<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0270</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fusion for Energy)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0090/2024 - Rapporteur: Michal Wiezik)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2178(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1025, 16.11.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06182/2024 – C9‑0116/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2178(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1025, 16.11.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06182/2024 – C9‑0116/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2178(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Impriża Konġunta Ewropea għar-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f’April 2007 għal perjodu ta’ 35 snin bid-Deċiżjoni 2007/198/Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE> tas-27 ta’ Marzu 2007;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-istati membri tal-Euratom<FOOTNOTE><FIELD> Il-membri tal-Euratom huma l-Istati Membri tal-UE u l-Istati assoċjati li huma l-Iżvizzera u r-Renju Unit (sal-2020).</FIELD></FOOTNOTE>, u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li tipprovdi l-kontribut tal-Unjoni għall-proġett internazzjonali ITER għall-enerġija mill-fużjoni, li timplimenta l-ftehim ta’ approċċ usa’ bejn il-Euratom u l-Ġappun, u li tipprepara għall-kostruzzjoni ta’ impjant dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni u faċilitajiet relatati<FOOTNOTE><FIELD> Il-faċilitajiet prinċipali tal-fużjoni jinsabu f’Cadarache fi Franza, u l-Impriża Konġunta tinsab f’Barċellona.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-proġett ITER jinvolvi seba’ sħab globali, jiġifieri l-Unjoni, irrappreżentata mill-Euratom, l-Istati Uniti, ir-Russja, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel u l-Indja, bl-Unjoni minn ta’ quddiem b’sehem ta’ 45,4 % tal-kostijiet tal-kostruzzjoni u sħab oħra involuti b’sehem ta’ 9,1 % kull wieħed; dan se jinbidel fil-fażi ta’ ttestjar tal-fużjoni operazzjonali, fejn l-Unjoni se tipprovdi 34 % tal-ispejjeż operatorji<FOOTNOTE><FIELD> Id-dokumenti tal-ITER “Value estimates for ITER Phases of Construction, Operation, Deactivation and Decommissioning and Form of Party Contributions” (Stimi tal-valur għall-Fażijiet ta’ Kostruzzjoni, Operazzjoni, Diżattivazzjoni u Dekummissjonar tal-ITER u Forma ta’ Kontribuzzjonijiet tal-Partijiet) u “Cost Sharing for all Phases of the ITER Project” (Kondiviżjoni tal-Ispejjeż għall-Fażi kollha tal-Proġett ITER).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-istima attwali tal-Kummissjoni rigward il-baġit totali tal-Euratom meħtieġ għall-Impriża Konġunta biex tiġi ffinanzjata l-parti Ewropea tal-implimentazzjoni tal-proġett ITER u l-attivitajiet assoċjati sal-2035, tammonta għal EUR 15-il biljun (f’valuri attwali); billi l-istat ospitanti tal-ITER (Franza) u l-Istati Membri tal-Euratom għandhom jikkontribwixxu EUR 3,2 biljun addizzjonali (f’valuri attwali)<FOOTNOTE><FIELD> L-istimi huwa bbażati fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2017)0319 u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal relatat SWD(2017)0232, it-Tabella 4.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billli r-Renju Unit u l-Iżvizzera ma għadhomx assoċjati mal-attivitajiet tal-ITER tal-Impriża Konġunta jew mal-membri tal-Impriża Konġunta<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Renju Unit ħareġ mill-UE u mill-Euratom fil-31 ta’ Jannar 2020. Fit-30 ta’ Diċembru 2020 intlaħaq qbil dwar Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE (Euratom) u r-Renju Unit. Dan il-ftehim jistabbilixxi li r-Renju Unit se jipparteċipa fil-programmi tal-UE elenkati fil-Protokoll I u jikkontribwixxi għalihom, inkluż il-programm ta’ riċerka u taħriġ tal-Euratom u l-attivitajiet tal-ITER tal-Impriża Konġunta. Madankollu, dment li l-partijiet ma jaqblux dwar il-Protokoll, ir-Renju Unit la huwa assoċjat mal-attivitajiet tal-ITER tal-Impriża Konġunta u lanqas mhuwa membru ta’ din l-istess Impriża Konġunta. Fir-rigward tal-Iżvizzera, il-ftehim ma ġiex estiż awtomatikament u għalhekk intemm fl-2020.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, biex tiżdied it-trasparenza, l-Impriża Konġunta għandha tiddivulga, fil-kontijiet annwali tagħha, informazzjoni rilevanti rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri fil-livell tal-programm; billi, għal kull programm li fil-qafas tiegħu jkunu joperaw, l-Impriża Konġunta għandha tippreżenta għal kull kategorija ta’ membri sa tmiem is-sena, l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi l-miri tal-kontribuzzjonijiet legali li jiġu stabbiliti għall-programm rispettiv, il-volum ta’ kontribuzzjonijiet li jiġu riċevuti, u l-volum ta’ impenji legali; billi l-Impriża Konġunta għandha tkompli ttejjeb it-trasparenza;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2022 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena finanzjarja 2022, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2022 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-kontijiet annwali tal-2022, l-Impriża Konġunta ddivulgat l-istima tagħha tal-ispiża totali għat-tlestija tal-obbligi ta’ twassil tagħha għall-proġett ITER (“stima fl-ikkompletar”), li tilħaq valur ta’ EUR 19,1-il biljun (fil-valuri tal-2022), li jikkonsisti mill-pagamenti totali magħmula sal-aħħar tal-2022, li jammontaw għal EUR 9,2 biljun u l-istima tal-pagamenti futuri, li tilħaq valur ta’ EUR 9,9 biljun (fil-valuri tal-2022);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota, madankollu, l-istima fl-ikkompletar 2022 għadha bbażata fuq is-suppożizzjonijiet tal-2016 dwar l-istadji importanti u l-ispejjeż u li dawn l-istimi se jkunu soġġetti għal reviżjoni sinifikanti, ladarba l-linja bażi u r-rekwiżiti l-ġodda tal-proġett ITER jiġu ffinalizzati, approvati mill-Kunsill ITER, u kkomunikati formalment lill-Impriża Konġunta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi li, matul l-2022, l-Impriża Konġunta esperjenzat effetti inflazzjonarji qawwija, inizjalment minħabba kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-provvista kkawżati mill-COVID-19 u mbagħad (wara Frar 2022) minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jinsab imħasseb li l-impatt stmat tagħhom fuq it-total tal-istima fl-ikkompletar tal-Impriża Konġunta jammonta għal EUR 144 miljun (fil-valuri tal-2008) skont l-aħħar valutazzjoni; jinnota wkoll li din iż-żieda fl-istima fl-ikkompletar hija mistennija li timmaterjalizza bħala nefqa addizzjonali fis-snin 2023-2026; jinnota, barra minn hekk, li dan l-effett inflazzjonarju huwa ċar fil-prezzijiet tal-materja prima, kemm fil-kuntratti eżistenti kif ukoll fl-offerti riċevuti fl-2022, u x’aktarx li jkompli fil-futur skont is-sitwazzjoni internazzjonali li qed tiżviluppa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota bi tħassib li r-Russja hija membru tal-ITER-IO, bl-obbligi li twassal diversi komponenti għall-proġett ITER lis-sit tal-assemblaġġ tal-ITER fi Franza (Cadarache) u li tipprovdi kontribuzzjonijiet annwali lill-ITER-IO; jisħaq li din is-sitwazzjoni tippreżenta riskju kbir ta’ dewmien u spejjeż akbar għall-proġett ITER; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati soluzzjonijiet sabiex dawn ir-riskji jittaffew b’mod xieraq; iqis li kwalunkwe deċiżjoni meħuda għandha tissalvagwardja l-interessi strateġiċi u l-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Huwa konxju li, f’Novembru 2022, il-31 Kunsill tal-ITER<FOOTNOTE><FIELD> https://www.iter.org/doc/www/content/com/Lists/list_items/Attachments/1061/2022_11_IC-31.pdf</FIELD></FOOTNOTE> qabel dwar aġġornament ta’ linja bażi u fit-32 laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 2023<FOOTNOTE><FIELD> https://www.iter.org/doc/www/content/com/Lists/list_items/Attachments/1115/2023_06_IC-32.pdf</FIELD></FOOTNOTE> huwa kkummissjona lid-Direttur Ġenerali tal-ITER biex jippreżenta proposta għal-linja bażi aġġornata tal-ITER għar-rieżami u l-approvazzjoni fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota bi tħassib li r-riskju għall-ġestjoni tal-baġit ġie kkategorizzat bħala medju għall-Impriża Konġunta minħabba riskji ġodda ta’ aktar dewmien u żidiet fl-ispejjeż għall-proġett ITER, relatati mal-linja bażi l-ġdida ppjanata, problemi ta’ twassil minħabba s-sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja, u dewmien tal-Awtorità Franċiża għas-Sikurezza Nukleari<FOOTNOTE><FIELD> L-Awtorità Franċiża għas-Sikurezza Nukleari [ASN] għandha l-awtorità aħħarija u tinteraġixxi biss mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (ITER-IO), u kwalunkwe bidla futura meħtieġa jista’ jkollha impatt kbir fuq l-ispejjeż. F’Jannar 2022, l-ASN waqqfet kompletament l-assemblea tal-ITER sakemm l-ITER ikun jista’ juri li jista’ jżomm il-persunal sikur.</FIELD></FOOTNOTE> fl-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinji li jseħħu matul il-proċess ta’ assemblaġġ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020 ġie implimentat bis-sħiħ f’impenji fi tmiem l-2020; jinnota, barra minn hekk, li l-pjan ta’ pagament għall-impenji pendenti huwa allinjat mal-pjan ta’ twettiq: EUR 232,2 miljun għall-2022 u EUR 150 miljun għall-2023 u l-pagamenti l-oħra li jifdal se jimmaterjalizzaw fis-snin ta’ wara<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni, ITER performance (Il-prestazzjoni tal-ITER), 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li, tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2021-2027 , il-Kunsill Ewropew qabel fuq baġit għall-kontribuzzjoni tal-Euratom għall-ITER li jammonta għal valur totali ta’ EUR 5 614-il miljun (fi prezzijiet attwali) li minnhom EUR 5 560 miljun (f’valuri attwali) huma ta’ kontribuzzjoni diretta għall-proġett; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjonijiet tal-Istat Ospitanti tal-ITER u tas-Sħubija se jiżdiedu ma’ din iċ-ċifra, soġġetti għad-deċiżjoni finali mill-awtoritajiet baġitarji rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta oriġinarjament adotta l-baġit tal-Impriża Konġunta għall-2022 għal EUR 854,49 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 845,45 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament u li dan ġie mmodifikat f’żewġ emendi fil-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ Lulju u ta’ Diċembru 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali disponibbli, inkluż ir-riport mis-sena preċedenti, kienu ta’ EUR 981,18 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (meta mqabbel ma’ EUR 1 069,9 miljun fl-2021) u EUR 844,02 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament (meta mqabbel ma’ EUR 764,8 miljun fl-2021);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit disponibbli finali tal-Impriża Konġunta kienet ta’ 72 % f’impenji u ta’ 91 % f’pagamenti (meta mqabbla ma’ 99,7 % u 97,4 % rispettivament fl-2021); jinnota li r-rati baxxi ta’ implimentazzjoni rriżultaw mit-tnaqqis fir-ritmu tal-attivitajiet operattivi fil-livell kemm tal-ITER-IO kif ukoll tal-Impriża Konġunta, prinċipalment minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, u problemi ta’ tfassil tekniku reċenti li jikkonċernaw il-fażi attwali ta’ assemblaġġ tal-proġett ITER;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota wkoll, li l-Impriża Konġunta naqqset il-baġit għall-pagamenti operattivi b’EUR 92 miljun permezz ta’ baġit emendat u, barra minn hekk, ittrasferiet EUR 9,5 miljun mill-baġit tagħha għall-pagamenti operattiv lejn il-baġit amministrattiv (salarji), biex tiffinanzja l-obbligi fil-konfront tal-Kummissjoni fil-qafas tal-fond tal-pensjonijiet tal-Impriża Konġunta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li l-Qorti qieset li hemm dgħufijiet fl-implimentazzjoni tal-baġit amministrattiv tal-Impriża Konġunta, minħabba l-fatt li dan il-baġit huwa stabbilit bħala approprjazzjonijiet mhux diżassoċjati; jinnota li, bħala riżultat, l-impenji amministrattivi bbażati fuq kuntratti u obbligi amministrattivi li għalihom il-pagamenti li ma jkunux saru fi tmiem is-sena jistgħu jiġu riportati għall-pagament għas-sena ta’ wara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, fl-aħħar tal-2022, għat-Titolu 2 - in-nefqa fuq l-Infrastruttura u dik Operattiva, ir-rata ta’ implimentazzjoni kienet ta’ 63 % meta wieħed iqis il-baġit il-ġdid għall-pagamenti amministrattivi għall-2022 biss, u ta’ 69 % meta wieħed iqis ukoll il-baġit għall-pagamenti amministrattivi mhux użat tas-snin preċedenti riattivat fl-2022 għall-implimentazzjoni, u r-rata ta’ kanċellazzjoni tal-impenn riportat mis-sena preċedenti kienet għolja b’medja ta’ 20 %;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Persunal u reklutaġġ</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2022, il-pożizzjonijiet tal-persunal okkupati fl-Impriża Konġunta kienu jinkludu 46 uffiċjal, 224 aġent temporanju u 164 aġent kuntrattwali; jinnota, barra minn hekk, li l-għadd ta’ membri persunal interim (f”termini ta’ FTE) li l-Impriża Konġunta bbażat fuqu kien ta’ 12,5 u l-għadd ta’ esperti nazzjonali sekondati kien ta’ tlieta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota, barra minn hekk, li fl-2022 total ta’ 11-il persuna ġdida (sitt aġenti temporanji u erba’ aġenti kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat wieħed) assumew il-karigi u li erba’ membri tal-persunal (l-aġenti kuntrattwali kollha) saru aġenti temporanji abbażi tal-proċeduri tas-selezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-Impriża Konġunta tejbet kemmxejn l-izbilanċ bejn il-ġeneri tagħha; jinnota mir-rapport annwali konsolidat tal-attività, fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri, li madwar 38 % tal-forza tax-xogħol tal-Impriża Konġunta kienet tikkonsisti minn nisa u 62 % kienet tikkonsisti minn irġiel; jissuġġerixxi li l-Impriża Konġunta tkompli ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri u tistinka għal bilanċ ġeografiku bbilanċjat f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja li l-Qorti qieset li s-sitwazzjoni tal-maniġment superjuri tal-Impriża Konġunta baqgħet instabbli u fi stat sinifikanti ta’ tranżizzjoni fl-aħħar tal-2022 bit-tluq tad-direttur f’Ġunju 2022, u l-ħatra tal-kap tad-dipartiment tal-approċċ usa’ bħala Direttur Ġenerali tal-ITER-IO f’Settembru 2022, li wasslet f’bidliet fil-persunal għal erba’ pożizzjonijiet maniġerjali superjuri (minn total ta’ sebgħa) tal-Impriża Konġunta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni t-tħassib tal-Qorti li din is-sitwazzjoni tippreżenta riskju għall-ġestjoni tajba u l-kontinwità tal-Impriża Konġunta, fi żmien meta l-persunal tal-maniġment superjuri esperjenzat se jkun meħtieġ jimplimenta l-linji bażi l-ġodda tal-ITER, element li se jkollu impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-ittra<FOOTNOTE><FIELD> https://u4unity.eu/link/Topic_91_F4E.pdf</FIELD></FOOTNOTE> indirizzata mit-trade unions fil-bidu tal-2022 lill-Kummissjoni li tiddeskrivi kwistjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ riżorsi umani u li twissi lill-Kummissjoni dwar ir-riskji tas-sitwazzjoni għall-funzjonament xieraq tal-Impriża Konġunta, il-benesseri tal-persunal tagħha u r-reputazzjoni tal-UE fil-proġett ITER;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni tal-frodi u tal-kunflitti ta’ interess</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota, mir-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat tal-2022, li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi ġiet segwita b’mod sistematiku bl-użu ta’ bażi ta’ data ddedikata (RAPID) li tiddokumenta ulterjorment il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet kontra l-frodi fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota, b’sodisfazzjon, li matul is-sena, l-uffiċjal kontra l-frodi u l-etika pprovda informazzjoni u appoġġ dwar kwistjonijiet ta’ prevenzjoni tal-frodi lill-persunal involut fl-akkwist, fil-ġestjoni tal-kuntratti, fil-finanzi u fil-ġestjoni tar-riżorsi umani u li ġew organizzati avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni kontra l-frodi għall-persunal u għall-maniġment tal-Impriża Konġunta, inklużi sessjonijiet ta’ taħriġ għal dawk ġodda; jinnota li l-istatus ta’ implimentazzjoni ġie rrappurtat fil-laqgħat tal-kumitat tal-awditjar, u, barra minn hekk, in-network intern tal-Impriża Konġunta ta’ korrispondenti tal-frodi nżamm infurmat fuq bażi individwali u fil-kuntest tal-laqgħat regolari tan-Network ta’ Assigurazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li r-regoli, il-proċeduri, il-proċessi u l-aħjar prattiki relatati mal-etika u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess ġew ikkomunikati lill-persunal, b’mod partikolari permezz tal-manwal tal-Impriża Konġunta fuq l-intranet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, mill-2022 ’il quddiem, il-persunal kollu tal-Impriża Konġunta kien obbligat iressaq dikjarazzjoni ġenerali ta’ interess kull sena; il-ħruġ u l-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet issa huma ġestiti permezz ta’ reġistru diġitali tal-kunflitti ta’ interess tal-Impriża Konġunta li għadu kif inħoloq, li tejjeb is-segwitu u t-traċċabbiltà, u b’hekk il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Qorti tqis li l-ġestjoni tal-kuntratti tal-Impriża Konġunta għandha dgħufijiet li affettwaw serjament l-ilħuq tal-objettivi tal-kuntratt u – jekk ma jiġux indirizzati – jistgħu jaffettwaw ukoll attivitajiet operattivi oħra tal-Impriża Konġunta, meta jitqiesu l-emendi sinifikanti għal kuntratti kumplessi li għaddejjin li jistgħu jkunu meħtieġa, li jirriżultaw mil-linja bażi aġġornata tal-proġett ITER;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota, b’mod partikolari, il-kuntratt iffirmat fl-2013 li jammonta għal EUR 500 miljun għat-tfassil, it-tagħmir u l-installazzjoni tal-bini nukleari u dak mhux nukleari tal-ITER; jinnota li f’Diċembru 2020, l-Impriża Konġunta u l-ITER-IO, b’rispons għat-tħassib u n-nuqqas ta’ sodisfazzjon bil-progress u l-effiċjenza relatata max-xogħol li għad kien pendenti fuq il-bini mhux nukleari, bl-għajnuna ta’ esperti legali esterni, ivvalutaw il-konsegwenzi potenzjali ta’ strateġiji tal-akkwist alternattivi bħal proċedura għall-offerti mill-ġdid tas-servizzi tat-tagħmir jew it-trasferiment tax-xogħol li kien jifdal lil kuntratturi oħra; jinnota wkoll li fi Frar 2021, il-kuntrattur ippreżenta dikjarazzjoni ta’ spiża li ammontat b’kollox għal EUR 150 miljun għas-servizzi ta’ tfassil u tagħmir nukleari, li kienet segwita f’Settembru 2021 minn dikjarazzjoni ta’ spiża oħra ta’ EUR 30 miljun għax-xogħol li kien jifdal fuq il-bini mhux nukleari; jissottolinja li abbażi tal-analiżi tar-riskju u l-feedback ta’ esperti legali, id-Direttur tal-Impriża Konġunta salda biss mal-kuntrattur l-ewwel dikjarazzjoni ta’ spiża għal ammont ta’ EUR 75 miljun, u l-kuntrattur fetaħ tilwima għat-tieni dikjarazzjoni ta’ spiża mhux saldata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrimarka li, skont il-Qorti, l-analiżi tad-dokumentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kuntratt żvelat dgħufijiet fil-ġestjoni tal-Impriża Konġunta ta’ dan il-kuntratt, b’mod partikolari, il-Qorti ssottolinjat l-inkapaċità tal-Impriża Konġunta li tinnotifika nuqqas ta’ konformità materjali fl-ipprogrammar tal-kuntrattur, li wasslet għal interpretazzjonijiet differenti u għal nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet dwar l-ambitu tax-xogħol, l-iskedi ta’ żmien u r-rekwiżiti tal-proġett; jinnota, barra minn hekk, li l-esperti legali kkonkludew li, minħabba l-mod kif il-klawżoli rilevanti kienu fformulati, l-Impriża Konġunta ma setgħetx ittemm il-kuntratt bil-ħsieb li tesegwixxi hija stess ix-xogħol li kien tneħħa mill-ambitu jew tirranġa biex dan jiġi esegwit minn kuntratturi oħra; jesprimi dispjaċir għall-fatt li minħabba n-nuqqas ta’ rekords tal-proġetti, l-Impriża Konġunta ma setgħetx tistabbilixxi b’mod ċar l-obbligazzjonijiet tal-kuntrattur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Josserva li, ir-rapport annwali tal-attività konsolidat tal-2022, jiddikjara li l-Impriża Konġunta qed tkompli timplimenta sistema ta’ kontroll intern rikonoxxuta, matura u li tiffunzjona tajjeb; jinnota, madankollu, li l-Impriża Konġunta tirrikonoxxi li l-bidliet fl-ogħla maniġment (diretturi u maniġers superjuri) li qed iseħħu sa minn nofs l-2022 għandhom impatt dirett fuq l-implimentazzjoni ta’ xi wħud mill-azzjonijiet kif ukoll fuq il-kultura organizzazzjonali tal-Impriża Konġunta, u li l-viżibbiltà tal-implimentazzjoni sħiħa tal-inizjattivi tista’ tieħu xi żmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jirrikonoxxi li, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prudenza, żewġ nuqqasijiet fir-rigward tal-fornituri esterni tas-servizzi (riżorsi umani, kompetenza u kontinwità) u l-ammont ta’ xogħol u l-benesseri tal-persunal ġew ikklassifikati bħala maġġuri mill-Impriża Konġunta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota, barra minn hekk, li l-maniġment superjuri tal-Impriża Konġunta qed jimmonitorja fuq bażi kontinwa l-azzjonijiet imnedija f’dawk l-oqsma identifikati bħala li għandhom nuqqasijiet kbar u jqis li l-Impriża Konġunta mmitigat b’mod sinifikanti r-riskji relatati u fformulat pjanijiet ta’ azzjoni konkreti biex tindirizza t-tħassib pendenti, u b’hekk tiġġustifika t-tneħħija tar-riżerva tal-2021 fl-2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li l-“osservazzjonijiet” fir-rapporti annwali speċifiċi tal-Impriżi Konġunti huma fil-fatt “rakkomandazzjonijiet mhux f’waqthom” mill-Qorti; jinnota li l-Qorti ssegwi dawk l-osservazzjonijiet kull sena billi tivvaluta l-istatus tagħhom bħala “miftuħa” jew “magħluqa”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li mill-ħames osservazzjonijiet maħruġa mill-Qorti fl-2019 u fl-2021, tnejn biss huma magħluqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-osservazzjoni miftuħa għall-2019 hija dwar l-użu eċċessiv ta’ riżorsi kuntrattati jew internalizzati (madwar 62 % fl-2019), li jippreżenta riskji sinifikanti għall-Impriża Konġunta, dwar iż-żamma ta’ kompetenzi ewlenin, l-obbligu ta’ rendikont mhux ċar, tilwim ġudizzjarju possibbli, u effiċjenza aktar baxxa tal-persunal minħabba ġestjoni deċentralizzata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Impriża Konġunta ħolqot grupp ta’ ħidma biex jivvaluta l-livell għoli ta’ użu ta’ riżorsi esterni bl-objettiv li tippjana u tiġġustifika aħjar il-ħtieġa tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li, għall-2021, l-osservazzjonijiet miftuħa jirreferu (i) għan-nuqqas ta’ evidenza ta’ effiċjenza u ta’ impatt pożittiv fuq is-sistema tal-valutazzjonijiet annwali regolari minn esperti esterni u awditi interni intensivi li jkopru l-biċċa l-kbira tal-oqsma kritiċi tal-Impriża Konġunta mill-attivitajiet tagħha; li rriżulta f’żieda fil-piż amministrattiv u (ii) id-deterjorament tal-ambjent tax-xogħol fl-Impriża Konġunta<FOOTNOTE><FIELD> Ir-raġunijiet ewlenin huma n-nuqqasijiet fil-livell tal-maniġment superjuri - bħal pereżempju t-teħid ta’ deċiżjonijiet mhux trasparenti u mhux funzjonali u n-nuqqas ta’ djalogu soċjali.</FIELD></FOOTNOTE> u l-użu sproporzjonat tar-riżorsi tal-persunal estern, sfidi u riskji akbar għall-ambjent tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, wara żewġ rakkomandazzjonijiet mill-għaxar rapport ta’ valutazzjoni annwali<FOOTNOTE><FIELD> Il-56 laqgħa tal-Bord ta’ Tmexxija bejn is-7 u t-8 ta’ Lulju 2022 f’Barċellona.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta approva pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħhom.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>