<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0279</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE - FEŻ (it-8. id-9, l-10 u l-11)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0110/2024 - Rapporteur: Joachim Kuhs)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2183(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0392 – C9‑0302/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2023)0392),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/109, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022 (05889/2024 – C9‑0123/2024, 05891/2024 – C9‑0122/2024, 05892/2024 – C9‑0124/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2023)0384),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou (il-Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE> u emendat f’Ouagadougou (il-Burkina Faso) fit-22 ta’ Ġunju 2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 tal-5 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 355, 7.10.2021, p. 6.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (il-Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta’ Ġunju 2013 u tas-26 ta’ Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-TFUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar l-għeluq tal-kontijiet tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2183(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0392 – C9‑0302/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2023)0392),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/109, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022 (05889/2024 – C9‑0123/2024, 05891/2024 – C9‑0122/2024, 05892/2024 – C9‑0124/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2023)0384),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou (il-Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE> u emendat f’Ouagadougou (il-Burkina Faso) fit-22 ta’ Ġunju 2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 tal-5 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 355, 7.10.2021, p. 6.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (il-Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta’ Ġunju 2013 u tas-26 ta’ Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-TFUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022 (2023/2183(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 35/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 99, l-Artikolu 100, it-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikoli 208 sa 211 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, topera f’kuntest globali, definit mill-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli (“Aġenda 2030”) u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Unjoni għandha relazzjonijiet kooperattivi ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-objettiv ewlieni li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali, bl-għan primarju li tnaqqas u teqred il-faqar fit-tul billi tipprovdi lill-pajjiżi benefiċjarji għajnuna għall-iżvilupp u assistenza teknika;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, mill-1959 sal-2020, il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) ipprovdew għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u lill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE); billi l-qafas li jirregola r-relazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi AKP u mal-PTEE kien ftehim ta’ sħubija ffirmat f’Cotonou (“il-Ftehim ta’ Cotonou”) fit-23 ta’ Ġunju 2000 għal perjodu ta’ 20 sena, li aktar tard ġie estiż b’mod temporanju; billi l-Ftehim ta’ Samoa ġie ffirmat fil-15 ta’ Novembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-11-il FEŻ laħaq l-istadju finali tiegħu hekk kif il-klawżola ta’ estinzjoni tiegħu daħlet fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020; billi, madankollu, kuntratti speċifiċi għal ftehimiet ta’ finanzjament eżistenti se jibqgħu jiġu ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2023, u l-implimentazzjoni tal-proġetti li għaddejjin iffinanzjati mill-FEŻ se tkompli sat-tlestija finali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, għall-QFP 2021-2027, l-għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-pajjiżi AKP hija integrata fl-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (“NDICI-Ewropa Globali”) u l-għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-PTEE hija inkorporata fid-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi d-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il FEŻ ma ġewx inkorporati fil-baġit ġenerali tal-Unjoni u għadhom qed jiġu implimentati u rrappurtati separatament sal-għeluq tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-FEŻ huma ġestiti kważi kompletament mid-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA) tal-Kummissjoni u proporzjon żgħir (5 %) tan-nefqa tal-FEŻ tal-2022 hija ġestita mid-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (DĠ ECHO);
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp qed tevolvi minn mudell donatur-riċevitur iktar tradizzjonali lejn enfasi iktar b’saħħitha fuq l-interessi reċiproki, li tkopri mhux biss is-setturi soċjali iżda wkoll l-investiment sostenibbli, il-kummerċ, u l-iżvilupp ta’ setturi ekonomiċi b’valur miżjud għoli, u fuq sħubijiet internazzjonali biex jiġu indirizzati l-isfidi globali; billi skont it-TFUE “[l]-objettiv prinċipali tal-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar”;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi permezz tal-approċċ ta’ Tim Ewropa, l-Unjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri fil-qasam, mal-benefiċjarji lokali u mad-donaturi l-oħra biex iġġib impatt tanġibbli u bidla fit-trasformazzjoni fil-pajjiżi sħab;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Implimentazzjoni tal-baġit</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li fl-2022, l-implimentazzjoni finanzjarja għall-10 u l-11-il FEŻ (impenji individwali: EUR 853 miljun u pagamenti ta’ EUR 2 386 miljun) kienu kkaratterizzati mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1223 li jerġgħu jintużaw EUR 600 miljun ta’ fondi diżimpenjati mill-10 u l-11-il FEŻ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota d-deċiżjoni tal-Kunsill li allokat EUR 600 miljun minn proġetti diżimpenjati taħt l-10 u l-11-il FEŻ bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jindirizzaw il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jemmen li fid-dawl tas-sitwazzjoni eċċezzjonalment mwiegħra tas-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi AKP, dawk il-fondi jeħtieġ li jiġu kkomplementati b’miżuri xierqa biex tissaħħaħ l-awtonomija tal-ikel tal-komunitajiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li fl-2022, l-implimentazzjoni tal-FEŻ ikkontribwiet għal titjib fl-ilma u fis-sanità, fl-aċċess għall-elettriku, fl-aċċess għall-għajnuna legali, fis-sigurtà tal-ikel u fin-nutrizzjoni, fil-protezzjoni ambjentali, fl-istrateġiji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-ekosistemi naturali, fis-saħħa, fl-edukazzjoni, u fl-intraprenditorija/fl-impjegabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva li l-FEŻ jirrappreżenta 33,2 % tal-portafoll tad-DĠ INTPA f’dawk li huma pagamenti fl-2022, li laħqu l-ammont ta’ EUR 2 452 miljun (jiġifieri 98,08 % tal-mira annwali); jinnota li l-pagamenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) ammontaw għal EUR 461 miljun; josserva li, peress li l-klawżola ta’ estinzjoni tal-ħdax-il FEŻ skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2020, ma kien hemm l-ebda impenn ġdid fl-2022, bl-eċċezzjoni tal-impenji tal-fondi li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid tar-riżerva tal-10 u l-11-il FEŻ skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1223, rigward il-miżuri speċjali għar-rispons tal-Unjoni għall-kriżi tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP); jinnota li l-pagamenti tal-BEI rigward il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP ammontaw għal EUR 400 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-approċċ ta’ Tim Ewropa għall-effettività u l-viżibbiltà tal-assistenza tal-Unjoni u jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tapprofondixxi l-koordinazzjoni mal-Istati Membri u tagħmel l-aħjar użu mill-għarfien espert eżistenti tagħhom fil-pajjiżi sħab, filwaqt li tiżgura Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja; jinnota l-Inizjattivi reġjonali ta’ Tim Ewropa dwar ir-rotta tal-migrazzjoni tal-Mediterran tal-Punent, li l-grupp ta’ ġestjoni tiegħu jinkludi rappreżentanti kemm mid-DĠ NEAR kif ukoll mid-DĠ INTPA li jiżguraw il-koerenza tal-azzjoni u l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrimarka li 60 % tal-kuntratti ngħalqu skont il-ħdax-il FEŻ, u li l-Kummissjoni għandha tlesti l-għeluq tad-disa’ FEŻ fl-2024; jinnota l-progress fl-għeluq tal-10 FEŻ b’95,2 % tal-kuntratti magħluqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tad-DĠ INTPA biex inaqqas il-prefinanzjament antik b’mira ta’ 40 % u l-impenji antiki li ma ntefqux b’mira ta’ 35 %; jinnota li d-DĠ INTPA qabeż il-mira billi naqqas il-prefinanzjament antik tal-FEŻ b’54,31 % u bi 52,51 % kemm għall-impenji antiki mhux minfuqa tal-FEŻ kif ukoll fil-qasam kollu ta’ responsabbiltà tiegħu; jinnota li għall-impenji mhux minfuqa id-DĠ INTPA laħaq il-mira ta’ 35 % għall-FEŻ b’36,83 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota, madankollu, li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni tad-DĠ INTPA dwar it-tnaqqis tal-prefinanzjament antik ma jqisx l-għadd ta’ snin li għalihom kull tranżazzjoni ta’ prefinanzjament baqgħet miftuħa, u għalhekk il-Qorti tqis li l-kisba ta’ dan l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni ma kinitx tirrifletti d-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom fl-ikklerjar ta’ tranżazzjonijiet ta’ prefinanzjament aktar antiki, li wħud minnhom kienu ilhom miftuħa għal perjodu sa 12-il sena; jinnota r-risposta tal-Kummissjoni li tiddikjara li fir-rigward tat-tixjiħ ta’ fatturi miftuħa u prefinanzjamenti li baqgħu ma ġewx ikklerjati għal perjodu sa 12-il sena, il-maġġoranza ta’ dawn il-prefinanzjamenti antiki huma marbuta ma’ każijiet ta’ litigazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tirrapporta lill-Parlament dwar dawn il-każijiet ta’ litigazzjoni, kif diġà sar wara r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Nru 2015/PAR/0463; jinnota, barra minn hekk, li, sabiex jitnaqqas il-prefinanzjament l-antik u jiġi indirizzat it-tixjiħ tal-fatturi, il-Kummissjoni diġà stabbiliet kontrolli annwali – fl-2022, 93 % tal-pagamenti tal-FEŻ saru fi żmien debitu – u qed tuża Dashboard tal-Ġestjoni tal-Portafoll (aġġornat f’Ottubru 2023) li jippermetti lill-persunal jimmonitorja t-tixjiħ tal-prefinanzjament u jsegwi fatturi li ilhom dovuti, u qed tieħu azzjonijiet addizzjonali, fosthom kampanji, seminars u linji gwida <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li d-DĠ INTPA laħaq il-mira tiegħu li ma jkollux aktar minn 13 % ta’ kuntratti skaduti antiki għall-FEŻ; jinnota li kiseb punteġġ ta’ 10,56 % għall-FEŻ u 8,39 % għall-baġit ġenerali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jirrimarka li l-ammont ta’ impenji pendenti tal-FEŻ fl-2022 laħaq it-12,6 % jew it-EUR 8 250 miljun;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impatt tal-attivitajiet fir-rapporti finanzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-prefinanzjament esperjenza tnaqqis ta’ EUR 239 miljun, l-iktar bħala riżultat ta’ inqas avvanzi mħallsa minħabba t-tnaqqis fl-għadd ta’ kuntratti ffirmati (EUR 2 118-il miljun fl-2021 meta mqabbel ma’ EUR 853 miljun fl-2022), u li, konsegwentement, il-flus u l-ekwivalenti ta’ flus żdiedu b’EUR 34 miljun bħala riżultat tat-tnaqqis fil-prefinanzjament u f’pagamenti oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota żieda ta’ EUR 123 miljun f’imposti dovuti bħala riżultat taż-żieda fl-għadd ta’ kuntratti miftuħa fi tmiem is-sena li għalihom ma ġiet ivvalidata l-ebda talba għall-ispejjeż sa tmiem is-sena u għalhekk, l-ispejjeż kellhom jiġu stmati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota, barra minn hekk, it-tnaqqis ġenerali ta’ EUR 74 miljun fi spejjeż operattivi prinċipalment bħala riżultat tal-istralċ tal-Fondi Fiduċjarji li rriżulta fi tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż tagħhom, u li l-ispejjeż relatati mal-għajnuna ta’ emerġenza żdiedu hekk kif il-fondi diżimpenjati mill-10 u mill-11-il FEŻ reġgħu ntużaw biex jiġu miġġielda l-effetti negattivi tal-gwerra fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja, li fir-rigward tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-Qorti kkonkludiet li ma hemm l-ebda impatt finanzjarju fuq il-kontijiet tal-FEŻ tal-2022 li jrid jiġi rrappurtat u li l-kontijiet tal-FEŻ fil-31 ta’ Diċembru 2022 jirriflettu b’mod korrett l-istat tal-proċess tal-ħruġ f’dik id-data;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Affidabbiltà tal-kontijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li l-baġit tad-disa’ FEŻ (2000-2007) kien biss ta’ EUR 13,8-il biljun, li l-10 FEŻ (2008-2013) kważi rdoppja għal EUR 22,7 biljun, u li l-11-il FEŻ jipprovdi l-ammont kbir ta’ EUR 30,5 biljun, li minnhom EUR 29,1 biljun ġew allokati għall-pajjiżi AKP u EUR 0,4 biljun għall-PTEE, b’EUR 1 biljun għall-ispejjeż amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota l-fatt li f’Ottubru 2021 il-Kummissjoni ħabbret l-għeluq tat-tmien FEŻ; jirrimarka li, fil-kontijiet annwali tal-FEŻ għas-sena finanzjarja 2022, il-Kummissjoni indikat li l-attivitajiet kollha tat-tmien FEŻ kienu tlestew, li l-kuntratti u d-deċiżjonijiet finanzjarji kollha kienu ngħalqu fil-kontijiet tal-FEŻ u l-ordnijiet ta’ rkupru miftuħa li kien fadal kienu ġew trasferiti għad-disa’ FEŻ; jinnota, madankollu, li l-informazzjoni finanzjarja dwar it-tmien FEŻ baqgħet tidher fil-kontijiet, u xi bilanċi tat-tmien FEŻ kienu għadhom miftuħa fl-2022; jinnota li l-għeluq operattiv tat-tmien FEŻ seħħ kif previst fl-2021 u li l-għeluq kontabilistiku sħiħ tat-tmien FEŻ huwa pendenti minħabba ordnijiet ta’ rkupru li għadhom għaddejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota l-fatt li l-Qorti, fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mid-disa’, mill-għaxar u mill-ħdax-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2022, tikkonkludi li l-kontijiet għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022 jippreżentaw “b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha”, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi tal-flus tagħhom u l-bidliet fl-assi netti tagħhom għas-sena li ntemmet f’dik id-data, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ”) u l-istandards kontabilistiċi għas-servizz pubbliku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota l-opinjoni tal-Qorti, li tgħid li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li l-implimentazzjoni tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) tikkonċerna lill-pajjiżi li qed jiffaċċjaw impatti aggravanti tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u l-insigurtà tal-ikel u li huma mdgħajfa mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID, il-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll iż-żieda fid-dejn, kriżijiet u kunflitti umanitarji ġodda u oħrajn minsijin, li jiġġeneraw żieda fl-inugwaljanza u fil-faqar; jinsisti, għalhekk, li l-proġetti li fadal fl-ambitu tal-FEŻ għandhom jiffukaw fuq l-avvanz tal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; itenni li s-sigurtà, is-sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku u l-kooperazzjoni internazzjonali huma kundizzjonijiet fundamentali biex id-dinja tagħmel progress fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli lejn l-2030 u lil hinn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-ħafna raġunijiet possibbli tas-suċċessjoni ta’ opinjonijiet avversi tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa minħabba l-fatt li n-nefqa aċċettata fil-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022 hija materjalment affettwata minn żbalji; jinnota fl-istess ħin li l-kuntest li fih isseħħ l-implimentazzjoni tal-FEŻ huwa riskjuż, kumpless u jevolvi malajr, b’diversità notevoli f’termini ta’ dispersjoni ġeografika, entitajiet ta’ implimentazzjoni u pajjiżi sħab u f’termini ta’ metodi ta’ twassil tal-assistenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li biex tawditja r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, il-Qorti eżaminat kampjun ta’ 140 tranżazzjoni, li jirrappreżentaw il-firxa sħiħa ta’ nfiq mill-FEŻ; jinnota, barra minn hekk, li dan kien jinkludi 27 tranżazzjoni li kienu relatati mal-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-Afrika, 98 tranżazzjoni awtorizzati minn 20 delegazzjoni tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Il-Benin, il-Botswana, il-Burkina Faso, il-Djibouti, l-Etjopja, Fiġi, il-Gabon, São Tomé u Príncipe, il-Guinea-Bissau, il-Haiti, il-Kosta tal-Avorju, il-Liberja, Madagascar, il-Malawi, in-Niġerja, it-Tanzanija, il-Gambja, it-Togo, l-Uganda u ż-Żimbabwe.</FIELD></FOOTNOTE> u 15-il pagament approvati mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, mill-140 tranżazzjoni eżaminati, 57 (40,7 %) kien fihom żbalji, meta mqabbla mal-54 tranżazzjoni (38,8 %) fl-2021 għall-istess għadd ta’ tranżazzjonijiet; jisħaq, barra minn hekk, li l-Qorti kkwantifikat 48 żball (43 fl-2021), li abbażi tagħhom hija stmat li l-livell ta’ żball għas-sena finanzjarja 2022 kien ta’ 7,1 % (4,6 % fl-2021);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, skont it-tipoloġija tal-iżbalji, il-livell ta’ żbalji stmat fis-sena finanzjarja 2022 relatat man-nefqa mhux imġarrba kien ta’ 51 % (14,9 % fl-2021), dak relatat man-nefqa ineliġibbli kien ta’ 24 % (38,6 % fl-2021), dak relatat man-nuqqas serju ta’ rispett tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku kien ta’ 16 % (14,6 % fl-2021), dak relatat man-nuqqas ta’ dokumenti ġustifikattivi essenzjali kien ta’ 7 % (23,3 % fl-2021) u dak relatat ma’ tipi oħra ta’ żbalji kien ta’ 2 % (8,6 % fl-2021); jinnota r-risposta tal-Kummissjoni li l-biċċa l-kbira tal-iżbalji li setgħu ġew evitati huma rilevanti għall-ikklerjar eċċessiv (nefqa mhux imġarrba), li huwa dovut għal rapportar finanzjarju insuffiċjenti pprovdut mis-sħab ta’ implimentazzjoni fil-ġestjoni indiretta u ma jaffettwax l-implimentazzjoni tal-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota r-risposta tal-Kummissjoni li fl-2022 madwar 50 % tal-iżbalji magħduda huma dovuti għal ikklerjar eċċessiv, prattika fejn in-nefqa mhux imġarrba tiġi inkluża fil-kontijiet bħala nefqa mġarrba, u għalhekk huma temporanji, peress li mhux se jibqgħu jeżistu wara l-ikklerjar finali; jinnota, barra minn hekk, l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni biex tippermetti identifikazzjoni aktar faċli tan-nefqa mġarrba u jistieden lill-Kummissjoni tikkomunika mal-awtorità ta’ kwittanza dwar l-effetti ta’ dawn l-azzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li fl-2022 il-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> tad-DĠ INTPA impedixxew il-pagament ta’ ammont totali ta’ EUR 167,94 miljun ta’ nefqa ineliġibbli, li jirrappreżenta 2,91 % tal-ammont totali fatturat u ogħla mill-valur referenzjali stabbilit mid-DĠ INTPA għal dan l-indikatur (2 %) u aktar mir-riżultat tal-2021 (2,62 %); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb is-sistemi ta’ kontroll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>	Jinsab imħasseb li l-uffiċjal nazzjonali tal-awtorizzazzjoni tal-FEŻ tal-Benin ta kuntratt lil kumpanija ta’ konsulenza biex issaħħaħ l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż, bi ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jinnota bi tħassib li skont il-Kummissjoni, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni uża s-“setgħa diskrezzjonali” tiegħu biex japplika metodu ta’ kalkolu li ma kienx dokumentat biżżejjed fil-proċedura; jinnota l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni biex tindirizza d-dgħufijiet identifikati f’din id-Delegazzjoni u biex tevita problemi simili f’Delegazzjonijiet oħra; jinnota li l-livell ta’ żball fid-Delegazzjoni tal-UE fil-Benin kien jammonta għal madwar 30 % tal-iżball totali u li kieku ma kienx inkluż, l-iżball totali kien ikun ta’ madwar 4,7 % minflok 7,1 %; ifakkar li t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont huma essenzjali għall-NGOs, li huma mitluba jaġixxu f’konformità sħiħa mal-valuri u r-regoli finanzjarji tal-Unjoni, speċjalment fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, u jisħaq li l-NGOs għandhom jiġu appoġġjati fis-sistemi ta’ kontroll u monitoraġġ tagħhom, speċjalment dawk li joperaw f’pajjiżi terzi; ifakkar li l-NGOs huma sottomessi għall-istess livell ta’ kontroll u investigazzjonijiet bħal kwalunkwe riċevitur ieħor ta’ fondi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-livell ta’ żball stmat jaqbeż b’mod sistematiku l-livell limitu ta’ materjalità (2 %); jinnota bi tħassib li, meta mqabbla mas-sena finanzjarja 2021, iż-żieda fil-livell ta’ żball stmat hija ta’ 2,5 % meta mqabbla maż-żieda ta’ 0,8 % bejn is-snin finanzjarji 2020 u 2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-Kummissjoni ħarġet 333 ordni ta’ rkupru fuq 293 kuntratt għal ammont totali ta’ EUR 62,92 miljun;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Trasparenza u effikaċja tas-sistemi ta’ monitoraġġ u aċċertament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li, fl-2022, il-Kummissjoni u s-sħab ta’ implimentazzjoni tagħha wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma’ stimi tal-programm u għotjiet u ma’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u ta’ delega ma’ pajjiżi benefiċjarji, organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-Istati Membri milli għamlu f’forom oħra ta’ appoġġ (bħalma huma dawk li jkopru l-kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi); jinnota, barra minn hekk, li mid-99 tranżazzjoni ta’ dan it-tip eżaminati mill-Qorti, 46 kien fihom żbalji kwantifikabbli, li jirrappreżentaw 86 % tal-livell ta’ żball stmat; jinnota li d-DĠ INTPA bħalissa qed jirrieżamina l-istrateġija ta’ kontroll tiegħu, inklużi r-rekwiżiti ta’ rapportar, u jesplora miżuri ta’ rimedju potenzjali; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-istrateġija ta’ kontroll riveduta tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi 23 każ ta’ żball kwantifikabbli u ħames każijiet ta’ żball mhux kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha biżżejjed informazzjoni biex tipprevjeni, jew issib u tikkoreġi, l-iżball qabel ma taċċetta n-nefqa; jinnota, barra minn hekk, li, skont il-valutazzjoni tal-Qorti, kieku l-Kummissjoni użat b’mod xieraq l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta’ żball stmat kien ikun 5,5 punti perċentwali aktar baxx, meta mqabbel ma’ 2,4 punti perċentwali fl-2021; jinnota r-risposta tal-Kummissjoni li l-biċċa l-kbira tal-iżbalji li setgħu ġew evitati huma minħabba rapportar finanzjarju insuffiċjenti pprovdut mis-sħab ta’ implimentazzjoni fil-ġestjoni indiretta; jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tirrieżamina l-istrateġija ta’ kontroll tagħha, inkluż ir-rekwiżiti ta’ rapportar u jistieden lill-Kummissjoni tirreferi għall-miżuri ta’ rimedju li ttieħdu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, 22 tranżazzjoni li fihom żbalji kwantifikabbli, li jikkontribwixxu 2,3 punti perċentwali għal-livell ta’ żball stmat, kienu soġġetti għal awditu jew verifikazzjoni tan-nefqa; jinnota, barra minn hekk, li s-sistema ta’ kontroll tad-DĠ INTPA hija bbażata fuq kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>, u li l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti tal-awditjar/tal-verifika li jiddeskrivu x-xogħol li fil-fatt sar ma ppermettietx lill-Qorti tivvaluta jekk l-iżbalji setgħux jiġu identifikati u kkoreġuti matul dawn il-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>, peress li r-rapporti la jkopru n-nefqa rrapportata kollha kemm hi, u lanqas ma jagħtu biżżejjed dettall biex jikkonfermaw jekk l-entrati fejn il-Qorti identifikat żbalji kinux parti mill-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>; jinnota f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni qed taġġorna regolarment it-termini ta’ referenza għall-verifiki tan-nefqa, sabiex iżżid il-kompletezza u ċ-ċarezza tar-rapportar; jistieden lill-Kummissjoni tirreferi għall-awtorità ta’ kwittanza dwar it-titjib miksub;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jissottolinja li l-Qorti identifikat żewġ oqsma ta’ nfiq li fihom it-tranżazzjonijiet huma inqas suxxettibbli għal żbalji minħabba kundizzjonijiet speċifiċi ta’ ħlas: (a) l-appoġġ baġitarju u (b) il-proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u soġġetti għall-“approċċ nozzjonali”; jinnota li, fl-2022, il-Qorti awditjat żewġ tranżazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju u tmien proġetti ta’ “approċċ nozzjonali” ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tas-sħab ta’ implimentazzjoni lokali u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-appoġġ u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom; jinnota li bl-eliminazzjoni gradwali tal-proġetti tal-FEŻ, l-għarfien lokali dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-fondi tal-Unjoni m’għandux jintilef, bil-għan li dawn jintużaw għal proġetti fl-ambitu tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali; jissottolinja li l-proġetti tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni, monitoraġġ u rappurtar sabiex tiġi ddeterminata l-effettività tagħhom u jiġu evitati impatti negattivi mhux intenzjonati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, bħal fis-snin preċedenti, uħud mill-organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew biss aċċess limitat għad-dokumenti (eż. f’format li jinqara biss), li fixkel l-ippjanar, l-eżekuzzjoni u l-kontroll tal-kwalità tal-awditu tal-QEA u wassal għal dewmien; jinnota li l-kwistjonijiet ta’ kontroll ġew diskussi mal-entitajiet tan-NU u mal-Bank Dinji f’diversi okkażjonijiet, inkluż fil-kuntest ta’ laqgħat konġunti tal-gruppi tekniċi ta’ referenza u l-grupp ta’ ħidma UE-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv tan-NU, u li ġew stabbiliti Gruppi Tekniċi Konġunti biex jiddiskutu regolarment kwistjonijiet ta’ awditjar u kontroll; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni qed taħdem mal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali kkonċernati u intensifikat il-komunikazzjoni magħhom dwar l-aċċess min-naħa tal-QEA għad-dokumenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid dawn l-isforzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-ħdax-il studju tad-DĠ INTPA dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER), li sar minn kuntrattur estern f’ismu fl-2022, kien jistma li l-RER kumplessiva hija taħt it-2 % tal-livell limitu ta’ materjalità stabbilit mill-Kummissjoni għas-seba’ sena konsekuttiva: 1,15 % (1,14 % fl-2021);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq li, skont il-valutazzjoni tal-Qorti, l-istudju tal-RER ma jikkostitwixxix inkarigu ta’ aċċertament jew awditu u huwa bbażat fuq il-metodoloġija u l-manwal tal-RER ipprovduti mid-DĠ INTPA; jinnota li d-DĠ INTPA jiċċara li l-istudju tal-RER huwa maħsub biex ikun indikatur ewlieni għall-impatt finanzjarju stmat tal-iżbalji residwi, jiġifieri, ikejjel il-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kontroll intern u għalhekk, juri l-kapaċità korrettiva tal-Kummissjoni; jisħaq li, bħal fis-snin preċedenti, il-Qorti sabet limitazzjonijiet fl-istudju; jinnota li l-Qorti, meta rrieżaminat il-metodu ta’ kalkolu użat fl-istudju tal-RER tal-2022, hija qieset li l-RER kienet sottovalutata u li l-kalkolu tal-Qorti wassal għal RER ta’ 1,35 %; jinnota, barra minn hekk, l-opinjoni tal-Qorti, bħal fis-snin preċedenti, li l-metodoloġija tal-RER tippermetti lill-kuntrattur jiddependi kompletament fuq ir-riżultati tal-kontrolli ta’ ġestjoni tad-DĠ INTPA, u l-fatt li titqiegħed dipendenza fuq il-ħidma ta’ awdituri oħra jmur kontra l-iskop ta’ studju tal-RER;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li, mill-2018, id-DĠ INTPA naqqas b’mod sinifikanti l-ambitu tar-riżervi (jiġifieri s-sehem tan-nefqa koperta minnhom) fir-rapporti annwali tal-attività u li, bl-istess mod, ir-rapport annwali tal-attività tal-2022 ma jinkludi l-ebda riżerva; jinnota li l-Qorti tqis in-nuqqas ta’ riżervi fir-rapport annwali tal-attività tal-2022 mhux iġġustifikat u tqis li dan jirriżulta parzjalment mil-limitazzjonijiet tal-istudju tal-RER;  jinnota r-risposta tal-Kummissjoni li n-nuqqas ta’ riżervi huwa ġġustifikat mill-implimentazzjoni korretta tal-metodoloġija u l-istruzzjonijiet tal-RER mis-servizzi ċentrali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li d-DĠ INTPA jistma li l-ammont kumplessiv f’riskju fil-waqt tal-pagament huwa ta’ EUR 83,3 miljun (1,4 % tan-nefqa tal-2022) u l-ammont kumplessiv f’riskju fil-waqt tal-għeluq huwa ta’ EUR 71,7 miljun; jinnota, barra minn hekk, li d-DĠ INTPA jistma li EUR 11,6-il miljun (19 %) mill-ammont f’riskju fil-waqt tal-pagament se jiġu kkoreġuti permezz tal-kontrolli tiegħu fis-snin sussegwenti (dan l-ammont huwa magħruf bħala l-“kapaċità korrettiva”);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-2022 tad-DĠ INTPA li jindirizza d-dgħufijiet identifikati fil-kontroll u r-riskji għoljin jinkludi t-titjib fis-segwitu għas-sejbiet tal-QEA u tal-RER u li, f’Settembru 2022, ġew adottati verżjonijiet ġodda tal-manwal u l-metodoloġija dwar l-RER biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li qamu fl-osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti; jinnota r-risposta tal-Kummissjoni li r-regoli emendati jevitaw dipendenza żejda fuq xogħol ta’ kontroll preċedenti, peress li issa huwa meħtieġ li każijiet ta’ dipendenza fuq xogħol ta’ kontroll minn qabel għandhom jiġu mmonitorjati fid-dawl tal-medji storiċi; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-QEA mir-rapport annwali tal-2020 li tistabbilixxi obbligi għall-kuntrattur tal-istudju tal-RER biex jirrapporta lill-Kummissjoni kwalunkwe suspett ta’ frodi kontra l-baġit tal-Unjoni matul il-ħidma tiegħu; jiddispjaċih, madankollu, li l-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni, inkluża fir-rapport annwali tal-Qorti tal-2022, biex ittejjeb il-metodoloġija tal-RER u tivverifika l-applikazzjoni xierqa tagħha peress li tqis li mhemm l-ebda bżonn li tinbidel il-metodoloġija użata għall-istudju tal-RER għall-estrapolazzjoni ta’ oġġetti ta’ valur għoli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni, detezzjoni u korrezzjoni tal-frodi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li, mill-2014 ’il hawn, id-DĠ INTPA żviluppa u implimenta l-istrateġija proprja tiegħu kontra l-frodi abbażi tal-metodoloġija pprovduta mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li l-istrateġija ġiet aġġornata tliet darbiet minn mindu daħlet fis-seħħ; jinnota li d-DĠ INTPA ddeċieda li jipposponi l-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija tiegħu kontra l-frodi (inizjalment ippjanata fl-2022) minħabba diversi eżerċizzji kontinwi ta’ awditjar u aġġornament immexxija mill-IAS, mill-QEA u mill-OLAF; jinnota, barra minn hekk, li d-DĠ INTPA implimenta 90 % tal-pjan ta’ azzjoni ta’ akkumpanjament, u li l-azzjonijiet kollha ġew implimentati sal-iskadenzi mħabbra, apparti milli esplora mal-OLAF il-possibbiltà li jiċċirkola eżempji anonimizzati ta’ każijiet ta’ frodi fi ħdan in-network intern tal-Kummissjoni, li ġie implimentat fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li d-DĠ INTPA kkontribwixxa wkoll għall-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi u segwa r-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF maħruġa fl-2018-2022 li rriżultaw fl-għeluq ta’ 24 % biss tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji u s-segwitu ta’ 76 % tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji; jilqa’ r-riżultati miksuba matul l-2022, bħad-dħul fis-seħħ ta’ linji gwida interni ġodda dwar it-trattament ta’ informazzjoni relatata mal-frodi, it-tisħiħ tas-sistema tal-ħatra tan-network kontra l-frodi tad-DĠ INTPA, it-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni esterna lejn is-sħab ta’ implimentazzjoni u l-benefiċjarji tad-DĠ INTPA, l-aġġornament kontinwu tal-paġni web, il-manwali u l-bażijiet tad-data interni kollha, u nota annwali lill-persunal kollu dwar l-istandards tal-etika professjonali, il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi, u r-regoli għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota li, fi tmiem l-2022, id-DĠ INTPA kien konxju minn 24 investigazzjoni li kienu għaddejjin, u ġie infurmat mill-OLAF dwar l-għeluq ta’ sitt investigazzjonijiet b’rakkomandazzjonijiet finanzjarji u/jew amministrattivi, seba’ mingħajr rakkomandazzjoni, u t-trasferiment ta’ żewġ każijiet lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; jinnota li d-DĠ INTPA sistematikament bagħat il-każijiet kollha ta’ suspett ta’ frodi jew irregolarità lill-OLAF u segwa mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet finanzjarji kollha nnotifikati mill-OLAF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li l-ewwel objettiv prijoritarju tal-istrateġija kontra l-frodi 2021-2024 tad-DĠ INTPA huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni interna u esterna dwar kwistjonijiet relatati mal-frodi, inkluż permezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ; jiddispjaċih madankollu li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet nuqqas ta’ taħriġ għall-prevenzjoni tal-frodi fil-missjoni tagħha f’erba’ delegazzjonijiet (il-persunal ma kienx irċieva taħriġ għall-prevenzjoni tal-frodi f’dawn l-aħħar ħames snin);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li d-DĠ INTPA ottimizza l-użu tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni bħala għodda tas-sanzjonar tal-frodi u saħħaħ il-miżuri kontra l-frodi relatati mal-appoġġ baġitarju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Appoġġ għall-baġit tal-Unjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li l-pagamenti għall-appoġġ baġitarju li saru skont il-FEŻ fl-2022 ammontaw għal EUR 105,2 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota, għall-finijiet ta’ tqabbil, li l-Ukrajna saret it-tielet portafoll ta’ appoġġ baġitarju fl-2022, bi kważi EUR 800 miljun f’operazzjonijiet li għadhom għaddejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza li, f’dawn l-aħħar tliet snin, l-appoġġ baġitarju tal-UE pprovda pagamenti ta’ EUR 6 biljun b’mod ġenerali: EUR 3 biljun fl-2020, EUR 1,2 biljun fl-2021 u EUR 1,8 biljun fl-2022; jinnota, barra minn hekk, li l-appoġġ baġitarju kien jammonta għal 15 % tal-pagamenti tal-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI – Ewropa Globali), l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III), id-deċiżjoni dwar l-assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluża Greenland, jew skont strumenti predeċessuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li fl-2022, il-viċinat Ewropew sar l-ikbar riċevitur ta’ appoġġ baġitarju (38 %), segwit mill-Afrika sub-Saħarjana (24 %), l-Asja (18 %), il-Balkani tal-Punent (8 %), l-Amerka Latina (6 %), il-Karibew (2 %), il-pajjiżi/territorji extra-Ewropej (2 %) u r-reġjun tal-Paċifiku (2 %), u li skont it-tip ta’ kuntratt, il-kuntratti ta’ prestazzjoni tar-riforma settorjali jegħlbu l-kuntratti ta’ bini tal-istat u tar-reżiljenza u l-kuntratti tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG-Cs), b’74 % tal-portafoll fil-valur meta mqabbel ma’ 24,5 % u ma’ 1,5 % rispettivament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifakkar fl-awditu tar-regolarità<FOOTNOTE><FIELD> Rapport Speċjali tal-QEA Nru 25/2019: Il-kwalità tad-data fil-qasam tal-appoġġ baġitarju: dgħufijiet f’xi indikaturi u fil-verifikazzjoni tal-pagament għal segmenti varjabbli.</FIELD></FOOTNOTE> tal-Qorti li ma jistax ikopri dak li jiġri lil hinn mill-mument li fih il-Kummissjoni tħallas l-appoġġ baġitarju lill-pajjiż riċevitur, peress li dawn il-fondi mbagħad jingħaqdu mar-riżorsi baġitarji proprji ta’ dak il-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-akbar riċevituri tal-pagamenti tal-FEŻ kienu l-Mozambique, is-Sudan u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo, filwaqt li s-setturi bl-ogħla finanzjament kienu l-gvern u s-soċjetà ċivili, l-agrikoltura, l-enerġija u l-infrastrutturi u s-servizzi soċjali; jinnota li l-implimentazzjoni tal-FEŻ tikkonċerna lill-pajjiżi li qed jiffaċċjaw impatti aggravanti tat-tibdil fil-klima, tat-telf tal-bijodiversità u tal-insigurtà tal-ikel u li huma mdgħajfa minn dejn li qed jiżdied u minn kriżijiet u kunflitti umanitarji ġodda u oħrajn minsijin, li jiġġeneraw żieda fl-inugwaljanza u fil-faqar; jitlob li l-FEŻ ikun soġġett għal kundizzjonijiet meta jkun hemm evidenza ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li jiġi kkontrollat f’każijiet ta’ korruzzjoni u evażjoni tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jappella għal koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-Kummissjoni, is-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE biex jiġu ffaċilitati d-diskussjonijiet u l-kooperazzjoni mal-atturi lokali rilevanti involuti f’dan il-qasam sabiex jidentifikaw il-proġetti li jissodisfaw l-objettivi tal-effikaċja tal-iżvilupp bl-aħjar mod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li l-atturi lokali u mhux governattivi huma sħab f’pożizzjoni tajba biex iwasslu l-assistenza tal-Unjoni għan-nies fil-bżonn, b’mod partikolari f’żoni remoti; jenfasizza li involviment imsaħħaħ tal-Unjoni ma’ dawn l-organizzazzjonijiet jista’ jaċċellera l-effiċjenza tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Segwitu għall-kwittanza tal-2021</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota mir-rapport ta’ segwitu tal-Kummissjoni għall-kwittanza tal-2021 li d-diġitalizzazzjoni tal-kontrolli fl-azzjonijiet esterni għadha għaddejja, bil-ħsieb li jiġu adottati l-prattiki u l-għodod korporattivi u li t-tranżizzjoni li jmiss għall-awditu elettroniku korporattiv se tiffaċilita monitoraġġ iktar sistematiku u integrat tas-sejbiet mill-awditi u mill-verifiki, u b’hekk tiffaċilita proċess ta’ segwitu iktar olistiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li t-taħriġ konġunt mal-persunal tan-NU reġa’ beda fl-2023, u l-Kummissjoni qablet man-NU li twaqqaf Gruppi Tekniċi Konġunti biex jiddiskutu regolarment kwistjonijiet ta’ awditjar u ta’ kontroll u li l-Kummissjoni se tkompli tieħu azzjoni biex issib soluzzjonijiet prattiċi u fit-tul għal dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li fl-2022, id-DĠ INTPA vvaluta s-sejbiet sistemiċi fil-verifikazzjonijiet tan-nefqa ta’ azzjonijiet implimentati minn 20 organizzazzjoni internazzjonali li joperaw globalment u li l-ġestjoni tal-kompiti tal-awditjar tagħhom hija ċentralizzata, u kkondivida is-sejbiet tiegħu, kif ukoll il-miżuri proposti ta’ mitigazzjoni, mal-persunal rilevanti tal-Kwartieri Ġenerali u tad-Delegazzjoni f’Jannar 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet sħab tagħha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżvilupp u l-aġenziji tal-iżvilupp) jinvolvu ruħhom b’mod attiv mal-organizzazzjonijiet tas-settur privat lokali biex jiddiskutu l-isfidi u l-opportunitajiet biex jiżdied l-aċċess għall-finanzi permezz ta’ strumenti finanzjarji bħal operazzjonijiet b’finanzjament imħallat, u li d-djalogu ta’ politika jsir fi sħubijiet ma’ pajjiżi sħab permezz tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-Forums ta’ Investiment Nazzjonali; jisħaq fuq l-importanza tal-mobilizzazzjoni tas-settur privat biex jingħalaq id-distakk fil-finanzjament għall-iżvilupp u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija ta’ Global Gateway bħala rispons miftiehem tal-Unjoni għall-isfidi globali; huwa tal-fehma li fi żminijiet ta’ sfidi ġeostrateġiċi ġodda, l-atturi tal-politika estera u ta’ sigurtà u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni jeħtiġilhom jikkoordinaw aħjar sabiex iżidu l-preżenza u l-viżibbiltà tal-Unjoni madwar id-dinja permezz ta’ investiment fl-infrastrutturi materjali u immaterjali li joħolqu valur nazzjonali fil-pajjiżi sħab permezz ta’ kooperazzjoni mas-settur privat u l-istituzzjonijiet ta’ finanzjament għall-iżvilupp, f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Ifakkar li l-kriżijiet globali ġġeneraw u aggravaw l-inugwaljanzi kemm fil-pajjiżi kif ukoll bejniethom, u b’hekk dgħajfu l-koeżjoni soċjali u, f’dan il-kuntest, jilqa’ l-iżvilupp ta’ Markatur tal-Inugwaljanza (I-Marker) biex tinħoloq sistema soda ta’ rappurtar u valutazzjoni komparattiva dwar il-kontribut tal-interventi kollha għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Itenni r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti lill-Kummissjoni:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>a)</SYMBOL>li tivverifika li l-bilanċi kontabilistiċi għall-FEŻ magħluqa jiġu approvati fil-ħin;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>b)</SYMBOL>li tiżgura li l-prefinanzjament u l-fatturi jiġu kklerjati fil-ħin fil-kontijiet annwali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>c)</SYMBOL>li tieħu miżuri biex ittejjeb is-sistemi ta’ kontroll tad-delegazzjonijiet tal-UE għall-ikklerjar tal-prefinanzjament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>d)</SYMBOL>li ttenni l-obbligu li jkun hemm konformità mar-regoli tal-VAT u li jitwettqu kontrolli xierqa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>e)</SYMBOL>li ssaħħaħ il-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> qabel ma taċċetta n-nefqa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>f)</SYMBOL>li ttejjeb il-metodoloġija tal-RER u tivverifika l-applikazzjoni xierqa tagħha.</ITEM></LIST>
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>