<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0273</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: L-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0088/2024 - Rapporteur: Michal Wiezik)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2174(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1025, 16.11.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06182/2024 – C9‑0112/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2174(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1025, 16.11.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06182/2024 – C9‑0112/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2174(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (“l-Impriża Konġunta CBE”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita f’Novembru 2021 fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2031<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Impriża Konġunta CBE ssostitwiet u ssuċċediet l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (“l-Impriża Konġunta BBI”) li ġiet stabbilita f’Mejju 2014 fil-qafas tal-programm Orizzont 2020 għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Impriża Konġunta CBE hija sħubija pubblika-privata li tiffoka fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni għal settur sostenibbli u kompetittiv tal-industriji ċirkolari b’bażi bijoloġika; billi l-membri fundaturi tagħha huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali rrappreżentati mill-Konsorzju tal-Industriji b’bażi Bijoloġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi biex tiżdied it-trasparenza, l-Impriża Konġunta CBE għandha tiddivulga, fil-kontijiet annwali tagħha, informazzjoni rilevanti rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri fil-livell tal-programm; billi, għal kull programm li fil-qafas tiegħu jkunu joperaw, l-Impriża Konġunta CBE għandha tippreżenta għal kull kategorija ta’ membri sa tmiem is-sena, l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi l-miri tal-kontribuzzjonijiet legali li jiġu stabbiliti għall-programm rilevanti, il-volum ta’ kontribuzzjonijiet li jiġu riċevuti, u l-volum ta’ impenji legali; billi l-Impriża Konġunta CBE għandha tkompli ttejjeb it-trasparenza;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta CBE għas-sena finanzjarja 2022 (ir-“rapport tal-Qorti”)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri - Rapport Annwali dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2022 (p. 96).</FIELD></FOOTNOTE>, li l-kontijiet annwali jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta CBE fil-31 ta’ Diċembru 2022, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li skont ir-rapport tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ r-rwol tal-Impriża Konġunta CBE fl-avvanz tal-industriji ċirkolari kompetittivi b’bażi bijoloġika fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-bidliet fid-daqs tal-baġit tal-Impriża Konġunta CBE fil-biċċa l-kbira jiddependu mill-fażi ta’ implimentazzjoni tal-programmi pluriennali ta’ riċerka u innovazzjoni, li qed timplimenta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Impriża Konġunta CBE bdiet bl-implimentazzjoni tal-programm Orizzont Ewropa u, b’konsegwenza ta’ dan, il-baġit tal-2022 jinkludi l-baġit ta’ impenn għall-ewwel sejħiet ta’ Orizzont Ewropa ppjanati għall-2021 u l-2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota, mir-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat 2022 tal-Impriża Konġunta CBE<FOOTNOTE><FIELD> “Consolidated Annual Activity Report 2022” (Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat 2022) (p. 8)</FIELD></FOOTNOTE>, li l-baġit totali disponibbli għall-2022 kien ta’ EUR 264,2 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ EUR 80,3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament<FOOTNOTE><FIELD> Il-baġit totali jinkludi l-baġit operattiv (użat għall-finanzjament ta’ proġetti magħżula) u dak amministrattiv (użat għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Programm).</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota, fir-rigward tal-implimentazzjoni/l-eżekuzzjoni tal-baġit, li, għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn, dan kien ta’ EUR 125 miljun (eżekuzzjoni ta’ 47 %)<FOOTNOTE><FIELD> Titolu 1 - EUR 2,9 miljun (eżekuzzjoni ta’ 63 %), Titolu 2 - EUR 1,6 miljun (eżekuzzjoni ta’ 60 %), Titolu 2 - EUR 120,5 miljun (eżekuzzjoni ta’ 48 %).</FIELD></FOOTNOTE> u għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 52 miljun (eżekuzzjoni ta’ 65 %)<FOOTNOTE><FIELD> Titolu 1 - EUR 2,8 miljun (eżekuzzjoni ta’ 55 %), Titolu 2 - EUR 1,9 miljun (eżekuzzjoni ta’ 68 %), Titolu 3 - EUR 47,4 miljun (eżekuzzjoni ta’ 65 %).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota, li l-Bord ta’ Tmexxija adotta l-baġit tal-2022 għall-Impriża Konġunta CBE f’żewġ stadji - fis-16 ta’ Diċembru 2021, ġie deċiż li jiġi allokat baġit għall-parti tal-legat tal-Impriża Konġunta BBI ta’ EUR 6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (CA) u ta’ EUR 85,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament (PA)<FOOTNOTE><FIELD> “Consolidated Annual Activity Report 2022” (Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat) (p.77)</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota, barra minn hekk, li ma ġiet iffirmata l-ebda għotja taħt il-mandat tal-Impriża Konġunta CBE u li ġew iffirmati 142 għotja taħt il-mandat tal-Impriża Konġunta BBI għal valur totali ta’ EUR 822 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li, fil-31 ta’ Mejju 2022, saret emenda baġitarja biex jiżdied il-baġit (ġdid) tal-2022 għall-Impriża Konġunta CBE, li jinkludi EUR 254,9 miljun f’CA u EUR 1,7 miljun f’PA; jinnota li l-emenda kienet tinkludi wkoll tnaqqis ta’ EUR 11,2-il miljun għar-riattivazzjonijiet operattivi tal-PA tal-Impriża Konġunta BBI, meqjus f’dak l-istadju bħala surplus għall-ħtiġijiet (għalhekk l-emenda totali tal-baġit tas-CA kienet ta’ -EUR 9,6 miljun (valur negattiv);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li, fit-28 ta’ Novembru 2022, emenda oħra għall-baġit ipprovdiet miljun euro addizzjonali ta’ PA għall-evalwaturi esperti tal-Impriża Konġunta CBE fl-ambitu tat-Titolu 3<FOOTNOTE><FIELD> Titolu 3: Spejjeż operattivi (għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-kompiti assenjati lil-Impriża Konġunta CBE f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill fundatur tagħha).</FIELD></FOOTNOTE>, u sabiex jiġi rifless fil-livell kontabilistiku l-approċċ meħud mill-Kummissjoni Ewropea għat-trattament tal-PA għall-evalwaturi esperti fis-sejħiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-baġit oriġinali tal-Impriża Konġunta BBI kien jinkludi surplus relattivament kbir ta’ baġit mhux użat minn snin preċedenti (2019, 2020 u 2021): min-naħa amministrattiva, EUR 1,1 miljun f’CA u EUR 1,6 miljun f’PA u min-naħa operattiva EUR 40 miljun f’PA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li dawn l-approprjazzjonijiet riattivati ġew ikkunsmati f’konformità mal-Artikolu 6(5) tar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta CBE, u laħqu konsum ta’ 69 % min-naħa tas-CA amministrattiva, 88 % min-naħa tal-PA amministrattiva u 100 % min-naħa tal-PA operattiva sa tmiem is-sena; jinnota li r-raġuni ewlenija għall-eżekuzzjoni aktar baxxa fil-baġit amministrattiv hija li ammont kbir ta’ approprjazzjonijiet inżammu disponibbli fuq il-linji baġitarji tal-komunikazzjoni tat-Titolu 2<FOOTNOTE><FIELD> Titolu 2: Spejjeż amministrattivi (li jinkludu l-infrastruttura ġenerali u l-ispejjeż operatorji bħall-kiri tal-bini, l-ispejjeż tal-IT, l-għamara u t-tagħmir tal-uffiċċju, il-komunikazzjonijiet u l-laqgħat, u spejjeż amministrattivi mixxellanji oħra).</FIELD></FOOTNOTE> sa tmiem is-sena, bil-ħsieb li jitwettaq il-kuntratt għall-avveniment tal-Forum tal-Partijiet Interessati li se jiżvolġi fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota, madankollu, li, skont l-Impriża Konġunta CBE, ma kienx possibbli li dan jiġi ġestit, u l-kuntratt eventwalment ġie ffirmat f’nofs Jannar 2023 u l-approprjazzjonijiet ġew riattivati fil-baġits tal-2023 u l-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, kien hemm surplus totali ta’ approprjazzjonijiet mhux użati tal-Impriża Konġunta BBI ta’ EUR 1,1 miljun f’CA amministrattiva u EUR 1,5 miljun f’PA amministrattiva u li fl-PA operattiva kien hemm EUR 25,2 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li min-naħa tal-Impriża Konġunta CBE ma kien hemm l-ebda approprjazzjonijiet riattivati sinifikanti peress li ma kien intalab l-ebda baġit għal qabel l-2021; jinnota, madankollu, li baġit oriġinarjament previst għall-Impriża Konġunta CBE min-naħa tal-Kummissjoni (inkluża Sejħa għall-2021 li qatt ma seħħet) kien ġie impenjat mid-DG RTD, l-impriża konġunta CBE kellha tassumi fil-baġit amministrattiv u operattiv tagħha għall-2022, is-CA u l-PA tal-Impriża Konġunta CBE previsti kemm għall-2021 kif ukoll għall-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota, barra minn hekk, li, min-naħa amministrattiva, l-eżekuzzjoni tal-baġit ta’ legat tal-Impriża Konġunta BBI se tingħata prijorità sal-aħħar tal-2024, peress li kważi xejn mill-baġit amministrattiv tal-Impriża Konġunta CBE ma ġie eżegwit fl-2022; jinnota li dan inaqqas l-eżekuzzjoni tal-baġit ġenerali, iżda għal dan l-eżerċizzju, ir-rati ta’ implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta BBI - se jingħata wkoll baġit amministrattiv biss għal paragun realistiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li fil-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-2022, l-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet rikonoxxuti għal kull kategorija ta’ membri (l-Unjoni u l-membri privati) ivarjaw b’mod sinifikanti minn xulxin; jifhem li dan minħabba li l-kontribuzzjonijiet fi flus mill-Unjoni jiġu vvalidati u rikonoxxuti meta jitħallsu lill-Impriża Konġunta CBE fil-bidu tal-implimentazzjoni tal-proġett, iżda l-kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> tal-membri jiġu rikonoxxuti biss wara l-validazzjoni tal-ispejjeż li jiġġarrbu u li jiġu ddikjarati għall-implimentazzjoni tal-proġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Impriża Konġunta CBE tkompli tindirizza d-distakk bejn l-ammont rikonoxxut ta’ kontribuzzjonijiet fi flus minn naħa u l-kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> min-naħa l-oħra, billi tipprovdi informazzjoni dwar l-impenji legali tal-membri tal-Impriża Konġunta fi tmiem is-sena, f’termini ta’ ftehimiet ta’ għotja u kuntratti ffirmati; jilqa’ l-impenn tal-Impriża Konġunta CBE li tindirizza l-kwistjoni fil-kontijiet annwali tas-sena ta’ wara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> vvalidati tal-membri privati għall-attivitajiet operattivi baqgħu baxxi f’ammont ta’ EUR 65,9 miljun minħabba li l-Impriża Konġunta CBE tiċċertifika l-kontribuzzjonijiet biss meta jsiru l-pagamenti finali għall-proġetti fil-qafas ta’ Orizzont 2020, u meta ċ-ċertifikati tar-rapport finanzjarju jkunu dovuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota bi tħassib li għal Orizzont 2020, il-membri privati mhux se jilħqu l-mira tal-kontribuzzjoni indikattiva tagħhom għall-attivitajiet operattivi fi tmiem l-implimentazzjoni tal-programm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota r-riskji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm għall-Impriża Konġunta CBE f’każ li l-membri privati ma jilħqux il-miri minimi tal-kontribuzzjonijiet sa tmiem il-programm Orizzont 2020;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li, fir-rigward tal-kisbiet tal-Impriża Konġunta CBE għal Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta CBE, fi tmiem l-2022, kienet impenjat bis-sħiħ il-kontribuzzjoni operattiva massima tal-Unjoni ta’ EUR 815,8-il miljun għal ftehimiet ta’ għotja ffirmati fil-qafas tal-programm Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li minn dan l-ammont impenjat, madwar EUR 94 miljun (jew 11,5 %) għad iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin għal proġetti li għad iridu jiġu kkompletati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota, min-naħa l-oħra, fi tmiem l-2022, li l-membri privati kienu impenjaw ruħhom legalment li jipprovdu kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> u kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta CBE f’ammont ta’ EUR 258,4 miljun jew 54 % tal-mira indikattiva ta’ EUR 475,3 miljun stabbilita fil-programmi ta’ ħidma annwali adottati tal-Impriża Konġunta; jinnota li, minn dan l-ammont impenjat, l-Impriża Konġunta CBE rrappurtat EUR 154,7 miljun (jew 32,5 % tal-mira) fi tmiem l-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota, barra minn hekk, li fl-2022, l-Impriża Konġunta kellha tikkanċella madwar EUR 8,2 miljun ta’ proġetti ffirmati minħabba t-terminazzjoni mhux prevista ta’ proġett ewlieni ta’ Orizzont 2020 u s-sospensjoni ta’ diversi proġetti oħra u, peress li s-sejħiet kollha ta’ Orizzont 2020 ingħalqu fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta CBE mhux se tilħaq il-mira indikattiva għall-kontribuzzjonijiet tal-membri privati għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta sa tmiem il-perjodu tal-programm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta CBE ddikjarat li laħqet l-objettivi operattivi għas-sejħiet tagħha ta’ Orizzont 2020; jinnota, madankollu li l-Qorti tikkunsidra li dan it-tnaqqis sinifikanti fil-kontribuzzjonijiet tal-membri privati jippreżenta riskju għall-kisba kumplessiva tal-programm Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta CBE.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li biex tiżgura l-ilħuq tal-mira tal-kontribuzzjoni kumplessiva tal-membri privati f’ammont ta’ EUR 2 730 miljun stabbilita fir-Regolament Fundatur tal-Impriża Konġunta CBE sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-Impriża Konġunta rrevediet ’il fuq għal EUR 2 235,5 miljun, ammont li kien il-mira tagħha għall-kontribuzzjoni <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> tal-membri privati għall-attivitajiet addizzjonali; jinnota li fi tmiem l-2022, il-membri privati rrappurtaw total ta’ kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> għall-attivitajiet addizzjonali li laħaq l-ammont ta’ EUR 1 797,9 miljun jew 73,8 % tal-mira l-ġdida, iżda għal EUR 658 miljun jew 37 % tal-ammont irrappurtat, il-proċess ta’ ċertifikazzjoni ma ġiex konkluż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li sabiex jimmitiga r-riskju li l-Impriża Konġunta CBE ma tilħaqx il-mira l-ġdida għal kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> għall-attivitajiet addizzjonali sa tmiem il-programm, f’Novembru 2022 il-Konsorzju tal-Industriji b’bażi Bijoloġika ppropona lill-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta CBE biex japprova investiment ulterjuri tal-membri privati f’ammont ta’ EUR 416-il miljun għall-attivitajiet addizzjonali fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Qorti tqis li l-implimentazzjoni tal-pagamenti tal-baġit tal-2022 għall-attivitajiet fil-qafas ta’ Orizzont 2020 marret għall-agħar<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">; </STRING></STRING>jirrikonoxxi li dan kien dovut għall-fatt li l-benefiċjarji ffaċċjaw żieda fl-ispejjeż u problemi ta’ twassil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li għall-attivitajiet fil-qafas ta’ Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta CBE ma rċeviet l-ebda approprjazzjoni ta’ impenn operattiva ġdida, billi l-Impriża Konġunta CBE kienet spiċċat l-aħħar sejħa għal proposti tagħha sa tmiem l-2020; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament operattivi naqset għal 65 % (2021: 85 %), li, skont l-Impriża Konġunta CBE, dan kien minħabba l-ispejjeż li kienu qed jiżdiedu u l-problemi ta’ twassil li ffaċċjaw il-benefiċjarji b’riżultat tal-kriżi tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna, u għalhekk, it-tul ta’ żmien tal-biċċa l-kbira tal-proġetti ta’ Orizzont 2020 kellu jiġi estiż u l-pagamenti finali ġew posposti għall-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jaqbel mal-Qorti li l-Impriża Konġunta CBE għandha tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni skedat biż-żmien għall-finalizzazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ proġetti approvati fl-ambitu ta’ Oqfsa Finanzjarji Pluriennali preċedenti (QFP);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jaqbel mal-Qorti li biex jiġi żgurat l-ilħuq tal-miri tal-kontribuzzjonijiet tal-membri privati tagħhom għall-QFP 2021-2027, l-Impriża Konġunta CBE għandha, abbażi ta’ pjan strateġiku ta’ implimentazzjoni tal-programmi, timmonitorja l-kisbiet individwali tal-membri privati relatati mal-kontribuzzjonijiet fuq bażi annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Impriża Konġunta implimentat biss 47 % tal-baġit tagħha f’dak li għandu x’jaqsam impenji għal proġetti fil-qafas tal-ewwel sejħa sinifikanti ta’ Orizzont Ewropa f’ammont ta’ EUR 120 miljun li hija kienet nediet aktar kmieni fis-sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kummissjoni u l-membri privati għamlu kontribuzzjonijiet fi flus kontanti ta’ EUR 0,8 miljun ir-ras għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta CBE; jinnota li l-Impriża Konġunta CBE ma talbitx kontribuzzjonijiet fi flus kontanti għall-attivitajiet tagħha fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa, billi kienet tistenna biss li tispiċċa l-ewwel sejħa fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa li kienet nediet kmieni fl-2022, fl-ewwel nofs tal-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, ir-rata ta’ implimentazzjoni għall-baġit tal-pagamenti tas-salarji tal-Impriża Konġunta CBE (Titolu 1) kienet baxxa b’55 % u li, skont l-Impriża Konġunta CBE, dan kien dovut għad-dewmien fil-bidu tal-kuntratti ta’ impjieg tal-persunal li kien għadu kif ġie rreklutat fl-2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist u persunal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Impriża Konġunta CBE kompliet tisfrutta kemm jista’ jkun il-kuntratti qafas eżistenti fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea; jinnota li meta dawn il-kuntratti ma kinux disponibbli għall-Impriża Konġunta CBE jew kienu skadew, kien meħtieġ li jitnedew proċeduri speċifiċi ta’ offerti, il-biċċa l-kbira tagħhom għal kuntratti ta’ valur baxx<FOOTNOTE><FIELD> Ġew konklużi diversi kuntratti għal anqas minn EUR 15,000 kull wieħed.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-Impriża Konġunta CBE ffirmat ukoll kuntratti speċifiċi fl-ambitu tal-kuntratt qafas ġestit b’mod konġunt mal-Impriżi Konġunti l-oħra, jiġifieri għal servizzi komuni tal-IT; jinnota, barra minn hekk, li matul l-2022, l-Impriża Konġunta CBE użat Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS) fis-seħħ mal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota mir-Rapport Annwali Konsolidat tal-Attività li l-2022 kienet sena ta’ tranżizzjoni mill-Impriża Konġunta BBI għall-Impriża Konġunta CBE; jinnota li, sa tmiem l-2022, l-Uffiċċju tal-Programm tal-Impriża Konġunta CBE kien magħmul minn 26 membru tal-persunal (meta mqabbel ma’ 22 fl-2021), li kważi laħaq it-tabella tal-persunal sħiħa<FOOTNOTE><FIELD> It-Tabella tal-Persunal sħiħa hija ta’ 29 persuna għall-organizzazzjoni, li s-CBE għandha tilħaq fil-bidu tal-2024 wara l-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv il-ġdid.</FIELD></FOOTNOTE> tiegħu fil-qafas tal-mandat il-ġdid tiegħu; jilqa’ l-fatt li tmien kollegi ġodda ssieħbu taħt il-mandat il-ġdid tal-Impriża Konġunta CBE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-Impriża Konġunta CBE kkonfermat il-bilanċ bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet maniġerjali b’rappreżentanza tan-nisa ta’ 50 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-persunal tal-Impriża Konġunta CBE jimmaniġġja għadd dejjem jikber ta’ proġetti li jinsabu għaddejjin għal bosta programmi tal-QFP simultanjament. jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali tendenza m’għandhiex idgħajjef l-effettività tal-kontrolli interni tal-Impriża Konġunta CBE u l-ġestjoni tagħhom ta’ dawn il-fondi u ddewwem l-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota mill-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li għan-nefqa fil-qafas ta’ Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa, is-Servizz Komuni tal-Awditjar tad-DG RTD tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li għan-nefqa fil-qafas ta’ Orizzont 2020 (approvazzjonijiet u pagamenti finali), l-Impriża Konġunta rrappurtat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 1,9 % u rata tal-iżball residwu ta’ 1,2 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li, għall-programm Orizzont Ewropa, għad iridu jitwettqu awditi <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, billi l-ewwel pagamenti interim huma mistennija biss fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li sabiex tivvaluta l-kontrolli tal-pagamenti operattivi tal-Impriża Konġunta CBE, il-Qorti awditjat kampjun aleatorju ta’ pagamenti fil-qafas ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2022, fil-livell tal-benefiċjarji finali<FOOTNOTE><FIELD> Rigward it-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti ta’ għotjiet ittestjati fil-livell tal-benefiċjarji, is-soll ta’ rappurtar għal żbalji kwantifikabbli huwa ta’ 1 % tal-ispejjeż awditjati.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li, għal każ wieħed, il-Qorti sabet u kkwantifikat żball serju li rriżulta minn spiża tal-persunal iddikjarat b’mod eċċessiv minħabba li l-benefiċjarju bidel il-metodu ta’ kalkolu għar-rata fis-siegħa fis-sena finanzjarja u inkluda spejjeż ineliġibbli tal-pensjoni u bonusijiet fl-ispejjeż iddikjarati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta CBE żviluppat approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-awditjar <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> bil-għan li tnaqqas ir-rata ta’ żball tagħha permezz ta’ kampjun immirat aħjar biex jiġu identifikati l-aktar benefiċjarji suxxettibbli għall-iżbalji u b’hekk, jissaħħaħ l-effett tat-tindif tal-awditi <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tagħhom; din hija bidla pożittiva importanti fl-approċċ tal-awditjar <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> peress li l-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni għall-għotjiet ta’ Orizzont Ewropa ma jippermettix li jiġu stabbiliti kampjuni rappreżentattivi speċifiċi tal-Impriża Konġunta CBE u, konsegwentement, li jiġu kkalkolati r-rati ta’ żball rappreżentattivi u residwi speċifiċi għall-Impriżi Konġunti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li l-Qorti sabet li l-impriżi konġunti b’approċċ tal-awditjar <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> ibbażat fuq ir-riskju żviluppat tajjeb għandhom rata tal-iżball residwu taħt il-medja tal-impriżi konġunti li ma kellhomx dan l-approċċ, minħabba l-identifikazzjoni u l-awditjar sistematiċi tal-benefiċjarji l-aktar riskjużi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-sena preċedenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li l-“osservazzjonijiet” fir-rapporti annwali speċifiċi tal-Impriża Konġunta CBE fil-fatt huma “rakkomandazzjonijiet mingħajr skadenza” magħmula mill-Qorti; jinnota li l-QEA ssegwi kull sena dawk l-osservazzjonijiet billi tivvaluta l-istatus tagħhom bħala “miftuħa” jew “magħluqa”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li l-Qorti ħarġet tliet osservazzjonijiet (2020/2021) li minnhom tnejn għadhom miftuħa - relatati mal-kontribuzzjonijiet tal-industrija u tal-membri privati tal-Impriża Konġunta CBE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li l-Impriża Konġunta CBE tirrikonoxxi l-livell baxx ta’ kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> tal-membri privati għall-attivitajiet operattivi tagħha u li tqis li din is-sitwazzjoni tista’ tiġi spjegata parzjalment bil-ftuħ tas-sejħiet tal-Impriża Konġunta CBE, li fihom jistgħu japplikaw ukoll għal għotjiet tal-BBI dawk li mhumiex membri tal-BIC<FOOTNOTE><FIELD> https://ebn.eu/about-ebn/</FIELD></FOOTNOTE> mingħajr obbligu li tiġi appoġġjata l-inizjattiva tal-Impriża Konġunta CBE b’kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING>; jifhem li l-għadd ta’ applikanti li kellhom suċċess mill-BIC naqas għall-anqas numru fl-aħħar tliet sejħiet, u dan ikkawża tnaqqis sinifikanti fil-kontribuzzjonijiet in natura.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>