<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0269</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0105/2024 - Rapporteur: Petri Sarvamaa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2165(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0103/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2165(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/594, 27.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06180/2024 – C9‑0103/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2022 2023/2165(DEC)</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 38, 31.1.2023, p. 103.</FIELD></FOOTNOTE>, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ EUR 351 630 151, li jirrappreżenta żieda ta’ 62,41 % meta mqabbel mal-2021; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi ż-żieda fil-baġit tal-Aġenzija għall-2022 hija prinċipalment ġustifikata mill-kompiti addizzjonali tal-Aġenzija b’rabta mal-ġestjoni tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġodda u l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha (ir-“rapport tal-Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2022 tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tad-dħul huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; billi l-Qorti identifikat ammont totali ta’ pagamenti ta’ EUR 17,8-il miljun li saru fl-2022 li minnhom EUR 10,9 miljun marbuta ma’ tliet kuntratti speċifiċi nstab li kienu irregolari u EUR 6,8 miljun tqiesu li kinux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratti qafas assoċjati, li b’kollox jirrappreżentaw 4,80 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2022, u b’hekk jaqbżu l-limitu ta’ materjalità stabbilit għall-awditu u jirriżultaw f’opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; billi, ħlief għal dawk il-pagamenti mhux konformi, il-Qorti tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tal-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2022 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 91,13 % f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 8,87 % meta mqabbla mal-2021, u jinnota wkoll bi tħassib li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 86,71 %, li tirrappreżenta nuqqas ta’ 7,94 % meta mqabbla mal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota bi tħassib li skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija kienet irriportat EUR 14,4-il miljun (23 %) tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli fl-2022 għall-2023 u li dak l-ammont kien jinkludi EUR 13,7-il miljun (jew 95 %) ta’ approprjazzjonijiet taħt it-Titolu II, relatati man-nefqa amministrattiva (97 % fl-2021); josserva r-rikorrenza ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet li wasslet lill-Qorti biex tfakkar li rati għoljin rikorrenti ta’ riporti jikkontradixxu l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u huma indikattivi ta’ kwistjonijiet strutturali fl-implimentazzjoni tal-baġit jew ippjanar baġitarju dgħajjef; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li fl-2022 twettqu riporti għal attivitajiet amministrattivi li kienu meħtieġa jew rikorrenti, liema tweġiba tipprovdi serħan il-moħħ fir-rigward tar-rispett tal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-operazzjonijiet ta’ bażi; jinnota li skont ir-rapport tal-Aġenzija għal dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri ta’ segwitu meħuda fid-dawl tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2021 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija”) l-Aġenzija fasslet pjan ta’ azzjoni li jinkludi diversi miżuri implimentati mill-2023 ’l hawn bil-ħsieb li tirrispetta l-prinċipju tal-annwalità u tnaqqas il-livell ta’ riporti; jinnota f’dan il-kuntest li l-iffirmar fir-raba’ trimestru tal-2023 tal-kuntratt qafas il-ġdid għall-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ estern huwa essenzjali biex jintlaħqu dawk l-objettivi; jistenna li l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan ta’ azzjoni se twassal għal titjib sinifikanti u jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar f’dak ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tuża ċerti għodod bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota li l-programm ta’ ħidma annwali tagħha għall-2022 kien jinkludi 135 attività, fejn 90 attività ġew imwettqa (67 %), 16 jinsabu għaddejjin (12 %), 20 jinsabu għaddejjin u qegħdin tard (15 %), u 9 ġew posposti (7 %); jinnota l-approċċ il-ġdid tal-Aġenzija fejn l-attivitajiet tagħha ġew issimplifikati f’portafolli u programmi biex jirriflettu l-mudell operattiv tal-Aġenzija u l-interdipendenzi bejn proġetti u attivitajiet; jistieden lill-Aġenzija tidentifika u tirrapporta dwar it-titjib miksub bħala riżultat ta’ dak l-approċċ il-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija talli adottat id-dokumenti ta’ programmazzjoni korporattiva statutorji u r-rapporti korporattivi obbligatorji kollha, f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji u sal-iskadenzi legali, bħad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni 2023-2025; jinnota li l-Aġenzija adottat ukoll pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija biex tallinja l-objettivi operazzjonali strateġiċi tagħha u biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istrateġija fit-tul tal-Aġenzija għall-2021-2027; jinnota wkoll l-isforzi tal-Aġenzija biex ittejjeb il-proċessi ta’ ppjanar pluriennali u annwali tagħha permezz ta’ għodda ġdida (Anaplan); jinnota li l-Aġenzija użat il-Qafas Komuni ta’ Valutazzjoni biex tanalizza s-saħħiet u d-dgħufijiet tagħha u dan wassal għall-preżentazzjoni f’April 2022 ta’ rapport ta’ awtovalutazzjoni bi pjan ta’ azzjoni li jservi l-pjan direzzjonali, filwaqt li jagħti fid-dettall il-prijoritajiet tal-Aġenzija għall-iżvilupp operattiv; jinnota li l-Aġenzija applikat għat-tikketta ta’ “Utent effettiv tal-Qafas Komuni ta’ Valutazzjoni”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ kontinwu tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma ta’ moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija, viża komuni għall-ivvjaġġar, kontroll fil-fruntieri, u immigrazzjoni u ażil, kif ukoll għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, inkluż fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin, u t-terroriżmu; jistenna kontribut sinifikanti tal-Aġenzija għad-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja sabiex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Unjoni u jiġi pprovdut aċċess aħjar għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u għan-negozji tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar fir-rwol ewlieni tal-Aġenzija fl-iżgurar ta’ operat stabbli u disponibbiltà kontinwa, kif ukoll l-evoluzzjoni u ż-żamma tas-sistemi ta’ informazzjoni b’rabta mal-ġustizzja u l-affarijiet interni (ĠAI) tal-Unjoni bħas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-bażi tad-data Ewropea għat-tqabbil ta’ data dattiloskopika ta’ persuni li jfittxu l-ażil (Eurodac); ifakkar li dawk is-sistemi huma kritiċi fl-oqsma tal-kontroll fil-fruntieri u l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, il-ħruġ u l-kontrolli tal-viżi, u l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-ażil; jinnota li fl-2022, bl-esklużjoni ta’ xi inċidenti li rriżultaw f’indisponibbiltà u dewmien għal żmien qasir, is-sistemi tal-attivitajiet ewlenin kollha kkonformaw mal-ftehimiet rispettivi tagħhom dwar il-livell ta’ servizz, b’disponibbiltà tas-SIS ta’ 99,94 %, disponibbiltà tal-VIS ta’ 99,69 %, u disponibbiltà tal-Eurodac ta’ 99,88 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifaħħar id-dħul fis-seħħ tas-SIS imġedda f’Marzu 2023 (pospost minn Novembru 2022); jinnota l-progress li sar, madankollu b’dewmien f’diversi livelli, fir-rigward tal-analiżi, id-disinn, l-iżvilupp u l-ittestjar tas-sistemi l-ġodda tal-ĠAI, jiġifieri s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN), kif ukoll fir-rigward tal-integrazzjoni ta’ dawk is-sistemi, inkluż is-servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku; jinnota wkoll li 947 trasportatur (kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-Unjoni) u 54 fornitur tas-software għat-trasportaturi rreġistrati mal-Aġenzija jew li applikaw għal tali reġistrazzjoni sabiex jistabbilixxu konnessjonijiet minn sistema għal sistema għall-EES u għall-ETIAS; ifaħħar f’dan il-kuntest l-organizzazzjoni tad-diskussjoni madwar mejda tal-industrija bit-titolu “EES, ETIAS and Carriers Getting Ready for the Entry into Operation” (L-EES, l-ETIAS u t-Trasportaturi Jlestu Biex Jibdew Joperaw) u r-reġistrazzjoni tat-trasportaturi u l-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni maħsuba biex jiżdied l-għarfien u tiżdied ir-reġistrazzjoni; jirrikonoxxi li l-VIS għaddejja minn bidliet kbar f’konformità mar-Regolament dwar il-VIS riveduta; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2022 l-Aġenzija nediet żewġ proġetti, wieħed dwar il-VIS riveduta u wieħed dwar l-interoperabbiltà tal-VIS, sabiex tagħti struttura lill-evoluzzjoni tal-VIS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota wkoll il-progress li sar fir-rigward tal-arkitettura l-ġdida tal-interoperabbiltà li se tintegra s-sistemi kollha tal-informazzjoni ġestiti mill-Aġenzija sabiex jitjiebu l-iskambju tal-informazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji madwar l-Unjoni; jinnota f’dan il-kuntest li skont ir-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat (CAAR) tal-Aġenzija għall-2022, filwaqt li l-Aġenzija baqgħet impenjata li twassal dawk is-sistemi l-ġodda, l-effetti ta’ xkiel tal-interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista, flimkien mad-diffikultajiet ta’ xi wħud mill-kuntratturi tal-Aġenzija biex jimxu mal-iskedi ta’ implimentazzjoni, irriżultaw f’dewmien li kienu jeħtieġu r-rieżami u r-reviżjoni tal-pjan oriġinali; jinnota li tali dewmien, b’mod partikolari fir-rigward tad-dħul fl-operat tas-sistema ċentrali tal-EES, pedament tal-arkitettura tal-interoperabbiltà, kellu effett domino fuq il-puntwalità u l-eżekuzzjoni tal-proġetti interkonnessi kollha; jinnota l-miżuri li l-Aġenzija ħadet biex tindirizza dik il-kwistjoni billi approvat strateġija ġdida għall-implimentazzjoni tal-EES, l-approċċ ta’ prodott minimu vijabbli u pjan direzzjonali ġdid għall-interoperabbiltà, bir-reviżjoni sħiħa tal-kalendarju tal-interoperabbiltà li jikkonsisti minn għadd ta’ fażijiet li għandhom l-għan li jwasslu il-komponenti tal-arkitettura tal-interoperabbiltà b’rilaxxi intermittenti kull sitt xhur sa disa’ xhur sal-2026, kif stabbilit fir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija; jinnota li skont id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija l-iskedi ta’ żmien estiżi għad-dħul fl-operat tal-programm EES x’aktarx li se jkollhom impatt fuq ir-riżorsi meħtieġa biex jitlesta l-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija kompliet twassal diversi objettivi statutorji oħra relatati mill-qrib, bħal taħriġ għall-Istati Membri dwar l-użu ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-ĠAI u t-tħejjija ta’ rapporti statutorji dwar il-prestazzjoni teknika tagħhom, statistika annwali u listi ta’ awtoritajiet maħtura; ifaħħar f’dan il-kuntest li fl-2022 l-Aġenzija organizzat 48 attività ta’ taħriġ li laħqu aktar minn 3 000 parteċipant, aġġornat il-pjattaforma ta’ apprendiment elettroniku tagħha u ffinalizzat il-pjan direzzjonali għat-taħriġ tal-Istati Membri tagħha u l-pjan ta’ azzjoni assoċjat; jinnota wkoll li l-Aġenzija kompliet tespandi r-rwol tagħha fil-qasam tal-ġustizzja tal-Unjoni billi bdiet it-tħejjijiet biex tieħu f’idejha s-sistema e-CODEX (pjattaforma li tiffaċilita proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera permezz tat-trażmissjoni sigura tal-informazzjoni), ippubblikat rapport dwar kif id-diġitalizzazzjoni tal-ivvjaġġar internazzjonali se jaffettwa lill-vjaġġaturi diretti lejn l-Unjoni, u hija koawtur ta’ rapport mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) dwar l-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ intelliġenza artifiċjali biex jappoġġjaw il-kooperazzjoni transfruntiera fil-ġustizzja kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, speċjalment mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) rigward l-iżvilupp tal-ETIAS, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) rigward l-implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar is-SIS (riformulazzjoni), l-EES, l-ETIAS u l-interoperabbiltà, mal-Eurojust dwar l-implimentazzjoni tal-ECRIS-TCN u l-e-CODEX u r-Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni dwar in-network ta’ komunikazzjoni elettronika “DubliNet”, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) dwar l-organizzazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ konġunti dwar l-użu tas-sistemi tal-ĠAI u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar l-organizzazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ konġunti li jenfasizzaw l-aspett tad-drittijiet fundamentali fil-ġestjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-ĠAI; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli l-kooperazzjoni tagħha ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Effiċjenza u titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota l-miżuri li l-Aġenzija ħadet biex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika u l-prestazzjoni ambjentali tagħha, inkluż fir-rigward tal-objettivi tan-newtralità klimatika, kif stabbilit fir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija, fil-CAAR, fit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament u fir-rapport tal-Qorti; jinnota f’dan il-kuntest li fl-2022 l-Aġenzija bdiet timplimenta gradwalment is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha stess (EMS), ibbażata fuq il-prinċipji tal-EMAS u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-Kummissjoni, u adottat il-politika ambjentali tagħha; jinnota li l-implimentazzjoni sħiħa tal-EMS u, konsegwentement, ir-reġistrazzjoni tal-EMAS huma previsti li jintlaħqu sal-2024; jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Aġenzija fin-network ta’ ekoloġizzazzjoni tan-Network tal-Aġenziji tal-UE (EUAN) li joffri l-opportunità li wieħed jibbenefika minn materjal minn aġenziji oħra tal-Unjoni b’aktar esperjenza fl-implimentazzjoni tal-EMAS; jinnota wkoll li l-Aġenzija tuża kriterji ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku f’oqsma ta’ attività bħall-ġestjoni tal-faċilitajiet, proġetti ta’ hardware u infrastruttura u proġetti tal-IT; ifaħħar lill-Aġenzija għar-rapportar dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħha permezz ta’ indikatur ewlieni tal-prestazzjoni li jindika l-impronta tal-karbonju tal-Aġenzija; jinnota li l-linja bażi għall-indikaturi volumetriċi għall-ilma, għall-enerġija, għall-konsum tal-karta u għall-produzzjoni tal-iskart se tiġi stabbilita fl-2023 biex tintuża għall-kalkolu u l-evalwazzjoni ta’ tali l-indikaturi minn dakinhar ’il quddiem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li, skont it-tweġibiet bil-miktub tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet orizzontali tal-Parlament, l-Aġenzija kkonkludiet ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ diversi aġenziji oħra tal-Unjoni biex jiġi pprovdut appoġġ fi kwistjonijiet ta’ kontinwità tal-operat, kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza f’oqsma oħra ta’ kooperazzjoni; jinnota f’dan il-kuntest li l-Aġenzija għandha ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz mal-Frontex u mal-EUAA biex tospita s-siti ta’ rkupru tagħhom f’każ ta’ diżastri u ftehim annwali dwar il-livell ta’ servizz mal-Europol għall-organizzazzjoni tal-laqgħat konġunti bejn il-Europol u l-kumitat tas-sigurtà tal-eu-LISA; jistieden lill-Aġenzija tkompli l-kooperazzjoni tagħha ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jintużaw ir-riżorsi kollha disponibbli; ifaħħar lill-Aġenzija għall-kooperazzjoni tagħha mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) permezz ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz li jkopri servizzi ta’ appoġġ offruti mill-ENISA dwar l-ippjanar, l-eżekuzzjoni u l-evalwazzjoni ta’ eżerċizzji annwali taċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li fi Frar 2022, l-Aġenzija adottat strateġija ta’ tiftix ta’ sorsi ta’ provvista biex tiċċara u tarmonizza l-ippjanar tar-riżorsi umani tagħha sabiex tottimizza l-użu tar-riżorsi, b’mod partikolari biex tibbilanċja l-kompożizzjoni kumplessiva tar-riżorsi umani tal-Aġenzija (jiġifieri s-sehem tal-persunal intern għal dak ta’ fornituri esterni tas-servizzi); jinnota wkoll li l-Aġenzija kellha kisbiet fl-effiċjenza bl-użu ta’ listi ta’ riżerva eżistenti maħluqa matul proċeduri tal-għażla preċedenti u profili raggruppati u listi ta’ riżerva itwal biex tkopri diversi pożizzjonijiet fi ħdan proċedura ta’ reklutaġġ waħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-progress li sar fl-2022 lejn id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tagħha; jinnota fil-qasam tar-riżorsi umani li l-Aġenzija implimentat moduli ġodda tas-sistema SYSPER (is-sistema ta’ informazzjoni integrata tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tar-riżorsi umani), jiġifieri l-modulu ta’ rapportar tar-riżorsi umani u l-modulu tal-ATS; jinnota fil-qasam tal-akkwist li fl-2022 l-Aġenzija bdiet tiffamiljarizza ruħha mal-Għodda ta’ Ġestjoni tal-Akkwist Pubbliku (PPMT) tal-Kummissjoni u mar-rekwiżiti tagħha sabiex tissodisfa l-prerekwiżiti tal-onboarding li tlestew b’suċċess fl-2023; jinnota li l-Aġenzija tapplika l-modulu eSubmission għal sejħiet għall-offerti ta’ aktar minn EUR 15 000; jinnota wkoll li l-firma fiżika mill-offerenti twaqqfet minn meta ġie introdott dak il-modulu; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-PPMT; jinnota fl-aħħar nett li fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess l-Aġenzija ddiġitalizzat is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet obbligatorji jew it-talbiet biex jiġu implimentati r-regoli rilevanti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar il-persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li, sal-31 ta’ Diċembru 2022, 89,3 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b’192 aġent temporanju (193 fl-2021) maħtura minn 215-il aġent temporanju awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 213-il pożizzjoni awtorizzati fl-2021); jinnota li, barra minn hekk, fl-2022 ħadmu għall-Aġenzija 121 aġent kuntrattwali u 11-il espert nazzjonali sekondat (SNEs), minn 167 aġent kuntrattwali u 11-il SNE awtorizzati; jinnota li l-għadd ta’ pożizzjonijiet ta’ aġenti kuntrattwali bbaġitjati żdied b’35, minn 132 għal 167, minħabba l-awtorizzazzjoni tal-baġit għall-kompiti l-ġodda fdati lill-Aġenzija (il-VIS riveduta, l-ETIAS, u l-Interoperabbiltà); jinnota li, minkejja l-isforzi tal-Aġenzija, iċ-ċaqliq tal-persunal żdied minn 5,5 % fl-2021 għal 7,1 % fl-2022 u r-rata ta’ okkupanza niżlet għal 82 %, inqas mill-mira tal-Aġenzija ta’ 94 %, b’mod partikolari minħabba l-għadd ta’ pożizzjonijiet ta’ żmien qasir u ta’ grad aktar baxx li l-Aġenzija għandha x’toffri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-kompożizzjoni tal-maniġment superjuri u medju tal-Aġenzija fir-rigward tal-ġeneru, bi 12-il raġel (86 %) u żewġ nisa (14 %), tal-bord tat-tmexxija b’50 raġel (82 %) u 11-il mara (18 %), u fi ħdan il-persunal kumplessivament b’209 irġiel (67 %) u l-għadd ta’ nisa huwa 101 (33 %); jinnota li skont ir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija, l-Aġenzija qed tkompli bl-isforzi biex tilħaq il-bilanċ kumplessiv tagħha bejn il-ġeneri, billi tiffoka fuq il-komunikazzjoni u fuq il-proċeduri ta’ reklutaġġ biex tattira għadd akbar ta’ applikanti nisa; jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Aġenzija fl-2022 fil-fiera globali online tal-karrieri “Women in Tech”; jilqa’ wkoll il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv il-ġdida, biex b’hekk jintlaħaq bilanċ bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri; ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-ġeneri u jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tilħaq il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha permezz ta’ azzjonijiet konkreti li jattiraw applikazzjonijiet minn nisa għal pożizzjonijiet offruti mill-Aġenzija; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifaħħar lill-Aġenzija għall-isforzi tagħha fil-qasam tar-riżorsi umani, fejn qed tistinka biex tattira raggruppament varjat ta’ kandidati, biex tpoġġi lill-Aġenzija bħala impjegatur tal-għażla u żżomm persunal b’talent; jinnota f’dan il-kuntest li, fl-2022, l-Aġenzija rrappreżentat l-EUAN fil-fiera tal-karrieri virtwali għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u intensifikat l-attivitajiet tagħha ta’ branding bħala impjegatur permezz ta’ kampanji ddedikati bħal testimonjanzi tal-membri tal-persunal fuq il-media soċjali; ifaħħar lill-Aġenzija talli nediet programm pilota ta’ mobbiltà interna, li għandu l-għan li jikkapitalizza fuq il-kompetenzi eżistenti tal-membri tal-persunal u jrawwem tkabbir professjonali kontinwu fi ħdan l-Aġenzija għall-persunal tagħha; jinnota f’dan il-kuntest li l-Aġenzija bdiet tiżviluppa l-istrateġija tagħha ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani bbażata fuq il-kompetenzi u tirrevedi l-qafas ta’ kompetenza tagħha u dan se jkollu impatt fuq avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti u valutazzjonijiet tal-kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifaħħar il-politika tal-Aġenzija ta’ tolleranza żero għall-fastidju; jieħu nota li, fl-2022, twettqu u ġew konklużi internament tliet inkjesti amministrattivi relatati ma’ fastidju, b’każ addizzjonali li tressaq quddiem il-qrati; jistieden lill-Aġenzija tipproċedi malajr biex iżżomm responsabbli lil dawk li kienu ħatja ta’ kondotta ħażina; jinnota li, mill-2022 ’l hawn, l-Aġenzija ffirmat kuntratt ma’ ditta legali esterna sabiex tkun tista’ tittratta fil-pront domanda dejjem tikber għal inkjesti amministrattivi, inklużi dawk l-inkjesti marbuta ma’ fastidju sesswali jew psikoloġiku jew ma’ kwistjonijiet dixxiplinarji oħra; jinnota li l-Aġenzija lestiet l-għażla ta’ counsellors kunfidenzjali ġodda, fejn ħames konsulenti ġodda ntgħażlu u ġew imħarrġa biex jappoġġjaw lill-organizzazzjoni fil-promozzjoni ta’ aktar rispett u dinjità fuq il-post tax-xogħol, u biex jappoġġjaw lill-membri tal-persunal li jfittxu assistenza f’sitwazzjonijiet ipperċepiti bħala fastidju psikoloġiku jew sesswali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota l-miżuri tal-Aġenzija biex ittejjeb l-esperjenza u l-benesseri tal-impjegati tagħha; jinnota li nbeda programm tas-saħħa mentali għall-persunal u għall-familji tagħhom li jinkludi servizz ta’ abbonament għall-kura personali, webinars u sessjonijiet ta’ counselling individwali; jinnota li, wara deroga riċevuta qabel id-deċiżjoni mudell, l-Aġenzija ma applikatx b’analoġija d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2022 dwar il-ħinijiet tax-xogħol u x-xogħol ibridu; jinnota li minn Settembru 2022 ’l hawn, l-Aġenzija applikat deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv dwar arranġamenti ta’ xogħol ibridu <STRING ITALIC="on">interim</STRING>; jinnota wkoll li fis-16 ta’ Novembru 2023 l-Aġenzija adottat id-deċiżjoni mudell b’data effettiva tal-1 ta’ Jannar 2024; jinnota fl-aħħar nett, b’apprezzament, li l-Aġenzija adottat il-Karta dwar id-diversità u l-inklużjoni tal-EUAN;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza l-kummenti fir-rapport tal-Qorti li wasslu għal opinjoni kwalifikata minħabba l-irregolarità ta’ diversi pagamenti li saru fl-2022 għal total ta’ EUR 17,8-il miljun b’rabta ma’ seba’ kuntratti speċifiċi, li jirrappreżentaw 4,8 % tal-approprjazzjonijiet tal-pagamenti totali disponibbli fl-2022; jinnota li l-irregolarità ta’ dawk il-pagamenti hija prinċipalment marbuta ma’ devjazzjonijiet mill-kuntratti qafas korrispondenti; jinnota li skont it-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament li l-irregolaritajiet fir-rigward tal-pagamenti li saru fl-2022 jistgħu jiġu raggruppati fi tliet kategoriji, jiġifieri emenda ta’ kuntratti għal terminu fiss (EUR 6,5 miljun); estensjoni ta’ kuntratti speċifiċi lil hinn mill-perjodu ta’ żmien massimu permess (EUR 3,7 miljun); u nuqqas ta’ dettalji dwar ir-rekwiżiti f’kuntratti speċifiċi (EUR 7,5 miljun); jinnota li wħud minn dawk il-pagamenti irregolari, li jammontaw għal EUR 10,5 miljun, huma relatati ma’ tliet kuntratti speċifiċi li abbażi tagħhom saru wkoll pagamenti fl-2021 u nstabu irregolari mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha dwar l-aġenziji tal-Unjoni għal dik is-sena; jinnota li skont id-dikjarazzjonijiet li saru mid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija waqt il-laqgħa tagħha mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tad-29 ta’ Novembru 2023 (minn hawn ’il quddiem “id-dikjarazzjonijiet tad-direttur eżekuttiv”) sitt kuntratti mis-seba’ kuntratti speċifiċi identifikati fir-rapport tal-Qorti skadew mingħajr pagamenti pendenti; jenfasizza li din hija kwistjoni rikorrenti għall-Aġenzija; jinnota l-miżuri li l-Aġenzija ħadet biex tindirizzahom kif stabbilit fit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-kummenti tal-Qorti; jistieden lill-Aġenzija tkompli tindirizza dik il-kwistjoni bis-sħiħ u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress miksub;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju li l-2022 kienet it-tielet sena konsekuttiva li għaliha l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata rigward il-qasam tal-akkwist u tal-ġestjoni tal-kuntratti tal-Aġenzija, fejn l-Aġenzija ġarrbet kostijiet elevati, minħabba irregolaritajiet, proċeduri tal-offerti mdewma u inadegwati u nuqqas ta’ diliġenza murija mill-Aġenzija fir-rigward tar-regoli tal-akkwist; jinnota l-pjan ta’ azzjoni tal-Aġenzija għal rieżami fil-fond tal-proċessi tagħha sabiex tidentifika u tneħħi l-kawżi ewlenin tal-kummenti rikorrenti tal-Qorti f’dak il-qasam kif stabbilit fit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament, fir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija u fid-dikjarazzjonijiet tad-direttur eżekuttiv; jistenna għalhekk titjib dejjiemi bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan ta’ azzjoni, b’mod partikolari meta jitqies li sitt kuntratti mis-seba’ kuntratti speċifiċi meqjusa mill-Qorti bħala irregolari skadew mingħajr pagamenti pendenti; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta perjodikament lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jinkiseb fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u kwalunkwe azzjoni korrettiva mwettqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza li skont ir-rapport tal-Qorti li fl-2022, bħal ma ġara fl-2021, l-Aġenzija għamlet pagamenti bbażati fuq kuntratt speċifiku (ta’ ammont ta’ EUR 40 miljun) li ma implimentax kif suppost il-kuntratt qafas assoċjat minħabba li ma speċifikax id-dettalji tas-servizzi akkwistati (il-kwantitajiet u d-data tal-konsenja); jinnota li taħt dak il-kuntratt l-Aġenzija ħallset EUR 7,5 miljun fl-2022; jirrikonoxxi li skont il-kummenti tal-Aġenzija inklużi fin-nota tat-13 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Kwittanza 2022 - Is-sejbiet tal-QEA dwar l-eu-LISA. Nota qasira għall-Membri Parlamentari Ewropej” li l-kawża ewlenija tan-natura indeterminata ta’ dak il-kuntratt, iffirmat fl-aħħar tal-2018, kienet il-ħtieġa li jiġi ppreservat il-finanzjament għall-interoperabbiltà tal-EES-VIS, li għalihom l-ippjanar baġitarju, li mhuwiex taħt il-kontroll tal-Aġenzija, inbidel b’mod sinifikanti mill-adozzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni rilevanti; jinnota li mingħajr dak il-kuntratt, l-ammont assoċjat, meħtieġ biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà, kien jintilef; jinnota, kif stabbilit fit-tweġiba tal-Aġenzija għall-kumment tal-Qorti, il-miżuri korrettivi li l-Aġenzija ħadet permezz ta’ emenda ta’ dak il-kuntratt li biha ġiet miżjuda deskrizzjoni aktar dettaljata tas-servizzi pprovduti; jinnota li l-Aġenzija ma estendietx dak il-kuntratt, li skada fl-2022; ifakkar f’dan il-kuntest li d-dewmien fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ atti legali rilevanti huma fatturi ewlenin biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ dettall u preċiżjoni li l-Aġenzija tkun kapaċi toffri meta inizjalment tistabbilixxi l-kuntratti qafas; jinnota l-fehma stabbilita fir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija li t-tqassir tal-perjodu ta’ preparazzjoni għall-atti ta’ implimentazzjoni jkollu impatt dirett fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li tippjana aħjar l-akkwist tagħha u jillimita l-bidliet kuntrattwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota bi tħassib li skont ir-rapport tal-Qorti l-Aġenzija użat proċedura nnegozjata biex taġġudika kuntratt, mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt; jinnota li l-Aġenzija ġġustifikat din id-deċiżjoni għal raġunijiet ta’ urġenza estrema kontra l-parir tas-servizzi legali u tal-akkwist tal-Aġenzija; jinnota r-raġunijiet tal-Qorti li abbażi tagħhom l-użu ta’ dik il-proċedura ma kienx ġustifikat; jinnota madankollu t-tweġiba tal-Aġenzija li riskju ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni ta’ diversi xhur kien jimmaterjalizza peress li l-iskedi ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-programm EES inbidlu formalment fi stadju aktar tard u ż-żmien kumplessiv meħtieġ għall-għoti tal-kuntratt u għat-tranżizzjoni għal kuntrattur ġdid kien stmat li jkun ta’ mill-inqas tmien xhur; iqis f’dan il-kuntest li l-approċċ tal-Aġenzija kien wieħed sensibbli; jinnota li skont it-tweġiba tal-Aġenzija l-kuntratt aġġudikat sadanittant skada;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota żewġ kummenti oħra rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Aġenzija li jinsabu fir-rapport tal-Qorti; jinnota l-ewwel kumment fir-rigward tal-akkwist ta’ hardware (EUR 27,7 miljun) li għalih ma nkisbux il-listi tal-prezzijiet tal-bejjiegħa tal-hardware u ma sarux kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>; jinnota t-tieni kumment fir-rigward tal-akkwist ta’ kuntratt qafas ta’ operazzjonijiet trasversali b’valur stmat ta’ EUR 490 miljun li għal sitt laqgħat tal-kumitat tal-evalwazzjoni ma nżammewx rekords tal-laqgħat u r-rapport finali biss kien iffirmat; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha biex tevita tali nuqqasijiet fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija għandha tmien kummenti mir-rapporti tal-Qorti tas-snin preċedenti (2017, 2018 u 2021) bl-istatus “miftuħ”; iħeġġeġ lill-Aġenzija tagħlaq dawk il-kummenti mingħajr dewmien u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress imwettaq f’dan ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-Aġenzija implimentat deċiżjonijiet dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess għall-persunal tagħha u dwar l-attivitajiet esterni matul u wara s-servizz tal-Aġenzija; jilqa’ l-fatt li l-membri kollha tal-persunal iridu jissottomettu dikjarazzjonijiet ta’ interess darba kull sentejn, bl-eċċezzjoni tal-membri tal-persunal involuti f’ċirkwiti finanzjarji u l-persunal f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri li jridu jissottomettu tali dikjarazzjonijiet kull sena; jinnota wkoll li l-persunal kollu tal-Aġenzija għandu l-obbligu li jissottometti wkoll tali dikjarazzjonijiet fi kwalunkwe ħin meta tinbidel is-sitwazzjoni; jinnota li l-Aġenzija tippubblika fuq is-sit web tagħha d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u s-CVs tal-persunal f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri; jilqa’ l-fatt li mill-2022 ’l hawn, kemm id-dikjarazzjonijiet ta’ interess kif ukoll is-CVs tal-membri tal-bord tat-tmexxija u tas-sostituti tagħhom jiġu ppubblikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li f’Marzu 2022, l-Aġenzija adottat il-linji gwida riveduti dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; jinnota d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li fl-2022 żiedet iċ-ċarezza u l-viżibbiltà tal-kanali ta’ komunikazzjoni separati disponibbli għall-persunal, bħal pereżempju, counsellors kunfidenzjali jew għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; jilqa’ wkoll l-adozzjoni tal-linji gwida dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti; jilqa’ d-dħul fis-seħħ minn Settembru 2022 tad-deċiżjoni tal-Aġenzija 09/08/2022 li tistabbilixxi reġistru ta’ trasparenza li bih il-laqgħat bejn il-maniġment superjuri tal-Aġenzija u l-operaturi ekonomiċi jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kontroll intern</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza ta’ awditi esterni dwar il-konformità fir-rigward tal-protezzjoni tad-data biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali tal-Aġenzija; jinnota li, fl-2022, l-Aġenzija segwiet kontinwament l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet identifikati fl-awditi mwettqa mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) b’rabta mas-SIS, il-VIS u l-Eurodac; jinnota li, fl-2022, saret spezzjoni ġdida tal-EDPS b’rabta mal-Eurodac, il-VIS u l-SIS II li ffukat fuq il-governanza ġenerali tas-sigurtà tal-IT, l-inċidenti tas-sigurtà u l-ksur ta’ data, u l-metodoloġija u l-prattiki għall-iżvilupp u l-ittestjar sikuri tas-sistemi, b’enfasi fuq il-ġestjoni tal-kontroll tal-aċċess fl-ambjenti differenti; jinnota li skont ir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija l-istatus tal-awditjar tal-EDPS tal-2018 b’rabta mal-VIS u l-SIS huwa “lest” peress li t-43 rakkomandazzjoni tlestew kollha, filwaqt li l-istatus tal-awditjar tal-EDPS tal-2019 b’rabta mal-Eurodac huwa “parzjalment implimentat” fejn tlestew 23 rakkomandazzjoni minn 29;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-awtovalutazzjoni annwali tal-Aġenzija tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha fl-2022 li rriżultat fl-ilħuq jew fl-ilħuq parzjali ta’ 81 % tal-kriterji ta’ monitoraġġ tal-kontroll intern tal-Aġenzija; jinnota li l-konklużjoni ta’ dik il-valutazzjoni hija li s-sistema ta’ kontroll intern hija preżenti, taħdem u hija effettiva, għalkemm hemm bżonn xi titjib fir-rigward ta’, pereżempju, l-infurzar tar-responsabbiltà, il-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u l-ġestjoni tal-kuntratti; jinnota li defiċjenza kbira fuq il-prinċipju 10 “Tagħżel u tiżviluppa attivitajiet ta’ kontroll” taħt il-komponent “Attivitajiet ta’ kontroll” għadha tippersisti għat-tielet sena konsekuttiva; jinnota li, fl-2022, l-Aġenzija kompliet issaħħaħ il-kontrolli tagħha dwar il-ġestjoni tal-informazzjoni bir-reviżjoni tal-politika ta’ preservazzjoni fit-tul tad-dokumenti u l-proċeduri ta’ preservazzjoni tad-dokumenti tal-Aġenzija, u bl-adozzjoni ta’ Linji Gwida dwar l-Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas id-dgħufijiet fil-qasam tal-attivitajiet ta’ kontroll sabiex timmitiga r-riskji relatati mal-kisba ta’ politiki u objettivi operattivi u ta’ kontroll intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li fi tmiem l-2022 ir-rata ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar minn diversi korpi tal-awditjar u investigattivi kienet ta’ 63 % fejn ġew implimentati 20 rakkomandazzjoni minn 32 rakkomandazzjoni li kienu dovuti (12-il rakkomandazzjoni kienu qabżu d-data ta’ skadenza); jinnota li fi tmiem l-2022 b’kollox kien hemm 33 rakkomandazzjoni miftuħa, li minnhom tlieta kienu kritiċi; jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet pendenti u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Aġenzija talbet lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) biex jivvaluta żewġ każijiet ta’ frodi allegati fi proċeduri ta’ reklutaġġ u każ wieħed tal-eżistenza possibbli ta’ attivitajiet frawdolenti min-naħa ta’ membru tal-persunal; jinnota li, bi tweġiba għat-tliet talbiet kollha, l-OLAF iddeċieda li ma jiftaħx każ ta’ investigazzjoni; jinnota li, fl-2022, l-Aġenzija indirizzat rakkomandazzjonijiet minn investigazzjonijiet tal-OLAF relatati mal-każijiet OC/2020/0441/A2 u OC/2017/1121/A2; jilqa’ l-adozzjoni tal-istrateġija tal-Aġenzija kontra l-frodi għall-2022-2024 flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni li jinkludi 12-il azzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Oħrajn</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li fl-2022 l-Aġenzija kienet iffukata fuq li tiżgura l-viżibbiltà tal-kisbiet tal-Aġenzija u żżid l-għarfien pubbliku dwar tar-rwol tagħha fil-qadi tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni u tipprovdi servizzi tal-IT lill-partijiet ikkonċernati tagħha; ifaħħar f’dan il-kuntest lill-Aġenzija għat-tlestija tal-portal l-ġdid online tagħha “Discover eu-LISA 2.0” li jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati b’ħarsa ġenerali aġġornata tal-kompiti ewlenin u l-oqsma ta’ attività tal-Aġenzija u għall-pubblikazzjoni ta’ ktejjeb speċjali biex ifakkar l-10 anniversarju tagħha, fejn dan tal-aħħar ġie kkommemorat bl-organizzazzjoni, f’kooperazzjoni mal-Presidenza Ċeka, tal-konferenza tal-Aġenzija “10 Snin bħala l-Qalb Diġitali ta’ Schengen”, li ospitat 20 kelliem u 388 parteċipant; ifaħħar lill-Aġenzija talli fl-2022 irċeviet il-Premju Soċjali Forbes għall-inizjattivi innovattivi u ta’ ispirazzjoni tagħha fil-qasam tal-komunikazzjoni pubblika, fejn spikkat għall-vokazzjoni etika qawwija tagħha u għall-użu tagħha ta’ strateġiji, tekniki u għodod ta’ komunikazzjoni innovattivi; jinnota t-titjib tal-metriċi tal-media soċjali tal-Aġenzija fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Aġenzija adottat għadd kbir ta’ pjanijiet tas-sigurtà u għall-kontinwità tal-operat għas-sistemi tal-attività ewlenija tagħha, sabiex tiggarantixxi livell ogħla ta’ ċibersigurtà u reżiljenza kif meħtieġa mill-istrumenti legali u organizzat eżerċizzju ta’ ċibersigurtà biex tivverifika l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà implimentati għall-protezzjoni tas-SIS ċentrali; jinnota li l-Aġenzija żiedet b’mod sostanzjali l-livell ta’ monitoraġġ tas-sistemi tal-IT korporattivi konnessi mal-internet minħabba l-livell akbar ta’ theddid ċibernetiku derivat mill-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota l-fatt li qed jibqgħu jiġu pprovduti servizzi ta’ hosting għas-sistemi ta’ backup tal-Frontex u tal-EUAA; jinnota l-iżvilupp u l-implimentazzjoni taċ-“ċentru tad-data bħala servizz” għaċ-ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni operattiva, tal-monitoraġġ u tal-ippjanar tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-IT użata mis-sistemi tal-ĠAI; jilqa’ l-progress li sar fit-tħejjijiet għaċ-ċentru tad-data modulari futur li se jipprovdi kapaċità ta’ buffer addizzjonali u żieda fil-kapaċità ta’ 50 % għall-hosting ta’ sistemi ġodda tal-ĠAI; ifakkar fl-importanza tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ protezzjoni tad-data.
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0280.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>