ta’ interpreti u psikologi għall-applikanti li jagħmlu parti minn gruppi vulnerabbli;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> 2024 dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>